Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0492 finali - CNS 2008/0158 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 29.7.2008 KUMM(2008) 492 finali 2008/0158 (CNS) Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers , diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (Verżjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità. Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta’ l-attivi u l-iskambji ta’ l-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 90/434/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tad-Direttiva kkodifikata. 2008/0158 (CNS) Proposta għal ê 2005/19/KE Art. 1 punt 1 DIRETTIVA TAL- KUNSILL dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers , diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri ê 90/434/KEE (adattat) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 94 Õ tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6], Billi: ê 1. Id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat, ta’ SE jew SCE, bejn Stati Membri[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. ê 90/434/KEE Premessa 1 (adattat) 2. Il-mergers, id-diviżjonijiet, Ö id-diviżjonijiet parzjali, Õ it-trasferimenti ta’ l-assi u l-iskambji ta’ ishma li jirrigwardaw kumpanniji fi Stati Membri differenti jistgħu jkunu meħtieġa sabiex joħolqu ġewwa l-Komunità kondizzjonijiet analogi għal dawk ta' suq intern u sabiex b’hekk jiżguraw il-funzjonament b’mod effettiv ta' suq Ö intern bħal dan Õ. Dawn il-ħidmiet ma għandhomx jiġu mfixkla b’restrizzjonijiet, żvantaġġi jew tagħwiġ li jinħolqu b’mod partikolari mid-dispożizzjonijiet tat-taxxi fl-Istati Membri. Għal dan l-iskop huwa meħtieġ, rigward dawn il-ħidmiet, Ö li jiġu pprovduti Õ regoli tat-taxxa li jkunu newtrali mill-lat tal-kompetizzjoni, sabiex iħallu lill-intrapriżi jadattaw lilhom infushom skond il-ħtiġiet tas-suq Ö intern Õ, biex iżidu l-produttività tagħhom u jtejbu s-saħħa kompetittività tagħhom fil-livell internazzjonali. ê 90/434/KEE Premessa 2 3. Id-dispożizzjonijiet tat-taxxa jiżvantaġġaw dawn il-ħidmiet, meta mqabbla ma’ dawk li jirrigwardaw il-kumpanniji fl-istess Stat Membru. Huwa meħtieġ li jitneħħew dawn l-iżvantaġġi. ê 90/434/KEE Premessa 3 (adattat) 4. Mhux possibbli li jinkiseb dan il-għan b'estensjoni fil-livell Komunitarju tas-sistemi fis-seħħ fl-Istati Membri, ġaladarba d-differenzi bejn dawn is-sistemi x’aktarx li jwasslu għal tagħwiġ. Sistema komuni tat-taxxa biss hija kapaċi tipprovdi soluzzjoni sodisfaċenti f’dan ir-rigward. ê 90/434/KEE Premessa 4 (adattat) 5. Is-sistema komuni tat-taxxi għandha tevita l-impożizzjoni tat-taxxi rigward il-mergers, id-diviżjonijiet, Ö id-diviżjonijiet parzjali, Õ it-trasferimenti ta’ l-assi jew l-iskambji ta’ l-ishma, filwaqt li fl-istess ħin tissalvagwardja l-interessi finanzjarji ta’ l-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi Ö , li tirċievi Õ jew li takkwista. ê 90/434/KEE Premessa 5 6. Rigward il-mergers, id-diviżjonijiet jew it-trasferimenti ta’ l-assi, dawn il-ħidmiet normalment jirriżultaw jew fit-trasformazzjoni tal-kumpannija li tittrasferixxi fi stabbiliment permanenti tal-kumpannija li tirċievi l-assi jew l-assi jiġu magħquda ma’ stabbiliment permanenti tal-kumpannija ta’ l-aħħar. ê 90/434/KEE Premessa 6 7. Is-sistema tad-differiment tat-tassazzjoni tal-qligħ kapitali li għandhom x’jaqsmu ma l-assi ttrasferiti sad-disponiment attwali tagħhom, applikati għal dawk minn dawn l-assi li jiġu ttrasferiti lil dan l-istabbiliment permanenti, tippermetti l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali korrispondenti, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li fl-aħħar mill-aħħar jiġu ntaxxati mill-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi fid-data tad-disponiment tagħhom. ê 2005/19/KE Premessa 12 (adattat) 8. Ö Filwaqt li Õ l-kumpanniji Ö elenkati Õ fl-Anness I, Parti A huma kontribwenti korporattivi fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, uħud minnhom Ö jistgħu jkunu Õ meqjusa bħala fiskalment trasparenti minn Stati Membri oħra. Sabiex Ö tinżamm l-effettivita' Õ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri li jittrattaw kontribwenti korporattivi mhux residenti bħala fiskalment trasparenti għandhom Ö jagħtuhom Õ l-benefiċċji ta' din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva meta jintaxxaw lil azzjonist dirett jew indirett ta’ dawk il-kontribwenti. ê 90/434/KEE Premessa 7 9. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi ddefinit ir-reġim tat-taxxi li japplika għal ċerti dispożizzjonijiet, riservi jew telf mill-kumpannija li tittrasferixxi u li jiġu solvuti l-problemi dwar it-taxxi li jinqalgħu meta waħda miż-żewġ kumpanniji jkollha sehem mill-kapital ta’ l-oħra. ê 90/434/KEE Premessa 8 10. L-allokazzjoni lill-azzjonisti fil-kumpannija li tittrasferixxi tat-titoli tal-kumpannija li tirċievi jew ta’ dik li takkwista l-ishma ma għandha fiha nfisha toħloq l-ebda tassazzjoni f’idejn dawn l-azzjonisti. ê 2005/19/KE Premessa 6 u 7 (adattat) 11. Ö Id-deċiżjoni ta’ SE jew SCE li torganizza mill-ġdid in-negozju tagħha billi tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha m’għandux jixxekkel minn ostakli ta’ taxxa. It-trasferiment, jew avveniment konness ma’ dak it-trasferiment jista’ jirriżulta