Proposta ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli /* KUMM/2008/0685 finali - AVC 2008/0202 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 7.11.2008 KUMM(2008) 685 finali 2008/0202 (AVC) Proposta ta’ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL rigward il-firma f’isem il-Komunità u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli Proposta ta’ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tapprova l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (preżentati mill-Kummissjoni) NOTA SPJEGATTIVA Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (minn hawn ’il quddiem: “il-ftehim agrikolu”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. Il-Konfederazzjoni Żvizzera ntrabtet li tiġbor fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi Nru°91/496/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li jiffissaw il-prinċipji dwar l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji għall-annimali li jkunu ġejjin minn terzi pajjiżi u introdotti fil-Komunità u li jemendaw id-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE, Nru°97/78/KE tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1997 li jistabbilixxu l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, tad-Direttiva 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, tar-Regolament (KE) Nru°882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali u tal-ġabra ta’ dispożizzjonijiet meħuda għall-applikazzjoni tagħhom fil-qasam tal-kontroll ta’ importazzjonijiet ġejjin minn pajjiżi terzi għall-Unjoni Ewropea. Il-Konfederazzjoni Żvizzera ntrabtet li tiġbor fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru°998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta' pets, u li jemenda d-Direttiva 92/65/KEE tal-Kunsill. Ikun jaqbel li bħala konsegwenza jkunu adattati d-dispożizzjonijiet tal-Anness 11 tal-ftehim agrikolu. Fil-25 ta’ Ottubru 2004 l-Kunsill kien awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mal-Konfederazzjoni Żvizzera bil-ħsieb li jkun emendat il-ftehim agrikolu, li jkun aġġornat u jkunu aġġustati d-dispożizzjonijiet tiegħu, (SEC(2004) 1043 F tat-12 ta' Awwissu 2004). Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, paragrafu 2 tal-Ftehim Agrikolu, l-Anness 11 huwa eskluż mill-proċedura ta' emendi stabbilita fl-Artikolu 11 tiegħu. L-emenda tal-Anness 11 trid ukoll tkun approvata permezz ta' proċedura identika għal dik tal-Ftehim Agrikolu. L-applikazzjoni provviżorja ta' din id-Deċiżjoni, fl-istennija tat-tlestija ta' proċeduri interni tal-partijiet, tippermetti li jittieħdu in konsiderazzjoni t-tibdiliet kaġunati bl-emenda ta' appendiċi tal-Anness 11 u l-irtirar ta' verifiki veterinarji fil-fruntieri b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2009. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll lill-Kunsill il-proposti għal żewġ Deċiżjonijiet, rispettivament fuq il-firma bl-applikazzjoni provviżorja u fuq il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Komunità Ewropea fuq l-emenda tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli, kif preżentati fl-annessi. Din id-deċiżjoni ma għandha ebda effett finanzjarju fuq il-baġit tal-Komunità Ewropea. L-emenda tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli se tkun ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Proposta ta’ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta' rigward il-firma f’isem il-Komunità u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli tiegħu 133 u 310 flimkien mal-Artikolu 300, paragrafu 2, it-tieni subinċiż, wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, qies dan li ġej: 1. Fil-25 ta’ Ottubru 2004 l-Kunsill kien awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Konfederazzjoni Żvizzera bil-ħsieb li jkun emendat il-Ftehim agrikolu, li jkun aġġornat u jkunu aġġustati d-dispożizzjonijiet tiegħu, (SEC(2004) 1043 F tat-12 ta’ Awwissu 2004); 2. Il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera nnegozjaw Ftehim li jemenda l-Anness 11 tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli; 3. Dan il-Ftehim għandu japplika provviżorjament b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009 bl-istennija li jkunu kompluti l-proċeduri interni tal-partijiet; 4. B’riżerva tal-konklużjoni tiegħu f’data ulterjuri, jaqbel li jkun iffirmat il-Ftehim ippreżentat fl-Anness. IDDEĊIEDA: Artikolu 1 Il-firma tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli hija approvata f’isem il-Komunità, b’riżerva tal-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim f’data ulterjuri. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż fl-Anness fid-Deċiżjoni attwali. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina persuna/i ta’ ħila biex tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim, f’isem tal-Komunità, b’riżerva tal-konklużjoni tiegħu. Artikolu 3 Sakemm ikunu kompluti l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, il-Ftehim ikun japplika provviżorjament b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tal-Ftehim mehmuż fl-Anness. