52008PC0613

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati, għal ċerti stokkijiet ta' ħut, applikabbli fil-Baħar l-Iswed għall-2009 /* KUMM/2008/0613 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 1.10.2008

KUMM(2008)613 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati, għal ċerti stokkijiet ta' ħut, applikabbli fil-Baħar l-Iswed għall-2009

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati, għal ċerti stokkijiet ta' ħut, applikabbli fil-Baħar l-Iswed għall-2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd][1], u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/1996 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għat-tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jesiġi li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġa li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u sabiex l-attivitajiet tas-sajd jibqgħu jsiru b’mod sostenibbli, billi jitqies il-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(2) Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-Kunsill jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd skont it-tip ta’ sajd jew gruppi ta’ tipi ta’ sajd u l-allokazzjoni ta’ dawk l-opportunitajiet lill-Istati Membri.

(3) Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-opportunitajiet ta' sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta' sajd.

(4) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet ta' sajd.

(5) Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għal miżuri varji pprovduti fih.

(6) Fl-2009 għandhom jiġu implimentati ċerti miżuri supplimentari relatati mal-kundizzjonijiet tekniċi għas-sajd biex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut.

(7) L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jintużaw skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-suġġett, u b'mod partikolari mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni[3] [il-politika komuni tas-sajd] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar[4].

(8) Waqt li jitqies li fi Stat Membru wieħed qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kienu qegħdin jintużaw xbieki b’malji iżgħar minn 400mm biex jinqabad il-barbun imperjali, u biex ikun jista' jsir tibdil adegwat lill-miżuri tekniċi introdotti f'dan ir-Regolament, bastimenti li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru għandhom jitħallew jistadu għall-barbun imperjali bi xbiek b’malji li mhumiex iżgħar minn 360mm.

(9) Sabiex jiġi żgurat l-infurzar u l-kontroll kif suppost, id-daqs tal-malji għandu jitkejjel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 tal-10 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 fir-rigward tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja u l-assessjar tal-ħxuna tal-ispag tax-xbieki tas-sajd[5]

(10) Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa essenzjali li tingħata eċċezzjoni għall-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi f'paragrafu I (3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I Suġġett, ambitu u definizzjonijiet

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2009 għal ċerti stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed u l-kundizzjonijiet assoċjati li taħthom jistgħu jintużaw tali opportunitajiet ta' sajd.

Artikolu 2 Ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji (bastimenti Komunitarji) li joperaw fil-Baħar l-Iswed.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa biss għal skopijiet ta' investigazzjoni xjentifika u li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru kkonċernat u li ġew infurmati bil-quddiem il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun qed issir ir-riċerka.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "GFCM" għandha tfisser il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran.

(b) "Il-Baħar l-Iswed" għandu jfisser is-subżona ġeografika tal-GFCM kif definita fir-reżoluzzjoni GFCM/31/2007/2;

(c) “qabda totali permissibli (TAC – Total Allowable Catch)” għandha tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(d) “kwota” għandha tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Komunità, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz.

KAPITOLU IIL-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom

Artikolu 4 Limiti tal-qbid u allokazzjonijiet

Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ dawk il-limiti fost l-Istati Membri, u kundizzjonijiet addizzjonali applikabbli skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5 Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

L-allokazzjoni tal-limiti tal-qbid fost l-Istati Membri kif stipulati fl-Anness I għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(1) skambji magħmula f'konformità mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(2) allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula skont l-Artikoli 21(4) 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(3) ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(4) tnaqqis magħmul skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Artikolu 6 Kondizzjonijiet għall-qabdiet u għall-qabdiet inċidentali

1. Ħut minn stokkijiet li għalihom hemm stabbiliti limiti ta’ qbid għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk jinqabdu minn bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita;

2. Il-ħatt l-art kollu għandu jittieħed mill-kwota jew, jekk is-sehem Komunitarju ma jkunx tqassam fost l-Istati Membri permezz tal-kwoti, mis-sehem Komunitarju.

Artikolu 7 Miżuri tekniċi tranżizzjonali

Il-miżuri tekniċi tranżizzjonali għandhom ikunu kif inhuma mniżżlin fl-Anness II.

KAPITOLU IIIDispożizzjonijiet finali

Artikolu 8 It-trażmissjoni tad-dejta

Meta l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda skont Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANN ESS I

Il-limiti tal-qbid u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għall-ġestjoni minn sena għall-oħra tal-limiti tal-qbid applikabbli għall-bastimenti tal-Komunità f’żoni fejn ikunu ġew iffissati il-limiti tal-qbid

It-tabelli li ġejjin jistipulaw it-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, l-allokazzjoni lill-Istati Membri u l-kundizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni tal-kwoti minn sena għall-oħra.

F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċi bil-Latin. Għall-finijiet ta’ dawn it-tabelli l-kodiċi wżati għall-ispeċi differenti huma kif ġejjin:

Isem xjentifiku | Kodiċi Alpha-3 | Isem Komuni |

Psetta maxima | TUR | Barbun imperjali |

Sprattus sprattus | SPR | Laċċa kaħla |

Speċi: | Barbun imperjali | Żona: | Il-Baħar l-Iswed |

Psetta maxima |

l-Bulgarija ir-Rumanija | 50 50 | TAC Prekawzjonali L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

KE | 100 |

TAC | Mhux rilevanti |

Speċi: | Laċċa kaħla | Żona: | Il-Baħar l-Iswed |

Sprattus sprattus |

TAC Prekawzjonali L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

KE | 12750 (1) |

TAC | Mhux rilevanti |

(1) Jistgħu jinqabdu biss minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija jew ir-Rumanija.

ANNESS II

MIŻURI TEKNIĊI TRANŻIZZJONALI

1. M'għandha titħalla l-ebda attività tas-sajd għall-barbun imperjali mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju fl-ilmijiet tal-Komunità Ewropea tal-Baħar l-Iswed.

2. Id-daqs minimu tal-malji permess bil-liġi għal xbieki tal-qiegħ użati biex jinqabad il-barbun imperjali għandu jkun ta' 400 mm.

Fl-Istat Membru fejn id-daqs minimu tal-malji għal xbieki tal-qiegħ użati biex jinqabad il-barbun imperjali kien inqas minn 400 mm qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jintużaw xbieki b'daqs tal-malji ta’ mhux inqas minn 360 mm biex jinqabad il-barbun imperjal. Madankollu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaċċerta li sal-aħħar tal-2009 mhux aktar minn 40% tan-numru tal-bastimenti tas-sajd kollha awtorizzati biex jaqbdu il-barbun imperjali bi xbieki tal-qiegħ għadhom jużaw daqs tal-malji ta’ inqas minn 400 mm.

3. Id-daqs tal-malji għandu jitkejjel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 tal-10 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi r-Regolament tal-Kummissjoni għad-determinazzjoni tad-daqs tal-malji.

4. Id-daqs minimu ta' barbun imperjali li jista' jinħatt l-art m'għandux ikun inqas minn 45cm tul, imkejjel skont l-Artikolu 18 tar-Regolament 850/98.

[1] ĠU L 358, 31 12 2002, p. 59.

[2] ĠU L 115, 9 5 1996, p. 3.

[3] ĠU L 261, 20 10 1993, p. 1.

[4] ĠU L 125, 27 4 1998, p. 1.

[5] ĠU L 151, 11 6 2008, p. 5.