f’xi forma ta’ tassazzjoni fl-Istat Membru li minnu jiġi trasferit l-uffiċċju. F’każ fejn l-assi tas-SE jew tas-SCE jibqgħu effettivament konnessi ma’ stabbiliment permanenti li jinsab fl-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit, dak l-istabbiliment permanenti għandu jgawdi benefiċċji simili għal dawk previsti fl-Artikoli 4, 5 u 6. Barra minn dan, it-tassazzjoni ta’ l-azzjonisti fl-okkażjoni tat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat għandu jiġi eskluż. Õ ê 2005/19/KE Premessa 8 (adattat) 12. Ö Din Õ id-Direttiva ma tittrattax it-telf ta’ stabbiliment permanenti fi Stat Membru ieħor rikonoxxut fl-Istat Membru tar-residenza ta’ SE jew SCE. B’mod partikolari, fejn l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE jiġi trasferit fi Stat Membru ieħor, dak it-trasferiment ma jżommx lill-Istat Membru tar-residenza ta’ qabel milli jerġa’ jintegra t-telf ta’ l-istabbiliment permanenti fi żmien xieraq. ê 90/434/KEE Premessa 9 u 2005/19/KE Premessa 17 (adattat) 13. Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jitħallew il-possibbiltà li jirrifjutaw li japplikaw din id-Direttiva meta l-merger, id-diviżjonijiet, Ö id-diviżjonijiet parzjali, Õ it-trasferiment ta’ l-assi, l-iskambji ta’ l-ishma Ö jew it-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE Õ, għandha bħala l-għan tagħha l-evażjoni mit-taxxi jew il-ħarbien minnhom jew tirriżulta illi kumpannija, sewwa jekk tieħu parti jew le fil-ħidma, ma tibqax twettaq il-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema fl-organi tal-kumpannija. ê 2005/19/KE Premessa 3 (adattat) 14. Wieħed mill-għanijiet Ö ta’ din id-Direttiva Õ hu l-eliminazzjoni ta’ l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern, bħal ma hi t-tassazzjoni doppja. Sakemm dan ma jintlaħaqx għal kollox bid-dispożizzjonijiet ta’ Ö din Õ id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jintlaħaq dan l-għan. ê 15. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, ê 90/434/KEE ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Kapitolu I Dispożizzjonijiet ġenerali ê 2005/19/KE Art. 1 punt 2 (adattat) Artikolu 1 Kull Stat Membru għandu japplika din id-Direttiva għal dan li ġej: (a) mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jinvolvu kumpanniji minn żewġ Stati Membri jew aktar; (b) trasferimenti ta’ l-uffiċċju reġistrat minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor ta’ kumpannija Ewropea (Societas Europaea jew SE), kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001[9], u Soċjeta' Koperattiva Ewropea (SCE), kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003[10]. ê 90/434/KEE Artikolu 2 Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) “merger” tfisser ħidma li biha: (i) kumpannija waħda jew iktar, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpannija oħra eżistenti bi skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti tagħhom ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital ta’ din il-kumpannija l-oħra, u, jekk japplika, ħlas fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur tal-parita' kontabbli ta' dawn it-titoli, (ii) żewġ kumpanniji jew iktar li, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpannija li huma jiffurmaw, bi skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti tagħhom ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital f’din il-kumpannija l-ġdida, u, jekk japplika, ħlas fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali, jew fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur tal-parita' kontabbli ta’ dawn it-titoli; (iii) kumpannija li, meta tiġi xolta mingħajr likwidazzjoni, tittrasferixxi l-attiv u l-passiv kollu tagħha lill-kumpannija li tkun iżżomm it-titoli kollha li jirrapreżentaw il-kapital tagħha; (b) “diviżjoni” tfisser ħidma li biha kumpannija, meta tiġi xolta mingħajr likwidazzjoni, tittrasferixxi l-attiv u l-passiv kollu tagħha lil żewġ kumpanniji eżistenti jew iktar jew lil kumpanniji ġodda, bi skambju għall-ħruġ pro rata lill-azzjonisti tagħha ta' titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanniji li jirċievu l-attiv u l-passiv, u, jekk japplika, ħlas fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur tal-parita kontabbli ta’ dawn it-titoli; ê 2005/19/KE Art. 1 punt 3(a) (ċ) “diviżjoni parzjali” tfisser ħidma li biha kumpannija tittrasferixxi, mingħajr ma tiġi xolta, fergħa waħda jew aktar ta’ attività, lil kumpannija waħda jew aktar eżistenti jew ġodda, u tħalli mill-inqas fergħa waħda ta’ attività fil-kumpannija li tittrasferixxi, bi skambju mal-ħruġ pro-rata lill-azzjonisti tagħha ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanniji li jirċievu l-attiv u l-passiv, u, jekk hu applikabbli, ħlas fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur tal-parità kontabbli ta’ dawk it-titoli; ê 90/434/KEE Art. 2(ċ) (d) “trasferiment ta’ l-assi” tfisser ħidma li biha kumpannija tittrasferixxi mingħajr ma tiġi xolta, il-fergħat kollha, jew waħda jew iktar minn waħda minnhom ta’ l-attività tagħha lil kumpannija oħra bi skambju għat-trasferiment ta' titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija li tirċievi t-trasferiment; ê 2005/19/KE Art. 1 punt 3(b) (e) “skambju ta’ ishma” tfisser ħidma li biha kumpannija takkwista