52008PC0554

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba /* KUMM/2008/0554 finali - ACC 2008/0178 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.9.2008

KUMM(2008) 554 finali

2008/0178 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija, il-KE kabbret l-unjoni dogonali. Għaldaqstant, il-KE hija obbligata skont ir-regoli tad-WTO (GATT Artikolu XXIV:6) li tidħol f'negozjati ma' pajjiżi terzi li għandhom drittijiet ta' negozju fi skedi ta' kwalunkwe mill-Membri li qed jaċċedu sabiex jinkiseb qbil dwar aġġustament kumpensatorju. Aġġustament ta' dan it-tip ikun dovut jekk l-adozzjoni tar-reġim estern tat-tariffi tal-KE jirriżulta f'żieda fit-tariffa lil hinn mil-livell li l-pajjiż li qed jaċċedi ntrabat għalih fid-WTO, filwaqt li 'jitqies sew it-tnaqqis tad-dazji fuq l-istess linja tariffarja li sar minn kostitwenti oħrajn tal-unjoni doganali malli ġiet iffurmata'.

2. Fid-29 ta’ Jannar 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati bis-saħħa tal-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994 (il-proposta COM 16703/06 WTO 270).

3. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta' negozjar fir-rigward tal-irtirar ta' konċessjonijiet speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-irtirar tal-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija, matul l-adeżjoni tagħhom fil-Komunità Ewropea.

4. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

5. In-negozjati rriżultaw fi Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri mar-Repubblika ta' Kuba.

6. Din il-proposta titlob lill-Kunsill biex japprova dan il-Ftehim.

2008/0178 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fid-29 ta’ Jannar 2007 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex jiftħu negozjati ma' ċerti Membri oħrajn tad-WTO skont l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994, matul l-adeżjonijiet fil-Komunità Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija.

(2) In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3) Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati għal Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba. Il-Ftehim għandu jkun approvat.

(4) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[1],

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim b’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba dwar il-konklużjoni tal-Artikolu XXIV:6 tal-GATT fit-rigward tat-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija tal-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fil-Komunità Ewropea huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006[2].

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim b’forma ta’ Skambju ta’ Ittri msemmi fl-Artikolu 1 sabiex jorbtu lill-Komunità.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President […]

FTEHIM

FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

A. Ittra mill-Komunità Ewropea

Ġinevra, 19 ta' Marzu 2008

Sinjur,

Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba qablu fuq li ġej:

Il-Komunità Ewropea se tinkorpora l-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-KE-27, il-modifika li ġejja:

Tiżdied allokazzjoni għal pajjiż (għall-Kuba) ta' 10 000 tunnellata mal-volum attwali ta' 106 925 tunnellata fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għall-irfinar (kodiċi NM 1701 1110), biż-żamma tar-rata in-quota preżenti ta' 98€/t/net.

Għas-sena kummerċjali 2008/2009 l-allokazzjoni għal pajjiż għal Kuba se tkun ta' 20 000 tunnellata. Mis-sena kummerċjali 2009/2010 l-allokazzjoni għal pajjiż għal Kuba se tkun ta' 10 000 tunnellata.

Ir-Repubblika ta' Kuba taċċetta l-approċċ tal-Komunità Ewropea għall-kalkolu skont il-bażi netta tal-kwoti tar-rata tariffarja bħala mod kif jiġu sodisfatti l-obbligi tal-GATT tal-KE-25 u dawk tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija wara t-tkabbir reċenti tal-Komunità Ewropea.

Il-ftehim se jidħol fis-seħħ xahrejn wara d-data tal-ittra ffirmata mir-Repubblika ta' Kuba.

F'isem il-Komunità Ewropea

FTEHIM

B. Ittra mir-Repubblika ta' Kuba

Ġinevra, 19 ta' Marzu 2008

Sinjur,

Qed issir referenza għall-ittra tiegħek li tgħid:

'Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba qablu fuq li ġej:

Il-Komunità Ewropea se tinkorpora l-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-KE-27, il-modifika li ġejja:

Tiżdied allokazzjoni għal pajjiż (għall-Kuba) ta' 10 000 tunnellata mal-volum attwali ta' 106 925 tunnellata fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għall-irfinar (kodiċi NM 1701 1110), biż-żamma tar-rata in-quota preżenti ta' 98€/t/net.

Għas-sena kummerċjali 2008/2009 l-allokazzjoni għal pajjiż għal Kuba se tkun ta' 20 000 tunnellata. Mis-sena kummerċjali 2009/2010 l-allokazzjoni għal pajjiż għal Kuba se tkun ta' 10 000 tunnellata.

Ir-Repubblika ta' Kuba taċċetta l-approċċ tal-Komunità Ewropea għall-kalkolu skont il-bażi netta tal-kwoti tar-rata tariffarja bħala mod kif jiġu sodisfatti l-obbligi tal-GATT tal-KE-25 u dawk tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija wara t-tkabbir reċenti tal-Komunità Ewropea.

Il-ftehim se jidħol fis-seħħ xahrejn wara d-data tal-ittra ffirmata mir-Repubblika ta' Kuba.'

B'dan għandi l-unur li nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi.

F’isem ir-Repubblika ta' Kuba

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-BAĠIT LIMITAT ESKLUŻIVAMENT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba dwar l-aġġustament kompensatorju kif ipprovdut fl-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

2. LINJI TAL-BAĠIT:

Kapitolu u Artikolu: Kapitolu 10 – Dazji agrikoli

Ammont stmat għas-sena kkonċernata: €1 683.2 miljun

3. IMPATT FINANZJARJU

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

(€ miljun sa punt deċimali wieħed)

Linja tal-baġit | Dħul[3] | Perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda jj/xx/ssss | Sena 2008 |

Artikolu 100... | Impatt fuq ir-riżervi proprji | […] | - 2.4 |

Artikolu ... | Impatt fuq ir-riżervi proprji | […] | […] |

Is-Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

[n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

Artikolu ... |

Artikolu ... |

4. MIŻURI KONTRA L-FRODI

5. RIMARKI OĦRAJN

[1] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[2] ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 23.2.2007, p. 1).

[3] Fir-rigward ta’ riżorsi tradizzjonali proprji (dazji fuq l-agrikoltura, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż ta’ ġbir.