52008PC0581

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika /* KUMM/2008/0581 finali - CNS 2008/0184 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.9.2008

KUMM(2008) 581 finali

2008/0184 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika kien iffirmat f’Washington fil-5 ta’ Diċembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998. L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jipprovdi kif ġej: “Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta' ħames snin. Suġġett għal reviżjoni mill-Partijiet matul l-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġġedded b'emendi possibbli, minn dakinhar ‘il quddiem għall-perjodi addizzjonali ta’ ħames snin permezz ta’ ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet.”

2. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/756/KE tal-4 ta’ Ottubru 2004[1] il-Ftehim imġedded għal perjodu ulterjuri ta' ħames snin daħal fis-seħħ mill-14 ta' Ottubru 2003. Il-Ftehim għandu jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2008.

3. Huwa fl-interess tal-Komunità li testendi dan il-Ftehim sabiex tkompli tiffaċilita l-kooperazzjoni mal-Istati Uniti tal-Amerika fl-oqsma komuni li huma ta’ prijorità fix-Xjenza u t-Teknoloġija (S&T) li jwasslu għall-benefiċċji soċjo-ekonomiċi għaż-żewġ Partijiet.

4. Iż-żewġ partijiet ikkonfermaw l-interess tagħhom sabiex jestendu l-Ftehim fil-konklużjonijiet tal-aħħar laqgħa tal-Grupp Konġunt Konsultattiv imwaqqaf fl-ambitu tal-Ftehim (li sar f’Washington bejn id-19 u l-20 ta’ Frar 2008).

5. Il-kontenut materjali tal-Ftehim estiż se jkun l-istess bħall-kontenut tal-materjal tal-Ftehim ta' issa, minbarra l-emendi ta' natura teknika li jaġġornaw l-ambitu tal-ftehim f'konformità mas-Seba' Programm Kwadru ta' Riċerka tal-Komunità (FP7), li jikkonsisti l-iktar fiż-żieda ta’ riċerka dwar l-ispazju u s-sigurtà fil-lista ta’ setturi għall-attivitajiet ta' kooperazzjoni.

6. Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Kunsill:

- japprova, f’isem il-Komunità, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, l-estensjoni għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika;

- jawtorizza lill-President tal-Kunsill jinnomina persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex tesprimi l-qbil tal-Komunità li tkun b’hekk marbuta bih.

2008/0184 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 170 tiegħu flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3],

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-13 ta’ Ottubru 1998[4], il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(2) L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jipprovdi kif ġej: 'Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta' ħames snin. Suġġett għar-reviżjoni mill-Partijiet fl-aħħar sena ta' kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiz, b'emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta' ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet.”

(3) Permezz tad-Deċiżjoni tal-4 ta’ Ottubru 2004[5], il-Kunsill ġedded il-Ftehim li daħal fis-seħħ mill-14 ta' Ottubru 2003 għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin .

(4) L-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni li se jilqgħu l-estensjoni tal-Ftehim msemmi hawn fuq għal ħames snin oħra. Estensjoni ta’ malajr għandha għalhekk tkun fl-interess taż-żewġ partijiet.

(5) Il-kontenut materjali tal-Ftehim estiż se jkun l-istess bħall-kontenut tal-materjal tal-Ftehim li jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2008, bl-eċċezzjoni ta’ emenda teknika li tikkonsisti l-iktar fiż-żieda ta’ riċerka dwar l-ispazju u s-sigurtà fil-lista ta’ setturi għall-attivitajiet ta' kooperazzjoni, f’konformità mal-ambitu tas-Seba’ Programm Kwadru ta' Riċerka.

(6) L-estensjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għandha tkun approvata f'isem il-Komunità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-estensjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika, qiegħda tiġi approvata hawn f’isem il-Komunità permezz tal-Artikolu 4 kif emendat u anness ma' din id-deċiżjoni, għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jgħarraf lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika meta l-Komunità tlesti l-proċeduri interni tagħha meħtieġa sabiex il-Ftehim estiż jidħol fis-seħħ.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

It-test emendat tal-Artikolu 4 tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

Artikolu 4

Żoni ta' attivitajiet ta' koperazzjoni

1. Is-setturi għall-attivitajiet ta' koperazzjoni huma jistgħu jinkludu :

2. ambjent (inkluża riċerka dwar il-klima),

3. biomediċina u saħħa (inkluża riċerka dwar l-AIDS, mard infettuż li jittieħed u abbuż mid-droga),

