Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-setturi tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni fil-ħarsien tal-konsumatur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) /* KUMM/2008/0723 finali - COD 2007/0248 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 6.11.2008 KUMM(2008)723 finali 2007/0248 (COD) Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-setturi tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni fil-ħarsien tal-konsumatur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2007/0248 (COD) Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-setturi tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni fil-ħarsien tal-konsumatur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. Stadji tal-proċedura Il-proposta — COM (2007) 698 — COD/2007/0248 - ġiet adottata mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Novembru 2007 u kkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-15 ta’ Novembru 2007. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni fit-29 ta' Mejju 2008. Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Ġunju 2008. Il-Parlament Ewropew adotta 155 emenda fl-ewwel qari tal-24 ta' Settembru 2008. 2. Għan tal-proposta Din il-proposta ta' riforma leġiżlattiva tkopri tibdiliet fid-Direttiva Servizz Universali u d-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika. L-għan huwa li l-kwadru regolatorju jiġi adattat għall-komunikazzjonijiet elettroniċi billi jisaħħu ċerti drittijiet tal-konsumaturi u l-utenti, u jiġi assigurat li l-komunikazzjonijiet elettroniċi jkunu affidabbli, siguri u affidabbli u li jkunu jipprovdu livell għoli ta' ħarsien għall-privatezza u d-dejta personali tal-individwi. B'mod aktar speċifiku, l-għanijiet tal-proposta attwali huma tnejn: 1. Li jissaħħu u jittejbu l-ħarsien tal-konsumatur u d-drittijiet tal-utenti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, permezz – fost aspetti oħra – tal-għoti lill-konsumaturi ta' aktar informazzjoni dwar il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet tal-forniment, u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-użu tagħhom, inklużi s-servizzi ta' emerġenza, għall-utenti finali b'diżabbiltà. 2. Li jittejjeb il-ħarsien tad-dejta personali u tal-privatezza tal-individwi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari permezz ta' tisħiħ tad-dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà u mekkaniżmi ta' rinfurzar imtejba. 3. Għan tal-proposta emendata L-abbozz emendat jadatta l-proposta oriġinali fir-rigward ta' ċerti punti, kif propostimill-Parlament Ewropew. 4. Osservazzjonijiet relatati mal-emendi adottati mill-Parlament Ewropew 4.1 Emendi aċċettati mill-Kummissjoni Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-emendi 2, 4, 5, 7, 8, 11, 15, 16, 20, 27, 32, 38, 41, 43, 48, 51, 54, 55, 56, 60, 61, 62 (minbarra l-ewwel inċiż), 63, 64, 65, 66, 68, 70, 72, 73, 77, 79, 80, 88, 89, 90, 92 (l-aħħar paragrafu), 97, 100, 110, 111, 112, 114 (l-aħħar paragrafu), 115, 116, 118, 129, 137, 141, 143, 145, 149, 150, 151, 152, 182, 191, 192. 4.2 Emendi parzjalment aċċetati mill-Kummissjoni jew soġġetti għal tibdil ulterjuri L-emendi 3, 6, 12, 14, 18, 19, 21, 22, 23, 25, 26, 31, 37, 44, 47, 53, 67, 71, 75, 76, 82, 85, 86, 87, 91, 93, 99, 103, 105, 106, 109, 122, 127, 131, 132, 135, 136, 138, 139, 165, 180, 181, 183, 184, 185, 187, 188, 189, 193, 194. - Emenda 3 L-emenda tiċċara l-obbligi l-ġodda għall-Istati Membri sabiex jippromwovu d-disponibilità ta' tagħmir terminali xieraq introdotti fl-Artikolu 7(2). Madankollu, jeħtieġ li d-deskrizzjoni tiġi reveduta sabiex tirrifletti t-termini tal-Artikolu 7(2). Premessa 4b (ġdida) 'L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri sabiex jassiguraw li utenti finali b'diżabilità jistgħu jieħdu vantaġġ mill-għażla ta' impriżi u fornituri tas-servizzi disponibbli għall-biċċa l-kbira tal-utenti finali, u li jippromwovu d-disponibilità tal-apparat terminali xieraq li jippromwovu l-ħolqien ta' suq għal prodotti disponibbli f'ħafna postijiet u servizzi li jinkorporaw faċilitajiet għal utenti b'diżabilità. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, pereżempju, Dan jista' jintlaħaq inter alia billi ssir li ssir b' referenza għall-istandards Ewropej, billi jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibilità elettronika (eAċċessibilità) għall-proċeduri ta' akkwist pubbliku u billi jiġi provduti servizzi għas-sejħiet għal offerti relatati mal-forniment ta' servizzi , u bl -implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità.' - Emenda 6 Il-Kummissjoni tqis li t-telefonati kollha lis-servizzi ta' emerġenza għandhom jagħtu informazzjoni dwar fejn jinsab min qed iċempel sabiex tiżdied il-protezzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenza għal fejn jinsab min qed iċempel hija għalhekk mħassra għax din kienet timplika li l-post fejn jinsab min qed iċempel jista' ma jingħatax. Fi kwalunkwe każ, it-telefonati lis-servizzi tal-emerġenza ma jipprovdux aċċess bħala tali għal informazzjoni dwar fejn jinsab min qed iċempel. Madanakollu, informazzjoni dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar fejn jinsab min qed iċempel għandha tiġi pprovduta sabiex jiġi assigurat li s-servizzi ta' emerġenza jiġu pprovduti b'mod aktar effettiv u rapidu. Premessa 12 Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikunu infurmati kif xieraq dwar jekk l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza u l-informazzjoni dwar fejn jinsab min qed iċempel hux ipprovdut jew le, u li jingħataw informazzjoni ċara u trasparenti fil-kuntratt tal-klijenti inizjali u f’intervalli regolari wara dan il-kuntratt, pereżempju bħala parti mill-informazzjoni li tidher mal-kont. Din l-informazzjoni għandha tinkludi kwalunkwe limiti fir-rigward tal-kopertura territorjali, fuq il-bażi tal-parametri operattivi tekniċi ppjanati tas-servizz u l-infrastruttura disponibbli. Meta s-servizz ma jkunx ipprovdut permezz ta' netwerk telefoniku kommutat, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll il-livell ta' affidabilità tal-aċċess għal u l- preċiżjoni tal-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata kkumparat ma' servizz ipprovdut permezz ta' netwerk telefoniku kommutat, filwaqt li jitqiesu t-teknoloġija attwali u l-istandards ta' kwalità, u kif ukoll kwalunkwe parametru ta' servizz ta' kwalità speċifikat taħt id-Direttiva 2002/22/KE. Is-sejħiet vokali jibqgħu l-aktar forma b'saħħitha u affidabbli ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza. Mezzi oħra ta' kuntatt, bħall-messaġġi testwali, jistgħu jkunu inqas affidabbli u jistgħu jkunu nieqsa minn immedjatezza. Madankollu, l-Istati Membri għandhom, jekk iqisu xieraq, ikunu liberi li jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' mezzi oħrajn ta' aċċess għal servizzi ta' emerġenza li kapaċi jiżguraw aċċess ekwivalenti għas-sejħiet vokali. Il-klijenti għandhom ukoll jinżammu infurmati tajjeb dwar x’ tipi ta' azzjonijiet jista’ jieħu fornituri ta’ servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi biex jilqa’ kontra theddid ta’ sigurtà jew biex jirreaġixxi għal inċident ta’ sigurtà jew integrità, minħabba li azzjonijiet bħal dawn jista’ jkollhom impatt dirett jew indirett fuq id-dejta u l-privatezza tal-klijent jew fuq aspetti oħra tas-servizz ipprovdut.' - Emenda 12 Din l-emenda hija maħsuba sabiex tiċċara l-bidliet proposti għall-Artikolu 22(3). Jinħtieġ li l-formulazzjoni tiġi ċċarata fl-interessi taċ-ċertezza legali: il-kelmiet 'linji gwida' u 'livell bażiku ta' servizzi bla restrizzjonijiet' mhumiex ċari u huma għalhekk sostitwiti. Premessa 14a (ġdida) 'Suq kompetittiv għandu jiżgura li l-utenti jkun jista’ jkollhom il-kwalità ta’ servizz li jiħtieġu, imma f’każijiet partikolari jista’ jkun hemm bżonn li jiġi żgurat li n-netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet jiksbu l-livelli ta’ kwalità minimi biex ikunu evitati d-degradazzjoni tas-servizz, l-imblukkar tal-aċċess u/jew it-tnaqqis tal-attività fit-traffiku fuq in-netwerks. Meta jkun hemm nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jużaw ir-rimedji disponibbli lilhom taħt id-Direttivi li jistabbilixxu qafas regolatorju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jiġi żgurat li l-aċċess tal-utenti għal tipi partikolari ta' kontenut jew applikazzjonijiet ma jkunx ristrett mingħajr raġuni. Għandu jkun possibbli wkoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistabbilixxu joħorġu linji gwida fejn jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta' kwalità ta' servizz skont id-Direttiva 2002/22/KE u għandu jkun possibbli li jieħdu miżuri oħrajn meta dawn ir-rimedji l-oħra, skont huma, ma jkunux effettivi fir-rigward tal-interessi tal-utenti u fiċ-ċirkustanzi relevanti l-oħra kollha. Dawn il-linji gwida jew miżuri jistgħu jinkludu l-provvediment ta' livell bażiku ta' servizzi bla restrizzjonijiet.' - Emenda 14 Din l-emenda tirreferi għal rimedji, linji gwida u miżuri oħra li l-Kummissjoni jista' jkun jinħtiġilha li