52008PC0697

Proposta għal direttiva tal- Kunsill li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż żwiemel (verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0697 finali - CNS 2008/0204 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.11.2008

KUMM(2008) 697 finali

2008/0204 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL- KUNSILL

li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista' ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 t’April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 92/35/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness VI tad-Direttiva kkodifikata.

ê 92/35/KEE (adattat)

2008/0204 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL- KUNSILL.../…/KE

ta’ […]

li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (verżjoni kkodifikata)

(test b’rilevanza ŻEE)

IL- KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu Ö 37 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Billi:

ê

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 t’April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 92/35/KEE Premessa 1

2. Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn tielet pajjiżi ta’ ekwidi[9] tfittex li tilliberaliżża l-moviment ta’ ekwidi fuq it-territorju tal-Komunità. Miżuri tal-Komunità għandhom ikunu introdotti biex jarmonizzaw ir-regoli biex jikkontrollaw u miżuri biex jiġġieldu l-marda Afrikana taż- żwiemel.

ê 92/35/KEE Premessa 2

3. Tali miżuri għandhom jagħmluha possibbli li jkun żgurat żvilupp razzjonali tas-settur tal-biedja u jikkontribwixxi għal protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità.

ê 92/35/KEE Premessa 3

4. Jekk tfaqqa’ din il-marda tista’ fi żmien qasir tassumi proporzjonijiet epiżoloġiċi, filwaqt li tikkawża mewt u tfixkil li jista’ jirriduċi b’ mod qawwi l-profitabbilità tal-produzzjoni ta’ annimali ħajjin.

ê 92/35/KEE Premessa 4

5. Miżuri ta’ kontroll għandhom ikunu meħuda appena l-preżenza tal-marda hi suspettata u billi azzjoni immedjata u effettiva għandha tkun implimentata appena hu konfermat sabiex tkun garantita l-protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità.

ê 92/35/KEE Premessa 5

6. Il-miżuri li għandhom jittieħdu jridu jimmiraw għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda Afrikana taż-żwiemel. Il-moviment ta’ annimali li għandhom ċans jittrasmettu l-infezzjoni għandu jkun strettament kontrollat u insetti għandhom ikunu eradikati minn postijiet infettati.

ê 92/35/KEE Premessa 6

7. Il-kundizzjonijiet li taħthom tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel tista’ tkun imwettqa u r- regoli li jirregolaw tali vaċċinazzjoni għandhom ikunu speċifikati.

ê 92/35/KEE Premessa 7

8. Sabiex ikun żgurat kontroll effettiv tal-marda, trid tittieħed azzjoni biex ikunu stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza, filwaqt li jittieħed kont ta’ fatturi ġeografiċi, amminstrattivi, ekoloġiċi u epiżoloġiċi.

ê 92/35/KEE Premessa 8

9. Inkjesta dettaljata epiżoloġika hi essenzjali sabiex tipprevjeni kwalunkwe tixrid tal-marda.

ê 92/35/KEE Premessa 9

10. L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990] fuq l-ispejjeż fil-kamp veterinarju[10] japplika fil-każ ta’ l-okkorrenza tal-marda Afrikana taż- żwiemel.

ê

11. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’Ġunju 1999 li tistablixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni moghtija lill-Kummissjoni[11].

12. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti B,

ê 92/35/KEE

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id- Direttiva tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel.

Artikolu 2

Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, d-definizzjonijiet mgħotija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/426/KEE ser japplikaw kif u meta neċessarju.

Iżda, art agrikola tfisser art agrikola fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva 90/426/KEE u r-riżervi naturali li ekwidi jgħixu fihom fil-libertà.