sehem fil-kapital ta’ kumpannija oħra tali li tikseb maġġoranza tad-drittijiet ta’ vot f’dik il-kumpannija, jew, tiddetjeni tali maġġoranza, takkwista sehem ulterjuri, bi skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti tal-kumpannija ta’ l-aħħar, bi skambju mat-titoli tagħhom, ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija ta’ l-ewwel, u, jekk hu applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur tal-parità kontanti tat-titoli maħruġa bi skambju; ê 90/434/KEE Art. 2(e) (f) “kumpannija li tittrasferixxi” tfisser il-kumpannija li tittrasferixxi l-attiv u l-passiv tagħha jew li tittrasferixxi l-fergħat kollha jew waħda jew iktar minn waħda ta’ l-attività tagħha; ê 90/434/KEE Art. 2(f) (g) “kumpannija li tirċievi” tfisser il-kumpannija li tirċievi l-attiv u l-passiv jew il-fergħat kollha jew waħda jew iktar minn waħda ta’ l-attività tal-kumpannija li tittrasferixxi; ê 90/434/KEE Art. 2(g) (h) “kumpannija akkwistata” tfisser il-kumpannija li fiha jiġi akkwistat minn kumpannija oħra permezz ta’ skambju tat-titoli; ê 90/434/KEE Art. 2(h) (i) “kumpannija li takkwista” tfisser il-kumpannija li takkwista permezz ta’ skambju tat-titoli; ê 90/434/KEE Art. 2(i) (j) “fergħa ta’ l-attività” tfisser l-attiv u l-passiv kollu ta’ diviżjoni ta’ kumpannija li mil-lat organizzattiv tikkostitwixxi negozju indipendenti, jiġifieri entità kapaċi li tiffunzjona bil-mezzi tagħha nfisha; ê 2005/19/KE Art. 1 Punt 3(ċ) (k) “trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat” tfisser ħidma li biha SE jew SCE, mingħajr ma jsir stralċ jew toħloq persuna ġuridika ġdida, tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor. ê 90/434/KEE (adattat) Artikolu 3 Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “kumpannija minn Stat Membru” għandha tfisser kull kumpannija li: (a) tieħu waħda mill-għamliet elenkati fl-Anness I Parti A; (b) skond il-liġijiet tat-taxxi ta’ Stat Membru hija kkunsidrata li hija residenti f’dan l-Istat Membru għall-għanijiet tat-taxxa u, skond it-termini ta’ ftehim dwar it-taxxa doppja konkluż ma' pajjiż terz, mhix ikkunsidrata bħala residenti barra mill-Komunità għall-għanijiet tat-taxxa; u (ċ) hija suġġetta għal waħda mit-taxxi Ö elenkati fl-Anness I, Parti B Õ, mingħajr il-possibbiltà ta’ għażla jew li tiġi eżentata minnhom, jew għal kull taxxa oħra li tista' tiġi sostitwita għal kull waħda minn dawn it-taxxi. ê 2005/19/KE Art. 1 punt 5 (adattat) Kapitolu II Regoli applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, u skambji ta’ ishma Ö u t-trasferiment ta’ l-assi Õ ê 2005/19/KE Art. 1 punt 6 Artikolu 4 1. Merger, diviżjoni jew diviżjoni parzjali m’għandhomx jirriżultaw fi kwalunkwe tassazzjoni ta’ qligħ kapitali kkalkulat b’referenza għad-differenza bejn il-valuri reali ta’ l-attiv u l-passiv trasferiti u l-valuri tagħhom għal finijiet ta’ taxxa. 2. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: (a) “valur għall-finijiet ta’ taxxa”: il-valur abbażi ta’ liema kwalunkwe qligħ jew telf ikun ġie kkalkulat għall-finijiet ta’ taxxa fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali tal-kumpannija li tittrasferixxi jekk tali attiv jew passiv kienu ġew mibjugħa fiż-żmien tal-merger, diviżjoni jew diviżjoni parzjali iżda indipendentement minnhom; (b) “attiv u passiv trasferiti”: dak l-attiv u passiv tal-kumpannija li tittrasferixxi li, b’konsegwenza tal-merger, diviżjoni jew diviżjoni parzjali, huma effettivament konnessi ma’ stabbiliment permanenti tal-kumpannija li tirċievi fl-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi u għandhom parti fil-ġenerazzjoni tal-profitti jew it-telf li jitqiesu għall-finijiet ta’ taxxa. 3. Meta japplika l-paragrafu 1 u meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija li tittrasferixxi, mhux residenti, bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita u għalhekk jintaxxa lill-azzjonisti fuq is-sehem tagħhom tal-profitti tal-kumpannija li tittrasferixxi kif u meta jirriżultaw dawk il-profitti, dak l-Istat Membru m’għandux jintaxxa kwalunkwe dħul, profitti jew qligħ kapitali kkalkulati b’referenza għad-differenza bejn il-valuri reali ta’ l-attiv u l-passiv trasferiti u l-valuri tagħhom għal finijiet ta’ taxxa. 4. Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw biss jekk il-kumpannija li tirċievi tikkalkula kwalunkwe deprezzament ġdid u kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv trasferiti skond ir-regoli li kienu japplikaw għall-kumpannija jew kumpanniji li jittrasferixxu kieku l-merger, id-diviżjoni jew id-diviżjoni parzjali ma kinitx seħħet. 