tivvaluta għall-konsistenza. Madankollu, hija għandha tirreferi għar-rekwiżiti ta' kwalità ta' servizz skont l-emenda 12. Premessa 14d (ġdida) Peress li r-rimedji r-rekwiżiti ta' kwalità ta' servizz inkonsistenti se jxekklu b'mod sinifikanti l-kisba tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tevalwa kwalunkwe miżura jew linji gwida oħra adottata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-possibilità ta' intervent regolatorju madwar il-Komunità u, jekk ikun neċessarju, tadotta miżuri implimentattivi tekniċi sabiex tinkiseb applikazzjoni konsistenti madwar il-Komunità. Emenda 18 Parti sostanzjali mit-test tal-proposta tal-Kummissjoni tpoġġa fil-Premessa 14a il-ġdida (ara l-emenda 12). Ir-referenza għall-komitoloġija — li nżammet ukoll fl-Artikolu 22(3) — hija inkluża fil-Premessa 14c reveduta koperta mill-emenda 14 aktar 'il fuq. - Emenda 19 L-emenda tirreferi għall-obbligu ġenerali tal-impriżi sabiex jiġbru u jittrażmettu dejta tad-direttorji, taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex jiġu pprovduti servizzi ta' direttorju u tiftix fid-direttorji disponibbli pubblikament. Ladarba dan huwa diġà stipulat mill-Artikolu 25(2), jinħtieġ li d-deskrizzjoni tal-emenda tiġi reveduta. . Barra minn hekk, trid tkun allinjata mat-termini riveduti tal-Emenda 85. Premessa 18a (ġdida) Is-servizzi ta' informazzjoni relatati mad-direttorju għandhom ikunu, u ta' spiss huma, ipprovduti taħt kundizzjonijiet ta' suq kompetittiv permezz ta' kompetizzjoni , skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta' Settembru 2002 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika * . I l-miżuri fir-rigward tal-bejgħ bl-ingrossa li jiżguraw li jirrigwardaw l-inklużjoni ta' dejta dwar l-utenti finali ( tal-impriżi kollha li jassenjaw numri tat-telefown lill-klijenti tagħhom kemm fissa u kif ukoll mobbli ) fid-databases, għandhom jirrispettaw is-salvagwardji għall-ħarsien ta' dejta personali, inkluż l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE. I i l-forniment li jkun iqis l-ispiża ta' dik id-dejta għall-finijiet ta' servizzi disponibbli pubblikament ta' direttorju u ta' tiftix fid-direttorji għandu jkun lill-fornituri tas-servizzi b'mod li l-forniment ta' dik id-dejta jkun iqis l-ispiża u l-forniment ta' aċċess għan-netwerk f'kundizzjonijiet li jagħtu każ l-ispejjeż u li jkunu raġonevoli u trasparenti għandhom ikunu żgurat sabiex l-utenti finali jibbenefikaw kompletament mill-kompetizzjoni minn kundizzjonijiet raġonevoli u trasparenti f'offerti kompetittivi . bil-għan aħħari li jkun jista' jitneħħa r-regolament tal-bejgħ bl-imnut minn fuq dawn is-servizzi.' * ĠU L 249, 1792.2007, p. 21. - Emenda 21 Din l-emenda tindika li l-Kummissjoni tista' tiddelega r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-ETNS. Dan mhux possibbli għax l-Istati Membri — u mhux il-Kummissjoni — jassenjaw il-kodiċi ETNS. L-emenda hija reveduta sabiex tirrifletti il-fatt li biss dawk il-pajjiżi li għalihom l-ITU assenjat il-kodiċi 3883 jistgħu jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ġestjoni tagħha. Premessa 21 L-iżvilupp tal -kodiċi internazzjonali 3883 ( għall-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS) ) attwalment huwa mxekkel minħabba li mhux magħruf biżżejjed, nuqqas ta' domanda, minħabba rekwiżiti proċedurali burokratiċi żżejjed u, b'konsegwenza ta' dan, nuqqas ta' domanda mhux magħruf biżżejjed . Sabiex jintrifed l-iżvilupp tal-ETNS , il-Kummissjoni għandha tiddelega il-pajjiżi li lilhom l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni assenjat il-kodiċi 3883 għandhom jiddelegaw i r-responsabilità għall-ġestjoni tiegħu, l-assenjazzjoni tan-numru u l-promozzjoni ta' [xxx] jew fuq l-eżempju tal-implimentazzjoni tad-dominju tas-sit tal-Internet tal-ogħla livell “.eu” , lil organizzazzjoni separata, maħtura mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' proċedura ta' selezzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, u b'regoli operattivi li jiffurmaw parti mil-liġi tal-Komunità - Emenda 22 L-ewwel sentenza tal-Premessa 22 ġiet emendata sabiex tiġi armonizzata mal-tibdil li sar fid-dispożizzjonijiet ta' promulgazzjoni tad-Direttiva (ara l-emenda 86 li tbiddel l-Artikolu 25(4) tad-Direttiva Servizz Universali). L-emenda tal-PE ma tikkonformax mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika; għalhekk ġiet sostitwita minn waħda ta' applikazzjoni aktar ġenerali li tiċċara li l-aċċess għan-numri u s-servizzi fil-Komunità huwa neċessarju sabiex ikunu ffaċilitati l-iskambji bejn l-utenti finali. Premessa 22 s-suq uniku jimplika li l-utenti finali jista' jkollhom aċċess għan-numri kollha inklużi fil-pjani nazzjonali ta' numerazzjoni ta' Stati Membri oħra, u għas-servizzi, inklużi s-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, li jużaw numri li mhumiex ġeografiċi fl-ambitu tal-Komunità, inklużi, fost oħrajn, numri ta' telefonati bla ħlas u numri b'rati primjum u servizzi ta' tiftix fid-direttorji. L-utenti finali għandhom ukoll ikunu jistgħu jaċċessaw numri mill-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS) u nNumri ta’ tTelefonati bla ħĦlas iInternazzjonali uUniversali (UIFN). Dan se jiffaċilita l-iskambji transkonfinali bejn l-utenti finali, irrispettivament mill-operatur li dawn jagħżlu. L-aċċess transkonfinali għar-riżorsi ta’ numerazzjoni u għas-servizz assoċjat m’għandux jiġi ostakolat ħlief f’każi ġustifikati b’mod oġġettiv, bħal meta dan ikun meħtieġ għall-ġlieda kontra l-frodi, u l-abbuż pereżempju f’konnessjoni ma’ ċerti servizzi ta’ rati primjum, jew meta n-numru jkun definit bħala li għandu ambitu nazzjonali biss (pereżempju kodiċi qasir nazzjonali). L-utenti għandom jingħataw informazzjoni sħiħa bil-quddiem b’mod ċar dwar kwalunkwe ħlasijiet applikabbli għan-numri ta’ telefonati bla ħlas, bħall-ħlasijiet għal sejħiet internazzjonali aċċessibbli permezz ta’ kodiċi standard ta’ ddajljar internazzjonali. L-utenti finali għandu jkollhom il-possibilità ta' konnessjoni ma' utenti finali oħra (speċjalment permezz tan-numri tal-Protokoll tal-Internet (IP)) sabiex ikunu jistgħu jagħmlu skambju tad-dejta, indipendentement mill-operatur li jagħżlu. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali jkollhom aċċess effikaċi għal numri u servizzi fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta miżuri implimentattivi. - Emenda 23 Din l-emenda tappoġġja l-emendi għall-Artikolu 30(4) sabiex tipprovdi protezzjoni kontra s-slamming. Premessa 23 Sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ambjent kompetittiv, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u jibdlu minn fornitur għal ieħor meta jkun fl-interess tagħhom li jagħmlu dan. Hu essenzjali li jiġi żgurat li dan ikunu jistgħu jagħmluh mingħajr ma jiġu mfixkla minn ostakli legali, tekniċi jew prattiċi, inklużi kundizzjonijiet, proċeduri, ħlasijiet eċċ. kuntrattwali. Dan ma jipprekludix l-impożizzjoni ta’ perjodi kuntrattwali minimi raġonevoli fil-kuntratti tal-konsumaturi. Il-portabbiltà tan-numri huwa faċilitatur ewlieni tal-għażliet għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u l-kompetizzjoni effikaċi fis-swieq kompetittivi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, u għandu jiġi implimentat mingħajr dewmien żejjed, normalment fi żmien mhux iktar minn ġurnata minn meta ssir it-talba tal-konsumatur . Fil-każ ta' abbuż jew dewmien fit-trasferiment, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu sanzjonijiet xierqa. Minbarra dan, mingħajr ma l-proċess ta' bdil isir anqas attraenti għall-konsumaturi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu miżuri proporzjonati sabiex jimminimizzaw ir-riskju li l-konsumaturi jinbidlilhom is-servizz mingħajr il-kunsens tagħhom. Madankollu, l-esperjenza miksuba f'uħud mill-Istati Membri wriet li hemm riskju li l-konsumaturi jinbidlilhom is-servizz kontra r-rieda tagħhom. Filwaqt li din hija kwistjoni li għandha tiġi ndirizzata l-ewwel nett mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu dawn il-miżuri proporzjonati minimi fir-rigward tal-proċess ta' kommutazzjoni, meħtieġa biex jitnaqqsu dawn ir-riskji, mingħajr ma l-proċess isir inqas attraenti għall-konsumaturi. Sabiex tkun tista’ tadotta l-portabbiltà tan-numri bil-pass tal-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq, inkluża l-possibbiltà ta’ portabbiltà tad-direttorji personali u l-informazzjoni dwar il-profil maħżuna fin-netwerk, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tieħu miżuri implimentattivi tekniċi f’dan il-qasam. Il-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet teknoloġiċi u tas-suq humiex tali li jippermettu l-portabbiltà tan-numri bejn netwerks li jipprovdu servizzi f’post fiss u netwerks spustabbli għandha b’mod partikolari tqis il-prezzijiet għall-utenti u l-ispejjeż għall-bdil tal-fornituri għall-impriżi li jipprovdu servizzi f’postijiet fissi u netwerks spustabbli. - Emenda 25 Il-bidliet ta' hawn taħt huma introdotti sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mal-Premessa 47 eżistenti