52008PC0518

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li tikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-unitajiet ta’ kejl /* KUMM/2008/0518 finali - COD 2007/0187 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 14.8.2008

KUMM(2008) 518 finali

2007/0187 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li tikkonċerna

l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-unitajiet ta’ kejl

2007/0187 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li tikkonċerna

l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-unitajiet ta’ kejl

(test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. SFOND

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (id-dokument COM(2007)510– 2007/0187(COD): | 10 ta’ Settembru 2007 |

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 12 ta’ Diċembru 2007 |

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 29 ta’ Novembru 2007 |

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | M.A. |

Id-data tal-ftehim politiku (COREPER) [b'unanimità]: | 27.06.2008 |

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni, (punt A): | 15.07.2008 |

2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Id-Direttiva 80/181/KEE armonizzat fi ħdan l-Unjoni Ewropea l-unitajiet legali ta' kejl għall-espressjoni ta' kwantitajiet, skont is-"Sistema Internazzjonali tal-Unitajiet" (SI) adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Kejl u l-Piżijiet stabbilit mill-Konvenzjoni tal-Metru ffirmata f'Pariġi fl-20 ta’ Mejju 1875.

Id-Direttiva tiżgura approċċ komuni abbażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat KE, li b'hekk jelimina l-ostakli għall-kummerċ fi ħdan is-Suq Intern minħabba l-unitajiet tal-kejl b'konformità mal-istandards internazzjonali.

Il-proposta modifikata tad-Direttiva 80/181/KEE biħsiebha tkompli l-prassi attwali billi:

- Tippermetti indefinittivament l-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari. Dan jiżgura t-tkomplija tal-applikazzjoni tal-prassi attwali u se tippermetti t-tkomplija ta' flessibilità fir-rigward ta' unitajiet mhux metriċi meta ma jkunux jeżisti unitajiet metriċi, eż kejl binarju fl-uża tal-kompjuters (bits, bytes).

- Tinkludi l-unità SI l-ġdida għal attività katalitika (il-"katal"), adottata mill-Konferenza Ġenerali dwar il-Kejl u l-Piżijiet.

- Tippermetti lir-Renju Unit u lill-Irlanda biex ikomplu l-eżenzjonijiet limitati li jikkonċernaw l-użi speċifikati ta' pinet, mili u uqijiet troy, wara li tqies in-nuqqas ta' impatt ta' dawn l-eżenzjonijiet fuq il-kummerċ transkonfinali u l-prinċipju tas-sussidjarjetà; filwaqt li telimina l-eżenzjoni għall-użu ta' acres għar-reġistrazzjoni tal-art li m'għadhiex tapplika.

- Tiċċara l-ambitu tad-Direttiva biex ikun kompletament konformi mat-Trattati eżistenti billi ma jibqax isemmi għelieqi speċifiċi li d-Direttiva tapplika għalihom.

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

3.1 Rimarki ġenerali dwar il-pożizzjoni komuni

Il-Kunsill appoġġja l-proposta tal-Kummissjoni bil-kundizzjoni ta' għadd ta' bidliet tekniċi li jirriflettu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-unitajiet ta' kejl u klawżola dwar rappurtar, u jekk ikun hemm bżonn, reviżjoni wara 10 snin.

3.2 Emendi tal-Parlament Ewropew inklużi kompletament, parzjalment jew fil-prinċipju fil-proposta emendata u inkorporati kompletament, parzjalment jew fil-prinċipju fil-pożizzjoni komuni.

Ma kien hemm l-ebda emendi mill-Parlament Ewropew.

3.3 Emendi tal-Parlament Ewropew mhux inklużi fil-proposta emendata u mhux imdaħħla fil-pożizzjoni komuni

Ma kien hemm l-ebda emendi mill-Parlament Ewropew.

3.4 Bidliet għall-proposta oriġinali introdotta mill-Kummissjoni fil-proposta emendata u inkorporata fil-pożizzjoni komuni.

Ma kien hemm l-ebda proposta emendata.

3.5 Modifiki oħrajn introdotti mill-pożizzjoni komuni tal-Kunsill meta mqabbla mal-proposta oriġinali

Fil-pożizzjoni komuni ġew introdotti l-punti li ġejjin mal-proposta oriġinali. Dawn huma primarjament tekniċi fin-natura tagħhom.

Ħassar l-aħħar erba' kelmiet tal-premessa 3.

Ibdel "ikun" b'"jista'jkun" fil-premessa 4.

Żid il-premessa 4a u l-Artikolu 1.4(a1), (a2) u (a3) sabiex jadatta d-definizzjonijiet ta' "radian" u "steradian" biex jirriflettu l-eliminazzjoni ta' indikazzjonijiet supplimentari mis-sistema SI internazzjonali bl-istandard internazzjonali maqbul fl-1995.

Żid il-premessa 5a u l-Artikolu 1.4(a0) sabiex tiġi attwalizzata d-definizzjoni ta' Kelvin b'konformità mal-istandard internazzjonali maqbul fl-2007.

Żid il-premessa 6a u fl-Artikolu 2.1 aqta' l-aħħar 10 kelmiet biex b'hekk tħassar ir-rekwiżit biex l-Istati Membri jipprovdu tabelli ta' korrelazzjoni. Din il-bidla hija suġġetta għal dikjarazzjoni mill-Kummissjoni, ara taħt il-punt 5 iktar 'l isfel.

Żid il-premessa 3a, li tenfasizza l-importanza għall-promozzjoni tas-sistema SI u l-premessa 3b, li tindika l-interess tal-UE biex tiftaħ swieq terzi għal prodotti bit-tikketti SI biss. Iż-żewġ premessi jimmotivaw l-Artikolu 1(3a) li jikkonċerna klawżola dwar ir-rappurtar, u jekk hemm bżonn reviżjoni, li jridu jsiru mill-Kummissjoni ssa mhux aktar tard mill-2019.

4. KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni tappoġġja l-pożizzjoni komuni.

5. DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Fir-rigward tal-provvediment mill-Istati Membri ta' tabelli ta' korrelazzjoni, il-Kummissjoni għamlet dikjarazzjoni lill-COREPER fit-12.12.2007 kif ġej:

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-Premessa 6a u l-Artikolu 2.1

"Il-Kummissjoni tfakkar fil-pożizzjoni tagħha rigward il-ħolqien mill-Istati Membri ta' tabelli ta' korrelazzjoni li jorbtu l-miżuri ta' traspożizzjoni meħuda mill-Istati Membri mad-direttiva, fl-interess taċ-ċittadini, Regolamentazzjoni Aħjar u trasparenza, u jgħinu fl-eżami tal-konformità tar-regoli nazzjonali mad-dispożizzjonijiet Komunitarji.

F'dan il-każ, il-Kummissjoni ma tostakolax qbil fil-Kunsill, bl-għan tal-konklużjoni b'suċċess tal-proċedura interistituzzjonali fuq din il-materja. Madankollu, tistenna li l-istituzzjonjiet jeżaminaw din il-kwistjoni orizzontali b'mod konġunt."