5. Meta, taħt il-liġijiet ta’ l-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi, il-kumpannija li tirċievi hija intitolata li jkollha kwalunkwe deprezzament ġdid jew kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv trasferiti kkalkulati fuq bażi differenti minn dik stabbilita fil-paragrafu 4, il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-attiv u l-passiv li fir-rigward tiegħu dik l-għażla tiġi eżerċitata. ê 90/434/KEE Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi, fejn il-provvisti jew ir-riservi kkostitwiti korrettament mill-kumpannija li tittrasferixxi jkunu eżentati fl-intier tagħhom jew f’parti minnhom mit-taxxi u ma jkunux idderivati minn stabbilimenti permanenti barra mill-pajjiż, dawn il-provvisti jew riservi jistgħu jinġarru ‘l quddiem, bl-istess eżenzjoni mit-taxxa, mill-istabbilimenti permanenti tal-kumpannija li tirċievi li jinsabu fl-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi, b’hekk il-kumpannija li tirċievi tikseb id-drittijiet u l-obbligi tal-kumpannija li tittrasferixxi. ê 2005/19/KE Art. 1 punt 7 Artikolu 6 Sakemm, jekk l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(a) twettqu bejn kumpanniji mill-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi, l-Istat Membru kien japplika dispożizzjonijiet li jippermettu lill-kumpannija li tirċievi biex tassumi għaliha t-telf tal-kumpannija li tittrasferixxi li kien għadu ma ġiex eżawrit għal finijiet ta’ taxxa, huwa għandu jestendi dawk id-dispożizzjonijiet biex ikopru l-assunzjoni ta’ tali telf mill-istabbilimenti permanenti tal-kumpannija li tirċievi li jinsabu fit-territorju tiegħu. ê 90/434/KEE Artikolu 7 1. Meta l-kumpannija li tirċievi jkollha sehem fil-kapital tal-kumpannija li tittrasferixxi, kull qligħ li jmiss lill-kumpannija li tirċievi mal-kanċellazzjoni ta tagħha ma għandu jkun responsabbli għall-ebda tassazzjoni. ê 2005/19/KE Art. 1 punt 8 (adattat) 2. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 meta l-kumpannija li tirċievi għandha sehem ta’ inqas minn Ö 15 Õ % fil-kapital tal-kumpannija li tittrasferixxi. Mill-1 ta’ Jannar 2009 il-perċentwali minima tas-sehem għandha tkun ta' 10 %. ê 2005/19/KE Art. 1 punt 9 (adattat) Artikolu 8 1. Waqt merger, diviżjoni jew skambju ta’ ishma, it-tqassim ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija li tirċievi jew takkwista lil azzjonist tal-kumpannija li qed tittrasferixxi, bi skambju ma’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija ta’ l-aħħar m’għandux, minnu nnifsu, jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta’ dak l-azzjonist. 2. Waqt diviżjoni parzjali, it-tqassim lil azzjonist tal-kumpannija li tittrasferixxi ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija li qed tirċievi m’għandux, minnu nnifsu, jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta’ dak l-azzjonist. 3. Meta Stat Membru jikkunsidra azzjonist bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ dak l-azzjonist li jirriżultaw mil-liġi li taħtha huwa kostitwit u għalhekk jintaxxa lil dawk il-persuni li għandhom interess fl-azzjonisti fuq is-sehem tagħhom tal-profitti ta’ l-azzjonist kif u meta dawk il-profitti jirriżultaw, l-Istat Membru m’għandux jintaxxa lil dawk il-persuni fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali mit-tqassim lill-azzjonist ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija li takkwista jew li tirċievi. 4. Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw biss jekk l-azzjonist ma jagħtix lit-titoli riċevuti valur għal finijiet ta’ taxxa ogħla mill-valur li t-titoli skambjati kellhom immedjatament qabel il-merger, diviżjoni jew skambju ta’ ishma. 5. Il-paragrafu 2 u 3 għandhom japplikaw biss jekk l-azzjonist ma jagħtix lis-somma tat-titoli riċevuti u lil dawk miżmuma fil-kumpannija li tittrasferixxi, valur għal finijiet ta’ taxxa ogħla mill-valur li t-titoli miżmuma fil-kumpannija li tittrasferixxi kellhom immedjatament qabel id-diviżjoni parzjali. 6. L-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jintaxxaw il-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment sussegwenti ta’ titoli riċevuti, bl-istess mod bħall-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment ta’ titoli li kienu jeżistu qabel l-akkwist. 7. Ö Għall-iskop ta’ dan Õ l-Artikolu “valur għal finijiet ta’ taxxa” Ö għandha Õ tfisser il-valur abbażi ta’ liema kwalunkwe qligħ jew telf ikun ikkalkulat għall-finijiet ta’ taxxa fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta’ azzjonist tal-kumpannija. 8. Meta, taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru fejn huwa residenti, azzjonist jista’ jagħżel trattament fiskali differenti minn dak stabbilit fil-paragrafi 4 u 5, il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għat-titoli fir-rigward ta’ liema tali għażla tiġi eżerċitata. 9. Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx jipprevjenu lil Stat Membru milli jqies, meta jintaxxa lil azzjonisti, kwalunkwe ħlas fi flus kontanti li jista’ jsir waqt il-merger, id-diviżjoni, id-diviżjoni parzjali jew l-iskambju ta’ ishma. ê 90/434/KEE (adattat) Artikolu 9 L-Artikoli 4, 5 u 6 għandhom japplikaw għat-trasferimenti ta’ l-assi. Kapitolu III Il-każ speċjali tat-trasferiment ta’ stabbiliment permanenti ê 2005/19/KE Art. 1 punt 10 (adattat) Artikolu 10 1. Meta l-assi trasferiti f’merger, diviżjoni, diviżjoni parzjali jew trasferiment ta’ assi jinkludu stabbiliment permanenti tal-kumpannija li tittrasferixxi li jinsab fi Stat Membru ieħor minn dak tal-kumpannija li tittrasferixxi, l-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi għandu jirrinunzja kwalunkwe dritt li jintaxxa lil dak l-istabbiliment permanenti. L-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi jista’ jdaħħal lura fil-profitti taxxabbli ta’ dik il-kumpannija tali telf ta’ l-istabbiliment permanenti li qabel seta’ ġie kompensat mal-profitti taxxabbli tal-kumpannija f’dak l-Istat Membru u li ma ġiex irkuprat. L-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment permanenti u l-Istat Membru tal-kumpannija li qed tirċievi għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal tali trasferiment daqs li kieku l-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment permanenti kien l-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi. Ö Dan il-paragrafu Õ għandu japplika wkoll fil-każ fejn l-istabbiliment permanenti jinsab fl-istess Stat Membru bħal dak fejn hija residenti l-kumpannija li qed tirċievi. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta l-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi tapplika sistema li tintaxxa l-profitti fuq livell dinji, dak l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jintaxxa kwalunkwe profitt jew qligħ kapitali ta’ l-istabbiliment permanenti li jirriżulta mill-merger, id-diviżjoni, id-diviżjoni parzjali jew it-trasferiment ta’ l-assi, bil-kondizzjoni li jagħti eżenzjoni għat-taxxa li, ħlief għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kienet tiġi imposta fuq dawk il-profitti jew qligħ kapitali fl-Istat Membru fejn jinsab dak l-istabbiliment permanenti, bl-istess mod u fl-istess ammont li kien jagħmel kieku dik it-taxxa kienet fil-fatt ġiet imposta u mħallsa. ê 2005/19/KE Art. 1 punt 11 Kapitolu IV Każ Speċjali ta’ Entitajiet Trasparenti Artikolu 11 1. Meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija mhux residenti li tittrasferixxi jew akkwistata bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta ’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita, huwa għandu jkollu d-dritt li ma japplikax id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva meta jintaxxa azzjonist dirett jew indirett ta’ dik il-kumpannija fir-rigward tad-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta’ dik il-kumpannija. 2. Stat Membru li jeżerċita d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti eżenzjoni għat-taxxa li, ħlief għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kienet tiġi imposta fuq il-kumpannija fiskalment trasparenti fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali tagħha, bl-istess mod u bl-istess ammont li dak l-Istat Membru kien jagħmel kieku dik it-taxxa ġiet fil-fatt imposta u mħallsa. 3. Meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija li tirċievi jew takkwista, mhux residenti, bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita, għandu jkollu d-dritt li ma japplikax l-Artikolu 8 (1), (2) u (3). 4. Meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija li tirċievi, mhux residenti, bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita, dak l-Istat Membru jista’ japplika għal kwalunkwe azzjonist dirett jew indirett l-istess trattament għal finijiet ta’ taxxa li kien japplika kieku l-kumpannija li tirċievi kienet residenti f’dak l-Istat Membru. ê 2005/19/KE Art. 1 punt 12 (adattat) Kapitolu V Regoli applikabbli għat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE Artikolu 12 1. Meta, (a) SE jew SCE tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor, jew (b) f’rabta mat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor, SE jew SCE, li hija residenti fl-ewwel Stat Membru, ma tibqax residenti f’dak l-Istat Membru u ssir residenti fi Stat Membru ieħor, dak it-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat jew it-tmiem ta’ residenza m’għandux jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni ta’ qligħ kapitali, ikkalkulat skond l-Artikolu 4(1), fl-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit, miksub minn dak l-attiv u passiv tas-SE jew tas-SCE li, b’konsegwenza, jibqgħu effettivament konnessi ma’ stabbiliment permanenti tas-SE jew tas-SCE fl-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit u li għandhom rwol fil-ħolqien tal-profitti jew tat-telf li jitqiesu għal finijiet ta’ taxxa. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss jekk is-SE jew is-SCE tikkalkula kwalunkwe deprezzament u kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv li jibqgħu effettivament konnessi ma’ dak l-istabbiliment permanenti, daqs li kieku t-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat ma kienx seħħ jew is-SE jew is-SCE ma kinitx temmet ir-residenza fiskali tagħha. 3. Meta, taħt il-liġijiet ta’ l-Istat Membru Ö li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit Õ, is-SE jew is-SCE hija intitolata li jkollha kwalunkwe deprezzament ġdid jew kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv li jibqgħu f’dak l-Istat Membru kkalkulati fuq bażi differenti minn dik stabbilita fil-paragrafu 2, il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-attiv u l-passiv fir-rigward ta’ liema dik l-għażla tiġi eżerċitata. Artikolu 13 1. Meta, (a) SE jew SCE tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor, jew (b) f’rabta mat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor, SE jew SCE, li hija residenti fl-ewwel Stat Membru, ma tibqax residenti f’dak l-Istat Membru u ssir residenti fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta provvisti jew riżervi kostitwiti kif suppost mis-SE jew is-SCE qabel it-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat huma parzjalment jew interament eżenti mit-taxxa u ma jirriżultawx minn stabbilimenti permanenti barra l-pajjiż, tali