tad-Direttiva Servizz Universali 2002/22/KE. Premessa 25a (ġdida) Il-proċedura għar-riżoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qrati għandha tissaħħaħ billi jiġi żgurat li jintużaw entitajiet indipendenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwimu li l-proċedura tikkonforma tal-anqas mal-prinċipji minimi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummisjoni 98/257/KE tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-prinċipji għall-entitajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni barra mill-qrati ta' tilwim relatat mal-konsumatur. L-Istati Membri jistgħu jew jużaw l-entitajiet eżistenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim għal dan l-iskop, sakemm dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli, jew jistgħu jistabbilixxu entitajiet ġodda. __________ * ĠU L 115, 17.4.1998, p.31. - Emenda 26 Din l-emenda hija dikjarazzjoni ta' għanijiet, li tappoġġja d-dispożizzjonijiet sostantivi tad-Direttiva. Premessa 26a (ġdida) (26a) Id-Direttiva 2002/58/KE tipprovdi għall-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertà, u b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza, u d-dritt għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà tat-teknoloġija tal-informatika, fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u biex jiġi żgurat il-moviment ħieles ta' din id-dejta u tat-tagħmir u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fil-Komunità. - Emenda 31 L-emenda tiċċara l-firxa tal-applikazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 4. Il-formulazzjoni bla ħsara għad- […] Direttiva [taż-Żamma tad-Dejta] 2006/24/KE mhix xierqa għaliex id-Direttiva taż-Żamma tad-Dejta tikkostitwixi lex specialis fir-rigward tad-Direttiva 2002/58/KE. Premessa 28a (ġdida) (28a) Il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku għandu jieħu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżgura s-sigurtà tas-servizzi tiegħu. Bla ħsara għad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika , dawn il-miżuri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tkun tista' tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat u għal raġunijiet li jkunu strettament awtorizzati legalment u li jkunu protetti kemm id-dejta personali maħżuna jew trażmessa u kif ukoll in-netwerk u s-servizzi. Barra minn dan, għandha tiġi stabbilita politika ta' sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali sabiex jiġu identifikati l-vulnerabilitajiet tas-sistema, u l-monitoraġġ regolari u l-adozzjoni ta' azzjoni preventiva, korrettiva u reazzjonarja. - Emenda 37 L-emenda tenfasizza r-rwol ta' ħolqien ta' kuxxjenza dwar il-prevenzjoni tad-distribuzzjoni ta' softwer malizzjuż. Premessa 34 Is-softwer li bil-moħbi jissorvelja l-azzjonijiet tal-utent u/jew li jikkorrompi l-operazzjoni tat-tagħmir terminali tal-utent għall-benefiċċju ta' parti terza (l-hekk imsejjaħ “spajwer”) joħloq theddida serja għall-privatezza tal-utenti. Jeħtieġ li jiġi żgurat livell għoli u ugwali ta' ħarsien tal-isfera privata tal-utenti, irrispettivament jekk il-programmi tal-ispijar mhux mixtieqa kinux ġew dawnlowdjati involontarjament permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew kinux fornuti u installati moħbija f'softwer li jkun tqassam fuq midja esterna ta' ħżin tad-dejta bħalma huma s-CDs, is-CD-Roms jew l-istikek tal-USB. L-Istati Membri , pereżempju permezz ta' kampanji ta' ħolqien ta' kuxjenza, għandhom jinkuraġġixxu għandhom jinfurmaw lill-utenti finali dwar prekawzjonijiet disponibbli u jinkoraġġuhom biex jieħdu l-passi neċessarji għall-protezzjoni tat-tagħmir terminali tagħhom kontra l-viruses u l-ispajwer. - Emenda 44 Ir-referenza għal-leġiżlazzjoni tal-konsumatur hija modifikata sabiex tinkludi d-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Inġusti 2005/29/KE. L-Artikolu 1, punt 1, tal-att li jemenda; L-Artikolu 1( 2a) (ġdid) tad-Direttiva Nru 2002/22/KE Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw bla ħsara għar-regoli Komunitarji dwar il-ħarsien tal-konsumatur, b'mod partikolari d-Direttivi 93/13/KE, 97/7/KE u 2005/29/KE , u r-regoli nazzjonali f'konformità mal-liġi Komunitarja. Emenda 47 Din l-emenda tirrigwarda t-tħassir possibbli tad-definizzjoni ta' Punt Terminali tan-Netwerk mid-Direttiva Servizz Universali 2002/22/KE u hija aċċettabbli fil-prinċipju fil-każ li din id-definizzjoni titqiegħed fid-Direttiva Kwadru 2002/21/KE. Madankollu, ladarba l-PE ma ressaqx emenda bħal din, huwa suġġerit li d-Direttiva l-aħħar imsemmija għandha tkun emendata f'dan is-sens (ara l-emenda introdotta mill-Kummissjoni għall-Artikolu 1, punt 2 (ba) (ġdid), tal-att li jemenda; Artikolu 2, punt (da) (ġdid), tad-Direttiva Nru 2002/21/KE. Emenda 53 Din l-emenda tiċċara l-proposta oriġinali. Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta s-sostituzzjoni ta' għandhom b'jistgħu għaliex dan ifixkel l-għan tad-dispożizzjoni. L-Artikolu 1, punt 5, tal-att li jemenda; l-Artikolu 7(2)(a) (ġdid) tad-Direttiva 2002/22/KE L-Istati Membri jistgħu għandhom jieħdu miżuri speċifiċi, li l-ħtieġa tagħhom tkun murija permezz ta' evalwazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali u r-rekwiżiti speċifiċi ta' diżabbiltà , biex jiżguraw li utenti finali b'diżabbiltà jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-opportunità disponibbli għall-maġġoranza tal-utenti finali li jagħżlu bejn impriża u oħra jew fornitur tas-servizzi u ieħor, u biex jippromwovu d-disponibilità ta' tagħmir terminali xieraq .. Għandhom jiżguraw li fi kwalunkwe każ il-bżonnijiet ta' gruppi speċifiċi ta' utenti b'diżabbiltà jiġu ssodisfati minn tal-anqas impriża waħda. - Emenda 67 Din l-emenda tiddeskrivi l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fil-kuntratti mill-awtoritajiet pubbliċi relevanti. Hija għandha l-għan li tiżgura li l-utenti finali jkunu infurmati b'mod ċar qabel jikkonkludu l-kuntratt dwar l-obbligi tagħhom, pereżempju fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur, u tal-mezzi tal-protezzjoni kontra r-riskji għas-sigurtà personali u l-privatezza. F'dan ir-rigward, ir-referenza għal kwalunkwe informazzjoni hija wiesgħa wisq; l-għoti ta' informazzjoni eċċessiva lill-klijenti twassal sabiex id-dispożizzjoni ma tibqax effettiva. L-Artikolu 1, punt 12, tal-att li jemenda; L-Artikolu 20(2), it-tieni sottoparagrafu, tad-Direttiva Nru 2002/22/KE. Il-kuntratt għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi relevanti dwar l-użu ta' servizzi u netwerks ta' komunikazzjoni elettronika għal attivitajiet illegali jew għat-tqassim ta' kontenut ta' ħsara, u dwar il-mezzi ta' protezzjoni kontra r-riskji għas-siġurtà personali, il-privatezza u d-dejta personali msemmija fl-Artikolu 21(4a) u relevanti għas-servizz ipprovdut. - Emenda 71 Din l-emenda tirrigwarda l-Artikolu 20(6) tad-Direttiva Servizz Universali. Xi bidliet għall-emenda huma neċessarji sabiex jiġi assigurat li l-elementi kollha koperti mill-Artikolu 20(6) kif inizjalment proposti mill-Kummissjoni jinżammu. L-Emenda 76 — li hija relatata mill-qrib mal-emenda 71 — hija reveduta skont dan. (L-Emenda 71 hija relatata mal-proposti ta' kompromess il-ġodda fl-Artikolu 20(2) it-tieni sottoparagrafu (emenda 67) u l-Artikolu 21(4a) (emenda 76)). - Emenda 75 Din l-emenda tkopri informazzjoni dwar it-tariffi li għandha tiġi pprovduta lill-klijenti u għandha l-għan li żżid it-trasparenza. Madankollu, il-kliem qabel il-konnessjoni tat-telefonata fl-aħħar parti tal-punt (a) jistgħu jiġu interpretati b'mod wiesa'. It-test propost mill-Kummissjoni kien maħsub sabiex jiżgura li l-utenti jkunu infurmati b'mod sħiħ dwar kull ħlas addizzjonali fil-post u l-ħin tax-xiri; huwa għalhekk speċifikat li informazzjoni bħal din tkun ipprovduta immedjatament qabel ma tkun konnessa t-telefonata. Fir-rigward tal-punt (d), l-abbonati għandhom ukoll id-dritt li jiddeċiedu li ma jinkludux id-dejta personali tagħhom f'direttorju, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE. L-Artikolu 1, punt 12, tal-att li jemenda; L-Artikolu 21(4) tad-Direttiva 2002/22/KE 'L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu konnessjoni ma' netwerk ta' komunikazzjoni elettronika u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi biex fost affarijiet oħra: (a) ifornu informazzjoni dwar it-tariffi applikabbli lill-abbonati rigward kwalunkwe numru jew servizz suġġett għal kundizzjonijiet tal-ipprezzar partikolari ; fir-rigward ta' kategoriji individwali ta' servizzi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu li din l-informazzjoni tiġi pprovduta immedjatament qabel il-konnessjoni tat-telefonata; …. (d) jinfurmaw lill-abbonati dwar id-dritt tagħhom li jiddeċiedu jekk iridux jew le li jinkludu d-dejta personali tagħhom f'direttorju, u dwar it-tip ta' dejta kkonċernata skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi ; u - Emenda 76 Din l-emenda hija relatata mal-proposti ta' kompromess il-ġodda fl-Artikolu 20(2) it-tieni sottoparagrafu, (emenda 67) u l-Artikolu 20(6) (emenda 71). Madankollu, din l-emenda ma