Ukoll:

(a) sid jew min iżomm mezzi kwalunkwe, persuni naturali u legali għandhom pussess ta’ ekwidi jew għandhom ir-responsabbiltà tagħhom, kemm jekk għal ħlas finanzjarju jew le;

ê 92/35/KEE (adattat)

(b) vector ifisser insett ta’ l-ispeċi Culicoides imicola jew kwalunkwe insett Culicoides li għandu ċ-ċans jittrasmetti l-marda Afrikana taż-żwiemel, identifikabbli skond il-proċedura li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 19(2), b’ mod li tkun segwita l-opinjoni Ö l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel Õ;

ê 92/35/KEE

(ċ) konferma tfisser id-dikjarazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-preżenza tal-marda Afrikana taż-żwiemel, bażata fuq riżultati ta’ laboratorju; iżda fil-każ ta’ epidemija l-awtorità kompetenti tista’ wkoll tikkonferma l-marda a bażi ta’ riżultati kliniċi u/jew epidemjoloġiċi;

(d) awtorità kompetenti tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru responsabbli biex iwettaq kontrolli veterinarji jew kwalunkwe awtorità veterinarja li għaliha hi delegata dik ir- responsabbiltà;

(e) veterinarju uffiċjali jfisser il-veterinarju appuntat mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 3

Stati Membri għandhom jiżguraw li l-okkorrenza jew suspett tal-marda Afrikana taż-żwiemel hi soġġetta għal notifika ta’ bilfors u immedjata lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 4

1. Meta art agrikola fiha waħda jew aktar ekwidi suspettati li huma effettwati mill-marda Afrikana taż-żwiemel, l-Istati Membri ser jiżguraw li l-veterinarju uffiċjali immedjatament iwaqqaf meżżi uffiċjali ta’ investigazzjoni biex jikkonferma jew jinnega l-preżenza tal-marda msemmija.

2. Mill-mument meta l-infezzjoni suspettata hi notifikata, l-veterinarju uffiċjali għandu:

(a) jqiegħed l-artijiet agrikoli suspettati taħt sorveljanza uffiċjali;

(b) jibda:

(i) Ċensiment uffiċjali ta’ l-ispeċi ta’ ekwidi, filwaqt li jiddikjara fil-każ ta’ kull speċi n-numru ta’ ekwidi diġa’ mejta, infettati jew li għandhom ċans ikunu infettati, u l-aġġornar ta’ dak iċ-ċensiment biex jikkunsidra l-ekwidi li jitwieldu jew imutu matul il-perijodu ta’ suspett; l-informazzjoni fiċ-ċensiment trid tkun prodotta fuq rikjesta u tista’ tkun iċċekkjata f’ kull ispezzjoni;

(ii) ċensiment ta’ postijiet li għandhom iċ-ċans jiffaċilitaw is-sorveljanza tal- vector jew biex jakkomodawh u l-użu ta’ meżżi xierqa biex ikunu eradikati insetti f’ tali postijiet;

(iii) inkjesta epiżotjoliġika bi qbil ma’ l-Artikolu 7;

(ċ) visti regolari lill art(ijiet), meta hu għandu:

(i) jeżamina kull ekwidi miżmum hemm;

(ii) iwettaq eżami kimiku dettaljat jew awtopsja fuq is-suspett jew annimali mejta u jieħu l-kampjuni neċessarji għall-eżamijiet tal-laboratorju;

(d) jiżgura li:

(i) l-ekwidi kollha fuq l-art(ijiet) agrikoli huma miżmuma fil-kwartjieri ta’ abitazzjoni tagħhom jew f’postijiet oħra protetti mill- vector ;

(ii) iċ- ċaqlieq kollu ta’ ekwidi minn jew għall-art(ijiet) agrikola(i) hu projbit;

(iii) meżżi approprjati biex ikunu eradikati l-insetti huma mwettqa fi u madwar il-bini li jospita l-ekwidi;

ê 92/35/KEE (adattat)

(iv) il-karkassi ta’ ekwidi li mietu fuq l-art agrikola huma distrutti, mneħħija, maħruqa jew midfuna bi qbil Ö mar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1774/2002 Õ[12].

ê 92/35/KEE

3. Sakemm ikunu introdotti l-miżuri uffiċjali li għalihom hemm riferenza fil-paragrafu 2, is-sid jew min iżomm kwalunkwe mill-annimali suspettati li għandhom il-marda għandhom jieħdu l-azzjoni prekawzjonarja kollha sabiex jiżguraw qbil mall-paragrafu 2(d).