4. agrikoltura,

5. xjenza tas-sajd,

6. riċerka dwar l-inġinerija,

7. enerġija mhux nukleari,

8. riżorsi naturali,

9. xjenzi materjali ( inkluż in-nanoteknoloġija ) u l-metroloġija,

10. teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni,

11. telematika,

12. bioteknoloġija,

13. xjenzi marini u teknoloġija [xjenzi u teknoloġiji tal-baħar],

14. riċerka ta’ xjenzi soċjali,

15. trasport,

16. riċerka dwar is-sigurtà

17. riċerka dwar l-ispazju

18. politika ta’ xjenza u trasport [teknoloġija], amministrazzjoni [ġestjoni], taħriġ u mobbiltà ta' xjenzjati.

19. Il-Partijiet jistgħu jimmodifikaw din il-lista fuq rakkomandazzjoni tal-Grupp Konġunt Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 6, skont il-proċeduri fis-seħħ għal kull Parti.

20. Il-Partijiet jistgħu jsegwu attivitajiet ta’ kooperazzjoni flimkien ma' partijiet terzi.

1. L-ISEM TAL-ISTQARRIJA FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA TAL-PROPOSTA :

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.

2. IL-QAFAS TAL-ABM / ABB

Il-qasam/L-oqsma ta’ politika kkonċernat/i u l-Attività/jiet assoċjata/i:

Strateġija u koordinazzjoni ta’ politika b’mod partikulari tad-Direttorati Ġenerali RTD, JRC, ENTR, INFSO, u TREN.

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-linji tal-baġit (linji tal-operat u linji relatati mal-assistenza teknika u amministrattiva (linji ex- B.A)) inklużi l-intestaturi :

Spejjeż f’rabta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim (laqgħat ta' ħidma, seminars, laqgħat, eċċ), ser jitħallsu mil-linji tal-baġit amministrattiv għall-programmi speċifiċi tal-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea (xx.01.05.03).

3.2. It-tul ta’ żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju :

Jgħodd għal ħames snin, u jista’ jista’ jiġi estiż bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet, kif stipulat fl-Artikolu 12 tal-Ftehim.

3.3. Il-karatteristiċi tal-baġit:

Il-linja tal-Baġit | It-tip ta’ nefqa | Ġdid | Il-kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

08.01.05.03 | Mhux obblig | Mhux diff[6] | LE | IVA | IVA | Nru 1a |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Ir-Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. 4.1.1 Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet (AĦ)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nefqa | Sezzjoni nru | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | Total |

Nefqa operattiva[7] |

Approprazzjonijiet ta’ impenn (AI) | 8.1 | a |

Approprazzjonijiet tal-Ħlasijiet (AĦ) | b |

Infiq amministrattiv fil-limiti tal-ammont ta' referenza[8] |

Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.550 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c |

Approprjazzjonijiet tal-Ħlasijiet | b+c |

Nefqa amministrattiva mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[9] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d |

Spejjeż amministrattivi, minbarra spejjeż relatati mar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e |

L-ispiża finanzjarja totali indikattiva ta' intervenzjoni

TOTAL AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e |

L-AĦ TOTALI bl-inklużjoni ta’ l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e |

Dettalji tal-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar linji jekk huma previsti korpi differenti għall-għoti tal-kofinanzjament):

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Korp tal-kofinanzjament | Sena | N+1 | N+2 | N+3 | N+4 | N+5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. 4.1.2 Il-kompatibiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

x Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tikkonsisti fl-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista' titlob li jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[10] (jiġifieri l-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. 4.1.3 L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

x Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

EUR miljuni (sa ċifra deċimali waħda)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Numru totali ta’ riżorsi umani |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Iridu jintlaħqu f’qasir żmien jew fit-tul

Din id-deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet jissoktaw, itejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom f'oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta' interess komuni.