tkoprix ir-referenza għad-Direttiva tal-Kummerċ Elettroniku 2000/31/KE, li għandha tinżamm. Din qed terġa' tiddaħħal fil-punt (a) tal-emenda 76 kif reveduta mill-Kummissjoni. Minbarra dan, it-test għandu jirreferi għall-konsegwenzi legali tal-ksur tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, sabiex ikun ċar li mhumiex koperti konsegwenzi oħra (jiġifieri ekonomiċi). Fl-aħħar nett, ir-referenza għar-rispett tad-drittijiet u l-libertà tal-oħrajn hija vaga u potenzjalment wiesgħa ħafna, u għalhekk hija mħassra. L-Artikolu 1, punt 12, tal-att li jemenda; l-Artikolu 21(4a) (ġdid) tad-Direttiva Nru 2002/22/KE L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jobbligaw lill-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 4 biex iqassmu informazzjoni ta' interess pubbliku lill-abbonati eżistenti u lil dawk ġodda fejn ikun xieraq. Din l-informazzjoni għandha tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi relevanti f'format standard u għandha, fost affarijiet oħrajn, tkopri dawn is-suġġetti: (a) bla ħsara għad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku , l-użijiet l-aktar komuni tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għal attivitajiet illegali jew biex jitqassam kontenut ta' ħsara, b'mod partikolari fejn dan jaf ikun ta' ħsara għar-rispett tad-drittijiet u l-libertà tal-oħrajn , inkluż il-ksur ta' tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet marbuta, u l-konsegwenzi legali ta' dawn l-użijiet; u (b) mezzi ta' protezzjoni kontra r-riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-dejta personali fl-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Spejjeż żejda sinifikanti magħmula minn impriża sabiex tikkonforma ma' dawn l-obbligi għandhom jiġu rrimborsati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. - Emenda 82 Din l-emenda tiċċara li l-obbligu li tiġi assigurata d-disponibilità huwa limitat għal għanijiet fattibbli. L-Artikolu 1, punt 14, tal-att li jemenda; l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2002/22/KE L-Istati Membri għandhom jieħdu l- miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-ogħla aktar livell ta' disponibbiltà kompleta possibbli tas-servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli fl-eventwalità ta' ħsara katastrofika fin-netwerk jew f'każi ta' force majeure. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli, jieħdu l- miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw aċċess mingħajr interruzzjoni għas-servizzi ta' emerġenza minn kwalunkwe post fit-territorju tal-UE. - Emenda 85 It-twessigħ tal-ambitu tad-dispożizzjoni għas-servizzi kollha tal-komunikazzjoni elettronika u r-referenza għall-orjentament tal-ispejjeż ma jistgħux jiġu aċċettati. Ir-referenza għal kundizzjonijiet ġusti, oġġettivi, mhux diskriminatorji u trasparenti hija mibdula sabiex tirrifletti d-dispożizzjoni relevanti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Aċċess 2002/19/KE. L-Artikolu 1, punt 15, sottopunt b tal-att li jemenda; L-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2002/22/KE L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali kollha ta' li huma pprovduti b'servizz tat-telefown disponibbli pubblikament ta' komunikazzjoni elettronika jkunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi ta' informazzjoni relatata mad-direttorju . u li l L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu obbligi u kundizzjonijiet fuq l-impriżi l-operaturi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali għall-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni relatata mad-direttorju f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva tal-Aċċess). Dawn l-obbligi u kundizzjonijiet għandhom ikunu dawn is-servizzi jipprovduh b'kundizzjonijiet li jkunu ġusti, jirriflettu l-ispejjeż , oġġettivi , proporzjonati, nondiskriminatorji u trasparenti. - Emenda 86 Din l-emenda tiċċara li d-dispożizzjoni tapplika għat-telefonati bil-vuċi u l-SMS. L-aħħar parti tal-emenda ttieħdet inkunsiderazzjoni permezz tal-emendar tal-ewwel sentenza tal-Premessa 22 tal-att li jemenda (ara l-emenda 22 aktar 'il fuq). L-Artikolu 1, punt 15, sottopunt ba (ġdid), tal-att li jemenda; L-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2002/22/KE L-Istati Membri m'għandhom iżommu l-ebda restrizzjoni regolatorja li ma tħallix li utenti finali fi Stat Membru jkollhom aċċess dirett għas-servizz ta' informazzjoni relatata mad-direttorju fi Stat Membru ieħor permezz ta' sejħa vokali jew SMS , u għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li jkun hemm aċċess ta' dan it-tip skont l-Artikolu 28'. - Emenda 87 Din l-emenda tiċċara li l-partijiet differenti (NRAs, awtoritajiet ta' emerġenza, fornituri ta' komunikazzjonijiet elettroniċi) għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw aċċess għas-servizzi ta' emerġenza. Madankollu, jeħtieġ li d-deskrizzjoni tiġi reveduta għaliex il-formulazzjoni affidabbli mhix ċara (hemm ir-riskju li l-operaturi jgħidu li s-servizzi tagħhom mhumiex affidabbli biżżejjed, sabiex jevitaw li jipprovdu servizzi ta' emerġenza). Minbarra dan, ir-referenza għat-telefonati internazzjonali mhix neċessarja u tista' tiżgwida għaliex mhux possibbli li jkun hemm aċċess għal numri ta' emerġenza minn barra l-pajjiż. L-Artikolu 1, punt 16, tal-att li jemenda; L-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 2002/22/KE L-Istati Membri , f'koperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mas-servizzi tal-emerġenza u mal-fornituri, għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu servizz ta' komunikazzjoni elettronika li joriġina sejħiet nazzjonali u/jew internazzjonali permezz ta' għal numru jew numri fi pjan ta' numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali , jipprovdu aċċess affidabbli għas-servizzi ta' emerġenza. - Emenda 91 Din l-emenda tiċċara l-formulazzjoni tal-proposta oriġinali. Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta t-tħassir tal-obbligu tar-rappurtar annwali tal-Istati Membri. L-Artikolu 1, punt 16, tal-att li jemenda; L-Artikolu 26(6) tad-Direttiva 2002/22/KE L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minbarra l-informazzjoni dwar in-numri nazzjonali tagħhom, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkunu informati kif xieraq dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta' emerġenza 112, b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport annwali lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-miżuri adottati f'dan ir-rigward. -Emenda 93 Din l-emenda tittrasferixxi l-ġestjoni futura tal-ETNS lil organizzazzjoni nnominata mill-Kummissjoni. Xi bidliet fil-formulazzjoni huma proposti sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni li jirregolaw l-entità legali fir-rigward tal-ġestjoni tal-ETNS. L-Artikolu 1, punt 16, tal-att li jemenda; L-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2002/22/KE awk l-Istati Membri li ġew assenjati l-prefiss internazzjonali 3883 mill-ITU għandhom jagħżlu entità legali, stabbilita fi ħdan il-Komunità, organizzazzjoni mwaqqfa mil-liġi Komunitarja u maħtura mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' proċedura ta' għażla trasparenti u nondiskriminatorja, jew [xxx], bir-responsabbiltà esklussiva ta l- ġestjoni, inklużi l-assenjazzjoni tan-numru u l-promozzjoni tal-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli meħtieġa għall-implimentazzjoni. - Emenda 99 Din l-emenda tipprovdi għodda kumplimentari (żamma ta' dħul) sabiex ikunu miġġielda b'mod effettiv il-frodi u l-abbuż. Huwa propost titjib żgħir fil-formulazzjoni. L-Artikolu 1, punt 16, tal-att li jemenda; L-Artikolu 28(1), it-tieni sottoparagrafu, tad-Direttiva Nru 2002/22/KE. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimblukkaw każ b'każ, l-aċċess għal numri jew servizzi meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta' frodi jew użu ħażin, u biex jiżguraw li f'tali każijiet, inklużi dawk fejn ikun hemm investigazzjoni għaddejja, il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jżommu d-dħul relevanti mill-interkonnessjoni jew minn servizz ieħor . Emenda 103 Din l-emenda tipprovdi protezzjoni kontra s-slamming, li huwa problema serja f'numru ta' Stati Membri. Madankollu, l-estensjoni espliċita tal-limitu ta' jum wieħed ta' xogħol għall-portabilità tan-numri ma tistax tiġi aċċettata. Is-sentenzi ġew riformulati. L-Artikolu 1, punt 18, tal-att li jemenda; L-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2002/22/KE Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni sussegwenti tagħhom għandhom jiġu implimentati fl-iqsar żmien possibbli, mhux aktar tard minn jum ta’ xogħol minn meta tkun saret it-talba inizjali mill-abbonat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu sanzjonijiet xierqa fuq il-fornituri, inkluż obbligu li jikkumpensaw lill-abbonati, fil-każijiet ta' dewmien fil-portabbiltà jew abbuż fil-portabbiltà minnhom jew f'isimhom. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu dan il-perjodu ta' jum wieħed u jieħdu miżuri xierqa fejn meħtieġ biex jiżguraw li l-abbonati ma jiġux attivati kontra l-volontà tagħhom. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu sanzjonijiet xierqa fuq il-fornituri, inkluż l-obbligu li jagħtu kumpens lill-klijenti, fil-każ ta' dewmien fil-portabbiltà jew f'każ ta' abbuż waqt li ssir il-portabbiltà minnhom jew f'isimhom.' - Emenda 105 Din l-emenda tipprovdi għal kuntratti li jdumu 24 xahar. Madankollu, jekk l-operaturi jinħtieġu joffru l-possibbiltà ta' kuntratt ta' 12-il xahar għal kull tip ta' servizz u tagħmir terminali, dan tillimita l-forniment ta' offerti innovattivi fis-suq u l-libertà tan-negozju tal-operaturi. L-Artikolu 1, punt 18, tal-att li jemenda; Artikolu 30(5a) (ġdid) tad-Direttiva Nru 2002/22/KE L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tul tal-kuntratti konklużi bejn l-utenti u l-impriżi li jipprovdu s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika ma jkunx ta' aktar minn 24 xahar. Għandhom jiżguraw ukoll li l-impriżi joffru lill-utenti l-possibilità li jabbonaw għal kuntratt b'tul ta' żmien massimu ta' 12-il xahar għat-tipi kollha ta' servizzi u ta' tagħmir terminali.' - Emenda 106 Din l-emenda tirrikonoxxi l-fatt li l-korpi nazzjonali għajr l-NRAs jistgħu jkunu responsabbli għall-kwistjonijiet ikkonċernati, u din hija żieda utli. Min-naħa l-oħra, huwa neċessarju li tinżamm ir-referenza għal 'kundizzjonijiet'. L-Artikolu 1, punt 18, tal-att li jemenda; L-Artikolu 30(6) tad-Direttiva 2002/22/KE Bla ħsara għal kull perjodu kuntrattwali minimu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni tal- kuntratti ma jservux ta' diżinċentiv għall-bdil ta' fornituri ta' servizzi. Emenda 109 L-għan ta' din l-emenda huwa tajjeb, jiġifieri li jiżgura aċċess ekwivalenti għall-utenti b'diżabilità. Din id-deskrizzjoni għandha, madankollu, tiżgura li l-vijabilità ekonomika tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni u li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jieħdu azzjoni proattiva. L-emenda tal-PE hija modifikata f'dan is-sens. Artikolu 1, punt 19a (ġdid), tal-att li jemenda; L-Artikolu 31a (ġdid) tad-Direttiva 2002/22/KE Garanzija ta' aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b'diżabbilta L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kapaċi jimponu rekwiżiti xierqa fuq l-impriżi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku sabiex ikun żgurat fuq bażi sostenibbli u komprensiva, li l-utenti finali b'diżabbilita: (a) ikollhom aċċess għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika ekwivalenti għal dak li jgawdu minnu l-maġġoranza tal-utenti finali; u (b) jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-għażla ta' impriżi u servizzi disponibbli għall-maġġoranza tal-utenti finali. - Emenda 122 Is-suġġerimenti tekniċi ddettaljati huma miżmuma, safejn dawn jirreferu għas-sigurtà tad-dejta personali, li hija l-punt ċentrali ta' din id-dispożizzjoni. Il-poteri ta' verifika tal-NRAs jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-rigward tal-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta. L-Artikolu 2, punt 3, sottopunt aa (ġdid), tal-att li jemenda; L-Artikolu 4(1)a u (1b) (ġdid) tad-Direttiva 2002/58/KE (aa) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “1a. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika 1, dawn il-miżuri għandhom mill-anqas: - miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati biex jiġi żgurat jassiguraw li d-dejta personali tkun tista' tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat u għal raġunijiet awtorizzati legalment u biex id-dejta personali maħżuna jew trażmessa tkun protetta minn qerda aċċidentali jew illegali, telf jew alterazzjoni aċċidentali u minn ħażna, ipproċessar, aċċess jew żvelar mingħajr awtorizzazzjoni; - jipproteġu d-dejta personali maħżuna jew trażmessa mill-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf jew tibdil aċċidentali, jew il-ħżin, proċessar, aċċess jew żvelar mhux awtorizzati jew illegali; u miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati biex in-netwerk u s-servizzi jiġu protetti minn użu aċċidentali, illeġittimu jew mhux awtorizzat, jew interferenza jew tfixkil tal-funzjonament jew tad-disponibbilità tagħhom; - jimplimentaw politika ta' sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali; proċess għall-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' vulnerabilitjiet raġonevolment prevedibbli fis-sistemi miżmuma mill-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika, li għandu jinkludi monitoraġġ regolari għal ksur tas-sigurtà; u proċess biex tittieħed azzjoni preventiva, korrettiva u reazzjonarja kontra kwalunkwe vulnerabilità misjuba fil-proċess deskritt taħt ir-raba' inċiż, u proċess biex tittieħed azzjoni preventiva, korrettiva u reazzjonarja kontra inċidenti ta' sigurtà li jistgħu jwasslu għal ksur ta' sigurtà. 1b. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw il-miżuri li jkunu ttieħdu mill-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika aċċessibbli għall-pubbliku u ta' servizzi tas-soċjetà tal-informatika u joħorġu rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prattiki u indikaturi tar-rendiment fir-rigward tal-livell ta' sigurtà li għandhom jiksbu dawn il-miżuri. __________ 1 ĠU L 105, 13.2.1998, p. 54." - Emenda 127 Huwa neċessarju li tinżamm il-proċedura tal-komitoloġija għal miżuri ta' implimentazzjoni teknika sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti u armonizzata tad-dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà tad-dejta personali, inklużi notifiki ta' ksur tal-privatezza. Konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati relevanti tista' tikkontribwixxi għall-kwalità ta' dawn il-miżuri u wkoll tgħin biex huma jiġu aċċettati. L-Artikolu 2, punt 3, sottopunt b, tal-att li jemenda; L-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2002/58/KE Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil- paragrafi 1 sa 3 b d, il-Kummissjoni għandha tista', wara li tikkonsulta mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, mal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali mwaqqaf mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, mal-partijiet interessati relevanti u l-ENISA, tadotta tirrakkomanda l-miżuri implimentattivi tekniċi li jikkonċernaw inter alia l-miżuri imniżżla fil-paragrafu 1a u ċ- ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għar-rekwiżiti tal-informazzjoni u n-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafi 3a u sa 3 b d. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-partijiet interessati kollha, partikolarment sabiex tkun infurmata dwar l-aħjar metodi tekniċi u ekonomiċi disponibbli sabiex titjieb l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14a(2). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża' l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 14a (3). - Emenda 131 Din l-emenda tipprovdi kjarifika li l-MMS u teknoloġiji simili huma koperti bid-definizzjoni ta' posta elettronika fl-Artikolu 2(h). Premessa ġdida Is-salvagwardji pprovduti għall-abbonati kontra l-intrużjoni fil-privatezza tagħhom minn komunikazzjonijiet mhux mitluba għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta permezz tal-posta elettronika huma applikabbli wkoll għall-SMS, l-MMS u teknoloġiji simili. - Emenda 132 Ir-riformulazzjoni proposta ttejjeb iċ-ċarezza tat-test filwaqt li żżomm l-intenzjoni tal-emenda sabiex tkopri ċerti messaġġi ta' 'phishing' (għallinqas dawk li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva; jiġifieri dawk ta' natura kummerċjali). L-Artikolu 2, punt 4d (ġdid) tal-att li jemenda; L-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2002/58/KE (4d) L-Artikolu 13(4) huwa sostitwit b’dan li ġej: 'Fi kwalunkwe każ, il-prattika li tintbagħat posta elettronika għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, li tiddissimula jew taħbi l-identità tal-mittent li f'ismu tkun saret il-komunikazzjoni , jew bi ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/31/KE, jew li jkollha links għal siti li jkollhom skop malizzjuż jew qarrieqi, jew mingħajr indirizz validu li min jirċeviha jista' jindirizza talba biex dawn il-komunikazzjonijiet jiefqu, jew li tistieden lil min jirċeviha sabiex iżur siti tal-internet li jiksru l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/31/KE, għandha tiġi pprojbita. - Emenda 135 Din l-emenda tfittex li tisħaq fuq l-importanza tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, iżda jidher aktar xieraq li referenza bħal din tiġi inkluża fi premessa ġdida. L-Artikolu 2, punt 5b (ġdid) tal-att li jemenda; L-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2002/58/KE Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu adottati miżuri biex ikun żgurat li t-tagħmir terminali jinbena b'tali mod li jkun kompatibbli mad-dritt tal-utenti li jħarsu u jikkontrollaw l-użu tad-dejta personali tagħhom, skont id-Direttiva 1999/5/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet. Dawn