4. L-awtorità kompetenti tista’ tapplika kwalunkwe mill-miżuri li għalihom hemm provediment fil-paragrafu 2 għal artijiet agrikoli oħra jekk il-lokazzjoni tagħhom, is-sitwazzjoni ġeografika tagħhom jew kuntatti ma’ l-art agrikola fejn il-marda hi suspettata jagħtu raġuni għal kontaminazzjoni possibbli.

5. Barra mid-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 2, dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 19(2) għal riżervi naturali fejn joqgħodu l-ekwidi fil-libertà.

6. Il-miżuri koperti minn dan l-Artikolu ser ikunu uffiċjalment diskontinwati mill-veterinarju uffiċjali meta l-awtorità kompetenti ma tibqax tissuspetta l-preżenza tal-marda Afrikana taż-żwiemel.

Artikolu 5

Vaċċinazzjoni kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel tista’ tkun prattikata biss bi qbil mad-dispożizzjonijiet imniżżla f’ din id-Direttiva.

Artikolu 6

1. Fejn il-preżenza tal-marda Afrikana taż-żwiemel hi uffiċjalment konfermata, l-veterinarju uffiċjali:

(a) għandu jipproċedi immedjatament bil-qtil taħt kontroll uffiċjali ta’ kwalunkwe ekwidi fuq l-art agrikola infettata li huma infettati bi jew jippreżentaw sintomi kliniċi tal-marda Afrikana taż-żwiemel;

(b) għandu jirranġa għad-distruzzjoni, disponiment, ħruq jew dfin tal-karkassi ta’ l-hawn fuq imsemmija ekwidi imsemmija fil-punt (a) bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(ċ) għandu jestendi l-miżuri stipulati fl-Artikolu 4 għal artijiet agrikoli li jinsabu f’arja ta’ 20km (inklużi fiż-żona protetta) madwar l-art(ijiet) agrikola(i) infettata(i);

(d) għandu jipproċedi, fiż-żona stipulata f’punt (ċ) bil-tilqim sistematiku ta’ l-ekwidi kollha permezz ta’ vaċċin awtoriżżat mill-awtorità kompetenti, u għandu jidentifikhom b’marka ċara indelibbli applikata b’ metodu approvat bi qbil mal-proċedura li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 19(2). Iżda, a bażi taċ-ċirkostanzi epizotjoloġiċi, meterjoloġiċi, geografiċi jew klimatoliġiċi, r-rekwiżiti tat-tilqima jistgħu ikunu kanċellati mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tinforma’ l Kummissjoni b’dan;

(e) għandu jwettaq inkjesta epzotjoloġika bi qbil ma’ l-Artikolu 7.

2. L-awtorità kompetenti tista’ testendi l-miżuri li għalihom hemm provediment fil-paragrafu 1 oltre ż-żona li għaliha hemm riferenza fil-punt (ċ) ta’ dan jekk, minħabba s-sitwazzjoni jew movimenti geografiċi, ekoloġiċi jew meterjoloġiċi minn jew għal art agrikola fejn il-marda ġiet ikkonfetmata, hemm raġunijiet biex tkun sospettata estensjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’ mod xieraq.

3. Meta ż-żona li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 hi misjuba fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kompetenti konċernati għandhom jikkolaboraw biex jiddefinixxu dik iż-żona. Jekk neċessarju, dik iż-żona għandha tkun definita skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19(2).

Artikolu 7

1. L- inkjesta epiżotjoliġika għandha tkopri:

(a) t-tul ta’ żmien li matulu l-marda Afrikana taż- żwiemel tista’ tkun eżistiet fuq l-art agrikola;

(b) l-oriġini possibbli tal-marda Afrikana taż-żwiemel fuq l-art agrikola u l-identifikazzjoni ta’ artijiet agrikoli oħra fuq liema hemm ekwidi li jistgħu jkunu ġew infettati jew kontaminati mill-istess fonti;

(ċ) l-preżenza u d-distribuzzjoni tal- vectors tal-marda;

(d) l-moviment ta’ l-ekwidi minn jew lejn l-artijiet agrikoli konċernati jew kwalunkwe karkassi ta’ ekwidi immneħħija minnhom.