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Dan il-Ftehim huwa msejjes fuq il-prinċipji tal-benefiċċju reċiproku, l-opportunitajiet reċiproċi għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni bħal sejħiet konġunti jew ikkoordinati għall-proġetti konġunti, l-aċċess għall-programmi u l-attivitajiet ta' xulxin li jkunu rilevanti għall-għan tal-Ftehim u l-protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali u l-qsim ekwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Il-proposta tipprovdi wkoll għal missjonijiet minn esperti u uffiċjali tal-UE u għal laqgħat ta’ ħidma, seminars u laqgħat li jiġu organizzati fil-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija taħt dan il-ftehim huma komplimentari għal u jappoġġjaw attivitajiet oħra Komunitarji vis à vis l-Istati Uniti tal-Amerika.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

Din id-Deċiżjoni għandha tippermetti sew lill-Istati Uniti tal-Amerika kif ukoll lill-Komunità Ewropea jieħdu benefiċċju reċiproku mill-progress xjentifiku u teknoloġiku milħuq mill-programmi ta' riċerka speċifiċi tagħhom. Għandha tippermetti wkoll skambju ta’ għarfien speċifiku u trasferiment ta’ konpetenzi għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, l-industrija u ċ-ċittadini.

5.4. Il-Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

Ġestjoni Ċentralizzata

x Direttament mill-Kummissjoni

Indirettament b’delega lil:

Aġenziji Eżekuttivi

Entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet hekk kif jissemma fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

Korpi nazzjonali fis-settur pubbliku/korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku

Ġestjoni konġunta jew iddeċentralizzata

ٱ Ma’ Stati Membri

ٱ Ma’ Pajjiżi terzi

Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ

Id-dipartimenti tal-Kummissjoni sejrin jevalwaw regolarment, l-azzjonijiet kollha mwettqa taħt il-ftehim ta' kooperazzjoni, li se jkunu wkoll soġġetti għall-evalwazzjoni konġunta regolari min-naħa tal-Komunità u l-Istati Uniti tal-Amerika. Din l-evalwazzjoni se tkopri:

(a) l-indikaturi tar-rendiment

- in-numru tal-missjonijiet u tal-laqgħat;

- in-numru tal-oqsma differenti tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni.

(b) ġbir ta' informazzjoni:

Imsejjes fuq informazzjoni mill-programmi speċifiċi tal-Programm Kwadru u informazzjoni mogħtija mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-Kumitat Konġunt Konsultattiv li hemm dispożizzjoni dwarha fil-Ftehim.

(c) Il-Kummissjoni ser tevalwa l-azzjonijiet koperti permezz ta’ din il-parteċipazzjoni qabel it-tmiem tal-ewwel ħames snin ta’ implimentazzjoni.

6.2. L-evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Il-Kummissjoni ser tevalwa l-azzjonijiet koperti permezz ta' dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni fi żmein l-ewwel ħames snin ta’ implimentazzjoni.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat):

Għall-Komunità, id-deċiżjoni pożittiva li jiġi estiż il-ftehim kienet msejsa fuq valutazzjoni favorevoli mid-DĠ RTD/INFSO/JRC tal-benefiċċji li jirriżultaw għall-parteċipanti Ewropej għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni mal-imsieħba Amerikani, kif jidher b’mod partikolari mill-grupp ta’ ħidma regolari u l-laqgħat tal-Grupp Konġunt Konsultattiv.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Il-Partijiet fil-Ftehim sejrin jevalwaw l-applikazzjoni tiegħu kull sena fil-laqgħat tal-Grupp Konġunt Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 6 tiegħu. L-estensjoni ta’ dan il-ftehim se titressaq għall-valutazzjoni ta' kull wieħed mill-Partijiet.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

Meta l-implimentazzjoni tal-programm kwadru tirrekjedi l-użu ta’ kuntratturi esterni jew timplika l-għotja ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lil partijiet terzi, il-Kummissjoni għandha tagħmel verifiki finanzjarji, fejn xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha fuqhiex tiddubita n-natura realistika tal-ħidma li saret jew li hi spjegata fir-rapporti ta’ attività.

Il-verifiki finanzjarji tal-Komunità ser isiru jew mill-persunal tagħha stess jew minn esperti fil-kontabilità approvati skont il-liġi tal-parti li tkun ser issirilha l-verifika. Il-Komunità se tagħżel lil tal-aħħar bil-libertà kollha, filwaqt li tevita kwalunkwe riskju ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jkunu indikati lilha mill-parti suġġetta għall-verifika.