provvisti jew riżervi jistgħu jittieħdu, bl-istess eżenzjoni ta’ taxxa, minn stabbiliment permanenti tas-SE jew tas-SCE li jinsab fit-territorju ta’ l-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit. 2. Sakemm kumpannija li tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru titħalla tmexxi ‘l quddiem jew tieħu lura telf li ma ġiex eżawrit għal finijiet ta’ taxxa, dak l-Istat Membru għandu jippermetti lill-istabbiliment permanenti, li jinsab fit-territorju tiegħu, tas-SE jew tas-SCE li tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha, li jassumi għalih dak it-telf tas-SE jew tas-SCE li ma ġiex eżawrit għal finijiet ta’ taxxa, bil-kondizzjoni li t-tmexxija ‘l quddiem jew it-teħid lura tat-telf kien ikun disponibbli f’ċirkostanzi komparabbli għal kumpannija li baqgħet iżżomm l-uffiċċju reġistrat tagħha jew baqgħet resident fiskali f’dak l-Istat Membru. Artikolu 14 1. It-trasferiment ta ’ l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew ta’ SCE m’għandux, minnu nnifsu, jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni fuq id-dħul, il-profitt jew il-qligħ kapitali ta’ l-azzjonisti. 2. L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m’għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jintaxxaw il-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment sussegwenti tat-titoli li jirrappreżentaw il-kapital tas-SE jew tas-SCE li tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha. ê 90/434/KEE Kapitolu VI Dispożizzjonijiet finali Artikolu 15 ê 2005/19/KE Art. 1 punt 13 (adattat) 1. Stat Membru jista’ jirrifjuta li japplika jew jirtira l-benefiċċju ta’ kull waħda jew kwalunkwe parti mid-dispożizzjonijiet Ö ta' l-Artikoli 4 sa 14 Õ meta jkun jidher li Ö waħda mill-ħidmiet msemmija fl-Artikolu 1 Õ: (a) għandu bħala l-għan prinċipali jew bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu l-evażjoni mit-taxxa jew il-frodi fiskali; il-fatt li l-ħidma ma titwettaqx għal raġunijiet kummerċjali validi bħar-ristrutturar jew ir-razzjonalizzazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-kumpanniji li qed jipparteċipaw fil-ħidma jista’ jikkostitwixxi preżunzjoni li l-ħidma għandha bħala l-għan prinċipali jew wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha l-evażjoni tat-taxxa jew il-frodi fiskali; (b) jirriżulta f’kumpannija, sew jekk qed tipparteċipa fil-ħidma jew le, li ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rappreżentazzjoni ta’ l-impjegati f’organi tal-kumpannija skond l-arranġamenti li kienu fis-seħħ qabel dik il-ħidma. ê 90/434/KEE Art. 11(2) 2. Il-paragrafu 1 (b) għandu japplika sakemm u safejn l-ebda dispożizzjonijiet fil-liġi Komunitarja li jkun fihom regoli ekwivalenti dwar ir-rappreżentazzjoni ta’ l-impjegati fl-organi tal-kumpannija ma tapplika għall-kumpanniji koperti b’din id-Direttiva. ê 90/434/KEE Art. 12 (adattat) Artikolu 16 L-Istati Membri għandhom jikkomunkaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. ê Artikolu 17 Id-Direttiva 90/434/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III. Artikolu 18 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . ê 90/434/KEE Art. 13 Artikolu 19 Din id-Direttva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] ê 2005/19/KE Art. 1 punt 14 u Anness (adattat) ANNESS I Ö Parti A Õ LISTA TA’ KUMPANNIJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(a) (a) kumpanniji Ö (SE) Õ inkorporati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2157/2001 u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE[11] u soċjetajiet koperattivi Ö SCE Õ inkorporati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1435/2003 u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE[12]; ê 2005/19/KE Art. 1 punt 14 u Anness (b) kumpanniji taħt il-liġi Belġjana magħrufa bħala “société anonyme”/“naamloze vennootschap”, “société en commandite par actions”/“commanditaire vennootschap op aandelen”, “société privée à responsabilité limitée”/“besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid” “société coopérative à responsabilité limitée”/ “coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité illimitée”/“coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid”, “société en nom collectif”/“vennootschap onder firma”, “société en commandite simple”/“gewone commanditaire vennootschap”, impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-forom legali msemmija hawn fuq, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Belġjana soġġetti għat-taxxa korporattiva Belġjana; ê 2006/98/KE Art. 1 u Anness Punt 6(b) (ċ) kumpanniji taħt il-liġi Bulgara magħrufa bħala: ‘събирателното дружество’, ‘командитното дружество’, ‘дружеството с ограничена отговорност’, ‘акционерното дружество’, ‘командитното дружество с акции’, ‘кооперации’, ‘кооперативни съюзи’, ‘държавни предприятия’ constituted under Bulgarian law and carrying on commercial activities; ê 2005/19/KE Art.1 Punt 14 u Anness (d) kumpanniji taħt il-liġi Ċeka magħrufa bħala: “akciová společnost”, “společnost s ručením omezeným”; (e) kumpanniji taħt il-liġi Daniża magħrufa bħala “aktieselskab” u “anpartsselskab” u kumpanniji oħra soġġetti għat-taxxa taħt l-Att dwar it-Taxxa Korporattiva, safejn id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkulat u ntaxxat