2. Sabiex ikun hemm provediment ta’ kordinazzjoni sħiħa tal-miżuri kollha neċessarji biex tkun żgurata eradikazzjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel l-aktar malajr possibbli u għall-iskopijiet li tkun imwettqa l-inkjesta epiżotjoloġika, unità ta’ kriżi għandha tkun stabbilita.

Ir-regoli ġenerali dwar l-unitajiet ta’ kriżi nazzjonali u unitajiet ta’ kriżi tal-Komunità ser ikunu adottati mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

1. L-Istati membri għandhom jiżguraw li, flimkien mal-miżuri li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti tistabilixxi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza. L-istabiliment taż- żoni għandu jieħu kont tal-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżotjoloġiċi konnessi mal-marda Afrikana taż-żwiemel u ta’ l-istrutturi ta’ kontroll.

2. Iż-żona ta’ protezzjoni għandha tikkonsisti minn parti mit-territorju tal-Komunità b’ arja ta’ għallinqas 100km madwar l-art agrikola infettata kollha.

3. Iż-żona ta’ sorveljanza għandha tikkonsisti minn parti mit-territorju tal-Komunità li testendi għallinqas 50km oltre ż-żona protetta, li fiha l-ebda tilqima sistematika ma’ ġiet imwettqa fl-aħħar 12-il xahar.

4. Billi iż-żoni li għalihom hemm referenza f’paragrafi 2 u 3 jinsabu fuq it-territorju ta’ bosta Stati Membri, l-awtoritajiet komptenti ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom jikkollaboraw sabiex jiddefinixxu dawk iż-żoni . Iżda, jekk neċessarju, ż-żona ta’ protezzjoni u ż-żona ta’ sorveljanza għandhom ikunu definiti bi qbil mall-proċedura li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 19(2).

5. Fuq rikjesta xierqa minn Stat Membru deċiżjoni tista’ tittieħed bi qbil mall-proċedura li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 19(2), bil għan li tkun emendata ż-żona ta’ demarkazzjoni definita skond paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tkun ikkunsidrata:

(a) s-sitwazzjoni ġeografika u l-fatturi ekoloġiċi;

(b) l-kundizzjonijiet meterjoliġiċi;

(ċ) l-preżenza u d-distribuzzjoni tal- vector ;

(d) r-riżultati ta’ l-istudji epiżotjoloġiċi mwettqa bi qbil ma’ l-Artikolu 7;

(e) r-riżultati ta’ l-eżami tal-laboratorju;

(f) l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll, b’mod partikolari l-miżuri ta’ eradikazzjoni ta’ l-insetti.

Artikolu 9

1. Stati Membri ser jiżguraw li s-segwenti miżuri huma applikati fiż- żona ta’ protezzjoni:

(a) l-artijiet agrikoli kollha li jikkontjenu l-ekwidi fiż-żona huma identifikati;

(b) l-kondotti uffiċjali veterinarji:

(i) visti perjodiċi lill-artijiet agrikoli kollha li jikkontjenu l-ekwidi;

(ii) eżami kliniku ta’ l-imsemmija ekwidi kif ukoll, jekk neċessarju, l-kollezzjoni ta’ kampjuni għall-eżami ta’ laboratorju; rekord ta’ viżti u sejbiet iridu jiġu miżmuma;

(ċ) l-ekwidi iħallu l-art agrikola li fuqha huma miżmuma biss għat-trasport dirett taħt superviżjoni uffiċjali għall-qatla ta’ emerġenza f’ biċċerija misjuba f’ dik iż-żona jew, jekk dik iż-żona m’għandiex dar tal-qtil, f’ biċċerija f’żona ta’ sorveljanza magħżula mill-awtorità kompetenti.

2. Flimkien mall-miżuri li għalihom hemm provediment fil-paragrafu 1, deċiżjoni li tkun imwettqa tilqima sistematika ta’ ekwidi kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel u biex ikunu identifikati fiż- żona ta’ protezzjoni tista’ tkun meħuda skond il-proċedura li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 19(2).