il-miżuri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija. Premessa ġdida: Fejn miżuri maħsuba sabiex jiżguraw li t-tagħmir terminali huwa mibni biex jissalvagwardja l-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza huma adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE, dawn il-miżuri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika safejn dan ikun possibbli. - Emenda 136 Ir-rappurtar propost huwa żieda utli fl-interessi ta' aktar trasparenza. Il-formulazzjoni għandha tiġi allineata ma' dik tad-Direttiva 95/46/KE li tiddefinixxi l-awtorità ta' superviżjoni fl-Artikolu 28 tagħha. B'kuntrast ma' dan, l-inklużjoni tal-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika tmur lil hinn mill-ambitu kurrenti tal-kwadru regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u hija għaldaqstant imħassra. L-Artikolu 2, punt 6a (ġdid), tal-att li jemenda; L-Artikolu 15(1b) (ġdid) tad-Direttiva Nru 2002/58/KE (6a) fl-Artikolu 15, għandu jiddaħħa il-paragrafu li ġej: 1b. Il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet pubblikament disponibbli u l-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informatika għandhom jinnotifikaw lill- awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-dejta l-awtorità ta' superviżjoni stabbilita skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 1995/46/KE , bla dewmien żejjed, dwar it-talbiet kollha għall-aċċess tad-dejta personali tal-utenti li jkunu waslu skont il-paragrafu 1, inklużi l-ġustifikazzjoni legali mogħtija u l-proċedura legali użata għal kull talba; l-awtorità indipendenti tal-protezzjoni tad-dejta ta' superviżjoni kkonċernata għandha tinnotifika lill-awtoritajiet ġudizzjarji xierqa dwar dawk il-każijiet fejn hija tqis li kien hemm nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi nazzjonali. - Emenda 138 Dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-dejta b'dimensjoni transkonfinali (inkluż l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta), li f'xi każijiet ma jaqgħux fl-ambitu u d-dmirijiet kurrenti tal-ENISA. Ir-referenza hija għaldaqstant adattata skont dan. Ir-referenza għall-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 għandha tiġi fformulata bħal fl-Artikolu 15(3) eżistenti. L-Artikolu 2, punt 7, tal-att li jemenda; L-Artikolu 15a(4), l-ewwel sottoparagrafu, tad-Direttiva 2002/58/KE Sabiex tiżgura kooperazzjoni effikaċi transkonfinali fl-infurzar tal-liġijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u toħloq kundizzjonijiet armonizzati għall-forniment ta' servizzi li jinvolvu flussi transkonfinali tad-dejta, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri implimentattivi tekniċi, wara li tikkonsulta mal-ENISA, mal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali stabbilit mill- mal-Grupp ta' Ħidma Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE ("Grupp ta'Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-Artikolu 29"), u mal- awtoritajiet regolatorji rilevanti, u fejn xieraq, mal-ENISA. - Emenda 139 u 186/rev L-iskadenza għar-rapport dwar l-operat tad-Direttiva emendata dwar il-privatezza elettronika għandu jippermetti l-ġbir neċessarju tad-dejta u għandu jiġi armonizzat mal-klawżoli ta' reviżjoni fil-partijiet l-oħra tal-Kwadru Regolatorju (jiġifieri 3 snin). Obbligu ta' rappurtar li jirreferi għall-finijiet mhux koperti minn din id-Direttiva mhux xieraq. Ir-referenzi għall-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-Artikolu 29 u għall-EDPS huma aċċettabbli. Referenza għat-Trattat ta' Liżbona mhix xierqa hawnhekk. Minbarra dan, filwaqt li l-Kummissjoni hija ppreparata li twettaq ix-xogħol dwar l-indirizzi tal-IP ssuġġerit mill-Parlament, dispożizzjoni sostantiva ta' direttiva mhix il-mod xieraq kif tiġi indirizzata din il-kwistjoni. L-Artikolu 2, punt 7a (ġdid), tal-att li jemenda; L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/58/KE (7a) L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: Artikolu 18 Reviżjoni Sa ... + Mhux aktar minn tliet snin wara <l-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-att ta' emenda > , il- Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, wara li tikkonsulta mal-Grupp ta' Ħidma Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE u mal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id- tad- Direttiva 2002/58/KE u l-impatt tagħha fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq il-konsumaturi, partikolarment rigward id-dispożizzjonijiet dwar komunikazzjonijiet mhux soliċitati, u notifiki ta' ksur u l-użu ta' dejta personali minn terzi persuni, pubbliċi jew privati, għal skopijiet mhux koperti minn din id-Direttiva , filwaqt li jitqies l-ambjent internazzjonali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mingħand l-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti biex tiġi emendata din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu r-riżultati ta' dak ir-rapport, kwalunkwe bidla fis-settur, it-Trattat ta' Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea 1, b'mod partikolari l-kompetenzi ġodda fi kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-dejta kif stipulat fl-Artikolu 16 , u kwalunkwe proposta oħra li tista' tqis neċessarja għat-titjib tal-effettività ta' din id-Direttiva. Mhux iktar tard minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/../KE [Direttiva li temenda 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti relatati man-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika, Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar ta' dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar koperazzjoni għall-ħarsien tal-konsumatur], il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport ibbażat fuq studju dettaljat b'rakkomandazzjonijiet dwar użi standard ta' indirizzi IP u l-applikazzjoni tad-Direttiva ePrivacy u tad-Direttiva dwar id-Dejta Personali, rigward il-ġbir u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom, wara konsultazzjoni mal-EDPS, il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u partijiet ikkonċernati oħra biex jinkludu rappreżentanti mill-industrija. __________ + Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. 1 ĠU C 306, 17.12.2007, p. 1."' - Emenda 165 Il-Kummissjoni taċċetta l-formulazzjoni tal-emenda b'titjib lingwistiku żgħir. Huwa ċċarat ukoll li d-dispożizzjoni tirrigwarda l-informazzjoni dwar it-tariffi. L-Article 1 – punt 12 tal-att li jemenda; L-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2002/22/KE L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkoraġġixxu l-forniment ta' informazzjoni komparabbli biex l-utenti finali u l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni indipendenti tal-ispiża fuq pakketti ta' użu alternattivi, permezz ta' gwidi interattivi jew teknika simili. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta dawn il-gwidi jew tekniki simili ma jkunux disponibbli fis-suq, bla ħlas jew bi prezz raġonevoli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali , huma stess jew permezz ta' partijiet terzi, jagħmluhom disponibbli dawn il-gwidi jew metodi tekniċi bla ħlas jew bi prezz raġonevoli . Partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas informazzjoni dwar it-tariffi ppubblikata mill-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi bil-għan li jbiegħu jew jagħmlu disponibbli dawn il-gwidi interattivi jew metodi tekniċi simili. - Emenda 180 Id-dejta tat-traffiku tgawdi livell għoli ta' protezzjoni taħt id-Direttiva minħabba n-natura sensittiva tagħha. Din il-premessa tiċċara li l-ipproċessar tad-dejta tat-traffiku fejn neċessarja għall-forniment ta' prodotti u servizzi ta' sigurtà huwa permissibbli safejn dan isir b'mod responsabbli u f'konformità mas-salvagwardji eżistenti tal-protezzjoni tad-dejta. Premessa 26b (ġdida) L-ipproċessar ta' traffiku ta' dejta għal skopijiet ta' għall-iskop li tiġi żgurata s- sigurtà ta' netwerk u informazzjoni, inkluż li jiżgura d-disponibilità, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità ta' dejta maħżuna jew trażmessa , minn fornituri ta' servizzi tas-sigurtà li jaġixxu ta' kontrolluri tad-dejta għandu taħt, ċirkustanzi normali, jiġi kkunsidrat bħala se jippermetti l-ipproċessar ta' dejta bħal din għall-interess leġittimu tal-kontrollur tad-dejta skont it-tifsira tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46/KE. Dan jista' pereżempju jinkludi għall-iskop ta l-prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, u distribuzzjoni malizzjuż ta' kodiċi , waqfien taċ- jew ċaħda ta' attakki tas-servizz , u ħsarat għal kompjuter u sistemi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi . L-Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà ta' Netwerk u Informazzjoni (ENISA) għandha tippubblika studji regolari bl-iskop li jistipulaw it-tipi ta' proċessar permess skont l-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva.' - Emenda 181 Din l-emenda tipprovdi għal bażi legali ġdida għall-ipproċessar tad-dejta tat-traffiku għall-finijiet tas-sigurtà. Fid-dawl tan-natura sensittiva