skond ir-regoli tal-leġislazzjoni dwar it-taxxa ġenerali applikabbli għal “aktieselskaber”; (f) kumpanniji taħt il-liġi Ġermaniża magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Kommanditgesellschaft auf Aktien”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft”, “Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Ġermaniża soġġetti għat-taxxa korporattiva Ġermaniża; (g) kumpanniji taħt il-liġi Estonjana magħrufa bħala “täisühing”, “usaldusühing”, “osaühing”,“aktsiaselts”, “tulundusühistu”; (h) Kumpanniji inkorporati jew eżistenti taħt il-liġi Irlandiża, korpi reġistrati taħt l-"Industrial and Provident Societies Act", soċjetajiet ta' kostruzzjoni inkorporati taħt il-"Building Societies Act" u banek ta' tfaddil fiduċjarji skond it-tifsira tat-"Trustee Savings Banks Act, 1989"; (i) kumpanniji taħt il-liġi Griega magħrufa bħala “αvώvυμη εταιρεία”, “εταιρεία περισρισμέvης ευθύvης (Ε.Π.Ε.)”; (j) kumpanniji taħt il-liġi Spanjola magħrufa bħala “sociedad anónima”, “sociedad comanditaria por acciones”, “sociedad de responsabilidad limitada”, u dawk il-korpi ta’ liġi pubblika li joperaw taħt il-liġi privata; (k) kumpanniji taħt il-liġi Franċiża magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “sociétés par actions simplifiées”, “sociétés d’assurances mutuelles”, “caisses d’épargne et de prévoyance”,“sociétés civiles” li huma awtomatikament soġġetti għat-taxxa korporattiva, “coopératives”, “unions de coopératives”, stabbilimenti u impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Franċiża soġġetti għat-taxxa korporattiva Franċiża; (l) kumpanniji taħt il-liġi Taljana magħrufa bħala “società per azioni”, “società in accomandita per azioni”, “società a responsibilità limitata”, “società cooperative”, “società di mutua assicurazione”, u entitajiet privati u pubbliċi li l-attività tagħhom hija interament jew prinċipalment kummerċjali; (m) kumpanniji taħt (“εταιρείες”) il-liġi Ċiprijotta kif definit fil-liġijiet dwar it-taxxa fuq id-dħul; (n) kumpanniji taħt il-liġi Latvjana magħrufa bħala “akciju sabiedrība”, “sabiedrība ar ierobežotu atbildību”; (o) kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tal-Litwanja; (p) kumpanniji taħt il-liġi tal-Lussemburgu magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “société coopérative”, “société coopérative organisée comme une société anonyme”, “association d’assurances mutuelles”, “association d’épargne-pension”, “entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l’Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi tal-Lussemburgu soġġetti għat-taxxa korporattiva tal-Lussemburgu; (q) kumpanniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala “közkereseti társaság”, “betéti társaság”, “közös vállalat”, “korlátolt felelősségű társaság”, “részvénytársaság”, “egyesülés”, “közhasznú társaság”, “szövetkezet”; (r) kumpanniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala “Kumpanniji ta’ Responsabilità Limitata”, “Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f’azzjonijiet”; (s) kumpanniji taħt il-liġi Olandiża magħrufa bħala “naamloze vennnootschap”, “besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “open commanditaire vennootschap”, “coöperatie”, “onderlinge waarborgmaatschappij”, “fonds voor gemene rekening”, “vereniging op coöperatieve grondslag” u “vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Olandiża soġġetti għat-taxxa korporattiva Olandiża; (t) kumpanniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Erwerbs-und Wirtschaftsgenossenschaften”; (u) kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala “spółka akcyjna”, “spółka z ograniczoną odpowiedzialnością”; (v) kumpanniji kummerċjali jew kumpanniji ta’ liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali kif ukoll persuni ġuridiċi oħra li qed iwettqu attivitajiet kummerċjali jew industrijali, li huma inkorporati taħt il-liġi Portugiża; ê 2006/98/KE Art. 1 u Anness punt 6(b) (w) kumpanniji taħt il-liġi Rumena magħrufa bħala ‘societăţi pe acţiuni’, ‘societăţi în comandită pe acţiuni’, ‘societăţi cu răspundere limitată’ ; ê 2005/19/KE Art. 1 punt 14 u Anness (adattat) (x) kumpanniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala “delniška družba”, “komanditna družba”, “družba z omejeno odgovornostjo”; (y) kumpanniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala “Akciová spoločnosť”, “Spoločnosť s ručením obmedzeným”, “Komanditná spoločnosť”; (z) kumpanniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufa bħala “osakeyhtiö”/“aktiebolag”, “osuuskunta”/“andelslag”, “säästöpankki”/“sparbank” u “vakuutusyhtiö”/“försäkringsbolag”; (aa) kumpanniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala “aktiebolag”, “försäkringsaktiebolag”, “ekonomiska föreningar”, “sparbanker”, “ömsesidiga försäkringsbolag”; (ab) kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tar-Renju Unit. Ö Parti B Õ Ö LISTA TA’ TAXXI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(ċ) Õ ê 90/434/KEE Art. 3 punt (ċ), l-ewwel inċiż - impôt des sociétés / vennootschapsbelasting fil-Belġju, ê 2006/98/KE Art. 1 u Anness punt 6(a) - корпоративен данък fil-Bulgarija, ê 2003 Att ta’ Adeżjoni, Art. 20 u Anness II parti 9(7)(a), p. 559 - daň z příjmů právnických osob fir-Repubblika Ċeka, ê 90/434/KEE