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) L-miżuri li għalihom hemm provediment fl-Artikolu 9(1) japplikaw fiż-żona ta’ sorveljanza. Iżda, jekk iż- żona ta’ sorveljanza m’għandha l-ebda biċċerija, l-ekwidi jistgħu jiġu maqtula fiż-żona ta’ protezzjoni f’ biċċerija magħżula mill-awtorità kompetenti;

(b) It-tilqima kontra l-marda Afrikana taż- żwiemel hi projbita fiż-żona ta’ sorveljanza.

Artikolu 11

L-perijodu ta’ applikazzjoni u manteniment tal-miżuri li għalihom hemm provediment fl-Artikoli 6, 8, 9 u 10 għandhom ikunu determinati mill-proċedura li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 19(2). Dan il-perijodu ma jista’ fl-ebda każ ikun inqas minn 12-il xahar fejn tilqima ġiet imwettqa bi qbil ma’ l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9(2).

Iżda, minkejja l-Artikolu 9(1)(ċ) u l-Artikolu 10(a):

(a) ekwidi minn żona ta’ protezzjoni u minn żona ta’ sorveljanza jistgħu ikunu trasportati taħt superviżjoni uffiċjali u skond il-kundizzjonijijiet stipulati fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 90/426/KEE għall-istazzjon tal-kwarantina li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 5(3)(d) ta’ dik id-Direttiva;

(b) movimenti ta’ ekwidi bejn iż-żoni ta’ l-istess status għandhom ikunu suġġetti għall-awtoriżżazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti a bażi tar-regoli segwenti:

(i) ekwidi għandhom:

- jgħaddu minn kontroll uffiċjali qabel,

- jirrikjedu identifikazzjoni, u

- jkunu akkumpanjati minn dokument uffiċjali;

(ii) Stati Membri għandhom jiżguraw, f’ kull każ, li ekwidi mlaqqma inqas minn 60 ġurnata qabel ma jistgħux jitilqu l-art agrikola li fuqha huma kienu meta t-tilqima ġiet imwettqa;

ê 92/35/KEE (adattat)

(iii) Stati Membri għandhom jinfurmaw Ö il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) Õ il dwar miżuri meħuda f’ dan il-kamp.

ê 92/35/KEE

Artikolu 12

Meta l-marda Afrikana taż-żwiemel epiżoloġika hi eċċezzjonalment serja f’reġjuni partikolari, kwalunkwe miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri konċernati għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 19(2).

Artikolu 13

Stati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tieħu l-passi neċessarji kollha u l-miżuri xierqa għall-persuni kollha stabbiliti fiż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza biex ikunu informati bis-sħiħ bir-restrizzjonijiet fis-seħħ u biex jieħdu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri in kwistjoni.

ê 2008/73/KE Art. 14 punt 1

Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru laboratorju nazzjonali biex iwettaq l-eżamijiet ta’ laboratorju stipulati f’din id-Direttiva, u għandhom jagħmlu d-dettalji ta’ dak il-laboratorju, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).

2. Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali maħtura skond il-paragrafu 1 huma stipulati fl-Anness I.

3. Il-laboratorji nazzjonali indikati skond il-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju msemmi fl-Artikolu 15.

ê 92/35/KEE

Artikolu 15

Il-laboratorju ta’ riferenza tal-Komunità għall-marda Afrikana taż-żwiemel hu msemmi fl-Anness II. Minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni [90/424/KEE], u b’mod partikolari [l-Artikolu 28] tagħha, l-funzjonijiet u d-doveri tal-laboratorju għandhom ikunu kif definiti fl-Anness III għal din id-Direttiva.

Artikolu 16

Esperti mill-Kummissjoni jistgħu, sa fejn neċessarju għall-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’ kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti, jagħmlu kontrolli fuq is-siti. Għal dan il-għan huma jistgħu, billi jispezzjonaw perċentwali rappreżentattiv ta’ l-artijiet agrikoli, jivverifikaw jekk l-awtoritajiet kompetenti qed jimmonitoraw il-qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati tal-kontrolli mwettqa.