Barra minn hekk, waqt li jsiru l-attivitajiet ta’ riċerka, il-Kummissjoni ser tiżgura li l-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej jiġu mħarsa permezz ta’ kontrolli effettivi u, meta tinduna b'xi irregolaritajiet, permezz ta’ miżuri u penali proporzjonali u penali.

Sabiex jintlaħaq dan il-għan, ser jitniżżlu regoli dwar il-verifiki, miżuri u penali, b'referenza għar-Regolamenti Nri 2988/95, 2185/96, 1073/99 u 1074/99 fil-kuntratti kollha użati fl-implimentazzjoni tal-programm ta' qafas.

B’mod partikolari, il-punti li ġejjin se jkollhom jiġu pprovduti fil-kuntratti:

- l-introduzzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-KE fit-twettiq ta’ verifiki u ta’ kontrolli f’rabta max-xogħol imwettaq;

- it-twettiq ta' kontrolli amministrattivi bħala parti mill-miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nru 2185/96, Nru 1073/1999 u Nru 1074/1999;

- l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi għal kull irregolarità sew intenzjonata kif ukoll ta' negliġenza fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, skont ir-Regolament ta' qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu għar-reġistrazzjoni f'listi suwed;

- il-fatt li, fil-każ ta’ irregolaritjiet u frodi, l-ordnijiet possibbli ta’ rkupru jistgħu jkunu infurzti skont l-Artikolu 256 tat-Trattat KE.

Barra minn hekk u bħala miżura ta’ rutina, ser jitwettaq programm intern ta' verifika u kontroll fir-rigward tal-aspetti xjentifiċi u baġitarji, mill-persunal responsabbli fid-DĠ tar-Riċerka; verifika interna ser titwettaq mill-Unità Interna tal-verifika fid-DĠ tar-Riċerka; u se jsiru spezzjonijiet lokali mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta skont kemm iqumu

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

L-uffiċjali jew il-persunal temporanju[13] (XX 01 01) | B*, C*/AST | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

B*, C*/AST |

Persunal iffinanzjat[14] mill-Art. XX 01 02 |

Persunal ieħor[15] iffinanzjat skont l-art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li joħorġu mill-azzjoni

Il-ġestjoni tal-Ftehim sejra tinvolvi missjonijiet u l-attendenza tal-laqgħat mill-uffiċjali u esperti tal-UE u Amerikani.

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

x Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandu jinbidel jew jiġi estiż

( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jissejħu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (allokazzjoni interna mill-ġdid)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqiet Amministrattivi oħra inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż fuq il-ġestjoni amministrattiva)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Il-linja tal-Baġit (numru u intestatura) | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | TOTAL |

Għajnuna oħra teknika u amministrattiva | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.550 |

-intra muros |

-extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali |

0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.550 |

Għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma, konferenzi u seminars biex jippromwovu skambju ta’ tagħrif u jtejbu l-kooperazzjoni xjentifika bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-KE.

Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ riżorsi umani | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | Total |

L-uffiċjali u l-persunal temporanju (XX 01 01) |

Il-persunal iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Spiża totali fuq Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Uffiċjali u aġenti Temporanji

L-ammont li jingħata abbażi tal-ispiża ta’ kull sena għal uffiċjal wieħed (il-kategoriji kollha huma inklużi), jiġifieri:

Kalkolu - Persunal iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02

Nefqa amministrattiva oħra mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) |

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | - | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Il-Kumitati[17] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ tagħrif |

2, Infiq Totali Ieħor għall-Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika b'referenza għal-linja tal-baġit) |

L-infiq amministrattiv totali, għajr għar-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

[1] ĠU 335, 11/11/2004, p.5

[2] ĠUĊp.

[3] ĠUĊp.

[4] ĠUL284, 22.10.1998, p.35

[5] ĠU 335, 11/11/2004, p.5

[6] Minn issa ’l quddiem l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati se jissejħu NDA

[7] Nefqa li ma tidħolx taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[8] Infiq skont l-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[9] Infiq skond il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[10] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[11] Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul tal-azzjoni jaqbeż is-6 snin.

[12] Kif spjegat fit-Taqsima 5.3

[13] L-ispiża tiegħu li MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

[14] L-ispiża tiegħu li MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

[15] L-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

[16] Għandha ssir referenza għall-istqarrija finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[17] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jkun fih.