tad-dejta tat-traffiku, salvagwardji xierqa għandhom jiġu applikati għall-attivitajiet ta' proċessar, filwaqt li l-ambitu tad-dispożizzjoni għandu jiġi armonizzat mal-ambitu tad-Direttiva u l-kwadru regolatorju tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollu kemm hu. L-Artikolu 2, punt 4b (ġdid), tal-att li jemenda; L-Artikolu 6(6a) (ġdid) tad-Direttiva Nru 2002/58/KE (4b) ffl-Artikolu 6, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “6a. Mingħajr ħsara għall-konformità mad-dispożizzjonijiet mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, Traffiku ta' dejta jista' jkun ipproċessat għall-interess leġittimu tal-kontrollur tad-dejta għall-iskop ta' implimentar ta' miżuri tekniċi li jiżguraw is-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni, kif definit mill-Artikolu 4 (c) tar-Regolament (KE) 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà tan-Netwerk u tal-Informazzjoni * , servizz ta' komunikazzjoni pubbliku elettroniku, netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubbliku jew privat, servizz ta' soċjetà ta' informazzjoni jew apparat ta' komunikazzjoni elettroniku u terminali relatat, minbarra fejn interessi bħal dawn ikunu maqbuża mill-interessi għad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tas-suġġett tad-dejta. Tali proċessar irid għandu j kun ristrett għal dak li huwa strettament neċessarju għall-iskopijiet ta' dan it-tip ta' attività ta' sigurtà. _________ * ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.” - Emenda 183 Din l-emenda tagħti eżempji siewja ta' sitwazzjonijiet li fihom notifika immedjata ta' ksur ta' privatezza lill-individwi kkonċernati hija essenzjali sabiex tiġi evitata ħsara potenzjali. Premessa 29 Ksur ta' sigurtà li jwassal għat-telf jew għal stat kompromettenti tad-dejta personali ta' abbonat jew individwu jista', jekk ma jiġix indirizzat b'mod xieraq u fil-waqt, jirriżulta f'dannu sostanzjali għall-utenti , bħal telf ekonomiku, ħsara soċjali jew serq tal-identità. Għalhekk , l-abbonati kkonċernati minn dawn l-inċidenti tas-sigurtà għandhom ikunu nnotifikati l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità nazzjonali kompetenti oħra għandha tkun innotifikata mill-fornitur tas-servizz relevanti dwar kwalunkwe ksur ta' sigurtà mingħajr dewmien sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-gravità tal-ksur u għandha tirrikjedi lill-fornitur tas-servizz relevanti biex jagħti notifika xierqa mingħajr dewmien bla bżonn lill-persuni affettwati mill-ksur, kif xieraq. Barra minn hekk, u B'mod partikolari, f'każijiet meta jkun hemm periklu imminenti u dirett għad-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi (bħal każijiet ta' aċċess mhux awtorizzat għall-kontenut ta' emails, aċċess għar-rekords tal-karti ta' kreditu, eċċ.), huwa essenzjali li i l-fornitur tas-servizz relevanti għandu, minbarra lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jinnotifika immedjatament lill-utenti affettwati direttament . Fl-aħħarnett, i I l-f ornituri għandhom ukoll kull sena jinnotifikaw lill-utenti affettwati darba fis-sena dwar il-ksur tas-sigurtà kollu taħt din id-Direttiva li seħħew matul it-tnax il-xahar ta' qabel. il-perjodu ta' żmien relevanti In- notifika lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-utenti għandha tinkludi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-fornitur biex jindirizza l-ksur, kif ukoll rakkomandazzjonijiet, għa l l-protezzjoni ta l-utenti effettwati. - Emenda 185 Din il-premessa hija relatata mad-dibattitu aktar wiesa' dwar l-istatus legali tal-indirizzi tal-IP li jinsab għaddej fost il-partijiet interessati relevanti fl-Ewropa f'dawn l-aħħar xhur. Filwaqt li l-Kummissjoni hija ppreparata li tieħu x-xogħol dwar l-indirizzi tal-IP ssuġġerit mill-Parlament, ma jidhirx li tkun xierqa referenza espliċita għal dan f'direttiva. Premessa 27a (ġdida) L-indirizzi IP huma essenzjali għall-operat tal-Internet. Huma numri uniċi assenjati lil jidentifikaw apparat li jkun qed jipparteċipa fin-netwerk, li jkun qed jipparteċipa f'netwerk tal-kompjuter bl-użu tal-Internet Protocol għall-komunikazzjoni bejn in-nodi tiegħu, bħall-kompjuters jew apparat intelliġenti mobbli permezz ta' numru . Fil-prattika, huma jistgħu wkoll jintużaw sabiex jidentifikaw l-utent ta' apparat partikolari. Meta wieħed jikkunsidra s-sitwazzjonijiet differenti li fihom jintużaw l-indirizzi IP, u t-teknoloġiji relatati li qed jiżviluppaw b'mod mgħaġġel (inkluża l-applikazzjoni tal-IPv6) , tqajmu mistoqsijiet dwar l-użu it-trattament tagħhom bħala dejta personali f'ċertu ċirkustanzi. Żviluppi li jirrigwardaw l-użu tal-indirizzi IP għandhom jiġu segwiti mill-qrib Il-Kummissjoni għandha għalhekk tmexxi studju rigward l-indirizzi IP u l-użu tagħhom , filwaqt li jitqies ix-xogħol li sar diġà minn, fost l-oħrajn, il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali mwaqqaf mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/, u fid-dawl ta' tippreżenta proposti skont kif ikun xieraq. - Emenda 187rev u 184 Din l-emenda tipproponi soluzzjoni alternattiva għan-notifika obbligatorja tal-ksur tas-sigurtà li jinvolvi d-dejta personali, filwaqt li jitqiesu kunsiderazzjonijiet ta' eċċess ta' notifiki (jiġifieri l-ħtieġa li jiġu evitati notifiki f'każijiet ta' importanza żgħira jew fejn ġew stabbiliti miżuri teknoloġiċi xierqa), filwaqt li tiġi assigurata l-armonizzazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni fil-livell tal-UE. L-Artikolu 2, punt 3, sottopunt b, tal-att li jemenda; L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2002/58/KE ‘3. Fil-każ ta' ksur dwar id-dejta personali sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, il-kxif ta' jew l-aċċess għal dejta personali mingħajr awtorizzazzjoni, imxandra, maħżuna jew ipproċessata xort'oħra f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet pubblikament disponibbli fil-Komunità, il-fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, pubblikament disponibbli, kif ukoll kwalunkwe kumpanija li topera fuq l-Internet u tipprovdi servizzi lill-konsumaturi, u li hija l-kontrollur tad-dejta u l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika , għandugħandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew lill-awtorità kompetenti skont il-liġi individwali tal-Istat Membru u lill-abbonat jew l-utenti kkonċernat, dwar dan il-ksur, bla ħsara għall-paragrafi 3a u 3b hawn taħt. . In-notifika lill- awtorità kompetenti abbonat jew l-individwu kkonċernat għandha għall-inqas tiddeskrivi n-natura tal-ksur u d-dettalji tal-kuntatti fejn tista' tinkiseb iktar informazzjoni, u għandha tirrakkomanda miżuri biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-ksur dwar id-dejta personali li jistgħu jinqalgħu. In-notifika lill-aworità kompetenti għandha, barra minn dan, tiddeskrivi l-konsegwenzi tal-ksur dwar id-dejta personali u tal-miżuri proposti jew meħuda mill-fornitur biex jittratta l-ksur. 3a. M'hemmx bżonn notifika ta' ksur dwar id-dejta personali lill-abbonat jew individwu kkonċernat jekk il- fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli, kif ukoll kwalunkwe kumpanija li topera fuq l-Internt u tipprovdi servizzi lill-konsumatur, li tkun il-kontrollur tad-dejta u l-fornitur ta' servizzi tas-soċjetà tal-informatika, għandhom jinnotifikaw lill-utenti tagħhom minn qabel sabiex jevitaw il-periklu imminenti u dirett ikun wera, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li ebda dannu għad-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi mhu raġonevolment probabbli li jseħħ b'riżultat tal-ksur dwar id-dejta personali. 3b. Notifika ta' ksur ta' sigurtà li jirrigwarda d-dejta personali lil abbonat jew individwu kkonċernat ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-fornitur ikun wera, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li huwa implimenta miżuri ta' protezzjoni teknoloġika xierqa, u dawk il-miżuri kienu applikata lid-dejta mill-ksur tas-sigurtà. Miżuri ta' protezzjoni teknoloġiċi bħal dawn għandhom irendu d-dejta mhux intelliġibbli għal kwalunkwe persuna li mhix awtorizzata li taċċessa d-dejta.. 3c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun tista' tistabbilixxi regoli dettaljati u, fejn meħtieġ, toħroġ istruzzjonijiet dwar iċ-ċirkustanzi fejn ikun hemm bżonn in-notifika tal-ksur dwar id-dejta personali mill-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli, f'konformità mal-paragrafi 3a u 3b, il-format applikabbli għal din in-notifika, kif ukoll il-mod li ssir in-notifika. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ukoll isegwu jekk il-kumpaniji humiex konformi mal-obbligi ta' notifika tagħhom skont dan l-Artikolu u jimponu sanzjonijiet u rimedji xierqa, inkluża il-pubblikazzjoni, kif xieraq, fil-każ ta' meta dan ma jsirx. L-Artikolu 2(i) ġdid: '"Ksur dwar id-dejta personali" jfisser ksur ta' sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, il-kxif ta' jew l-aċċess għal dejta personali mingħajr awtorizzazzjoni, trażmessa, maħżuna jew ipproċessata xort'oħra f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli fil-Komunità.' - Emenda 188 L-emenda tintroduċi d-dispożizzjonijiet relatati mas-servizzi u n-numri 116, b'mod partikolari in-numru 116000 għal-linji diretta għar-rappurtar ta' tfal nieqsa. Madanakollu, hemm bżonn li jkunu evitati dispożizzjonijiet stretti ż-żejjed jew mhux realistiċi (pereżempju għall-utenti b'diżabbiltà fil-paragrafu 2) li jistgħu jkunu ta' ostakolu għal implimentazzjoni effettiva. Barra minn hekk, il-paragrafu 4 huwa dwar aspetti li ma jidħlux fl-ambitu tal-kwadru regolatorju (il-forniment tal-linji ta' emerġenza). L-Artikolu 1, punt 16, tal-att li jemenda; L-Artikolu 27a (ġdid) tad-Direttiva 2002/22/KE Artikolu 27a Numri armonizzati għal servizzi ta' valur soċjali inkluża l-linja diretta għat-tfal irrapurtati nieqsa 1. L-Istati Membri għandhom jippromwovu n-numri speċifiċi fil-firxa tan-numru li jibdew bil-'116' identifikati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE tal-15 ta' Frar 2007 dwar ir-riżervar tal-firxa ta' numri nazzjonali li jibdew bil-'116' għan-numri armonizzati għas-servizzi armonizzati ta' valur soċjali.1 Dawn għandhom jinkoraġixxu l-forniment ta' servizzi li għalihom huma riżervati dawn in-numri fi ħdan it-territorju tagħhom. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali b'diżabbiltà jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal servizzi pprovduti fil-firxa ta' numri li jibdew bil-'116'. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti b’diżabbiltà jkun jista’ jkollhom aċċess għal servizzi ta’ emerġenza huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, il-miżuri mittieħda jistgħu jinkludu l-assigurazzjoni ta’ konformità mal-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas). 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati kif xieraq dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta’ emerġenza '116', b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi li huma mmirati speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri. 4. L-Istati Membri, b'żieda mal-miżuri ta' applikabilità ġenerali għan-numri kollha fil-firxa ta' numri li jibdew bil-'116', li ttieħdu skont il-paragrafi 1,2 u 3, għandhom jiżguraw aċċess għaċ-ċittadini għal servizz li jopera linja diretta biex jiġu rrappurtati każi ta' tfal nieqsa. Il-linja diretta għandha tkun disponibbli fuq in-numru 116000. 5. Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-firxa ta' numri li jibdew bil-'116' , tan-numri u servizzi identifikati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE tal-15 ta' Frar 2007 biex ikunu irriżerati firxa ta' numri nazzjonali li jibdew bil-116 għal numri armonizzati għal servizzi ta' valur soċjali*, b'mod partikolari tal-linja diretta għar-rappurtar ta' tfal nieqsa 116000, fl-Istati Membri, inkluż l-aċċess għall-utenti finali b'diżabbiltà meta dawn ikunu qed jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta [xxx], tista' tadotta miżuri implimentattivi tekniċi . Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2). _________ 1 ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30 * ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30 - Emenda 189 L-emenda takkumpanja l-Emenda 188 hawn fuq li tintroduċi dispożizzjonijiet dwar is-servizzi u n-numri 116 u b'mod partikolari 116000 tal-linja diretta għar-rappurtar ta' tfal nieqsa . L-aħħar sentenza għandha tkun imħassra għax tkun ta' piż u mhux proporzjonata biex tkun implimentata minn xi Stati Membri. Huma suġġeriti emendi biex jirriflettu l-fatt li l-kwadru regolatorju jista' jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-assenjazzjoni tan-numri 116 (iżda mhux dwar kwestjonijiet dwar kif jaħdmu s-servizzi), u biex jinkoraġġixxu l-użu ta' dawn in-numri fl-Istati Membri. Premessa 21a (ġdida) Skont id-Deċiżjoni 2007/116/KE tal-15 ta' Frar 2007 dwar ir-riżervar tal-firxa ta' numri nazzjonali li jibdew bil- 116 għan-numri armonizzati għas-servizzi armonizzati ta' valur soċjali , il-Kummissjoni rriżervat in-numri fil-firxa ta' numri li jibdew bil- 116 għal ċerti servizzi ta' valur soċjali. Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva Kwadru u għalhekk għandha x'taqsam ma' kwestjonijiet ta' numerazzjoni. In-numri identifikati f'dik id-Deċiżjoni ma jistgħux jintużaw għal skopijiet oħra minbarra dawk stabbiliti fiha, iżda ma jeżisti l-ebda obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw li servizzi assoċjati man-numri riżervati effettivament jiġu pprovduti. Id-dispożizzjonijiet xierqa tad-Deċiżjoni 2007/116/KE għandhom ikunu riflessi fid-Direttiva 2002/22/KE sabiex jiġu integrati aħjar fil-kwadru regolatorju għan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u biex tiġi żgurata aċċessibilità wkoll lill-utenti finali b'diżabbiltà . Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta n-numri u s-servizzi fil-firxa tan-numri 116 u biex ikun inkoraġġut l-użu ta' dawn in-numri, il-Kummissjoni għandha tkun tista tadotta miżuri ta' implimentazjzoni. Meta jiġu kkunsidrati l-aspetti partikolari relatati mar-rappurtar ta' tfal nieqsa u d-disponibilità attwali limitata ta' dan is-servizz, l-Istati Membri mhux biss għandhom jirriżervaw numru, iżda wkoll jiżguraw li servizz għar-rappurtar ta' tfal nieqsa ikun effettivament disponibbli fit-territorji tagħhom permezz tan-numru 116000. _________ 1 * ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30 - Emenda 193 Din l-emenda hija marbuta mal-emenda 14. Il-kunċetti ta' linji gwida u miżuri oħra mhumiex definiti b'mod ċar. Dan jista' jwassal għal implimentazzjoni diverġenti madwar l-UE u għal inċertezza legali. Għalhekk, dawn huma mħassra. L-Artikolu 1, punt 13, punt b tal-att li jemenda; L-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2002/22/KE Awtorità regolatorja nazzjonali tista' tippubblika linji gwida li jistipulaw tistipula rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizz u jekk ikun xieraq , tista' tieħu miżuri oħra sabiex tħares kontra d-degradazzjoni tas-servizz u r-rallentar tat-traffiku fuq in-netwerks. u sabiex ikun żgurat li l-kapaċità tal-utenti li jkollhom aċċess għal jew iqassmu kontenut jew jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom ma tkunx ristretta mingħajr bżonn. Dawn il-linji gwida jew miżuri Dawn ir-rekwiżiti għandhom iqisu b'mod xieraq kwalunkwe standard ippubblikat skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas). Il-Kummissjoni tista', wara li tkun eżaminat dawn il-linji gwida jew miżuri ir-rekwiżiti u wara li tkun ikkonsultat [xxx], tadotta miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi f'dan ir-rigward jekk tqis li l-linji gwida jew il-miżuri r-rekwiżiti stabbiliti fuq livell nazzjonali jistgħu joħolqu xkiel għas-suq intern. Dawn Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2). - Emenda 194 Din l-emenda hija aċċettabbli fil-prinċipju. Madanakollu, huwa propost xi abbozzar mill-ġdid biex tkun żgurata rabta aħjar bejn il-kwadru regolatorju u l-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ elettroniku. Ir-referenza għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ma tjidhirx xierqa f'dan il-kuntent u għalhekk hija mħassra. Premessa 14b (ġdida) Fin-nuqqas ta' regoli relevanti tal-liġi Komunitarja, il-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi jitqiesu bħala legali jew dannużi skont il-liġi sustantiva u l-liġi proċedurali nazzjonali. Huwa d-dmir tal-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri, u mhux ta' min jipprovdi n-netwerks jew is-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, li jiddeċiedu, bi qbil mal-proċess xieraq, jekk il-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi humiex legali jew ta' ħsara jew le. Id-Direttiva 2002/22/KE Id-Direttiva Kwadru u d-Direttivi speċifiċi huma hi bla ħsara għad-Direttiva 2000/31/KE (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), li inter alia tinkludi fiha regola ta' sempliċiment passaġġ għal fornituri intermedjarji tas-servizzi, kif iddefinita fiha . Id-Direttiva 2002/22/KE ma tirrikjedix Id-Direttiva Kwadru u d-Direttivi Speċifiċi ma jirrikjedux li l-fornituri jissorveljaw l-informazzjoni trażmessa min-netwerks tagħhom jew li jieħdu azzjoni punittiva jew prosekuzzjoni legali kontra l-klijenti tagħhom minħabba dan it-tip ta' informazzjoni, u lanqas ma tagħmel jagħmlu lill-fornituri responsabbli għall-informazzjoni. Ir-responsabilità ta' kwalunkwe azzjoni punittiva jew prosekuzzjoni legali ta' dan it-tip tibqa' f'idejn l-awtoritajiet relevantital-infurzar tal-liġi. 4.3. L-emendi li ma ġewx aċċetati mill-Kummissjoni L-emendi 1, 10, 17, 24, 28, 29, 35, 36, 39, 40, 42, 45, 46, 49, 50, 52, 57, 58, 59, 62 (l-ewwel paragraph), 69, 78, 83, 84, 92 (l-ewwel paragrafu), 95, 96, 98, 101, 102, 104, 107, 108, 113, 114 (l-ewwel paragrafu), 117, 119, 120, 121, 123, 124, 125, 128, 130, 133, 140, 142, 144, 146, 147, 157, 163, 174, 166, 186, 190 ma jistgħux ikunu aċċettati mill-Kummissjoni. 5. Proposta emendata Fid-dawl tal-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni qed temenda l-proposta kif indikata hawn fuq.