Stat Membru fit-territorju fejn spezzjoni qed tiġi mwettqa għandu jagħti l-assitenza kollha neċessarja lill-esperti fit-twettieq tad-doveri tagħhom.

Ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 19(2).

Artikolu 17

1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan alternattiv, li jispeċifika kif hu ser jimplimenta l-miżuri stipulati f’ din id-Direttiva.

Dan il-pjan jippermetti aċċess għall-faċilitajiet, ekwipaġġament, persunal u kull materjal ieħor xieraq għall-eradikazzjoni mgħaġġla u effiċjenti tal-marda.

2. Il-kriterji li għandhom ikunu applikati għat-tifsil tal-pjanijiet li għalihom hemm riferenza huma stipulati fl-Anness IV fl-ewwel paragrafu.

ê 92/35/KEE (adattat)

Pjanijiet imfassla bi qbil ma’ dawn il-kriterji għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni mhux aktar tard Ö mit-18 ta' Awissu 1992 Õ.

ê 92/35/KEE

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet sabiex tiddetermina jekk jippermettux li l-għan mixtieq ikun miksub u ser jissuġġerixxu lill-Istat Membru kkonċernat kwalunkwe emendi bżonjużi, b’mod partikolari biex jiżguraw li huma kompatibbli ma’ dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjanijiet, jekk neċessarju emendati skond il-proċedura li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 19(2).

Il-pjanijiet jistgħu sussegwentement ikunu emendati jew miżjuda bi qbil ma’ l-istess proċedura biex ikun ittieħed kont tal-iżvilupp fis-sitwazzjoni.

Artikolu 18

ê Korriġendum 92/35/KEE(ĠU L 308, 8.11.2006, p. 19)

L-Annessi għandhom ikunu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).

ê 806/2003 Art. 3 u Anness III, punt 29

Artikolu 19

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Pemanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 178/2002[13].

2. Meta jsir riferiment għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

ê

Artikolu 20

Id-Direttiva 92/35/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness V, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali [u l-applikazzjoni] tad-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 21

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Għandha tapplika mit-2 ta' Jannar 2010.

ê 92/35/KEE

Artikolu 22

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, […]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

ê 92/35/KEE

L-ANNESS I

FUNZJONIJIET U DOVERI TAL-LABORATORJI GĦALL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL

Il-laboratorji nazzjonali għall-marda Afrikana taż-żwiemel huma responsabbli biex jikkordinaw l-i standards u l-metodi djanjostiċi stipulati f’ kull laboratorju djanjostiku ta' l-Istat Membru, għall-użu ta' reaġenti u għat-testijiet ta' vaċċini. Għal dan il-għan, huma:

(a) jistgħu jipprovdu reaġenti għall-laboratorji djanjostiċi li jirrikjeduhom;

(b) jikkontrollaw il-kwalità ta' reaġenti djanjostiċi użati f’ dak l-Istat Membru;

(ċ) jirranġaw testijiet komparattivi perjodiċi;

(d) jżommu iżolati tal-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel minn każijiet konfermati f’ dak l-Istat Membru;

(e) jiżguraw il-konferma ta' riżultati pożittivi miksuba minn laboratorji reġjonali djanjostiċi.

_________

ê 2007/729/KE u Anness punt 3(b)

L-ANNESS II

LABORATORJU TA' RIFERENZA TAL-KOMUNITA

Laboratorio Central de Sanidad Animal de AlgeteCarretera de Algete, km 8E-28110 Algete (Madrid)Tel. (34) 916 29 03 00Fax (34) 916 29 05 98E-mail: lcv@mapya.es

_________

ê 92/35/KEE

L-ANNESS III

IL-FUNZJONIJIET U D-DOVERI TAL- LABORATORJU TA’ RIFERENZA TAL-KOMUNITÀ GĦALL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL

Il-laboratorju ta’ riferenza tal-Komunità għandu s-segwenti funzjonijiet u doveri:

1. Biex jikkordina, flimkien mal-Kummissjoni, l-metodi wżati fl-Istati Membri għad-djanjożi tal-marda Afrikana taż-żwiemel, speċifikatament minn:

(a) ittajpjar, l-immagażżinar u l-forniment ta’ partijiet ta’ virus tal-marda Afrikana taż- żwiemel għal testijiet seroloġiċi u l-preparazzjoni ta’ l- antiserum ;

(b) il-forniment ta’ serums standard u reaġenti oħra ta’ riferenza lill-laboratorji ta’ riferenza sabiex ikunu standardiżżati t-testijiet u r-reaġenti użati f’ kull Stat Membru;

(ċ) il-bini u l-manteniment ta’ kollezzjoni ta’ partijiet u iżolati tal-marda Afrikana taż- żwiemel;

(d) l-organiżżazzjonijiet ta’ testijiet perjodiċi ta’ proċeduri djanjostiċi fuq livel ta’ Komunità;

(e) il-ġbir u l-kollezzjoni ta’ informazzjoni fuq il-metodi ta’ djanjożi wżata u r-riżultati tat-testijiet imwettqa fil-Komunità;

(f) il-karatteriżżazzjoni ta’ iżolati tal-marda Afrikana taż-żwiemel bil-metodi l-aktar avvanzati disponibbli biex jippermettu għarfien aktar vast ta’ l-epiżotjoloġija tal-marda Afrikana taż- żwiemel;

(g) il-kontroll ta’ żviluppi fil-marda Afrikana taż-żwiemel, sorveljanza, epiżotjoloġija u prevenzjoni fid- dinja;

2. Biex jassisti b’ mod attiv id-djanjożi ta’ splużjoni tal-marda Afrikana taż- żwiemel fi Stati Membri billi jirċievi iżolati tal-virus għal djanjożi konfermatorja, studji ta’ karateriżżazzjoni u epiżotjoloġija;

3. Biex jiffaċilita t-taħriġ jew it-taħriġ mill-ġdid ta’ esperti fi djanjożi ta’ laboratorju bil-għan li jkunu armoniżżati t-tekniċi fil-Komunità;

ê 92/35/KEE (adattat)

4. Biex iwettaq skambju mutwu u reċiproku ta’ informazzjoni mall-laboratorju dinji għall-marda Afrikana taż- żwiemel magħżul mill-Uffiċju Ö ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (IOE) Õ, b’ mod partikolari fejn għandhom x’ jaqsmu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni dinjija fejn għandha x’ taqsam il-marda Afrikana taż- żwiemel.

_________

ê 92/35/KEE

L-ANNESS IV

KRITERJI GĦAL PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA

Pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom jissodosfaw ta’ l-anqas is-segwenti kriterji:

1. L-istabbiliment ta’ ċentru ta’ kriżi fuq livell nazzjonali, li għandu jikkordina l-miżuri kollha ta’ kontroll fl-Istat Membru konċernat;

2. Lista għandha tkun provduta taċ-ċentri ta’ kontroll ta’ mard lokali b’ faċilitajiet adegwati biex jikkordinaw il-miżuri ta’ kontroll ta’ mard fuq livell lokali;

3. Informazzjoni dettaljata għandha tkun mgħotija fuq il-persunal involut f’ miżuri ta’ kontroll; il-kapaċitajiet tagħhom u r-responsabbiltajiet tagħhom;

4. Kull ċentru ta’ kontroll ta’ mard lokali jrid ikun kapaċi jikkuntattja minnufih persuni/organiżżazzjonijiet li huma direttament jew indirettament involuti fit-tifqigħa;

5. Ekwipaġġament u materjali għandhom ikunu disponibbli biex il-miżuri ta’ kontroll tal-mard ikunu mwettqa sew;

6. Istruzzjonijiet dettaljati għandhom ikunu provduti fuq azzjoni li għandha tkun meħuda, kif ukoll meżżi ta’ disponiment ta’ karkassi, fuq suspett u konferma ta’ l-infezzjoni jew kontaminazzjoni;

7. Programmi ta’ taħriġ għandhom ikunu stabbiliti biex imantnu u jiżviluppaw kapaċitajiet fil-kamp u proċeduri amministrattivi;

8. Laboratorji djanjostiċi jrid ikollhom faċilitajiet għall-eżami wara l-mewt, il-kapaċità neċessarja għas-seroloġija, istoloġija, eċċ., u jridu jmantnu l-kapaċitajiet għal djanjożi mgħaġġla (għal dak il-għan ftehim suppost isir għal trasportazzjoni rapida ta’ kampjuni);

9. Dettalji għandhom ikunu provduti tal-kwantità ta’ vaċċin tal-marda Afrikana taż-żwiemel stmati li hemm bżonn fil-każ ta’ bżonn ta’ tilqima ta’ emerġenza;

10. Dispożizzjonijiet għandhom isiru biex ikunu żgurati l-poteri legali, meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza.

_________

é

ANNESS V

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha(imsemmi fl-Artikolu 20)

Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19) |

Punti V.E.I.2.B.3 tal-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 132 u 155) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1) | Anness III, punt 29 |

Punti 6.B.I.22 tal-Anness II ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 (OJ L 236, 23.9.2003, p. 381) |

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/911/KE (ĠU L 346, 9.12.2006, p. 41) | Biss għar-referenza għad-Direttiva 92/35/KEE fl-Artikolu 1 u Anness, punt 5 |

Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352) | Biss għar-referenza għad-Direttiva 92/35/KEE fl-Artikolu 1 u Anness, punt I.6 |

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26) | Biss għar-referenza għad-Direttiva 92/35/KEE fl-Artikolu 1 u l-Anness, punt 3 |

Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE (ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40) | Artikolu 14 |

Parti B

Atti li jemendaw li mhux imħassra (imsemmi fl-Artikolu 20)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

92/35/KEE | 31 ta' Diċembru 1992 |

2006/104/KE | 1 ta' Jannar 2007 |

2008/73/KE | 1 ta' Jannar 2010 |

_____________

ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 92/35/KEE | Din id-Direttiva |

Artikoli 1 sa 6 | Artikoli 1 sa 6 |

Artikolu 7(1), l-ewwel sar-raba' inċiż | Artikolu 7(1)(a) sa (d) |

Artikolu 7(2) | Artikolu 7(2) |

Artikolu 8(1) | Artikolu 8(1) |

Artikolu 8(2)(a) | Artikolu 8(2) |

Artikolu 8(2)(b) | Artikolu 8(3) |

Artikolu 8(2)(ċ) | Artikolu 8(4) |

Artikolu 8(3), frażi tal-bidu | Artikolu 8(5), frażi tal-bidu |

Artikolu 8(3), l-ewwel sas-sitt inċiż | Artikolu 8(5)(a) sa (f) |

Artikolu 9(1)(a) | Artikolu 9(1)(a) |

Artikolu 9(1)(b), l-ewwel inċiż | Artikolu 9(1)(b)(i) |

Artikolu 9(1)(b), it-tieni inċiż | Artikolu 9(1)(b)(ii) |

Artikolu 9(1)(ċ) | Artikolu 9(1)(ċ) |

Artikolu 9(2) | Artikolu 9(2) |

Artikolu 10, kliem tal-bidu | Artikolu 10, kliem tal-bidu |

Artikolu 10(1) | Artikolu 10(a) |

Artikolu 10(2) | Artikolu 10(b) |

Artikolu 11 sa 18 | Artikolu 11 sa 18 |

Artikolu 19(1) u (2) | Artikolu 19(1) u (2) |

Artikolu 19(3) | _______ |

Artikolu 20 | _______ |

Artikolu 21 | _______ |

_______ | Artikolu 20 |

_______ | Artikolu 21 |

Artikolu 22 | Artikolu 22 |

Anness I, Sezzjoni B | Anness I |

Anness II | Anness II |

Anness III | Anness III |

Anness IV | Anness IV |

________ | Anness V |

________ | Anness VI |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness V, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.

[8] Ara l-Anness V, Parti A.

[9] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

[10] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

[11] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[12] Ö ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1 Õ.

[13] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.