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni attwali se tkun ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President 2008/0202 (AVC) Proposta ta’ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta' li tapprova l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli IL-KUNSILL TAL-UNJ ONI EWROPEA, wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 133 u 310 tiegħu flimkien mal-Artikolu 300(3), it-tieni subinċiż, wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, wara li kkunsidra l-opinjoni skont il-Parlament Ewropew, iqis dan li ġej: 5. Il-Kummissjoni kienet innegozjat, f’isem il-Komunità Ewropea, ftehim li jemenda l-Anness 11 tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli; 6. Dan il-Ftehim kien iffirmat f’isem il-Komunitá Ewropea fl-xx.xx.2008, b’riżerva tal-konklużjoni tiegħu f’data ulterjuri, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill xx/xxx/KE tal-xx.xx.2008; 7. Jaqbel li jkun approvat il-Ftehim. IDDEĊIEDA: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli huwa approvat, f’isem il-Komunità Ewropea. It-test tal-ftehim huwa mehmuż fl-Anness tad-Deċiżjoni attwali. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni attwali tkun ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President L-ANNESS Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Komunità Ewropea li jemenda l-Anness 11 tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-Komunità ", u IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Iżvizzera ", minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-partijiet ", iqisu dan li ġej: (1) il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002, (2) l-Anness 11 tal-Ftehim jikkonċerna l-miżuri sanitarji u żootekniċi li japplikaw għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u ta’ prodott tal-annimali, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "l-Anness 11", (3) l-Iżvizzera ntrabtet li tpoġġi fil-leġiżlazzjoni tagħha id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 rigward il-kundizzjonijiet tar-regoli sanitarji applikabbli għall-movimenti ta’ mhux kummerċjali ta’ pets, u li jemenda d-Direttiva 92/65/KEE tal-Kunsill[1]. Il-Partijiet għandhom bħala konsegwenza jemendaw il-Ftehim biex jinżamm kont tal-estensjoni tal-qasam tal-applikazzjoni tiegħu għall-moviment mhux kummerċjali ta’ pets, (4) l-Iżvizzera ntrabtet li tiġbor fil-leġiżlazzjoni tagħha d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 91/496/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tiffissa l-prinċipji dwar l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji għall-annimali li jkunu ġejjin minn terzi pajjiżi u introdotti fil-Komunità u li temenda d-direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE[2], Nru 97/78/KE tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tiffissa l-prinċipji dwar l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji għall-prodotti li jkunu ġejjin minn terzi pajjiżi u introdotti fil-Komunità[3], tad-Direttiva 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman [4] , tar-Regolament (KE) Nru°882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali [5] u tal-ġabra ta’ dispożizzjonijiet meħuda għall-applikazzjoni tagħhom fil-qasam tal-kontroll ta’ importazzjonijiet ġejjin minn terzi pajjiżi għall-Unjoni Ewropea u li l-Partijiet għandhom bħala konsegwenza jadattaw id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim , (5) l-emendi u l-aġġustamenti li saru bl-evoluzzjoni rispettiva għal leġiżlazzjonijiet li jevitaw l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kumitat imħallat veterinarju. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun aġġornat u emendat l-Anness 11 tal-Ftehim. QABLU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN: Artikolu 1 1. It-tielet inċiż jiżdied fl-aħħar tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 tal-Anness 11: "( fuq il-movimenti mhux kummerċjali ta’ pets.". 2. It-titolu tat-Titolu I tal-Anness 11 huwa emendat kif ġej: "Kummerċ ta’ annimali ħajjin, l-isperma, il-bajd u l-embrijuni tagħhom u movimenti mhux kummerċjali ta’ pets". 3. L-Artikolu 3 tat-Titolu I tal-Anness 11 jinbidel bid-dispożizzjonijiet li ġejjin: "Artikolu 3 Il-Partijiet iridu li l-kummerċ ta’ annimali ħajjin, l-isperma, il-bajd, l-embrijuni tagħhom u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ pets isir skont il-leġiżlazzjonijiet li huma msemmija fl-Appendiċi 2. L-applikazzjoni ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet hija soġġetta għall-modalitajiet partikulari stipulati fl-istess Appendiċi." Artikolu 2 L-Artikoli 15 tal-Anness 11 qed jinbidel kif ġej: "Artikolu 15 Prodotti tal-annimali: kontrolli fil-fruntieri u miżati Il-kontrolli dwar il-kummerċ bejn il-Komunità u l-Iżvizzera ta’ prodotti tal-annimali jsru skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 10." Artikolu 3 Il-Ftehim preżenti jkun ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri interni tagħhom. Il-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta’ dawn il-proċeduri. Huwa japplika provviżorjament b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009 bl-istennija li jkunu kompluti dawn il-proċeduri. Artikolu 4 Il-Ftehim preżenti jkun stabbilit b’żewġ kopji fil-lingwa Ġermaniża, Ingliża, Bulgara, Daniża, Spanjola, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Griega, Ungeriża, Irlandiża, Taljana, Latvjana, Litwanjana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Żvediża u Ċeka, kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku l-istess. Bix-xhieda, il-plenipotenzjarji qegħdu l-firma tagħhom fil-qiegħ tal-Ftehim preżenti. Magħmul ..., il- … Għall-Komunità EwropeaGħall-Konfederazzjoni Żvizzera [1] ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. [2] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. [3] ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. [4] ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11. [5] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.