Art. 3 punt (ċ), it-tieni inċiż - selskabsskat fid-Danimarka, ê 90/434/KEE Art. 3 punt (ċ), it-tielet inċiż - Körperschaftssteuer fil-Ġermanja, ê 2003 Att ta’ Adezjoni, Art.20 u Anness II parti 9(7)(a), p. 559 - tulumaks fl-Estonja, ê 90/434/KEE Art. 3 Punt (ċ), is-seba' inċiż - corporation tax fl-Irlanda, ê 90/434/KEE Art. 3 punt (ċ), ir-raba’ inċiż - φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων κερδοκοπικού χαρακτήρα fil-Greċja, ê 90/434/KEE Art. 3 punt (ċ), il-ħames inċiż - impuesto sobre sociedades fi Spanja, ê 90/434/KEE Art. 3 punt (ċ), is-sitt inċiż - impôt sur les sociétés fi Franza, ê 2005/19/KE Art. 1 punt 4 - imposta sul reddito delle società fl-Italja, ê 2003 Att ta’ Adezjoni, Art. 20 u Anness II parti 9(7)(a), p. 559 - φόρος εισοδήματος f’Ċipru, - uzņēmumu ienākuma nodoklis fil-Latvja, - pelno mokestis fil-Litwanja, ê 90/434/KEE Art. 3 punt (ċ), id-disa’ inċiż - impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu, ê 2003 Att ta’ Adezjoni, Art. 20 u Anness II parti 9(7)(a), p. 559 - társasági adó fl-Ungerija, - taxxa fuq l-income f’Malta, ê 90/434/KEE Art 3, punt (ċ), l-għaxar inċiż - vennootschapsbelasting fl-Olanda, ê 1994 Att ta’ Adeżjoni, Art. 29 u Anness I, Parti XI(B)(2)(a), p. 196 - Körperschaftssteuer fl-Awstrija, ê 2003 Att ta’ Adezjoni, Art. 20 u Anness II parti 9(7)(a), p. 559 - podatek dochodowy od osób prawnych fil-Polonja, ê 90/434/KEE Art. 3 punt (ċ), il-ħdax-il inċiż - imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas fil-Portugall, ê 2006/98/KE Art. 1 u Anness punt 6(a) - impozit pe profit fir-Rumanija, ê 2003 Att ta’ Adezjoni, Art. 20 u Anness II parti 9(7)(a), p. 559 - davek od dobička pravnih oseb fis-Slovenja, - daň z príjmov právnických osôb fis-Slovakkja, ê 1994 Att ta’ Adeżjoni, Art. 29 u Anness I, Parti XI(B)(2)(a), p. 196 - yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund fil-Finlandja, - statlig inkomstskatt fl-Isvezja, ê 90/434/KEE Art. 3 punt (ċ), it-tnax-il inċiż - corporation tax fir-Renju Unit. _____________ é ANNESS II Parti A Direttiva mħassra flimkien ma ’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 17) Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1) | Punt XI.B.I.2 ta' l-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 196) | Punt 9.7 ta' l-Anness II ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 559) | Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE (ĠU L 58, 4.3.2005, p. 19) | Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129) | Anness, punt 6 biss | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 17) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni | 90/434/KEE | 1 ta’ Jannar 1992 | 1 ta’ Jannar 1993[13] | 2005/19/KE | 1 ta’ Jannar 2006[14] 1 ta’ Jannar 2007[15] | 2006/98/KE | 1 ta’ Jannar 2007 | _____________ ANNESS III Tabella Ta ’ KORRELAZZJONI Direttiva 90/434/KEE | Din id-Direttiva | Artikolu 1 | Artikolu 1 | Artikolu 2(a), l-ewwel inċiż | Artikolu 2(a)(i) | Artikolu 2(a), it-tieni inċiż | Artikolu 2(a)(ii) | Artikolu 2(a), it-tielet inċiż | Artikolu 2(a)(iii) | Artikolu 2(b) | Artikolu 2(b) | Artikolu 2(b)(a) | Artikolu 2(ċ) | Artikolu 2(ċ) | Artikolu 2(d) | Artikolu 2(d) | Artikolu 2(e) | Artikolu 2(e) | Artikolu 2(f) | Artikolu 2(f) | Artikolu 2(g) | Artikolu 2(g) | Artikolu 2(h) | Artikolu 2(h) | Artikolu 2(i) | Artikolu 2(i) | Artikolu 2(j) | Artikolu 2(j) | Artikolu 2(k) | Artikolu 3(a) | Artikolu 3(a) | Artikolu 3(b) | Artikolu 3(b) | Artikolu 3(ċ), frażi tal-bidu ta' l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu | Artikolu 3(ċ) | Artikolu 3(ċ), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sas-seba' u għoxrin inċiż | Anness I, Parti B | Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 4(1) | Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 4(2) | Artikolu 4(2) | Artikolu 4(3) | Artikolu 4(3) | Artikolu 4(4) | Artikolu 4(4) | Artikolu 4(5) | Artikoli 5 u 6 | Artikoli 5 u 6 | Artikolu 7(1) | Artikolu 7(1) | Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza | - | Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu | Artikoli 8, 9 u 10 | Artikoli 8, 9 u 10 | Artikolu 10a | Artikolu 11 | Artikoli10b | Artikoli 12 | Artikolu 10ċ | Artikolu 13 | Artikolu 10d | Artikolu 14 | Artikolu 11 | Artikolu 15 | Artikolu 12(1) | - | Artikolu 12(2) | - | Artikolu 12(3) | Artikolu 16 | - | Artikolu 17 | - | Artikolu 18 | Artikolu 13 | Artikolu 19 | Anness | Anness I, Parti A | - | Anness II | - | Anness III | _____________ [1] KUMM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness II, Parti A għal din il-proposta. [5] ĠU C [...], [...], p. [...]. [6] ĠU C [...], [...], p. [...]. [7] ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/98/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129). [8] Ara l-Anness II, Parti A. [9] ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1. [10] ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1. [11] ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22. [12] ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25. [13] Applikabbli biss għar-Repubblika tal-Portugall. [14] Rigward il-provvedimenti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva. [15] Rigward il-provvedimenti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva.