52008PC0489

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) /* KUMM/2008/0489 finali - CNS 2008/0156 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.7.2008

KUMM(2008) 489 finali

2008/0156 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Il-kuntest

- Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha: li jiġi kkompletat il-qafas legali l-ġdid għall-PAK, ir-Regolament waħdieni (KE) Nru 1234/2007 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq[Ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq unika]

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli ("ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS”)[Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] irriveda l-21 regolament eżistenti dwar l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq (OKS) ta’ setturi speċifiċi u kkombinahom f’regolament waħdieni komprensiv, bil-għan li jissemplifika l-qafas legali mingħajr ma jbiddel il-politiki ta’ bażi biex b’hekk jipprovdi sett waħdieni ta’ regoli armonizzati fl-oqsma klassiċi tal-politika tas-suq bħall-intervent, il-ħażna privata, il-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni, ir-rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni, il-miżuri ta’ salvagwardja, ir-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat u tal-kompetizzjoni, u l-komunikazzjoni u r-rapportar tad-dejta.

Il-proposta għal Regolament dwar l-OKS unika tressqet mill-Kummissjoni f’Diċembru ta’ l-2006 u kienet abbozzata b’mod li d-deċiżjonijiet dwar il-politiki li ttieħdu tul is-snin fil-PAK ma tqiegħdux f’dubju. Għalhekk, kemm il-proposta kif ukoll ir-Regolament li sussegwentement ġew adottati mill-Kunsill, kienu att ta’ semplifikazzjoni teknika bbażata fuq is-sitwazzjoni legali kif kienet f’Diċembru ta’ l-2006. Fiż-żmien li ġie adottat ir-Regolament dwar l-OKS unika, ma setgħux jitqiesu emendi li kienu importanti għal ċerti setturi (b’mod partikolari, is-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u ta’ l-inbid). Filwaqt li, minn dak iż-żmien, xi emendi għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati ġew inkorporati fir-Regolament dwar l-OKS unika permezz tar-Regolament (KE) Nru 361/2008 ta’ l-14 ta’ April 2008[1], ir-riforma tas-settur ta’ l-inbid għadha kemm ġiet iffinalizzata permezz tal-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999[2].

- Il-kuntest ġenerali

Din il-proposta hija komponent essenzjali fil-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tissemplifika l-politika agrikola komuni (PAK). Il-kwistjonijiet ewlenin tal-metodu tal-Kummissjoni ġew stabbiliti fil-Komunikazzjoni ta’ l-2005 dwar “Semplifikazzjoni u Regolamentazzjoni Aħjar għall-Politika Agrikola Komuni” (li minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “il-Komunikazzjoni”)[3]. F’dan id-dokument, il-Kummissjoni enfasizzat li “Jekk fis-settur tal-biedja titnaqqas il-burokrazija żejda billi jsiru regoli aktar trasparenti, aktar faċli li jinftiehmu u ta’ inqas piż se jitnaqqsu l-ispejjeż tan-negozji u jkun żgurat li ċ-ċittadini Ewropej jirċievu valur għal flushom”.

- Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ir-Regolament (KE) Nru 479/2008 li jistabbilixxi l-OKS ta’ l-inbid se jiġi rrevokat permezz ta’ din il-proposta u l-kontenut tiegħu se jiġi inkorporat bis-sħiħ fir-Regolament dwar l-OKS unika.

- Il-konsistenza ma’ politiki u ma’ għanijiet oħra ta’ l-Unjoni

Din il-proposta fil-qasam ta’ l-agrikoltura tifforma parti integrali mill-metodu ġenerali tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar u għal Semplifikazzjoni, kif ġie espress fil-Komunikazzjoni tagħha tal-25 ta’ Ottobru 2005 dwar “L-implimentazzjoni tal-programm ta’ Liżbona tal-Komunità - Strateġija għas-semplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju”[4] u approvat fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2003 dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet[5].

2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni ta’ l-impatt

- Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-partijiet interessati kienu kkonsultati bħala parti mill-preparazzjonijiet għar-Regolament dwar l-OKS unika li eventwalment, b’mod ġenerali tqies bħala pass pożittiv, li jagħmel lil-liġi applikabbli fil-qasam tal-politika tas-suq tal-PAK aktar trasparenti u aċċessibbli b’mod aktar faċli. Mhix meħtieġa konsultazzjoni oħra, ladarba din il-proposta kulma se tagħmel huwa li tikkompleta r-Regolament dwar l-OKS unika mingħajr ma tintroduċi l-ebda emenda sostantiva.

- Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert estern.

- Il-valutazzjoni ta’ l-impatt

Mhux applikabbli. Il-proposta mhix soġġetta għal rekwiżiti ta’ valutazzjoni ta’ impatt għaliex mhix inkluża fil-Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni.

3. L-elementi legali u l-karatteristiċi ewlenin ta’ l-OKS orizzontali

- Il-bażi ġuridika

L-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat

- Il-kontenut tal-proposta

Ir-Regolament dwar l-OKS unika għadu ma inkorporax l-aspetti prinċipali ta’ l-OKS ta’ l-inbid minħabba li din l-OKS, meta kien ġie propost ir-Regolament dwar l-OKS unika, kienet għadha tistenna li ssir riforma tal-politika. Għalhekk, fil-każ tas-settur ta’ l-inbid, ir-Regolament dwar l-OKS unika kif ippubblikat f’Novembru ta’ l-2007 jipprevedi biss l-applikabilità tal-proċedura tal-Kumitat tat-Tmexxija. Il-premessa 8 tar-Regolament dwar l-OKS unika tispjega b’mod ċar li s-settur ta’ l-inbid ikollu jiġi inkorporat kollu kemm hu hekk kif tiġi adottata r-riforma tal-politika, liema ħaġa seħħett bil-pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta għandha l-istess għan bħar-Regolament dwar l-OKS unika innifsu, jiġifieri li tissemplifika l-qafas leġiżlattiv ta’ l-OKS mingħajr ma tbiddel l-orjentazzjonijiet politiċi ta’ bażi tagħhom.

- L-għażla ta’ strumenti

Strument propost: regolament.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati peress li l-għan tal-proposta huwa li tkun stabbilita OKS orizzontali li tkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

4. L-implikazzjonijiet baġitarji

Peress li l-proposta ma ġġibx bidliet fil-miżuri eżistenti tal-PAK, ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja.

5. Is-semplifikazzjoni

Il-proposta tikkompleta wkoll att li, minnu nnifsu, kien adottat għal raġunijiet ta’ semplifikazzjoni teknika. Din il-proposta se tissemplifika aktar l-ambjent leġiżlattiv tal-PAK billi żżid ċerti regoli mar-Regolament dwar l-OKS unika li kienu għadhom nieqsa. Huwa mistenni li twassal għal semplifikazzjoni sinifikanti tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Ir-revoka ta’ leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta se twassal għal revoka ulterjuri ta’ Regolament tal-Kunsill wieħed.

2008/0156 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

1. Sabiex jissemplifika l-ambjent regolatorju tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (“ir-Regolament dwar l-OKS unika”)[6] irrevoka, u ssostitwixxa b’att legali waħdieni, ir-regolamenti kollha li l-Kunsill kien adotta sa mill-introduzzjoni tal-PAK fil-qafas ta’ l-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli u għall-gruppi ta’ prodotti.

2. Kif ġie spjegat fil-premessa 7 tar-Regolament dwar l-OKS unika, dak l-att ta’ semplifikazzjoni ma kellux iwassal biex jinxteħtu dubji dwar deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu maż-żmien fil-PAK u li, għalhekk, ma kienx qed jipprevedi li jipprovdi għall-ebda strument ġdid jew miżura ġdida. Ir-Regolament dwar l-OKS unika, għalhekk, jirrifletti d-deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu sal-waqt meta l-Kummissjoni pproponiet it-test għar-Regolament dwar l-OKS unika.

3. B’mod parallel man-negozjati u l-adozzjoni tar-Regolament waħdieni, il-Kunsill beda jinnegozja wkoll riforma tal-politika fis-settur ta’ l-inbid li issa ġiet iffinalizzata permess ta’ l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999[7]. Kif ġie spjegat fil-premessa 8 tar-Regolament dwar l-OKS unika, kienu biss dawk id-dispożizzjonijiet tas-settur ta’ l-inbid li ma kinux huma stess soġġetti għal xi riforma tal-politika li ġew inkorporati fir-Regolament dwar l-OKS unika mill-bidu, u li d-dispożizzjonijiet sostantivi li kienu soġġetti għal emendi politiċi għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament dwar l-OKS unika hekk kif dan jidħol fis-seħħ. Peress li din hija s-sitwazzjoni attwali, is-settur ta’ l-inbid għandu issa jiġi inkorporat bis-sħiħ fir-Regolament dwar l-OKS unika billi fih jiddaħħlu d-deċiżjonijiet dwar il-politika li ttieħdu fir-Regolament (KE) Nru 479/2008.

4. L-inkorporazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet fir-Regolament dwar l-OKS unika għandha ssegwi l-istess approċċ bħal dak segwit għar-Regolament dwar l-OKS unika meta dan kien ġie adottat, jiġifieri billi ma jinxteħtux dubji fuq id-deċiżjonijiet dwar il-politika li ttieħdu meta dawk id-dispożizzjonijiet kienu ġew adottati mill-Kunsill u fuq il-motivazzjoni għal dawk id-deċiżjonijiet dwar il-politika kif espress fil-premessi rispettivi tar-Regolamenti rispettivi.

5. Għaldaqstant, ir-Regolament dwar l-OKS unika għandu jiġi emendat bħal ma ntqal aktar ’il fuq.

6. Fl-Artikolu 175 tiegħu, ir-Regolament dwar l-OKS unika jinkorpora d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-applikabilità tar-regoli ta' kompetizzjoni skond it-trattat fir-rigward tas-setturi koperti mir-Regolament dwar l-OKS unika. Sa issa, dawn id-dispożizzjonijiet kienu jiġu trattati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 ta’ l-24 ta’ Lulju 2006 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli [traduzzjoni mhux uffiċjali][8]. Għaldaqstant, ir-regolament dwar l-OKS unika, fl-Artikolu 200 tiegħu, jadatta l-ambitu ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006. Minħabba li s-settur ta’ l-inbid ġie inkorporat bis-sħiħ fir-Regolament dwar l-OKS unika, u peress li r-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fih ġew estiżi għal dan is-settur, għandha ssir dispożizzjoni biex dan is-settur jitneħħa mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006.

7. Sabiex jiġi żgurat li l-bidla mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għal dawk stipulati f'dan ir-Regolament ma tkunx ta' tfixkil għas-suq ta' l-inbid fis-sena tas-suq 2008/2009, l-emendi għandhom jibdew japplikaw sa mill-bidu tas-sena tas-suq ta’ l-inbid ta’ wara, jiġifieri mill-1 ta’ Awwissu 2009,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 1, jitħassar il-paragrafu 2.

(2) Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3, wara l-punt (c), jiddaħħal dan il-punt li ġej:

"(ca) mill-1 ta' Awwissu sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara għas-settur ta’ l-inbid;”;

(3) L-Artikolu 55 jiġi emendat kif ġej:

(a) It-Titolu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 55Is-sistemi ta’ kwoti u l-potenzjal tal-produzzjoni";

(b) wara l-paragrafu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"2a. Fir-rigward tas-settur ta’ l-inbid, ir-regoli dwar il-potenzjal ta’ produzzjoni li jikkonċernaw it-taħwil illegali, id-drittijiet ta’ taħwil tranżizzjonali u l-iskema għall-qlugħ tad-dwieli għandhom japplikaw skond id-dispożizzjonijiet stipulati fit-Taqsima IVa”;

(4) It-Titolu tat-Taqsima IV tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II jinbidel b’dan li ġej:

"TAQSIMA IVIR-REGOLI TA’ PROĊEDURA LI JIKKONĊERNAW IL-KWOTI TAZ-ZOKKOR U L-ĦALIB”;

(5) FL-ARTIKOLU 85, IL-KLIEM INTRODUTTORJU JINBIDEL B'DAN LI GEJ:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tat-Taqsimiet I, II u III li jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, lil:”;

(6) Fil-Kapitolu III tat-Titolu 1 tal-Parti II, it-Taqsima IVa li ġejja tiżdied wara t-Taqsima IV:

“IT-TAQSIMA IVaIL-POTENZJAL TAL-PRODUZZJONI FIS-SETTUR TA’ L-INBID

SUBTAQSIMA I TAħWIL ILLEGALI

ARTIKOLU 85A IT-TAħWIL ILLEGALI LI JKUN SAR WARA L-31 TA' AWISSU 1998

1. Il-produtturi għandhom jaqilgħu mill-għeruq id-dwieli minn vinji, spejjeż għalihom, mingħajr dritt għal taħwil korrispondenti, fejn applikabbli, wara l-31 ta' Awissu 1998.

2. Sakemm jinqalgħu d-dwieli, skond il-paragrafu 1, għeneb u prodotti magħmulin mill-għeneb miż-żoni msemmija f'dak il-paragrafu jistgħu jiddaħħlu fis-suq għall-finijiet ta' distillazzjoni biss bl-ispejjeż esklussivament għall-produttur. Il-prodotti li jirriżultaw mid-distillazzjoni ma jistgħux jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' alkoħol b'qawwa alkoħolika reali ta' 80 % volum jew anqas.

3. Mingħajr preġudizzju, fejn applikabbli, għall-penali imposti mill-Istati Membri qabel, l-Istati Membri għandhom jimponu penali fuq produtturi li ma kkonformawx ma' dan l-obbligu tal-qlugħ mill-għeruq iggradat skond il-gravità, il-livell u t-tul ta' żmien tan-nuqqas ta' konformità.

4. It-tmiem tal-projbizzjoni tranżizzjonali fuq it-taħwil ġdid fil-31 ta' Diċembru 2015, kif stipulat fl-Artikolu 85g(1), ma għandux jolqot l-obbligi stipulati f’dan l-Artikolu.

Artikolu 85bIr-regolarizzazzjoni obbligatorja tat-taħwil illegalili jkun sar qabel l-1 ta' Settembru 1998

1. Il-produtturi għandhom, permezz ta‘ ħlas ta' miżata u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, jirregolarizzaw żoni mħawlin b'vinji mingħajr dritt għal taħwil korrispondenti, fejn applikabbli, qabel l-1 ta' Settembru 1998.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċediment taħt l-approvazzjoni tal-kontijiet, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal żoni regolarizzati abbażi ta' l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

2. Il-miżata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri. Għandha tkun ekwivalenti talanqas għad-doppju tal-valur medju tad-dritt tat-taħwil korrispondenti fir-reġjun ikkonċernat.

3. Sakemm issir ir-regolarizzazzjoni skond il-paragrafu 1, għeneb jew prodotti magħmulin minn għeneb miż-żoni msemmija f'dak il-paragrafu jistgħu jiddaħħlu fis-suq għal finijiet ta' distillazzjoni biss bl-ispejjeż esklussivament għall-produttur. Il-prodotti ma jistgħux jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' alkoħol b'qawwa alkoħolika reali ta' 80 % volum jew anqas.

4. Il-produtturi kkonċernati għandhom jaqilgħu mill-għeruq id-dwieli minn vinji, spejjeż għalihom, minn dawk iż-zoni illegali msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkunux regolarizzati skond dak il-paragrafu sal-31 ta' Diċembru 2009.

L-Istati Membri għandhom jimponu penali, proporzjonali għall-gravità, il-livell u t-tul ta' żmien tan-nuqqas ta' konformità, fuq produtturi li ma jikkonformawx ma' dan l-obbligu tal-qlugħ mill-għeruq.

Sakemm isir il-qlugħ mill-għeruq imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis .

5. It-tmiem tal-projbizzjoni tranżizzjonali fuq taħwil ġdid fil-31 ta' Diċembru 2015, kif stipulat fl-Artikolu 85g(1), ma għandux jolqot l-obbligi rregolati fil-paragrafi 3,u 4.

Artikolu 85cIl-kontroll ta' nuqqas ta' ċirkolazzjoni jew distillazzjoni

1. Fir-rigward ta' l-Artikolu 85a(2) u l-Artikolu 85b(3) u (4), l-Istati Membri għandhom jitolbu evidenza ta' nuqqas ta' ċirkolazzjoni tal-prodotti kkonċernati jew, fejn il-prodotti kkonċernati huma distillati, il-preżentazzjoni ta' kuntratti ta' distillazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw in-nuqqas ta' ċirkolazzjoni u d-distillazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, għandhom jimponu penali

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni biż-żoni soġġetti għad-distillazzjoni u l-volumi ta' alkoħol korrispondenti.

Artikolu 85dIl-miżuri ta' akkumpanjament

Iż-żoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 85b(1), sakemm mhumiex irregolarizzati, u ż-żoni msemmijin fl-Artikolu 85a(1), ma għandhomx jibbenefikaw minn kwalunkwe miżura ta' appoġġ nazzjonali jew Komunitarja.

Artikolu 85eIl-miżuri implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din is-Subtaqsima.

Dawn ir-regoli jistgħu jinkludu:

(a) dettalji dwar ir-rekwiżiti ta’ komunikazzjoni ta' l-Istati Membri inkluż it-tnaqqis possibbli ta' l-allokazzjonijiet baġitarji msemmijin fl-Anness Xb fil-każ ta' nuqqas ta' konformità;

(b) dettalji tal-penali li għandhom jiġu imposti mill-Istati Membri fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-obbligi stipulati fl-Artikoli 85a, 85b u 85c.

Subtaqsima IIIs-sistema tranżizzjonali tad-dritt ta' taħwil

ARTIKOLU 85F IT-TUL TA’ żMIEN

Id-dispożizzjonijiet ta' din is-Subtaqsima għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 85gIl-projbizzjoni tranżizzjonali tat-taħwil ta' dwieli

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 120a(1) sa (6) u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tiegħu, it-taħwil ta' dwieli tal-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 120a(2) għandu jkun projbit.

2. It-tilqim mill-ġdid ta' varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 120a(2) għall-varjetajiet differenti mill-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid msemmijin f'dak l-Artikolu għandu jkun projbit ukoll.

3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, it-taħwil u t-tilqim mill-ġdid kif imsemmija f'dawk il-paragrafi għandhom ikunu permessi jekk koperti minn:

(a) dritt ta' taħwil ġdid, kif stipulat fl-Artikolu 85h;

(b) dritt ta' taħwil mill-ġdid, kif stipulat fl-Artikolu 85i;

(c) dritt ta' taħwil mogħti minn riserva kif stipulat fl-Artikoli 85j u 85k.

4. Id-drittijiet tat-taħwil imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jingħataw f'ettari.

5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju tagħhom jew f'partijiet mit-territorju tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018. Fdan il-każ ir-regoli li jirregolaw ir-reġim tranżizzjonali tad-dritt ta' taħwil kif stipulat f'dan il-Kapitolu inkluż din is-Subtaqsima, għandhom japplikaw kif meħtieġ fl-Istat Membru rispettiv.

Artikolu 85hId-drittijiet ta' taħwil ġdid

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet ta' taħwil ġdid lill-produtturi fir-rigward ta' żoni:

(a) maħsubin għal taħwil ġdid li jsir permezz tal-miżuri għall-konsolidazzjoni ta' l-art jew il-miżuri li jikkonċernaw xiri obbligatorju fl-interess pubbliku adottati taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(b) maħsubin għal finijiet esperimentali;

(c) maħsubin għal mixtliet għat-tilqim; jew

(d) li l-prodotti ta' l-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-membri ta' l-unità domestika tal-produttur ta' l-inbid.

2. Id-drittijiet ta' taħwil ġdid mogħtija għandhom:

(a) jiġu eżerċitati mill-produttur li jingħatawlu;

(b) jintużaw qabel it-tmiem tat-tieni sena ta' l-imbid wara dik li ngħataw fiha;

(c) jintużaw għall-finijiet li ngħataw għalihom.

Artikolu 85iId-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu drittijiet ta' taħwil mill-ġdid lill-produtturi li jkunu qalgħu żona mħawla bid-dwieli.

Madankollu, iż-żoni li jiġu maqlugħin mill-għeruq u li għalihom ikun ingħata primjum għall-qlugħ mill-għeruq skond is-Subtaqsima III ma għandhomx jiġġeneraw drittijiet għal taħwil mill-ġdid.

2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet ta' taħwil mill-ġdid lill-produtturi li jkunu impenjaw ruħhom li jaqilgħu żona mħawla bid-dwieli. F'dawn il-każijiet, il-qlugħ mill-għeruq miż-żona marbuta, li għalihom ingħataw id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid, għandu jsir sa mhux aktar tard minn tmiem it-tielet sena minn meta tħawlu d-dwieli l-ġodda.

3. Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid għandhom jikkorrispondu b'ekwivalenza maż-żona li nqalgħu d-dwieli minnha f'termini ta' wċuħ puri.

4. Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid għandhom jiġu eżerċitati fuq l-azjendi li fir-rigward tagħhom ikunu ġew mogħtija. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li dawn id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid jistgħu jiġu eżerċitati biss fiż-żona fejn ikun sar il-qlugħ.

5. B'deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid jistgħu jiġu trasferiti, totalment jew parzjalment, lejn azjenda oħra fl-istess Stat Membru meta:

(a) parti mill-azjenda kkonċernata tkun trasferita lejn dik l-azjenda l-oħra;

(b) żoni fuq dik l-azjenda l-oħra huma maħsuba:

(i) għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta; jew

(ii) għall-koltivazzjoni ta' mixtliet għat-tilqim.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-applikazzjoni ta' dawn id-derogi stipulati fl-ewwel subparagrafu ma twassalx għal żieda ġenerali fil-potenzjal tal-produzzjoni fit-territorju tagħhom, partikolarment meta jsiru trasferimenti minn żoni mhux imsoqqija għal żoni msoqqija.

6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal drittijiet simili għad-drittijiet għal taħwil mill-ġdid miksubin skond leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali preċedenti.

7. Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid mogħtija skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom jintużaw matul il-perjodi stipulati fl-istess Artikolu.

Artikolu 85jIr-riserva nazzjonali u reġjonali tad-drittijiet ta' taħwil

1. Sabiex titjieb il-ġestjoni tal-potenzjal tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom joħolqu riserva nazzjonali jew riservi reġjonali ta' drittijiet ta' taħwil.

2. L-Istati Membri li stabbilixxew riservi nazzjonali jew reġjonali ta' drittijiet ta' taħwil skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistgħu jżommu dawk ir-riservi dment li huma japplikaw ir-reġim tranżizzjonali tad-dritt ta' taħwil skond din is-Subtaqsima.

3. Jekk ma jintużawx fiż-żmien preskritt, id-drittijiet ta' taħwil li ġejjin għandhom jiġu allokati lir-riservi nazzjonali jew reġjonali:

(a) drittijiet ta' taħwil ġdid;

(b) drittijiet ta' taħwil mill-ġdid;

(c) għoti ta' drittijiet ta' taħwil mir-riserva.

4. Il-produtturi jistgħu jittrasferixxu drittijiet ta' taħwil mill-ġdid għar-riservi nazzjonali jew reġjonali. Il-kundizzjonijiet ta' dan it-trasferiment, mogħti, fejn meħtieġ, għal pagament minn fondi nazzjonali, għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri b'qies għall-interessi leġittimi tal-partijiet.

5. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimplimentawx sistema ta' riserva sakemm ikunu jistgħu jagħtu prova li teżisti sistema alternattiva effettiva għall-ġestjoni tad-drittijiet ta' taħwil fit-territorju tagħhom. Is-sistema alternattiva tista', meta dan ikun meħtieġ, tidderoga mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din is-Subtaqsima.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal Stati Membri li jwaqqfu l-operat ta' riservi nazzjonali jew reġjonali skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

Artikolu 85kL-għoti ta' drittijiet ta' taħwil mir-riserva

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet minn riserva:

(a) mingħajr ħlas, lill-produtturi li huma taħt l-eta' ta' 40 sena, li jkollhom esperjenza u kompetenza tas-sengħa adegwati, li jkunu qegħdin jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba u li jkunu stabbiliti bħala l-kap ta' l-azjenda;

(b) bi ħlas għal fondi nazzjonali jew, fejn xieraq, fondi reġjonali, lill-produtturi li jkunu biħsiebhom jużaw id-drittijiet sabiex iħawlu vinji li l-produzzjoni tagħhom għandhom żbokk assigurat għas-suq.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-iffissar ta' l-ammonti tal-ħlas imsemmija f' (b), li jistgħu jvarjaw skond il-prodott finali intenzjonat tal-vinji kkonċernati u skond il-perjodu tranżizzjonali li jibqa' li matulu tapplika l-projbizzjoni fuq it-taħwil ġdid kif stipulat fl-Artikoli 85g(1) u (2).

2. Meta jintużaw drittijiet ta' taħwil mogħtija minn riserva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) il-post, il-varjetajiet u t-teknika ta' koltivazzjoni użati jiggarantixxu li l-produzzjoni sussegwenti hija adattata għad-domanda tas-suq;

(b) il-livelli ta' ħsad ikkonċernati huma tipiċi tal-medja fir-reġjun, b'mod partikolari fejn id-drittijiet ta' taħwil li oriġinaw f'żoni mhux imsoqqija jiġu użati f'żoni msoqqija.

3. Id-drittijiet ta' taħwil mogħtija minn riserva li ma jintużawx qabel tmiem it-tieni sena ta' l-inbid wara dik li fiha jkunu ngħataw jintilfu u jerġgħu jiġu allokati għar-riserva.

4. Id-drittijiet ta' taħwil f'riserva, li ma jitħallsux qabel tmiem il-ħames sena ta' l-inbid wara l-allokazzjoni tagħhom għar-riserva għandhom jispiċċaw.

5. Meta Stat Membru joħloq riservi reġjonali, jista' jistipula regoli li jippermettu t-trasferiment tad-drittijiet ta' taħwil bejn riservi reġjonali. Jekk fi Stat Membru jeżistu kemm ir-riservi reġjonali kif ukoll nazzjonali, dan jista' jippermetti wkoll trasferiment bejn dawk ir-riservi.

It-trasferimenti jistgħu jkunu soġġetti għal koeffiċjent ta' tnaqqis.

Artikolu 85lDe minimis

Din is-Subtaqsima ma għandhiex tapplika fi Stati Membri fejn ir-reġim Komunitarju tad-dritt għal tħawwil ma kienx japplika sal-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 85mRegoli nazzjonali aktar stretti

L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti għall-għotja ta' drittijiet ta' taħwil ġdid jew ta' taħwil mill-ġdid. Jistgħu jirrikjedu li l-applikazzjonijiet rispettivi u l-informazzjoni rilevanti meħtieġa jiġu ssupplimentati b'informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-monitoraġġ ta' l-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni.

Artikolu 85nIl-miżuri implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din is-Subtaqsima.

B'mod partikolari, dawn ir-regoli jistgħu jinkludu:

(a) dispożizzjonijiet sabiex jiġi evitat ħlas amministrattiv eċċessiv meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' din is-Subtaqsima;

(b) il-koeżistenza ta' dwieli permezz ta' l-Artikolu 85i(2);

(c) l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 85k(5).

Subtaqsima IIIL-iskema tal-qlugħ mill-għeruq

ARTIKOLU 85O IT-TUL TA’ żMIEN

Id-dispożizzjonijiet ta’ din is-Subtaqsima għandhom japplikaw sa tmiem is-sena ta' l-inbid 2010/2011.

Artikolu 85pL-ambitu u d-definizzjoni

Din is-Subtaqsima tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom il-vitikulturi għandhom jirċievu primjum bħala skambju għall-qlugħ mill-għeruq (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "primjum għall-qlugħ mill-għeruq").

Artikolu 85qIl-kundizzjonijiet ta'l-eliġibbiltà

Il-primjum għall-qlugħ mill-għeruq jista' jingħata biss jekk iż-żona kkonċernata hija konformi ma' dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ma rċevietx appoġġ Komunitarju jew nazzjonali għar-ristrutturazzjoni u għall-miżuri tal-konverżjoni matul l-aħħar għaxar snin ta' l-inbid preċedenti għat-talba tal-qlugħ mill-għeruq;

(b) ma rċevietx appoġġ Komunitarju taħt l-ebda organizzazzjoni oħra tas-suq komuni matul l-aħħar ħames snin ta' l-inbid preċedenti għat-talba tal-qlugħ mill-għeruq;

(c) hija kkoltivata;

(d) mhix iżgħar minn 0.1 ta’ ettaru. Madankollu, dak id-daqs minimu jista' jkun 0.3 ta’ ettaru, jekk Stat Membru jiddeċiedi hekk, għal ċerti reġjuni amministrattivi ta' dak l-Istat Membru li fih il-medja taż-żona mħawla bid-dwieli ta' azjenda ta' l-inbid teċċedi ettaru;

(e) ma ġietx imħawla kontra l-ebda dispożizzjoni Komunitarja jew nazzjonali applikabbli;

(f) hija mħawla b'varjetà ta' għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 120a(2).

Minkejja l-punt (e), iż-żoni rregolarizzati skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Artikolu 85b(1) ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għall-primjum għall-qlugħ mill-għeruq.

Artikolu 85rL-ammont tal-primjum għall-qlugħ mill-għeruq

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi skali għall-għoti ta’ primjums għall-qlugħ tad-dwieli.

2. L-ammont speċifiku tal-primjum għall-qlugħ mill-għeruq għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fl-iskali msemmija fil-paragrafu 1 u abbażi tal-livelli tal-ħsad ta’ l-imgħoddi tar-raba' kkonċernat.

Artikolu 85sIl-proċedura u l-baġit

1. Il-produtturi interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet għal premium għall-qlugħ mill-għeruq lill-awtoritajiet rispettivi fl-Istati Membri sa mhux aktar tard mill-15 ta' Settembru ta' kull sena. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw data aktar bikrija mill-15 ta' Settembru dment li din tkun aktar tard mit-30 ta' Ġunju u dment li jqisu, fejn applikabbli, l-applikazzjoni tagħhom ta' l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 85u.

2. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli amministrattivi rigward l-applikazzjonijiet riċevuti, jipproċessaw l-applikazzjonijiet eliġibbli u jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena, iż-żona u l-ammonti totali koperti f'dawk l-applikazzjonijiet, maqsumin skond ir-reġjun u skond il-firxa tal-livelli tal-ħsad.

3. Il-baġit annwali massimu għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli hija stipulata fl-Anness Xd.

4. Sal-15 ta' Novembru ta' kull sena, jekk l-ammont totali nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jkun akbar mir-riżorsi tal-baġit disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistipula perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-ammonti nnotifikati, b'kont meħud, fejn applikabbli, ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85u(2) u (3).

5. Sa l-1 ta' Frar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-applikazzjonijiet:

(a) għaż-żoni totali li għalihom saru l-applikazzjonijiet jekk il-Kummissjoni ma stipulatx perċentwal kif imsemmi fil-paragrafu 4; jew

(b) għaż-żoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 4 bbażat fuq kriterji oġġettivi u non-diskriminatorji u skond il-prijoritajiet li ġejjin:

(i) L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-premium ta' qlugħ mill-għeruq tkopri l-vinja sħiħa tagħhom;

(ii) L-Istati Membri għandhom jagħtu t-tieni prijorità lill-applikanti li ma għandhomx anqas minn 55 sena fejn l-Istati Membri jistipulaw hekk.

Artikolu 85tIl-kundizzjonalità

Meta jinsab li bdiewa ma kinux konformi fl-azjendi tagħhom, fi kwalunkwe żmien matul tliet snin mill-pagament tal-premium għall-qlugħ mill-għeruq, mar-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmijin fl-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont tal-pagament, meta n-nuqqas ta’ konformità huwa riżultat ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni li ġejja mill-bidwi direttament, għandu jitnaqqas jew jiġi kkanċellat, parzjalment jew kollu skond il-gravità, il-livell, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità. Fejn applikabbli, il-bidwi għandu jiġi ordnat iroddu lura skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 85uL-eżenzjonijiet

1. Stat Membru jista' jiddeċiedi li jirrifjuta aktar applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 85s(1) ladarba ż-żona totali li nqalgħet mill-għeruq fit-territorju tiegħu tilħaq it-8 % taż-żona tagħha li tkun imħawla bil-vinji kif imsemmi fl-Anness Xe.

Stat Membru jista' jiddeċiedi li jirrifjuta aktar applikazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 85s(1) għal reġjun ladarba ż-żona totali maqlugħa mill-għeruq f'dak ir-reġjun tilħaq l-10 % taż-żona tar-reġjun li tkun imħawla bil-vinji.

2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twaqqaf l-applikazzjoni ta' l-iskema tal-qlugħ mill-għeruq fi Stat Membru jekk, b'kont meħud ta' l-applikazzjonijiet pendenti, it-tkomplija tal-qlugħ mill-għeruq tkun ser twassal għal żona totali maqlugħa mill-għeruq li tkun aktar minn 15 % taż-żona totali ta' l-Istat Membru li tkun imħawla bil-vinji kif imsemmi fl-Anness Xe.

3. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twaqqaf l-applikazzjoni ta' l-iskema tal-qlugħ mill-għeruq fi Stat Membru jekk, b'kont meħud ta' l-applikazzjonijiet pendenti, it-tkomplija tal-qlugħ mill-għeruq tkun ser twassal għal żona totali maqlugħa mill-għeruq li tkun aktar minn 6 % taż-żona totali ta' l-Istat Membru li tkun imħawla bil-vinji kif imsemmi fl-Anness Xe f’dik is-sena partikolari ta’ l-operat ta’ l-iskema.

4. L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw vinji f'muntanji u li jinsabu f'għoljiet weqfin, mhux eliġibbli għall-iskema tal-qlugħ mill-għeruq skond il-kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.

5. L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw żoni mhux eliġibbli għall-iskema tal-qlugħ mill-għeruq meta l-applikazzjoni ta' l-iskema ma tkunx kompatibbli ma' kwistjonijiet ambjentali. Dawk iż-żoni ddikjarati mhux eliġibbli ma għandhomx jeċċedu 3 % taż-żona totali mħawla bid-dwieli kif imsemmi fl-Anness Xe.

6. Il-Greċja tista' tiddikjara żoni mħawla bil-vinji fil-gżejjer ta' l-Eġew u l-gżejjer Griegi tal-Baħar Jonju, bl-eċċezzjoni ta' Kreta u Eubia, mhux eliġibbli taħt l-iskema tal-qlugħ mill-għeruq.

7. L-iskema tal-qlugħ tad-dwieli stabbilita f'din is-subtaqsima ma għandhiex tapplika għall-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji.

8. L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-produtturi f'dawk iż-żoni li mhumiex eliġibbli jew iddikjarati mhux eliġibbli skond il-paragrafi 4 sa 7 skond il-miżuri l-oħra ta' appoġġ stabbiliti f'dan ir-Regolament, fir-rigward tas-settur ta’ l-inbid, b'mod partikolari, fejn applikabbli, il-miżura ta' ristrutturazzjoni u konverżjoni skond il-programmi ta' appoġġ u l-miżuri ta' żvilupp rurali.

Artikolu 85vDe minimis

Din is-Subtaqsima ma għandhiex tapplika fi Stati Membri fejn il-produzzjoni ta' l-inbid ma taqbiżx il-50 000 ettolitru għal kull sena ta' l-inbid. Din il-produzzjoni għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-produzzjoni medja matul il-ħames snin preċedenti għall-għasra.

Artikolu 85wGħajnuna nazzjonali komplementari

L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali komplementari li ma teċċedix 75 % tal-primjum għall-qlugħ mill-għeruq applikabbli flimkien mal-primjum mogħti għall-qlugħ mill-għeruq.

Artikolu 85xIl-miżuri implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din is-Subtaqsima.

B'mod partikolari, dawn ir-regoli jistgħu jinkludu:

(a) dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 85q, b'mod partikolari fir-rigward tal-provi li ż-żoni ġew koltivati tajjeb fl-2006 u l-2007;

(b) l-iskali u l-livelli tal-primjums imsemmija fl-Artikolu 85r;

(c) il-kriterji għal eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 85u;

(d) ir-rekwiżiti ta' rappurtar ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' l-iskema tal-qlugħ mill-għeruq, inklużi l-penali f'każ ta' dewmien fir-rappurtar u l-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu lill-produtturi dwar id-disponibbiltà ta' l-iskema,

(e) ir-rekwiżiti ta' rappurtar rigward l-għajnuna nazzjonali komplementari;

(f) skadenzi għall-pagamenti.”;

(7) Fil-Kapitolu IV tat-Titolu 1 tal-Parti II, tiżdied it-Taqsima li ġejja wara t-Taqsima IVA:

“TAQSIMA IVbIl-programmi ta’ Appoġġ fis-settur ta’ l-inbid

SUBTAQSIMA I ID-DISPOżIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

ARTIKOLU 103I L-AMBITU

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-għoti ta' fondi Komunitarji lill-Istati Membri u l-użu ta' dawk il-fondi mill-Istati Membri permezz ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ (minn hawn 'il quddiem "programmi ta' appoġġ") sabiex jiffinanzjaw miżuri ta' appoġġ speċifiċi li jassistu s-settur ta' l-inbid.

Artikolu 103jIl-kompatibbiltà u l-koerenza

1. Il-programmi ta' appoġġ għandhom ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja u konsistenti ma' l-attivitajiet, il-politika u l-prijoritajiet tal-Komunità.

2. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-programmi ta' appoġġ u jiżguraw li jkunu internalment konsistenti u mfasslin u implimentati b'mod oġġettiv, b'kont meħud tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi kkonċernati u l-ħtieġa li jiġi evitat trattament mhux ġustifikat bejn il-produtturi.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex jagħmlu provvedimenti għal, u jwettqu, il-kontrolli u l-penali neċessarji f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-programmi ta' appoġġ.

3. L-ebda appoġġ ma għandu jingħata:

(a) għal proġetti ta' riċerka u miżuri sabiex jappoġġaw proġetti ta' riċerka;

(b) għal miżuri li jinsabu fil-programmi ta' żvilupp rurali ta' l-Istati Membri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Subtaqsima IIIl-preżentazzjoni u l-kontenut tal-programmi ta' appoġġ

ARTIKOLU 103K IL-PREżENTAZZJONI TAL-PROGRAMMI TA' APPOġġ

1. Kull Stat Membru produttur imsemmi fl-Anness Xb għandu jippreżenta lill-Kummissjoni abbozz ta' programm ta' appoġġ għal ħames snin li jkun fih miżuri konformi ma' dan il-Kapitolu.

Il-programmi ta' appoġġ li jsiru applikabbli skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandhom jibqgħu applikabbli skond dan ir-Regolment.

Il-miżuri ta' appoġġ fil-programmi ta' appoġġ għandhom jitfasslu fil-livell ġeografiku li l-Istati Membri jqisu l-aktar xieraq. Qabel ma jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni, il-programm ta' appoġġ għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti fil-livell territorjali xieraq.

Kull Stat Membru għandu jippreżenta abbozz uniku ta' programm ta’ appoġġ, li jista' jakkomoda karatteristiċi partikolari reġjonali.

2. Il-programmi ta' appoġġ għandhom jibdew japplikaw tliet xhur wara li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.

Madankollu, jekk il-programm ta' appoġġ ippreżentat ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar dan. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jippreżenta programm ta' appoġġ rivedut lill-Kummissjoni. Il-programm rivedut isir applikabbli xahrejn wara n-notifika sakemm ma jkunx għad hemm xi inkompatibbiltà f’liema każ għandu japplika dan is-subparagrafu.

3. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għal bidliet fi programmi ta' appoġġ ippreżentati mill-Istati Membri.

4. L-Artikolu 103l ma għandux japplika meta l-unika miżura ta' Stat Membru fi programm ta' appoġġ tkun tikkonsisti mit-trasferiment għall-Iskema ta' Pagament Uniku msemmija fl-Artikolu 103o L-obbligi ta’ rappurtar u evalwazzjoni stipulati fl-Artikoli 188a(5) u (6) għandhom japplikaw għal dan il-każ fir-rigward tal-paragrafu 5 tiegħu biss u għas-sena li fiha jseħħ it-trasferiment.

Artikolu 103lIl-kontenut tal-programmi ta' appoġġ

Il-programmi ta' appoġġ għandhom jikkonsistu mill-elementi li ġejjin:

(a) deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri proposti kif ukoll l-għanijiet ikkwantifikati tagħhom;

(b) ir-riżultati ta' konsultazzjonijiet li saru;

(c) valutazzjoni li turi l-impatt mistenni kemm tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali;

(d) skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri;

(e) tabella tal-finanzjament ġenerali li turi r-riżorsi li ser jintużaw u l-allokazzjoni indikattiva mbassra tar-riżorsi bejn il-miżuri skond il-limiti kif stipulati fl-Anness Xb;

(f) il-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li se jintużaw għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni kif ukoll il-passi meħuda sabiex jiżguraw li l-programmi ta' appoġġ jiġu implimentati b'mod xieraq u effettiv;

(g) isem l-awtoritajiet u l-entitajiet kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ.

Artikolu 103mIl-miżuri eliġibbli

1. Il-programmi ta' appoġġ għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a) appoġġ għall-Iskema ta' Pagament Uniku skond l-Artikolu 103o;

(b) promozzjoni skond l-Artikolu 103p;

(c) ir-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni ta’ vinji skond l-Artikolu 103q;

(d) il-ħsad bikri skond l-Artikolu 103r;

(e) fondi mutwi skond l-Artikolu 103s;

(f) l-assigurazzjoni tal-ħsad skond l-Artikolu 103t;

(g) investimenti skond l-Artikolu 103u;

(h) distillazzjoni tal-prodotti sekondarji skond l-Artikolu 103v;

(i) distillazzjoni ta' alkoħol tajjeb għax-xorb skond l-Artikolu 103w;

(j) distillazzjoni ta' kriżi skond l-Artikolu 103x;

(k) l-użu ta' most ta' l-għeneb konċentrat skond l-Artikolu 103y.

2. Programmi ta' appoġġ ma għandhomx jinkludu miżuri oħrajn għajr dawk elenkati fl-Artikoli 103o u 103y.

Artikolu 103nIr-regoli ġenerali dwar il-programmi ta' appoġġ

1. L-allokazzjoni tal-fondi Komunitarji disponibbli kif ukoll il-limiti tal-baġit huma stipulati fl-Anness Xb.

2. L-appoġġ Komunitarju għandu jingħata biss għal spejjeż eliġibbli mġarrba wara l-preżentazzjoni tal-programm ta' appoġġ rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 103k(l).

3. L-Istati Membri ma għandhomx jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' miżuri ffinanzjati mill-Komunità taħt il-programmi ta' appoġġ.

4. B'deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali skond ir-regoli Komunitarji rilevanti dwar għajnuna mill-Istat għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 103p, 103t u 103u.

Ir-rata massima ta' għajnuna kif stipulata fir-regoli Komunitarji rilevanti dwar għajnuniet mill-Istat għandha tapplika għall-finanzjament pubbliku globali inklużi kemm fondi Komunitarji kif ukoll nazzjonali.

Subtaqsima IIIIl-miżuri speċifiċi ta' appoġġ

Artikolu 103o L-Iskema ta' Pagament Uniku u l-appoġġ lill-vitikulturi

1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ lill-vitikulturi billi jallokawlhom drittijiet għal pagamenti fis-sens tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 skond il-punt O ta' l-Anness VII għal dak ir-Regolament.

2. L-Istati Membri li jkollhom il-ħsieb li jagħmlu użu mill-possibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jipprevedu tali appoġġ fil-programmi ta' appoġġ tagħhom inkluż, fir-rigward ta' trasferimenti sussegwenti ta' fondi għall-Iskema ta' Pagament Uniku, bħala tibdil għal dawk il-programmi skond l-Artikolu 103k(3).

3. Malli jkun effettiv, l-appoġġ kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu:

(a) jibqa' fl-Iskema ta' Pagament Uniku u ma jibqax disponibbli, jew isir disponibbli taħt l-Artikolu 103k(3), għall-miżuri elenkati fl-Artikoli 103p sa 103y fis-snin sussegwenti għall-operazzjoni tal-programmi ta' appoġġ;

(b) inaqqas b'mod proporzjonat l-ammont ta' fondi disponibbli għall-miżuri elenkati fl-Artikoli 103p sa 103y fil-programmi ta' appoġġ.

Artikolu 103p Il-promozzjoni fis-swieq tal-pajjiżi terzi

1. L-appoġġ skond dan l-Artikolu għandu jkopri miżuri informattivi u promozzjonali dwar inbejjed Komunitarji f'pajjiżi terzi, u b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tagħhom f'dawk il-pajjiżi.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jirriferu għall-inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, jew inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid.

3. Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonsistu biss minn:

(a) relazzjonijiet pubbliċi, miżuri promozzjonali jew pubbliċitarji, b'mod partikolari l-enfasi fuq il-vantaġġi tal-prodotti Komunitarji, speċjalment rigward kwalità, sikurezza ta' l-ikel jew il-protezzjoni ta' l-ambjent;

(b) parteċipazzjoni f'avvenimenti, fieri jew eżibizzjonijiet ta' importanza internazzjonali;

(c) kampanji informattivi, b'mod partikolari dwar is-sistemi Komunitarji li jkopru denominazzjonijiet ta' l-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u l-produzzjoni organika;

(d) studji ta' swieq ġodda, meħtieġa għat-tkabbir tas-swieq;

(e) l-istudji sabiex jiġu evalwati r-riżultati tal-miżuri promozzjonali u informattivi.

4. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-attivitajiet promozzjonali ma għandhiex taqbeż il-50 % ta' l-infiq eliġibbli.

Artikolu 103q Ir-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tal-vinji

1. L-għan tal-miżuri relatati mar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tal-vinji għandu jkun li tiżdied il-kompetittività tal-produtturi ta' l-inbid.

2. Ir-ristrutturazzjoni u t-trasformazzjoni tal-vinji għandhom ikunu appoġġjati skond dan l-Artikolu fil-każ biss li l-Istati Membri jippreżentaw inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom skond l-Artikolu 185a(3).

3. L-appoġġ għar-ristrutturazzjoni u t-trasformazzjoni tal-vinji jista' jkopri biss waħda jew aktar minn dawn l-attivitajiet li ġejjin:

(a) it-trasformazzjoni varjetali, inkluż permezz ta' tilqim mill-ġdid;

(b) ir-rilokazzjoni ta' vinji;

(c) titjib fit-teknika tal-ġestjoni ta’ vinji.

L-iskema ma għandhiex tkopri t-tiġdid normali ta' vinji li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom.

4. L-appoġġ għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tal-vinji jista' jieħu l-forom li ġejjin biss:

(a) kumpens lill-produtturi għat-telf fid-dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-miżura;

(b) kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' ristrutturar u trasformazzjoni.

5. Kumpens lill-produtturi għat-telf fid-dħul kif imsemmi fil-paragrafu 4(a) jista' jkopri sa 100 % tat-telf rilevanti u jieħu waħda minn dawn il-forom li ġejjin:

(a) minkejja d-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsima II tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II li tistipula r-reġim tranżizzjonali rigward id-drittijiet tat-taħwil, il-permess għall-koeżistenza ta' dwieli kemm qodma kif ukoll ġodda għal perjodu fiss li ma għandux jaqbeż tliet snin, sa tmiem ir-reġim tranżizzjonali rigward id-drittijiet tat-taħwil;

(b) kumpens finanzjarju.

6. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-ispejjeż reali ta' ristrutturazzjoni u trasformazzjoni tal-vinji ma għandhiex taqbeż il-50 %. F'reġjuni kklassifkati bħala reġjuni ta' konverġenza skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006*, il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-ispejjeż ta' ristrutturazzjoni u trasformazzjoni ma għandhiex taqbeż il-75 %.

Artikolu 103r Il-ħsad bikri

1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ħsad bikri tfisser il-qerda totali jew il-qtugħ ta' għenieqed ta' l-għeneb meta jkunu għadhom ma sarux, u b'hekk il-produzzjoni taż-żona rilevanti titnaqqas kompletament fix-xejn.

2. L-appoġġ għal ħsad bikri għandu jikkontribwixxi sabiex jerġa' jinkiseb il-bilanc bejn il-provvista u d-domanda fis-suq ta' l-inbid fil-Komunità, sabiex jiġu evitati kriżijiet fis-suq.

3. L-appoġġ għal ħsad bikri jista' jingħata bħala kumpens f'forma ta' pagament b'rata fissa għal kull ettaru li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat.

Il-pagament ma għandux jaqbeż il-50 % tas-somma ta' l-ispejjeż diretti t-telf fid-dħul relatati mal-qerda jew il-qtugħ ta' għenieqed ta' għeneb.

4. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu sistema bbażata fuq kriterji oġġettivi sabiex jiżguraw li l-miżura ta’ ħsad bikri ma twassalx għal kumpens għal produtturi individwali ta' l-inbid ogħla mil-limiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

Artikolu 103s Il-fondi mutwi

1. L-appoġġ għall-istabbiliment ta' fondi mutwi għandu jipprovdi għajnuna lill-produtturi li jfittxu li jassiguraw ruħhom kontra ċaqliq fis-suq.

2. L-appoġġ għall-istabbiliment ta' fondi mutwi jista' jingħata fil-forma ta' għajnuna temporanja u digressiva biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi tal-fondi.

Artikolu 103t L-assigurazzjoni tal-ħsad

1. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad għandu jikkontribwixxi sabiex jipproteġi d-dħul tal-produtturi meta jintlaqtu minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi, mard jew impestazzjonijiet mid-dud.

2. L-appoġġ għal assigurazzjoni fuq ħsad jista' jingħata fil-forma ta' kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja li ma tistax taqbeż:

(a) it-80 % ta' l-ispiża fil-primiums ta' l-assigurazzjoni mħallsin mill-produtturi għall-assigurazzjoni kontra telf minħabba avvenimenti klimatiċi negattivi li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali;

(b) il-50 % ta’ l-ispiża tal-primjums ta’ l-assigurazzjoni imħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni kontra:

(i) telf imsemmi f'(a) u kontra telf ieħor ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi;

(ii) telf ikkawżat minn annimali, mard tal-pjanti jew impestazzjonijiet mid-dud.

3. L-appoġġ għall-assigurazzjoni fuq il-ħsad jista' jingħata biss jekk il-pagamenti ta' kumpens ikkonċernati kkumpensati lill-produtturi mill-assigurazzjoni ma jkunux aktar minn 100 % tat-telf imġarrab fid-dħul, waqt li jitqies kwalunkwe kumpens li l-produtturi setgħu ħadu minn skemi oħra ta' appoġġ relatati mar-riskju assigurat.

4. L-appoġġ għall-assigurazzjoni fuq ħsad ma għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq ta' l-assigurazzjoni.

Artikolu 103u L-investimenti

1. Jista' jingħata appoġġ għal investimenti tanġibbli jew intanġibbli f'faċilitajiet ta' pproċessar, infrastruttura għall-produzzjoni ta’ l-inbid u kummerċalizzazzjoni ta' nbid, li jtejbu l-prestazzjoni ġenerali ta' l-intrapriżi u li jikkonċerna wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) il-produzzjoni jew il-kummerċalizzazzjoni ta' prodotti msemmijin fl-Anness XIb;

(b) l-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda relatati mal-prodotti msemmijin fl-Anness XIb.

2. L-appoġġ bl-ogħla rata skond il-paragrafu 1 għandu jkun limitat għall-mikrointrapriżi u għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/361/KE**. Għat-territorji ta' l-Azores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, l-iżgħar gżejjer ta' l-Eġew fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006*** u għat-territorji lilhinn mix-xtut ta’ Franza, ma għandu japplika l-ebda limitu fuq id-daqs tar-rata massima. Għall-intrapriżi li m'humiex koperti mill-Artikolu 2(1) tat-Titolu I ta' l-Anness tar-Rakkomandazzjoni Nru 2003/361/KE b’inqas minn 750 impjegat jew b’fatturat ta’ inqas minn 200 miljun EUR, l-intensità ta’ għajnuna massima għandha titnaqqas bin-nofs.

Ma għandux jingħata appoġġ lill-intrapriżi f’diffikultajiet fis-sens tal-linji gwida Komunitarji dwar Għajnuna mill-Istat sabiex ikunu salvati u ristrutturati ditti f’diffikultajiet.

3. L-infiq eliġibbli għandu jeskludi l-elementi msemmijin fl-Artikolu 71(3)(a) sa (c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

4. Dawn ir-rati massimi ta' għajnuna f'relazzjoni ma' l-ispejjeż eliġibbli ta' investiment għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni Komunitarja:

(a) 50 % f'reġjuni kklassifikati bħala reġjuni ta' konverġenza skond ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006;

(b) 40 % f'reġjuni għajr ir-reġjuni ta' konverġenza;

(c) 75 % fir-reġjuni l-aktar imbiegħda skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006****;

(d) 65 % fl-iżgħar Ġżejjer ta' l-Eġew fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006.

5. L-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu japplika mutatis mutandis għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 103v Id-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji

1. Jista' jingħata appoġġ għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta' l-inbid li twettqet skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt D ta' l-Anness XVb.

L-ammont ta' għajnuna għandu jkun stabbilit għal kull % ta' volum u għal kull ettolitru ta' alkoħol li jkun prodott. Ma għandha tingħata l-ebda għajnuna għall-volum ta' alkoħol li jinsab f'dawk il-prodotti sekondarji għad-distillazzjoni li jeċċedi l-10 % f'relazzjoni mal-volum ta' alkoħol li jinsab fl-inbid prodott.

2. Il-livelli massimi ta' għajnuna applikabbli għandhom ikunu bbażati fuq l-ispejjeż ta' ġbir u pproċessar u jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

3. L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni li ngħatat l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklussivament għal skopijiet industrijali jew ta' enerġija, sabiex tiġi evitata t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

Artikolu 103w Distillazzjoni ta' l-alkoħol potabbli

1. Jista' jingħata appoġġ sal-31 ta' Lulju 2012 lill-produtturi, għall-inbid distillat f'alkoħol tajjeb għax-xorb fil-forma ta' għajnuna għal kull ettaru.

2. Il-kuntratti rilevanti dwar id-distillazzjoni ta' l-inbid kif ukoll il-provi rilevanti tal-kunsinni għad-distillazzjoni għandhom jiġu ppreżentati qabel ma jingħata l-appoġġ.

Artikolu 103x Id-distillazzjoni ta' kriżi

1. Għandu jingħata appoġġ sal-31 ta' Lulju 2012 għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta' nbid żejjed skond kif jiġi deċiż mill-Istati Membri f'każijiet ta' kriżi ġustifikati, sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat l-eċċess u fl-istess ħin tiġi żgurata l-kontinwità tal-provvista minn ħsad għall-ieħor.

2. Il-livelli massimi ta' għajnuna applikabbli għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

3. L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni li ngħatat l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklussivament għall-skopijiet industrijali jew ta' enerġija, sabiex tiġi evitata t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

4. Is-sehem tal-baġit disponibbli użat għall-miżura ta' distillazzjoni ta' kriżi ma għandux ikun akbar mill-ishma ta' perċentwali li ġejjin kif ikkalkulati meta mqabbel l-fondi disponibbli globalment stipulati fl-Anness Xb għal kull Stat Membru fis-sena baġitarja rispettiva:

- 20 % fl-2009,

- 15 % fl-2010,

- 10 % fl-2011,

- 5 % fl-2012.

5. L-Istati Membri jistgħu jżidu l-fondi disponibbli għall-miżura ta' distillazzjoni ta' kriżi 'l fuq mil-limiti annwali previsti fil-paragrafu 4 bħala mezz ta' kontribuzzjoni ta' fondi nazzjonali skond il-limiti li ġejjin (espressi f'termini ta' perċentwali tal-limitu massimu annwali rispettiv mogħti fil-paragrafu 4):

- 5 % fis-sena ta' l-inbid 2010,

- 10 % fis-sena ta' l-inbid 2011,

- 15 % fis-sena ta' l-inbid 2012.

L-Istati Membri għandhom, fejn applikabbli, jinnotifikaw lill-Kummissjoni biż-żieda tal-fondi nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-Kummissjoni għandha tapprova t-tranżazzjoni qabel ma jsiru disponibbli tali fondi.

Artikolu 103y L-użu ta' most ta' l-għeneb konċentrat

1. Jista' jingħata appoġġ sal-31 ta' Lulju 2012 lill-produtturi ta' l-inbid li jużaw most ta' l-għeneb konċentrat inkluż most ta' l-għeneb konċentrat irrettifikat sabiex tiżdied is-saħħa alkoħolika naturali tal-prodotti skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XVa.

2. L-ammont ta' l-għajnuna għandu jiġi stabbilit għal kull % ta' volum ta' saħħa alkoħolika potenzjali u għal kull ettolitru tal-most użat għall-arrikkiment.

3. Il-livelli massimi ta' għajnuna applikabbli għal din il-miżura fid-diversi żoni ta’ viltikultura għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Artikolu 103z Il-kundizzjonalità

Fejn bdiewa jinstabu li ma kkonformawx, fl-azjendi tagħhom, fi kwalunkwe żmien matul tliet snin mill-pagament taħt il-programmi ta' appoġġ għal ristrutturazzjoni u konverżjoni jew fi kwalunkwe żmien f'sena mill-pagament taħt il-programmi ta' appoġġ għall-ħsad bikri, mar-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont tal-pagament għandu, meta n-nuqqas ta’ konformità huwa riżultat ta' azzjoni jew ta' nuqqas ta' azzjoni li ġej direttament min-naħa tal-bidwi, jitnaqqas jew jiġi kkanċellat, parzjalment jew kompletament skond il-gravità, il-livell, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità, u fejn applikabbli, il-bidwi għandu jiġi ordnat irodd lura l-pagament skond il-kundizzjonijiet stipulati f'dawk id-dispożizzjonijiet.

Subtaqsima IVId-dispożizzjonijiet proċedurali

ARTIKOLU 103ZA IL-MIżURI IMPLIMENTATTIVI

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din it-Taqsima.

B'mod partikolari, dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:

(a) il-format għall-preżentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ;

(b) regoli għal bidliet fil-programmi ta' appoġġ wara li jkunu saru applikabbli;

(c) regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikoli 103p sa 103y;

(d) il-kundizzjonijiet li fuqhom għandha tkun ikkomunikata u ppubblikata l-għajnuna mill-fondi Komunitarji.

_____________________

* ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

** ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

*** ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.

**** ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.”;

(8) L-intestatura tal-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti II tinbidel b'dan li ġej:

“Kapitolu IIr-regoli dwar il-kummerċalizzazzjoni u l-produzzjoni”

(9) L-intestatura tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti II tinbidel b'dan li ġej:

“Taqsima IIr-regoli għall-kummerċalizzazzjoni”;

(10) L-ARTIKOLI LI ġEJJIN JIDDAħħLU WARA L-ARTIKOLU 113B:

“ Artikolu 113c Regoli għall-kummerċalizzazzjoni sabiex itejbu u jistabbilizzaw l-operat tas-suq komuni ta' l-inbejjed

1. L-Istati Membri produtturi, sabiex itejbu u jistabbilizzaw l-operat tas-suq komuni ta' l-inbejjed inklużi l-għeneb, il-most u l-inbejjed derivanti, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikoli 123(3) u 125o, jistgħu jistipulaw regoli għall-kummerċalizzazzjoni sabiex jirregolaw il-provvista.

Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati ma’ l-objettiv mixtieq u ma għandhomx:

(a) ikunu relatati ma' kwalunkwe tranżazzjoni wara l-ewwel kummerċalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat;

(b) jippermettu l-iffissar tal-prezz, inkluż meta l-prezzijiet huma stipulati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(c) jirrendu indisponibbli proporzjon eċċessiv tal-ħsad li b'mod ieħor kien ikun disponibbli;

(d) jipprovdu l-ambitu sabiex jirrifjutaw li joħorġu ċ-ċertifikati nazzjonali u Komunitarji meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni u għall-kummerċalizzazzjoni ta' l-inbejjed meta din il-kummerċalizzazzjoni ssir skond dawk ir-regoli.

2. Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni ta' l-operaturi b'pubblikazzjoni in extenso , f'pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat.

3. L-obbligu ta’ rappurtar imsemmi fl-Artikolu 125o(3) għandu japplika wkoll fir-rigward tad-deċiżjonijiet jew l-azzjonijiet li jittieħdu mill-Istati Membri skond dan l-Artikolu.

Artikolu 113d Id-disposizzjonijiet speċifiċi għall-kummerċalizzazzjoni ta’ l-inbid

1. Denominazzjoni għal kategorija ta' prodott tad-dwieli kif previst fl-Anness XIb tista' tintuża fil-Komunità biss fil-kummerċalizzazzjoni ta' prodott li huwa konformi mal-kundizzjonijiet korrispondenti stipulati f'dak l-Anness.

Madankollu, minkejja l-Artikolu 118y(1)(a), l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu tat-terminu "inbid" jekk:

(a) ikun akkumpanjat mill-isem ta' frotta fil-forma ta' isem kompost għal prodotti tas-suq miksubin mill-fermentazzjoni ta' frott ieħor għajr l-għeneb; jew

(b) ikun parti minn isem kompost.

Għandha tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni ma' prodotti li jikkorrispondu mal-kategoriji ta' l-inbid fl-Anness XIb.

2. Il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli elenkati fl-Anness XIb jistgħu jiġu modifikati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4).

3. Ħlief għall-inbid fil-fliexken li fir-rigward tiegħu jkun hemm evidenza li t-tqegħid fil-fliexken ikun sar qabel l-1 ta' Settembru 1971, l-inbid magħmul mill-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid elenkati fil-klassifikazzjonijiet imfassla skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 120a(2) imma li mhux konformi ma' waħda mill-kategoriji stipulati fl-Anness XIb jista' jintuża biss għall-konsum mill-familji individwali tal-produtturi ta' l-inbid, għall-produzzjoni ta' ħall ta' l-inbid jew għad-distillazzjoni.”;

(11) Fil-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II, jiddaħħlu it-Taqsimiet Ia u Ib li ġejjin wara t-Taqsima I :

“Sezzjoni IAId-denominazzjonijiet ta' l-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċiu t-termini tradizzjonali fis-settur ta’ l-inbid

ARTIKOLU 118A L-AMBITU

1. Ir-regoli relatati mad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-termini tradizzjonali stipulati f’din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-paragrafi 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 ta' l-Anness XIb.

2. Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq:

(a) il-protezzjoni ta' l-interessi leġittimi:

(i) tal-konsumaturi, u

(ii) tal-produtturi.

(b) l-assigurazzjoni ta’ tħaddim bla xkiel tas-suq komuni fil-prodotti kkonċernati;

(c) il-promozzjoni tal-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità, filwaqt li jiġu permessi miżuri nazzjonali ta’ politika ta’ kwalità.

Subtaqsima IId-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi

ARTIKOLU 118B ID-DEFINIZZJONIJIET

1. Għall-finijiet ta’ din is-Subtaqsima għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a) "denominazzjoni ta' l-oriġini" tfisser l-isem ta' reġjun, post speċifiku jew, f'każijiet eċċezzjonali, pajjiż li jintuża sabiex jiddeskrivi prodott imsemmi fl-Artikolu 118a(1) li huwa konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i) il-kwalità u l-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklussivament ġejjin minn ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu;

(ii) l-għeneb li minnu hu prodott jiġi esklussivament minn din iż-żona ġeografika;

(iii) il-produzzjoni tiegħu ssir f'din iż-żona ġeografika;

(iv) huwa magħmul minn varjetajiet ta' dwieli ta' l-ispeċi Vitis vinifera ;

(b) "indikazzjoni ġeografika" tfisser indikazzjoni li tirriferi għal reġjun, post speċifiku jew, f'każijiet eċċezzjonali, pajjiż li jintuża sabiex jiddeskrivi prodott imsemmi fl-Artikolu 118a(1) li jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i) għandu kwalità speċifika, reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn li jistgħu jkunu attribwiti għal dik l-oriġini ġeografika;

(ii) talanqas 85 % ta' l-għeneb li jintuża fil-produzzjoni tiegħu jiġi esklussivament minn din iż-żona ġeografika;

(iii) il-produzzjoni tiegħu ssir f'din iż-żona ġeografika;

(iv) huwa magħmul minn varjetajiet ta' dwieli ta' l-ispeċi Vitis vinifera jew minn speċijiet li jirriżultaw minn tilqim bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis .

2. Ċerti ismijiet użati tradizzjonalment għandhom jikkostitwixxu denominazzjoni ta' l-oriġini meta jkunu:

(a) jiddenominaw inbid;

(b) jirriferu għal isem ġeografiku;

(c) jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 1(a)(i) sa (iv);

(d) jgħaddu mill-proċedura li tagħti protezzjoni għal denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti f'din is-Subtaqsima.

3. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi, inkluż dawk relatati ma' żoni ġeografiċi f'pajjiżi terzi, għandhom ikunu eliġibbli għal protezzjoni fil-Komunità skond ir-regoli stipulati f'din is-Subtaqsima.

Artikolu 118cIl-kontenut ta' l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni

1. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' ismijiet bħala denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu fajl tekniku li jkun fih:

(a) l-isem li għandu jkun protett;

(b) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;

(c) speċifikazzjoni ta' prodott kif imsemmija fil-paragrafu 2;

(d) dokument uniku b'taqsira ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fil-paragrafu 2.

2. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott trid tippermetti lill-partijiet interessati li jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti ta' produzzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

Talanqas għandha tkun magħmula minn:

(a) l-isem li għandu jkun protett;

(b) deskrizzjoni ta’ l-inbid(inbejjed):

(i) għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini, il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi prinċipali tiegħu;

(ii) għal inbejjed b'indikazzjoni ġeografika, il-karatteristiċi analitiċi prinċipali tiegħu kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu;

(c) fejn applikabbli, il-prattika enoloġika speċifika użata fil-produzzjoni ta' l-inbid(inbejjed) kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti dwar il-produzzjoni ta' l-inbid(inbejjed);

(d) id-definizzjoni taż-żona ġeografika kkonċernata;

(e) l-uċuħ massimi għal kull ettaru;

(f) indikazzjoni tal-varjetà jew il-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid(inbejjed) li minnhom jinkiseb(jinkisbu) l-inbid(inbejjed);

(g) id-dettalji li juru l-konnessjoni msemmija fl-Artikolu 118b(1)(a)(i) jew, skond il-każ, fl-Artikolu 118b(1)(b)(i);

(h) rekwiżiti applikabbli stabbiliti f'dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali, jew, fejn previst mill-Istati Membri, minn organizzazzjoni li tamministra d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li tali rekwiżiti għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji u kompatibbli mal-liġi Komunitarja;

(i) l-isem u l-indirizz ta' l-awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-ħidmiet speċifiċi tagħhom.

Artikolu 118dL-applikazzjoni għall-protezzjoni marbuta ma' żona ġeografika f'pajjiż terz

1. Meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni tikkonċerna żona ġeografika f'pajjiż terz, għandu jkun fiha, flimkien ma' l-elementi stipulati fl-Artikolu 118c, prova li l-isem ikkonċernat huwa protett fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu.

2. L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, direttament mill-applikant jew permezz ta' l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

3. L-applikazzjoni għall-protezzjoni trid tiġi ffajljata b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew akkumpanjata minn traduzzjoni ċċertifikata f'waħda minn dawk il-lingwi.

Artikola 118eL-applikanti

1. Kwalunkwe grupp ta' produtturi interessat, jew f'każijiet eċċezzjonali produttur uniku, jista' japplika għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika. Partijiet oħra interessati jistgħu jieħdu sehem fl-applikazzjoni.

2. Il-produtturi jistgħu jressqu applikazzjoni għall-protezzjoni għall-inbejjed li jipproduċu huma biss.

3. F'każ ta' isem li jirriferi għal żona ġeografika transkonfinali jew isem tradizzjonali li huwa relatat ma' żona ġeografika transkonfinali, tista' tintbagħat applikazzjoni konġunta.

Artikolu 118fIl-proċedura nazzjonali preliminari

1. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika ta' nbejjed li skond l-Artikolu 118b, joriġinaw fil-Komunità, għandhom ikunu soġġetti għal proċedura nazzjonali preliminari skond dan l-Artikolu.

2. L-applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tiġi ffajljata fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu toriġina d-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.

3. L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni fir-rigward ta' jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f'din is-Subtaqsima.

L-Istat Membru għandu jwettaq proċedura nazzjonali sabiex jiżgura l-pubblikazzjoni xierqa ta' l-applikazzjoni u jipprovdi għal perjodu ta' talanqas xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni li fiha kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu u hija stabbilita jew residenti fit-territorju tiegħu tista' toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif suppost lill-Istat Membru.

4. Jekk l-Istat Membru jikkunsidra li d-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika ma tissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti, inkluż l-eventwalità li hija inkompatibbli mal-liġi ġenerali Komunitarja, għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.

5. Jekk l-Istat Membru jikkunsidra li r-rekwiżiti rilevanti ġew sodisfatti, huwa għandu:

(a) jippubblika d-dokument uniku u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott talanqas fuq l-Internet; kif ukoll

(b) jibgħat lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-protezzjoni li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(i) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;

(ii) id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 118c(1)(d);

(iii) dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jikkunsidra li l-applikazzjoni mibgħuta mill-applikant tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa;

(iv) ir-referenza tal-pubblikazzjoni msemmija fil-punt (a).

Din l-informazzjoni għandha tintbagħat f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew akkumpanjata minn traduzzjoni ċċertifikata f'waħda minnhom.

6. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' dan l-Artikolu sa l-1 ta' Awwissu 2009.

7. Fejn Stat Membru ma għandu l-ebda leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa jista', fuq bażi tranżizzjonali biss, joffri l-protezzjoni skond it-termini ta' din is-Subtaqsima fil-livell nazzjonali lill-isem b'effett mill-jum li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni. Protezzjoni tranżizzjonali nazzjonali bħal din għandha tiġi fi tmiemha fid-data li fiha tittieħed deċizjoni dwar ir-reġistrazzjoni jew ir-rifjut taħt din is-Subtaqsima.

Artikolu 118gL-iskrutinju mill-Kummissjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 118f(5) jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati f'din is-Subtaqsima.

3. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stipulati f'din is-Subtaqsima ntlaħqu, għandha tippubblika fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 118c(1)(d) u r-referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 118f(5).

Meta dan mhuwiex il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), li tirrifjuta l-applikazzjoni.

Artikolu 118hIl-proċedura għall-oġġezzjoni

Fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 118g(3), kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, hija stabbilita jew residenti fi Stat Membru għajr dak li qed japplika għall-protezzjoni jew f'pajjiż terz, tista' toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tibgħat lill-Kummissjoni, dikjarazzjoni debitament sostanzjata, relatata mal-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà kif stabbilit f'din is-Subtaqsima.

Fil-każ ta' persuni naturali jew legali stabbiliti jew residenti f'pajjiż terz, din id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat, fi żmien limitat ta' xahrejn kif imsemmi fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 118iId-deċiżjoni dwar il-protezzjoni

Abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), li jew tingħata protezzjoni fir-rigward tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'din is-subtaqsima u li tkun kompatibbli mal-liġi Komunitarja, jew li tirrifjuta l-applikazzjoni meta dawk il-kundizzjonijiet ma jiġux sosdisfatti.

Artikolu 118jOmonimi

1. Isem, li għalih tintbagħat applikazzjoni, u li jkun interament jew parzjalment omonimu ma' dak ta' isem diġà rreġistrat skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar is-settur ta’ l-inbid għandu jiġi rreġistrat b'kunsiderazzjoni xierqa ta' l-użanza lokali u tradizzjonali u r-riskju ta' konfużjoni.

Isem omonimu li jiżgwida lill-konsumatur billi jagħtih x’jifhem li l-prodotti jkunu ġejjin minn territorju ieħor ma għandux jiġi rreġistrat anke jekk l-isem ikun preċiż fir-rigward tat-territorju, ir-reġjun jew il-post ta' l-oriġini veru tal-prodotti kkonċernati;

L-użu ta’ isem omonimu rreġistrat għandu jkun soġġett għal kundizzjoni li jkun hemm distinzjoni ċara fil-prattika bejn l-omonimu rreġistrat sussegwentement u l-isem diġà rreġistrat, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li l-produtturi kkonċernati jiġu ttrattati b’mod ekwu u li l-konsumatur ma jiġix żgwidat.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis jekk isem, li għalih tintbagħat applikazzjoni, ikun interament jew parzjalment omonimu ma' indikazzjoni ġeografika protetta b'dan il-mod taħt il-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri.

L-Istati Membri ma għandhomx jirreġistraw indikazzjonijiet ġeografiċi mhux identiċi għall-protezzjoni taħt il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jekk id-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tkun protetta fil-Komunità permezz tal-liġi Komunitarja rilevanti għad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

3. Għajr fejn provdut mod ieħor fil-miżuri implimentattivi tal-Kummissjoni, fejn l-isem ta' varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid fih jew jikkonsisti minn denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, dak l-isem ma għandux jintuża għall-finijiet ta' tikkettar ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament.

4. Il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti koperti fl-Artikolu 118b għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li japplikaw għax-xorb li fih l-alkoħol fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u viċi-versa.

Artikolu 118kIr-raġunijiet għal ċaħda tal-protezzjoni

1. Ismijiet li saru ġeneriċi ma għandhomx ikunu protetti bħala denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

Għall-finijiet ta' din is-subtaqsima, “isem li sar ġeneriku” tfisser l-isem ta' nbid li, għalkemm huwa relatat mal-post jew ir-reġjun fejn kien oriġinarjament prodott jew kummerċalizzat, sar l-isem komuni ta' nbid fil-Komunità.

Sabiex jiġi stabbilit jekk isem sarx ġeneriku jew le, għandhom jiġu meqjusa l-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikolari:

(a) is-sitwazzjoni attwali fil-Komunità, b'mod notevoli f'żoni ta' konsum;

(b) id-dispożizzjonijiet legali nazzjonali jew Komunitarji rilevanti.

2. Isem ma għandux ikollu protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent ta' trademark, il-protezzjoni aktarx li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera ta' l-inbid.

Artikolu 118lIr-relazzjoni ma' trademarks

1. Meta denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika hija protetta skond dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni ta' trademark li tikkorrispondi ma' waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 118m(2) u li tirriferi għal prodott li jaqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness XIb għandha tiġi miċħuda jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-marka hija sottomessa wara d-data tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni u d-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika tiġi sussegwentement protetta.

Trademarks reġistrati bi vjolazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 118k(2), marka kummerċjali li l-użu tagħha jikkorrispondi ma' waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 118(2), li saret applikazzjoni għaliha, ġiet irreġistrata jew stabbilita bl-użu, jekk dik il-possibbiltà hija pprovduta mil-leġiżlazzjoni kkonċernata, fit-territorju Komunitarju qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika hija sottomessa lill-Kummissjoni, tista' tibqa' tintuża u tiġġedded minkejja l-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika. Dan sakemm ma jeżistux raġunijiet għall-invalidità jew ir-revoka tal-marka kummerċjali kif speċifikat mill-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE** jew mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94***.

F'każijiet bħal dawn l-użu tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika huwa permess flimkien mat-trademarks rilevanti.

Artikolu 118mIl-protezzjoni

1. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkumerċalizza nbid li ġie prodott b'konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

2. Id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-inbejjed li jużaw dawk l-ismijiet protetti b'konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħarsu minn:

(a) kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta' isem protett:

(i) minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' l-isem protett; jew

(ii) sa fejn dan l-użu jisfrutta r-reputazzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika;

(b) kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz huwa indikat jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal 'stil', 'tip', 'metodu', 'kif prodott fi', 'imitazzjoni', 'togħma', 'bħal' jew xi espressjonijiet simili;

(c) kwalunkwe indikazzjoni falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fl-ippakkjar intern jew estern, materjal ta' riklamar jew dokumenti relatati mal-prodott ta' l-inbid ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f'kontenitur li aktarx ser jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

(d) kull prattika oħra li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

3. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fil-Komunità fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 118k(1).

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 118nIr-reġistru

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru elettroniku ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid. Dan għandu jkun aċċessibbli pubblikament.

Artikolu 118oIn-nomina ta’ awtorità ta' kontroll kompetenti

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli għall-kontrolli fir-rigward ta' l-obbligi stabbiliti minn dan il-Kapitolu skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur li jikkonforma ma' din is-subtaqsima jkun intitolat li jkun kopert minn sistema ta' kontrolli.

3. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti imsemmijin fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom u taġġornahom perjodikament.

Artikolu 118pIl-verifika tal-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet

1. Fir-rigward ta’ denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati ma' żona ġeografika fi ħdan il-Komunità, il-verifika annwali ta' konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul jew wara l-ipproċessar ta' l-inbid, għandha tkun żgurata permezz ta':

(a) l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 118o(1); jew

(b) korp ta' kontroll wieħed jew aktar fis-sens tal-punt 5 tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 li jopera bħala korp li jiċċertifika l-prodotti, skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

L-ispejjeż ta' tali verifiki jiġġarrbu mill-operaturi stess li jkunu soġġetti għaliha.

2. Fir-rigward ta’ denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, il-verifika annwali ta' konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul u wara l-ipproċessar ta' l-inbid, għandha tkun żgurata permezz ta':

(a) waħda jew aktar mill-awtoritajiet pubbliċi nnominati mill-pajjiż terz; jew

(b) korp ta' ċertifikazzjoni wieħed jew aktar.

3. L-entitajiet li jiċċertifikaw imsemmija fil-paragrafi 1(b) u 2(b) għandhom jikkonformaw ma', u mill-1 ta' Mejju 2010 għandhom ikunu akkreditati skond l-istandard Ewropew EN 45011 jew ISO/IEC Gwida 65 (Rekwiżiti ġenerali għal entitajiet li joperaw sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' prodott).

4. Meta l-awtorità jew l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafi 1(a) u 2(a), jivverifikaw il-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, huma għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u jkollhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 118qL-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

1. Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 118e jista' japplika għall-awtorizzazzjoni ta' emenda ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, b'mod partikolari sabiex jitqiesu żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku jew sabiex jiddefinixxu mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija f'punt (d) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 118c(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitluba.

2. Meta l-emenda proposta tinvolvi waħda jew aktar emendi fid-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 118c(1)(d), l-Artikoli 118f sa 118i għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjoni ta' l-emenda. Madankollu, jekk l-emenda proposta tkun waħda minuri biss, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), jekk tapprovax l-applikazzjoni mingħajr ma tkun segwita l-proċedura stipulata fl-Artikolu 118g(2) u fl-Artikolu 118h u fil-każ li tiġi approvata, il-Kummissjoni għandha tipproċedi sabiex tippubblika l-elementi msemmijin fl-Artikolu 118g(3).

3. Jekk l-emendi proposti ma jinvolvux tibdil fid-dokument uniku, dawn ir-regoli għandhom japplikaw:

(a) meta ż-żona ġeografika hija fi Stat Membru partikolari, dak l-Istat Membru għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emenda, u jekk ikun favuriha, jippubblika l-ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata u jinforma lill-Kummissjoni dwar l-emendi approvati u r-raġunijiet għaliex saru;

(b) meta ż-żona ġeografika hija f'pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk tapprovax l-emenda proposta jew le.

Artikolu 118rIl-kanċellazzjoni

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba sostanzjata kif suppost ta' Stat Membru, ta' pajjiż terz jew ta' persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, li tikkanċella l-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika jekk ma tkunx għadha żgurata l-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

L-Artikoli 118f sa 118i għandhom japplikaw mutatis mutandis .

Artikolu 118sL-ismijiet ta' nbejjed protetti eżistenti

1. Ismijiet ta' nbejjed li jkunu protetti skond l-Artikoli 51 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002*****, għandhom ikunu protetti awtomatikament skond dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru stipulat fl-Artikolu 118n ta' dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta' l-ismijiet protetti eżistenti ta' nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1, jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a) il-fajls tekniċi kif stipulat fl-Artikolu 118c(1);

(b) id-deċiżjoni nazzjonali ta' approvazzjoni.

3. L-ismijiet ta' nbejjed imsemmijin fil-paragrafu 1, li għalihom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tintbagħatx sal-31 ta' Diċembru 2011, ma jibqgħux protetti taħt dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-pass formali korrispondenti sabiex tneħħi dawn l-ismijiet mir-reġistru stipulat fl-Artikolu 118n.

4. L-Artikolu 118r ma għandux japplika fir-rigward ta' l-ismijiet protetti eżistenti ta' nbejjed imsemmijin fil-paragrafu 1.

Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi fuq l-inizjattiva tagħha stess u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), li tikkanċella l-protezzjoni ta' l-ismijiet protetti eżistenti ta' nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 jekk huma ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 118b.

l-Artikolu 118tIt-tariffi

L-Istati Membri jistgħu jitolbu ħlas sabiex ikopru l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk imġarrba fl-eżaminar ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni, dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni, applikazzjonijiet għal emendi u talbiet għal kanċellazzjonijiet skond din is-subtaqsima.

Subtaqsima IIIt-termini tradizzjonali

ARTIKOLU 118U ID-DEFINIZZJONIJIET

1. "Terminu tradizzjonali" għandha tfisser terminu użat tradizzjonalment fl-Istati Membri għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 118a(1) sabiex jiddenominaw:

(a) li l-prodott għandu denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta taħt il-liġi Komunitarja jew ta' l-Istati Membri;

(b) il-metodu ta' produzzjoni jew ta' maturazzjoni jew il-kwalità, il-kulur, it-tip ta' post jew avveniment partikolari marbut ma' l-istorja, tal-prodott b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta.

2. It-termini tradizzjonali għandhom jiġu rikonoxxuti, definiti u protetti mill-Kummissjoni.

Artikolu 118vIl-protezzjoni

1. Terminu tradizzjonali protett jista' jintuża biss għal prodott li ġie prodott skond id-definizzjoni msemmija fl-Artikolu 118u(2).

Termini tradizzjonali għandhom ikunu protetti minn użu illegali.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta' termini tradizzjonali.

2. Termini tradizzjonali ma għandhomx isiru ġeneriċi fil-Komunità.

Taqsima IbIt-tikkettar u l-preżentazzjoni fis-settur ta’ l-inbid

ARTIKOLU 118W ID-DEFINIZZJONI

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima:

(a) "tikkettar" tfisser kwalunkwe kelma, partikolarità, trademark, isem ta' ditta, materja ta' stampa jew simbolu li jitqiegħdu fuq kwalunkwe ppakkjar, dokument, notifika, tikketta, ċurkett jew kullar li jakkumpanja jew jirriferi għal prodott partikolari;

(b) "preżentazzjoni" tfisser kwalunkwe informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi permezz ta' l-ippakkjar tal-prodott ikkonċernat inklużi l-forom u t-tip ta' fliexken.

Artikolu 118xL-applikabbiltà ta' regoli orizzontali

Għajr fejn stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament, id-Direttiva 89/104/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE******, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill******* u d-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ******** għandhom japplikaw għat-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti li jaqgħu fl-ambitu ta' l-applikazzjoni tagħhom.

Artikolu 118yId-dettalji obbligatorji

1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmijin fil-paragrafi 1 sa 11, 13, 15 u 16 ta' l-Anness XIb kkumerċalizzati fil-Komunità jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom dawn il-partikolaritajiet obbligatorji:

(a) id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli skond l-Anness XIb;

(b) għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta;

(i) it-terminu “denominazzjoni ta' l-oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”; u

(ii) l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;

(c) il-qawwa alkoħolika attwali skond il-volum;

(d) indikazzjoni tal-provenjenza;

(e) indikazzjoni tal-bottiljatur jew, fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, l-isem tal-produttur jew tal-bejjiegħ;

(f) indikazzjoni ta' l-importatur fil-każ ta' nbejjed importati;

(g) fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, indikazzjoni tal-kontenut ta' zokkor.

2. B'deroga mill-paragrafu 1(a), ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista' titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem protett ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

3. B'deroga mill-paragrafu 1(b), ir-referenza għat-termini “denominazzjoni ta' l-oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” tista' titħalla barra fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn terminu tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 118u(1)(a) jintwera fuq it-tikketta;

(b) fejn, f'ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni, l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jidher fuq it-tikketta.

Artikolu 118zId-dettalji fakultattivi

1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 118y(1) jista' b'mod partikolari jkun fih il-partikolaritajiet fakultattivi li ġejjin:

(a) is-sena tal-vinifikazzjoni;

(b) l-isem ta' waħda jew aktar mill-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid;

(c) fil-każ ta' nbejjed minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 118y(1)(g), termini li jindikaw il-kontenut ta' zokkor;

(d) għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, termini tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 118u(1)(b);

(e) is-simbolu tal-Komunità li jindika d-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;

(f) termini li jirriferu għal ċerti metodi ta' produzzjoni;

(g) għal inbejjed li għandhom denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta l-isem ta' unità ġeografika oħra li tkun iżgħar jew ikbar miż-żona sottostanti għad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 118j(3), fir-rigward ta' l-użu tal-partikolaritajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(a) u (b) għal inbejjed mingħajr denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta:

(a) L-Istati Membri għandhom jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jiżguraw il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni, approvazzjoni u kontroll sabiex jiggarantixxu l-eżattezza ta' l-informazzjoni kkonċernata;

(b) L-Istati Membri jistgħu, abbażi ta' kriterji mhux diskriminatorji u oġġettivi u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-kompetizzjoni leali, għall-inbid prodott minn varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid fit-territorju tagħhom, ifasslu listi ta' varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid esklużi, b'mod partikolari jekk:

(i) ikun hemm riskju ta' konfużjoni għall-konsumaturi dwar l-oriġini vera ta' l-inbid minħabba l-fatt li l-varjetà partikolari ta' l-għeneb ta' l-inbid tifforma parti minn denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta eżistenti;

(ii) il-kontrolli rilevanti ma jkunux effettivi f'sens ta' nfiq peress li l-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid partikolari tirrappreżenta parti żgħira ħafna mill-vinja ta' l-Istat Membru;

(c) taħlitiet ta' nbid minn Stati Membri differenti ma għandhomx jagħtu lok għal tikkettar tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid għajr jekk l-Istati Membri kkonċernati jaqblu xort'oħra u jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni, l-approvazzjoni u l-proċeduri ta' kontroll rilevanti jistgħu jkunu attwati.

Artikolu 118zaIl-lingwi

1. Il-partikolaritajiet obbligatorji u fakultattivi msemmija fl-Artikoli 118y u 118z għandhom, meta espressi bi kliem, jidhru f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-isem ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew terminu tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 118u(1)(a) għandu jidher fuq it-tikketta bil-lingwa jew lingwi li għaliha/għalihom tapplika l-protezzjoni.

Fil-każ ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew denominazzjonijiet speċifiċi nazzjonali li jużaw alfabet mhux Latin, l-isem jista' jidher ukoll b'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

Artikolu 118zbL-infurzar

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li prodott imsemmi fl-Artikolu 118y(1) li ma jkunx ittikkettat skond din it-Taqsima ma jitpoġġiex fis-suq, jew inkella jitneħħa mis-suq.

_____________________

* ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

** ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1.

*** ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1.

**** ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkorreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

***** ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1.

****** ĠU L 186, 30.6.1989, p. 21.

******* ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

******** ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.”;

(12) Fil-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II, it-Taqsima IIa li ġejja tiżdied wara t-Taqsima II:

“Taqsima IIaIr-regoli tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor

SUBTAQSIMA I IL-VARJETAJIET TA’ GħENEB TA’ L-INBID

ARTIKOLU 120A IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-VARJETAJIET TA' GħENEB TA' L-INBID

1. Il-prodotti elenkati fl-Anness XIb u prodotti fil-Komunità għandhom isiru minn varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond il-paragrafu 2.

2. Skond il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni ta' l-inbid.

Huma biss il-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jiġu kklassifikati mill-Istati Membri:

(a) il-varjetà kkonċernata tappartjeni għall- Vitis vinifera jew tirriżulta minn tilqim bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-genus Vitis ;

(b) il-varjetà mhijiex waħda minn dawn li ġejjin : Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont.

Fejn varjetà ta' għeneb ta' l-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ mill-għeruq ta' din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena minn meta titħassar.

3. L-Istati Membri li l-produzzjoni ta' l-inbid tagħhom ma taqbiżx 50 000 ettolitru għal kull sena ta' l-inbid, ikkalkulata abbażi tal-produzzjoni medja matul l-aħħar ħames snin ta' l-inbid, għandhom jiġu eżentati mill-obbligu ta' klassifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.

Madankollu, anke fl-Istati Membri msemmijin fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu biss il-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid skond il-paragrafu 2(a) u (b), għall-fini tal-produzzjoni ta' l-inbid.

4. B'deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 2 u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, it-taħwil, it-taħwil mill-ġdid jew it-tilqim tal-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid li ġejjin għandhom ikunu permessi biss għal finijiet ta' riċerka u esperimenti xjentifiċi:

(a) varjetajiet ta’ għeneb ta’ l-inbid li ma humiex ikklassifikati, fir-rigward ta’ l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2;

(b) varjetajiet ta’ għeneb ta’ l-inbid li ma humiex konformi mal-paragrafu 2(a) u (b), fir-rigward ta’ l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3;

5. Żoni mħawlin b'varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid għall-fini tal-produzzjoni ta' l-inbid imħawlin f'kontravenzjoni tal-paragrafi 2 sa 4 għandhom jinqalgħu mill-għeruq.

Madankollu, ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu li jinqalgħu tali żoni fejn il-produzzjoni rilevanti hija maħsuba esklussivament għall-konsum mill-familji tal-produtturi ta' l-inbid.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jivverifikaw il-konformità tal-produtturi mal-paragrafi 2 sa 5.

Subtaqsima IIIl-prattika enoloġika u r-restrizzjonijiet

ARTIKOLU 120B L-AMBITU

Din is-subtaqsima tirrigwarda l-prattika enoloġika awtorizzata u r-restrizzjonijiet applikabbli li japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċalizzazzjoni ta' prodotti tas-settur ta’ l-inbid kif ukoll il-proċedura sabiex jiġu deċiżi dawk il-prattiki u r-restrizzjonijiet.

Artikolu 120cIl-prattika enoloġika u r-restrizzjonijiet

1. Fil-produzzjoni u l-konservazzjoni ta' prodotti tas-settur ta' l-inbid , fil-Komunità jistgħu jintużaw biss il-prattiki enoloġiċi awtorizzati taħt il-liġi Komunitarja kif stabbilit fl-Anness XVa jew kif deċiż skond l-Artikoli 120d u 120e.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:

(a) meraq ta' l-għeneb u meraq ta' l-għeneb konċentrat;

(b) most u most ta' l-għeneb konċentrat maħsub għall-preparazzjoni ta' meraq ta' l-għeneb.

2. Jistgħu jintużaw biss il-prattiki enoloġiċi awtorizzati sabiex ikunu żgurati l-vinifikazzjoni, il-preservazzjoni u l-irfinar xierqa tal-prodott.

3. Il-prodotti tas-settur ta’ l-inbid għandhom jiġu prodotti fi ħdan il-Komunità skond ir-restrizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness XVb.

4. Ma għandux isir kummerċ fil-Komunità ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament, li saru skond prattiki enoloġiċi Komunitarji mhux awtorizzati jew, fejn applikabbli, prattiki enoloġiċi nazzjonali mhux awtorizzati jew li jiksru ir-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness XVb.

Artikolu 120dRegoli aktar stretti deċiżi mill-Istati Membri

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu l-użu ta' ċertu prattiki enoloġiċi u jistipulaw restrizzjonijiet aktar stretti għal inbejjed awtorizzati skond il-liġi Komunitarja prodotti fit-territorju tagħhom bil-ħsieb li jirrinforzaw il-preservazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta u ta' nbejjed frizzanti u nbejjed likur.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-limitazzjonijiet, l-esklużjonijiet u r-restrizzjonijiet lill-Kummissjoni, li għandha tressaqhom għall-attenzjoni ta' l-Istati Membri l-oħrajn.

Artikolu 120eL-awtorizzazzjoni tal-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet

1. Għajr għall-prattiki enoloġiċi li jikkonċernaw arrikkiment, aċidifikazzjoni u diaċidifikazzjoni stabbiliti fl-Anness XVa għall-prodotti speċifiċi koperti fih kif ukoll ir-restrizzjonijiet elenkati fl-Anness XVb, l-awtorizzazzjoni tal-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiiet rigward il-produzzjoni u l-konservazzjoni ta' prodotti tas-settur ta’ l-inbid għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4).

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu sperimentali ta' prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati taħt kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4).

Artikolu 120fIl-kriterji għall-awtorizzazzjoni

Il-Kummissjoni, meta tawtorizza prattiki enoloġiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), għandha:

(a) tibbaża fuq il-prattiki enoloġiċi rakkomandati u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u ta' l-Inbejjed (International Organisation of Vine and Wine, OIV) kif ukoll fuq ir-riżultati ta' l-użu sperimentali ta' prattiki enoloġiċi li jkunu għadhom mhux awtorizzati;

(b) tqis il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

(c) tqis riskji potenzjali li l-konsumaturi jiġu żgwidati minħabba l-aspettattivi u l-perċezzjonijiet stabbiliti tagħhom, fir-rigward tad-disponibbiltà u l-vijabbiltà ta' mezzi ta' informazzjoni li jeskludu dawn ir-riskji;

(d) tippermetti l-preservazzjoni ta' karatteristiċi naturali u essenzjali ta' l-inbid u ma ġġibx bidla sostanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodotti kkonċernati;

(e) tiżgura livell minimu aċċettabbli ta' protezzjoni ambjentali;

(f) tirrispetta r-regoli ġenerali dwar il-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet stipulati fl-Annessi XVa u XVb rispettivament.

Artikolu 120gIl-metodi ta’ analiżi

Il-metodi ta' analiżi sabiex tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni tal-prodotti tas-settur ta’ l-inbid u r-regoli li permezz tagħhom jista' jiġi stabbilit jekk dawn il-prodotti jkunux għaddew minn proċessi li jmorru kontra l-prattiki enoloġiċi awtorizzati għandhom ikunu dawk rakkomandati u ppubblikati mill-OIV.

Fejn ma hemmx metodi u regoli rakkomandati u ppubblikati mill-OIV, il-Kummissjoni għandha tadotta metodi u regoli korrispondenti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4).

Sakemm jiġu adottati tali regoli, il-metodi u r-regoli li għandhom jintużaw għandhom ikunu dawk permessi mill-Istat Membru kkonċernat.”;

(13) L-Artikolu 121 huwa emendat kif ġej:

(a) fl-ewwel paragrafu, jiżdiedu dawn il-punti wara l-punt (j):

"(k) ir-regoli dwar id-denominazzjoni ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fis-Subtaqsima I tat-Taqsima Ia, b’mod partikolari d-derogi mill-applikabbiltà tar-regoli u r-rekwiżiti stipulati f’dik is-subtaqsima:

(i) safejn jikkonċerna applikazzjonijiet pendenti għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi;

(ii) safejn jikkonċerna l-produzzjoni ta' ċerti nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta f'żona ġeografika fil-viċinanza taż-żona ġeografika minn fejn joriġina l-għeneb;

(iii) safejn jikkonċerna l-prattiki tal-produzzjoni ta' ċerti nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini protetta;

(l) ir-regoli dwar it-termini tradizzjonali msemmija fis-Subtaqsima II tat-Taqsima Ia, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw:

(i) il-proċedura għall-għoti ta' protezzjoni;

(ii) il-livell speċifiku ta' protezzjoni;

(m) ir-regoli li jikkonċernaw it-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija fit-Taqsima Ib, b’mod partikolari:

(i) dettalji dwar l-indikazzjoni tal-provenjenza tal-prodott rilevanti;

(ii) it-termini ta' l-użu tad-dettalji fakultattivi elenkati fl-Artikolu 118z;

(iii) rekwiżiti speċifiċi relatati ma' l-indikazzjonijiet rigward is-sena tal-vinikifikazzjoni u l-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid li jidhru fuq it-tikketti kif imsemmija fl-Artikolu 118z(2);

(iv) derogi ulterjuri flimkien ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 118y(2) li jistipulaw li r-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista' titħassar;

(v) regoli dwar il-protezzjoni li għandha tingħata fir-rigward tal-preżentazzjoni ta' prodott partikolari.”;

(b) jiżdiedu t-tielet u r-raba’ paragrafi li ġejjin:

“Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-prattika enoloġika u r-restrizzjonijiet stipulati fis-Subtaqsima II tat-Taqsima IIa u l-Annessi XVa u XVb, sakemm dawk l-Annessi ma jistipulawx mod ieħor, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 195(4).

Il-miżuri msemmija fit-tielet paragrafu jistgħu jinkludu, b’mod partikolari:

(a) dispożizzjonijiet bil-għan li l-prattiki enoloġiċi Komunitarji elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 ikunu kkunsidrati bħala prattiki enoloġiċi awtorizzati;

(b) prattiki enoloġiċi awtorizzati u restrizzjonijiet inkluż l-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni li jikkonċernaw inbejjed frizzanti, inbejjed frizzanti ta' kwalità u nbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità;

(c) prattiki enoloġiċi awtorizzati u restrizzjonijiet dwar inbejjed likur;

(d) suġġett għall-punt C ta' l-Anness XVb, dispożizzjonijiet li jirregolaw it-taħlit u l-coupage ta' most u nbejjed;

(e) fejn ma jeżistux regoli Komunitarji dwarhom, il-purità u l-ispeċifikazzjoni ta' l-identifikazzjoni ta' sustanzi użati fil-prattiki enoloġiċi;

(f) ir-regoli amministrattivi għat-twettiq tal-prattiki enoloġiċi awtorizzati;

(g) il-kundizzjonijiet li jirregolaw iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma humiex konformi ma' l-Artikolu 120c u eżenzjonijiet potenzjali mir-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu, kif ukoll li jkunu stabbiliti kriterji għall-għan li t-tbatija f'każijiet individwali tiġi evitata;

(h) il-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma humiex konformi mas-Subtaqsima II tat-Taqsima IIa għajr l-Artikolu 120c, jew ma' dispożizzjonijiet li jimplimetaw dik is-subtaqsima.”;

(14) Fl-Artikolu 122, jiżdiedu t-tielet u r-raba’ paragrafi li ġejjin:

“Fir-rigward tas-settur ta’ l-inbid, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li japplikaw regoli ta’ assoċjazzjoni li jesiġu li l-membri tagħhom, b’mod partikolari:

(a) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi dwar ir-rappurtar ta' produzzjoni, il-produzzjoni nnifisha, il-kummerċalizzazzjoni u l-ħarsien ta' l-ambjent;

(b) jipprovdu t-tagħrif mitlub mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal skopijiet ta' statistika, b'mod partikolari dwar żoni ta' tkabbir u dwar l-evoluzzjoni tas-suq;

(c) iħallsu penali għal ksur ta' l-obbligi skond ir-regoli ta' assoċjazzjoni;

Fis-settur ta’ l-inbid, b’mod partikolari, jistgħu jiġu segwiti dawn l-għanijiet speċifiċi fit-tifsira tal-punt (c) tal-paragrafu 1:

(a) il-promozzjoni u l-provvediment ta' għajnuna teknika għall-użu ta' prattiki ta' koltivazzjoni u tekniki ta' produzzjoni tajba mil-lat ambjentali;

(b) il-promozzjoni ta' inizjattivi għall-ġestjoni ta' prodotti sekondarji enoloġiċi u għall-ġestjoni ta' skart b'mod partikolari sabiex jipproteġu l-kwalità ta' l-ilma, il-ħamrija u l-pajsaġġ u jippreservaw jew jinkoraġġixxu l-bijodiversità;

(c) it-twettiq ta' riċerka f'metodi ta' produzzjoni sostenibbli u ta' żviluppi tas-suq;

(d) għajnuna għat-twettiq tal-programmi ta' appoġġ kif imsemmi fit-Taqsima IVb tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II.";

(15) L-Artikolu 123(3) huwa emendat kif ġej:

(a) il-kliem introduttorju u l-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

“Bi tkomplija mal-paragrafu 1, l-Istati Membri, fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex għandhom, u fir-rigward tas-settur ta’ l-inbid jistgħu, jirrikonoxxu wkoll lill-organizzazzjonijiet interprofessjonali li:

(a) ikunu magħmula minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni, mal-kummerċ, jew ma’ l-ipproċessar tal-prodotti tas-setturi msemmija fil-kliem introduttorju;

(b) huma ffurmati fuq l-inizjattiva tar-rappreżentanti kollha imsemmijin f' (a), jew ta’ xi wħud minnhom;”;

(b) il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

(i) il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ iwettqu waħda, u fil-każ tas-settur tal-frott u l-ħxejjex tnejn, jew aktar minn dawn l-attivitajiet f’wieħed jew aktar mir-reġjuni tal-Komunità, b’kunsiderazzjoni għall-interessi tal-konsumaturi, fis-settur ta’ l-inbid speċjalment f’dak li jikkonċerna s-saħħa pubblika:",

(ii) il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii) l-għajnuna biex jiġi kkoordinat aħjar il-mod kif il-prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħejjex u ta’ l-inbid jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq,”;

(iii) il-punt (iv) jinbidel b'dan li ġej:

"(iv) jisfruttaw aktar il-potenzjal tal-prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u ta’ l-inbid prodotti,";

(iv) il-punt (vii) jinbidel b'dan li ġej:

"(vii) jiżviluppaw metodi u strumenti sabiex ittejbu l-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-kummerċalizzazzjoni u, fir-rigward tas-settur ta’ l-inbid, tal-vinifikazzjoni wkoll.”;

(vi) il-punt (x) jinbidel b'dan li ġej:

“(x) jistabbilixxu regoli, fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, dwar ir-regoli tal-produzzjoni u l-kummerċalizzazzjoni msemmijin fil-punti 2 u 3 ta’ l-Anness XVIa, li huma aktar stretti mir-regoli Komunitarji jew dawk nazzjonali.";

(vii) għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“(xi) rigward is-settur ta’ l-inbid:

- li jipprovdu informazzjoni dwar karatteristiċi partikolari ta' nbid b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta;

- li jinkoraġġixxu konsum moderat u responsabbli ta' nbid u jinformaw dwar il-ħsara marbuta ma' użanzi ta' konsum perikolużi;

- li jwettqu azzjonijiet sabiex jippromwovu l-inbid, speċjalment f'pajjiżi terzi;”;

(16) It-Taqsima li jmiss tiddaħħal wara l-Artikolu 125n:

“Taqsima IbIr-regoli li jikkonċernaw lill-produtturi u lill-organizzazzjonijiet interprofessjonalifis-settur ta’ l-inbid

ARTIKOLU 125O RIKONOXXIMENT

1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew interprofessjonali li jkunu ressqu applikazzjoni għar-rikonoxximent ma’ l-Istat Membru kkonċernat, fejn l-applikazzjoni jkollha evidenza li l-entità:

(a) fir-rigward ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi:

(i) tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 122;

(ii) għandha għadd ta' membri minimu, li jiġi stipulat mill-Istat Membru kkonċernat;

(iii) tkopri volum ta' produzzjoni kummerċjali minimu fil-qasam li fih topera l-organizzazzjoni, li jiġi stipulat mill-Istat Membru kkonċernat;

(iv) tista' twettaq l-attivitajiet tagħha kif suppost, kemm f'dak li hu żmien kif ukoll f'effettività u f'konċentrazzjoni ta' provvista;

(v) effettivament toffri lill-membri tagħha l-possibbiltà li jiksbu għajnuna teknika fl-użu ta’ prattiki ta’ koltivazzjoni tajba mil-lat ambjentali;

(b) fir-rigward ta’ l-organizzazzjonijiet interprofessjonali:

(i) tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 123(3);

(ii) twettaq l-attivitajiet tagħha f'waħda jew aktar mir-reġjuni fit-territorju kkonċernat;

(iii) tirrappreżenta sehem sinifikanti tal-produzzjoni jew tal-kummerċ ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament;

(iv) ma tiħux sehem fil-produzzjoni jew l-ipproċessar jew il-kummerċalizzazzjoni ta' prodotti tas-settur ta’ l-inbid.

2. L-organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom ikunu kkunsidrati bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti skond dan l-Artikolu.

L-organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 123(3) u fil-paragrafu (1)(b) ta’ dan l-Artikolu, li ġew rikonoxxuti mill-Istati Membri, għandhom ikunu kkunsidrati bħala organizzazzjonijiet ta' bejn fergħat rikonoxxuti skond dawk id-dispożizzjonijiet.

3. L-Artikoli 125b u 125k(3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u interprofessjonali, rispettivament, fis-settur ta’ l-inbid. Madankollu, in-notifikazzjonijiet annwali msemmija fl-Artikoli 125b(2)(c) u 125k(3)(d) rispettivament għandhom isiru sa l-1 ta’ Marzu ta’ kull sena.”;

(17) Fl-Artikolu 129, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“In-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament inklużi, skond il-każ, id-definizzjonijiet fl-Anness III u fl-Anness Xib għandhom jiġu inklużi fit-Tariffa Doganali Komuni.”;

(18) Fl-Artikolu 130, jiddaħħal il-punt li ġej wara il-punt (g):

“(ga) inbid;”;

(19) L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 133:

“Artikolu 133aIl-garanzija speċjali fis-settur ta’ l-inbid

1. Għal meraq u most li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 2009 61, 2009 69 u 2204 30 li għalihom l-applikazzjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-prezz ta' l-importazzjoni tal-prodott, l-ammont reali ta' dak il-prezz għandu jiġi vverifikat jew billi tiġi kkontrollata kull konsenja jew permezz ta' l-użu tal-valur ta' l-importazzjoni b'rata fissa kkalkulata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kwotazzjonijiet tal-prezz għall-istess prodotti fil-pajjiżi ta' l-oriġini.

Jekk il-prezz ta' dħul dikjarat tal-konsenja jkun aktar għoli mill-valur ta' l-importazzjoni b'rata fissa, jekk dan ikun applikabbli, miżjud b'marġni adottata mill-Kummissjoni li ma tistax taqbeż il-valur tar-ratafissa b'aktar minn 10 %, ikun hemm bżonn li tiġi ppreżentata garanzija ugwali għad-dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fuq il-bażi tal-valur ta' l-importazzjoni b'rata-fissa.

Jekk il-prezz tad-dħul tal-konsenja ma jkunx iddikjarat, l-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni għandha tiddependi fuq il-valur ta' l-importazzjoni b'rata fissa jew fuq l-applikazzjoni, skond il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni, tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni doganali.

2. Fil-każ li d-derogi mill-Kunsill imsemmija fil-punti B.5 jew C ta' l-Anness XVb jiġu applikati għall-prodotti importati, l-importaturi għandhom jippreżentaw garanzija għal dawk il-prodotti lill-l-awtoritajiet doganali nnominati fil-ħin tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Il-garanzija għandha tkun rilaxxata malli l-importatur jippreżenta prova, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, li l-most ikun tbiddel f'meraq ta' l-għeneb, użat fi prodotti oħra mhux fis-settur ta' l-inbid jew, jekk ikun ġie vvinifikat, ikun ġie ttikkettat kif xieraq.

(20) Fl-Artikolu 141(1), il-kliem introduttorju għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Għall-importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew aktar tas-setturi taċ-ċereali, tar-ross, taz-zokkor, tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, taċ-ċanga u tal-vitella, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, tal-bajd, tat-tjur u tal-banana, kif ukoll tal-meraq ta’ l-għeneb u tal-meraq tal-most, għandu japplika dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni, soġġett għar-rata ta’ dazju stabbilita fl-Artikoli 135 sa 140a, sabiex jiġu evitati jew newtralizzati effetti negattivi fis-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:";

(21) Fit-Taqsima IV tal-Kapitolu II tal-Parti III, tiżdied is-Subtaqsima V li ġejja:

“Subtaqsima VDispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjonijiet ta’ l-għeneb

“ARTIKOLU 158A IR-REKWIżITI SPEċJALI GħALL-IMPORTAZZJONI TA’ L-INBID

1. Għajr fejn ipprovdut mod ieħor, b'mod partikolari fi ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet rigward denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u tikkettar stipulati fis-Subtaqsima I tat-Taqsima Ia tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II, kif ukoll l-Artikolu 113d(1) ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 2009 61, 2009 69 u 2204 li huma importati fil-Komunità.

2. Għajr fejn previst mod ieħor fi ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, il-prodotti imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu prodotti skond il-prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV jew awtorizzati mill-Komunità skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

3. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’:

(a) ċertifikat li jixhed il-konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, li jrid jinħareġ minn korp kompetenti, inkluż f'lista li għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni, fil-pajjiż li minnu ġej il-prodott;

(b) rapport ta' analiżi li jinħareġ minn korp jew dipartiment nominat mill-pajjiż li minnu ġej il-prodott, sakemm il-prodott huwa maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.”;

(22) Fl-Artikolu 160(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista' jkun imfixkel minn ftehim ta' proċessar attiv, il-Kummissjoni tista' tissospendi, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, b’mod sħiħ jew parzjali l-użu ta' ftehim ta' proċessar attiv għas-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, tar-ross, taz-zokkor, taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, ta’ l-inbid, taċ-ċanga u tal-vitella, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur u ta’ l-alkoħol etiliku agrikolu. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma minn meta tirċievi t-talba.”;

(23) Fl-Artikolu 161, jiddaħħal il-punt li ġej wara il-punt (db):

“(dc) inbid;”;

(24) Fl-Artikolu 174(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista' jkun imfixkel minn ftehim ta' proċessar passiv, il-Kummissjoni tista' tissospendi fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta' ftehim ta' proċessar passiv għas-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, ir-ross, il-frott u l-ħxejjex, il-frott u l-ħxejjex ipproċessati, l-inbid, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u l-laħam tat-tjur. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma minn meta tirċievi t-talba.”;

(25) L-Artikolu 175 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 175L-applikazzjoni ta' l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat

Ħlief jekk previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tiegħu għandhom, soġġetti għall-Artikoli 176 sa 177 ta’ dan ir-Regolament, japplikaw għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki kollha msemmijin fl-Artikoli 81(1) u 82 tat-Trattat li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni jew il-kummerċ tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.”;

(26) L-Artikolu 180 huwa emendat kif ġej:

(a) l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.”(b) fit-tieni paragrafu, wara “182”, jiżdied dan li ġej: “u 182a, is-Subtaqsima III tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II u Taqsima IVb tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II";

(27) L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 182:

"Artikolu 182aL-għajnuna nazzjonali għad-distillazzjoni ta’ l-inbid f'każijiet ta' kriżi

“1. Mill-1 ta' Awissu 2012 l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali lill-produtturi ta' l-inbid għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta' l-inbid f'każijiet ġustifikati ta' kriżi.

2. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata u tippermetti li tiġi indirizzata l-kriżi.

3. L-ammont globali ta' għajnuna disponibbli fi Stat Membru fi kwalunkwe sena partikolari għal tali għajnuna ma għandux jaqbeż 15 % tal-fondi disponibbli globalment għal kull Stat Membru stabbiliti fl-Anness Xb għal dik is-sena.

4. L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw notifika sostanzjata kif suppost lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura hijiex approvata u jekk tistax tingħata l-għajnuna.

5. L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklussivament għall-finijiet industrijali jew ta' enerġija sabiex jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.”;

(28) Fl-Artikolu 184, jiżdiedu dawn il-punti:

“7) sal-31 ta’ Diċembru 2011, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-miżuri promozzjonali fis-settur ta’ l-inbid imsemmija fl-Artikolu 103p.

8) sa tmiem is-sena 2012, rapport dwar is-settur ta’ l-inbid, b’kunsiderazzjoni partikolari għall-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tar-riforma.”;

(29) L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 185:

“Artikolu 185aIr-reġistru tal-vinji u l-inventarju

1. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru tal-vinji li jkun fih informazzjoni aġġornata dwar il-potenzjal tal-produzzjoni.

2. L-Istati Membri li fihom iż-żona totali mħawla bil-vinji ta' varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 120a(1) hija inqas minn 500 ettaru ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri, li jipprovdu għall-miżura "ristrutturazzjoni u konverżjoni ta' vinji" fil-programmi ta' appoġġ tagħhom skond l-Artikolu 103q, għandhom, abbażi tar-reġistru tal-vinji, jippreżentaw lill-Kummissjoni, sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena, inventarju aġġornat tal-potenzjal tal- produzzjoni tagħhom.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar ir-reġistru tal-vinji u l-inventarju, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użu tagħhom għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-potenzjal tal-produzzjoni u dwar it-tkejjil taż-żoni.

Fi kwalunkwe data wara l-1 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-paragrafi 1 sa 3 ma jibqgħux japplikaw.

Artikolu 185bId-dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur ta’ l-inbid

1. Kull sena, il-produtturi ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid u l-produtturi tal-most u ta' l-inbid għandhom jiddikjaraw, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-kwantitajiet li jkunu pproduċew mill-aħħar ħsad.

2. L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li kull sena, in-negozjanti ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid jiddikjaraw il-kwantitajiet kummerċalizzati mill-aħħar ħsad.

3. Il-produtturi tal-most u ta' l-inbid, u n-negozjanti għajr għall-bejjiegħa bl-imnut, kull sena għandhom jiddikjaraw, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-ħażniet tagħhom tal-most u ta' l-inbid, kemm jekk ikunu mill-ħsad tas-sena attwali kif ukoll jekk ikunu mill-ħsad ta' snin preċedenti. Il-most u l-inbid importati minn pajjiżi terzi għandhom jiġu ddikjarati separatament.

4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, li b’mod partikolari, jistgħu jinkludu regoli dwar il-penali applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ komunikazzjoni.”;

Artikolu 185cId-dokumenti ta' akkumpanjament u r-reġistru fis-settur ta’ l-inbid

1. Il-prodotti tas-settur ta’ l-inbid jistgħu jiġu ċċirkolati fi l-Komunità biss jekk ikollhom dokument ta' akkumpanjament li huwa uffiċjalment ivverifikat.

2. Persuni naturali jew legali jew grupp ta' persuni li jżommu prodotti koperti mis-settur ta’ l-inbid fl-eżerċizzju tal-kummerċ tagħhom, b'mod partikolari l-produtturi, dawk li jibbottiljaw u l-proċessuri, kif ukoll in-negozjanti li għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni, għandhom ikunu obbligati li jżommu reġistri tad-dħul u l-ħruġ ta' dawk il-prodotti.

3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.”;

Artikolu 185dIl-ħatra ta' l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-settur ta’ l-inbid

1. Mingħajr preġudizzju għal kwaunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-Regolament dwar il-ħatra ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità waħda jew iżjed li għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw konformità mar-regoli Komunitarji fis-settur ta' l-inbid. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jinnominaw il-laboratorji awtorizzati sabiex iwettqu l-analiżi uffiċjali fis-settur ta' l-inbid. Il-laboratorji nnominati għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-operat ta' laboratorji ta' l-ittestjar stipulati fl-ISO/IEC 17025.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet u l-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni, mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1), għandha tippubblika din l-informazzjoni.”;

(30) L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 188:

"Artikolu 188aIr-rappurtar u l-evalwazzjoni fis-settur ta’ l-inbid

1. Fir-rigward tat-taħwil illegali li sar wara l-31 ta’ Awwissu 1998 u msemmi fl-Artikolu 85a, sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni ż-żoni mħawla bid-dwieli mingħajr dritt għat-taħwil korrispondenti wara l-31 ta' Awwissu 1998, kif ukoll żona ta' dwieli maqlugħa skond il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu.

2. Fir-rigward tar-regolarizzazzjoni obbligatorja tat-taħwil illegali li sar qabel l-1 ta’ Settembru 1998 u msemmi fl-Artikolu 85b, sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

(a) iż-żoni mħawla bi dwieli mingħajr id-dritt għat-taħwil korrispondenti qabel l-1 ta' Settembru 1998;

(b) iż-żoni regolarizzati skond il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, il-miżati kif previsti f'dak il-paragrafu, kif ukoll il-valur medju tad-drittijiet tat-taħwil reġjonali kif previst fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom, għall-ewwel darba sa l-1 ta' Marzu 2010, jikkomunikaw lill-Kummissjoni iż-żoni ta' dwieli maqlugħa skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 85b(4).

It-tmiem tal-projbizzjoni tranżizzjonali fuq it-taħwil ġdid fil-31 ta' Diċembru 2015, kif stipulat fl-Artikolu 85g(1), ma għandux jolqot l-obbligi stipulati f’dan il-paragrafu.

3. Fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna fil-kuntest ta’ l-iskema tal-qlugħ mill-għeruq prevista fis-Subtaqsima III tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena l-applikazzjonijiet aċċettati maqsumin skond ir-reġjun u skond il-firxa tal-livelli tal-ħsad, u l-ammont totali tal-primjums għall-qlugħ mill-għeruq imħallsin skond ir-reġjun.

Għas-sena ta' l-inbid preċedenti, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa l-1 ta' Diċembru ta' kull sena, dwar:

(a) iż-żoni li minnhom inqalgħu d-dwieli maqsuma skond ir-reġjun u skond il-firxa tal-livelli tal-ħsad;

(b) l-ammont totali tal-primjums għall-qlugħ mill-għeruq imħallsa għal kull reġjun.

4. Fir-rigward ta l-eżenzjonijiet mill-eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni fl-iskema tal-qlugħ mill-għeruq skond l-Artikolu 85u, sa l-1 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw il-possibbiltà prevista fil-paragrafi 4 sa 6 ta’ dak l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dwar kif ser tiġi implimentata l-miżura tal-qlugħ tad-dwieli.

(a) iż-żoni ddikjarati ineliġibbli;

(b) il-ġustifikazzjoni ta' l-ineliġibbiltà skond l-Artikolu 85u(4) u (5).

5. Sa l-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, u għall-ewwel darba sa l-1 ta' Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fil-programmi ta' appoġġ tagħhom imsemmija fit-Taqsima IVb tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II matul is-sena finanzjarja preċedenti.

Dawk ir-rapporti għandhom jelenkaw u jiddeskrivu l-miżuri li għalihom ingħatat l-għajnuna Komunitarja taħt il-programmi ta' appoġġ, u b'mod partikolari, għandhom jipprovdu dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri promozzjonali msemmija fl-Artikolu 103p.

6. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sa l-1 ta' Marzu 2011 u, għat-tieni darba, sa l-1 ta' Marzu 2014, evalwazzjoni ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-programmi ta' appoġġ kif ukoll indikazzjoni ta' kif tista' titjieb l-effiċjenza tagħhom.

7. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.”;

(31) L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 190:

"Artikolu 190aIt-trasferiment ta’ ammonti disponibbli fis-settur ta’ l-inbid għall-iżvilupp rurali

1. L-ammonti ffissati fil-paragrafu 2, ibbażati fuq l-infiq fl-imgħoddi skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għal miżuri ta' intervent sabiex jiġu regolati s-swieq agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, se jkunu disponibbli bħala fondi Komunitarji addizzjonali għal miżuri f'reġjuni li jipproduċu l-inbid taħt il-programmi għall-iżvilupp rurali ffinanzjati skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

2. L-ammonti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli fis-snin indikati:

- 2009: EUR 40.5 miljun,

- 2010: EUR 80.9 miljun,

- mill-2011 'il quddiem: EUR 121.4 miljun.

3. L-ammonti stipulati fil-paragrafu 2 għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skond l-Anness Xc.

(32) Fl-Artikolu 194 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina wkoll ir-regoli li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta' dispożizzjonijiet Komunitarji kif stipulati f’dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, fis-settur ta' l-inbid. Dawn ir-regoli jistgħu, b’mod partikolari, jikkonċernaw il-kontrolli u r-regoli li jirregolaw il-proċeduri finanzjarji speċifiċi għat-titjib tal-kontrolli.”;

(33) L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 194:

"Artikolu 194aIl-kompatibbiltà mas-sistema integrata ta’ ġestjoni u kontroll

Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fis-settur ta’ l-inbid, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi u ta' kontroll imsemmija fl-ewwel u fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 194, li jirrelataw maż-żoni huma kompatibbli mas-sistema integrata ta' ġestjoni u kontroll (IACS) fir-rigward ta' l-elementi li ġejjin:

(a) id-database kompjuterizzata;

(b) is-sistemi ta' identifikazzjoni għal raba' agrikolu kif imsemmija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(c) il-kontrolli ammnistrattivi.

Il-proċeduri għandhom jippermettu, mingħajr l-ebda problema jew konflitt, funzjonament komuni jew l-iskambju ta' dejta ma' l-IACS.”;

(34) L-Artikolu 195 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat tat-Tmexxija").

(b) jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita wkoll minn Kumitat Regolatorju;

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.";

(35) L-Artikolu 196 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 196L-organizzazzjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija

L-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Kumitat tat-Tmexxija msemmi fl-Artikolu 195(1), għandha tieħu kont, b'mod partikolari, ta’ l-ambitu ta' applikazzjoni tar-responsabbiltajiet tagħha, l-ispeċifiċitajiet tas-suġġett li għandu jiġi ttrattat, u l-ħtieġa li jkun involut għarfien espert adattat.”;

(36) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 203a:

"Artikolu 203bIr-regoli tranżizzjonali fis-settur ta’ l-inbid

“Il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri meħtieġa biex tiffaċilita t-tranżizzjoni mill-arranġamenti stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999 u (KE) Nru 479/2008 għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament.

(37) L-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a) Fl-Anness III, wara l-Parti III tiddaħħal il-Parti IIIa, li t-test tagħha huwa kif ġie stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(b) Wara l-Anness X, jiddaħħlu l-Annessi Xb, Xc, Xd u Xe, li t-test tagħhom huwa kif ġie stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament;

(c) Wara l-Anness XIa, jiddaħħlu l-Annessi XIb sa XId, li t-test tagħhom huwa kif ġie stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament;

(d) Wara l-Anness XV, jiddaħħlu l-Annessi XVa u XVb, li t-test tagħhom huwa kif ġie stabbilit fl-Anness IV għal dan ir-Regolament;

(e) Wara l-Anness XXII, jiddaħħal il-punt 47, li t-test tiegħu ġie stabbilit fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2L-emenda għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta' l-applikabbiltà ta' l-Artikoli 81 sa 86 u ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat fir-rigward tal-produzzjoni, jew il-kummerċ tal-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat bl-eċċezzjoni tal-prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007*.

_____________________

* ĠU L 299, 16.11.2007.”

Artikolu 3Ir-revoki u l-applikabbiltà tranżizzjonali kontinwata

1. Soġġett għall-paragrafu 2, ir-Regolament (KE) Nru 479/2008 huwa revokat.

Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għandhom jinqraw skond it-tabelli ta’ korrelazzjoni rispettivi stabbiliti fl-Anness XXII għal dak ir-Regolament.

2. L-Artikolu 128(3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandu jibqa’ japplika għall-miżuri, u skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 4Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Awissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

“ Parti IIIa: Definizzjonijiet dwar is-settur ta’ l-inbid

Termini marbutin mad-dwieli

1. “Qlugħ mill-għeruq” tfisser l-eliminazzjoni kompleta tad-dwieli kollha minn żona mħawla bid-dwieli.

2. “Taħwil” tfisser it-tqegħid definittiv ta' pjanti tad-dwieli jew partijiet minn pjanti tad-dwieli, kemm jekk imlaqqma u kemm jekk le, bl-għan ta'produzzjoni ta' għeneb jew ta' stabbiliment ta' mixtel għat-tilqim.

3. “Tilqim mill-ġdid” tfisser it-tilqim ta' dielja li diġà tlaqqmet qabel.

Termini marbutin mal-prodotti

4. "Għeneb frisk": tfisser il-frott tad-dielja użat għall-produzzjoni ta' l-inbid, misjur jew anki kemmxejn imqadded, li jista' jinsaħaq jew jingħasar permezz ta' mezzi normali ta'kantini ta' l-inbid u li jistgħu spontanjament jipproduċu fermentazzjoni alkoħolika.

5. "Most ta' l-għeneb frisk b'fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol" tfisser prodott li:

(a) għandu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 12 % vol.u mhux aktar minn 15 % vol.;

(b) jinkiseb biż-żieda mal-most mhux fermentat ta' l-għeneb, li jkollu qawwa alkoħolika naturali ta' mhux inqas minn 8.5 % vol u li huwa dderivat esklussivament mill-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 120a(2):

(i) jew alkoħol newtrali mid-dwieli, inkluż alkoħol miksub mid-distillazzjoni ta' għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 96 % vol.;

(ii) jew ta' prodott mhux rettifikat miksub mid-distillazzjoni ta' nbid u li jkollu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 80% vol.

6. "Meraq ta' l-għeneb" tfisser il-prodott likwidu mhux fermentat, li iżda jista' jiġi fermentat, li:

(a) jinkiseb permezz ta' metodi xierqa li jagħmluh tajjeb għall-konsum kif inhu;

(b) jinkiseb minn għeneb frisk jew mill-most ta' l-għeneb, jew bir-rikostituzzjoni. Fejn jinkiseb bir-rikostituzzjoni, dan għandu jsir minn most ta' l-għeneb konċentrat jew minn meraq ta' l-għeneb konċentrat.

Qawwa alkoħolika reali tal-meraq ta' l-għeneb ta' mhux aktar minn 1 % vol. hija permessa.

7. “Meraq ta' l-għeneb konċentrat” tfisser meraq ta' l-għeneb mhux karamellizzat miksub permezz ta' deidratazzjoni parzjali tal-meraq ta' l-għeneb imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta, b'tali mod li ċ-ċifra indikata fir-refrattometru użat skond metodu li għandu jiġi ddeterminat f'temperatura ta' 20°C ma tkunx anqas minn 50.9 %.

Qawwa alkoħolika reali tal-meraq ta' l-għeneb konċentrat ta' mhux aktar minn 1 % vol. hija permessa.

8. "Karfa ta' l-inbid": tfisser:

(a) ir-residwu li jakkumula f'kontenituri li jkun fihom l-inbid wara l-fermentazzjoni, matul il-ħażna jew wara trattament awtorizzat;

(b) ir-residwu li jinkiseb bl-iffiltrar jew biċ-ċentrifugazzjoni tal-prodott imsemmi fil-punt (a);

(c) ir-residwu li jakkumula f'kontenituri li jkun fihom il-most ta' l-għeneb matul il-ħażna jew wara trattament awtorizzat;

(d) ir-residwu li jinkiseb bl-iffiltrar jew biċ-ċentrifugazzjoni tal-prodott imsemmi fil-punt (c).

9. "Residwu mill-għasra": tfisser ir-residwu wara l-għasir ta' l-għeneb frisk, sew jekk fermentat sew jekk le.

10. "Piquette": tfisser prodott miksub:

(a) permezz tal-fermentazzjoni tar-residwu mill-għasra mhux trattat immaċerat fl-ilma;

(b) permezz tal-lissija tar-residwu mill-għasra ffermentata fl-ilma.

11. "Nbid imqawwi għad-distillazzjoni" tfisser prodott li:

(a) għandu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 18 % vol. u mhux aktar minn 24 % vol.;

(b) jinkiseb esklussivament permezz taż-żieda ma' nbid mingħajr zokkor residwali ta' prodott mhux rettifikat miksub mid-distillazzjoni ta' l-inbid u li għandu qawwa alkoħolika reali massima ta' 86 % vol.;

(c) għandu aċidità volatili massima ta' 1.5 gramma għal kull litru, espressa bħala aċidu aċetiku.

12. "Cuvée" tfisser:

(a) most ta' l-għeneb (għeneb magħsur qabel ma jeħmer);

(b) l-inbid;

(c) it-taħlita ta' most ta' l-għeneb u/jew inbejjed b'karatteristiċi differenti,

maħsuba għall-preparazzjoni ta' tip speċifiku ta' nbejjed frizzanti.

Termini marbutin mal-qawwa alkoħolika

13. "Qawwa alkoħolika reali bil-volum" tfisser l-għadd ta' volumi ta' alkoħol pur, f'temperatura ta' 20°C, li jinsab f'100 volum tal-prodott f'dik it-temperatura.

14. "Qawwa alkoħolika potenzjali bil-volum" tfisser l-għadd ta' volumi ta' alkoħol pur, f'temperatura ta' 20°C, kapaċi li jiġi prodott bil-fermentazzjoni totali taz-zokkor, li jinsab f'100 volum tal-prodott f'dik it-temperatura.

15. "Qawwa alkoħolika totali bil-volum" tfisser is-somma tal-qawwa alkoħolika reali u dik potenzjali.

16. "Qawwa alkoħolika naturali bil-volum" tfisser il-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' prodott qabel ma jsir kwalunkwe arrikkiment.

17. "Qawwa alkoħolika reali skond il-piż" tfisser l-għadd ta' kilogrammi ta' alkoħol pur li hemm f'100 kilogramma tal-prodott.

18. "Qawwa alkoħolika potenzjali skond il-piż" tfisser l-għadd ta' kilogrammi ta' alkoħol pur kapaċi li jiġi prodott bil-fermentazzjoni totali taz-zokkor, li jinsab f'100 kilogramma tal-prodott.

19. "Qawwa alkoħolika totali skond il-piż" tfisser is-somma tal-qawwa alkoħolika reali u dik potenzjali.

ANNESS II

“ ANNESS Xb Baġit għall-programmi ta' appoġġ(imsemmija fl-Artikolu 103n(1))

f’1 000 EUR |

Sena tal-baġit | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | mill-2014 'il quddiem |

BG | 15 608 | 21 234 | 22 022 | 27 077 | 26 742 | 26 762 |

CZ | 2 979 | 4 076 | 4 217 | 5 217 | 5 151 | 5 155 |

DE | 22 891 | 30 963 | 32 190 | 39 341 | 38 867 | 38 895 |

EL | 14 286 | 19 167 | 19 840 | 24 237 | 23 945 | 23 963 |

ES | 213 820 | 284 219 | 279 038 | 358 000 | 352 774 | 353 081 |

FR | 171 909 | 226 814 | 224 055 | 284 299 | 280 311 | 280 545 |

IT* | 238 223 | 298 263 | 294 135 | 341 174 | 336 736 | 336 997 |

CY | 2 749 | 3 704 | 3 801 | 4 689 | 4 643 | 4 646 |

LT | 30 | 37 | 45 | 45 | 45 | 45 |

LU | 344 | 467 | 485 | 595 | 587 | 588 |

HU | 16 816 | 23 014 | 23 809 | 29 455 | 29 081 | 29 103 |

MT | 232 | 318 | 329 | 407 | 401 | 402 |

AT | 8 038 | 10 888 | 11 313 | 13 846 | 13 678 | 13 688 |

PT | 37 802 | 51 627 | 53 457 | 65 989 | 65 160 | 65 208 |

RO | 42 100 | 42 100 | 42 100 | 42 100 | 42 100 | 42 100 |

SI | 3 522 | 4 820 | 4 987 | 6 169 | 6 091 | 6 095 |

SK | 2 938 | 4 022 | 4 160 | 5 147 | 5 082 | 5 085 |

UK | 160 | 221 | 227 | 284 | 280 | 280 |

* Il-limiti massimi nazzjonali fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-Italja korrispondenti għas-snin 2009 u 2010 huma mnaqqsa b'EUR 20 miljun u dawk l-ammonti ġew inklużi fl-ammonti tal-baġit ta' l-Italja għas-snin 2009, 2010 u 2011 kif stabbilit f'din it-tabella.

ANNESS Xc Allokazzjoni tal-baġit għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 190a(3)

f’1 000 EUR |

Sena tal-baġit | 2009 | 2010 | Mill-2011 'il quddiem |

BG | – | – | – |

CZ | – | – | – |

DE | – | – | – |

EL | – | – | – |

ES | 15 491 | 30 950 | 46 441 |

FR | 11 849 | 23 663 | 35 512 |

IT | 13 160 | 26 287 | 39 447 |

CY | – | – | – |

LT | – | – | – |

LU | – | – | – |

HU | – | – | – |

MT | – | – | – |

AT | – | – | – |

PT | – | – | – |

RO | – | – | – |

SI | – | – | – |

SK | – | – | – |

UK | – | – | – |

ANNESS Xd Baġit għall-iskema ta' qlugħ mill-għeruq

Il-baġit disponibbli għall-iskema ta' qlugħ mill-għeruq imsemmija fl-Artikolu 85s(3) għandu jkun:

(a) għas-sena ta' l-inbid 2008/2009 (sena tal-baġit 2009): EUR 464 miljun;

(b) għas-sena ta' l-inbid 2009/2010 (sena tal-baġit 2010): EUR 334 miljun;

(c) għas-sena ta' l-inbid 2010/2011 (sena tal-baġit 2011): EUR 276 miljun.

ANNESS Xe Iż-żoni li l-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw bħala mhux eliġibbli għall-iskema ta' qlugħ mill-għeruq (imsemmija fl-Artikolu 85u(1), (2) u (5))

f'ettari |

Stat Membru | Żona totali mħawla bid-dwieli | Żoni msemmija fl-Artikolu 85u(5) |

BG | 135 760 | 4 073 |

CZ | 19 081 | 572 |

DE | 102 432 | 3 073 |

EL | 69 907 | 2 097 |

ES | 1 099 765 | 32 993 |

FR | 879 859 | 26 396 |

IT | 730 439 | 21 913 |

CY | 15 023 | 451 |

LU | 1 299 | 39 |

HU | 85 260 | 2 558 |

MT | 910 | 27 |

AT | 50 681 | 1 520 |

PT | 238 831 | 7 165 |

RO | 178 101 | 5 343 |

SI | 16 704 | 501 |

SK | 21 531 | 646 |

ANNESS III

" ANNESS XIb Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1. Nbid

L-inbid huwa l-prodott miksub esklussivament mill-fermentazzjoni alkoħolika totali jew parzjali ta' għeneb frisk, sew jekk misħuq sew jekk le, jew ta' most.

L-inbid għandu:

(a) ikollu, kemm jekk ikunu saru l-proċessi speċifikati fil-punt B ta' l-Anness XVa u kemm jekk le, qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 8.5 % vol., sakemm l-inbid ikun inkiseb esklussivament minn għeneb maħsud fiż-żoni ta' vitikultura A u B imsemmijin fl-Appendiċi għal dan l-Anness, u ta' mhux inqas minn 9 % vol. f'żoni ta' vitikultura oħrajn;

(b) ikollu, b'deroga mill-qawwa alkoħolika reali minima bil-volum applikabbli ġeneralment, fejn ikollu denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, kemm jekk ikunu saru l-proċessi speċifikati fil-punt B ta' l-Anness XVa u kemm jekk le, qawwa alkoħolika reali ta' mhux anqas minn 4.5 % vol.;

(c) ikollu qawwa alkoħolika totali ta' mhux aktar minn 15 % vol.. B’deroga:

- il-limitu massimu għall-qawwa alkoħolika totali jista' jilħaq sa 20 % vol. għal inbejjed minn ċerti żoni tal-vitikultura tal-Komunità, li għandhom jiġu deċiżi mill-kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), li jkunu ġew prodotti mingħajr kwalunkwe arrikkiment,

- il-limitu massimu għall-qawwa alkoħolika totali jista' jeċċedi 15 % vol. għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini protetta li jkunu ġew prodotti mingħajr arrikkiment;

(d) ikollu, suġġett għal derogi li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skod il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), kontenut totali ta' aċidità, espress bħala aċidu tartariku, ta' mhux inqas minn 3.5 gramma għal kull litru jew 46.6 milliekwivalent għal kull litru.

Ir-"Retsina" hija l-inbid prodott esklussivament fit-territorju ġeografiku tal-Greċja permezz ta' most ta' l-għeneb ittrattat bir-reżina miż-żnuber ta' l-Aleppo. L-użu tar-reżina miż-żnuber ta' l-Aleppo huwa permess biss għall-finijiet tal-produzzjoni ta' l-inbid "Retsina" taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet Griegi applikabbli.

B'deroga mill-punt (b) it-"Tokaji eszencia" u t-"Tokajská esencia" huma meqjusin bħala nbid.

2. Nbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni

L-inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni huwa l-prodott li fih il-fermentazzjoni alkoħolika tkun għadha ma ntemmitx, u li jkun għadu ma nfiridx mill-karfa tiegħu.

3. Nbid likur

L-inbid likur huwa l-prodott:

(a) li għandu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 15 % u mhux aktar minn 22 % vol.;

(b) li għandu qawwa alkoħolika totali ta' mhux inqas minn 17.5% vol., għajr għal ċerti nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika elenkata f'lista li għandha titfassal mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4);

(c) li jinkiseb minn:

- most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni,

- nbid,

- taħlita tal-prodotti ta' hawn fuq, jew

- Most ta’ l-għeneb jew taħlita ta' most u nbid, fil-każ ta' nbejjed likur, b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta li l-Kummissjoni għandha tiddetermina skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4).

(d) li għandu qawwa alkoħolika totali inizjali ta' mhux inqas minn 12 % vol., għajr għal ċerti nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta elenkati f'lista li għandha titfassal mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4);

(e) li miegħu jkun ġie miżjud;

(i) individwalment jew f'taħlita:

- alkoħol newtrali mid-dwieli, inkluż alkoħol miksub mid-distillazzjoni ta' għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 96 % vol.,

- distillat ta' l-inbid jew ta' l-għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 52 % vol. u mhux iżjed minn 86 % vol.,

(ii) flimkien ma' wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin, fejn xieraq:

- most ta' l-għeneb konċentrat,

- taħlita ta' wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (e)(i) b'most ta' l-għeneb imsemmi fl-ewwel u r-raba' inċiżi tal-punt (c);

(f) li miegħu jkun ġie miżjud, b'deroga mill-punt (e), fil-każ ta' ċerti nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, elenkati f'lista li għandha titfassal mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4):

(i) xi wieħed mill-prodotti elenkati fil-punt (e)(i), individwalment jew f'taħlita; jew

(ii) wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin:

- alkoħol ta' l-inbid jew ta' l-għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 95 % vol. u mhux iżjed minn 96 % vol.,

- spirti distillati mill-inbid jew mir-residwu mill-għasra, li jkollhom qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 86 % vol.;

- spirti distillati minn għeneb imqadded, li jkollhom qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 94.5 % vol.,

(iii) u wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin, fejn xieraq:

- il-most ta' l-għeneb parzjalment fermentat, magħmul minn għeneb imqadded,

- il-most ta' l-għeneb konċentrat magħmul permezz ta' sħana diretta, li jkun konformi, bl-eċċezzjoni ta' din l-operazzjoni, mad-definizzjoni ta' most konċentrat ta' l-għeneb,

- most ta' l-għeneb konċentrat,

- taħlita ta' wieħed mill-prodotti elenkati fil-punt (f)(ii) ma' most ta' l-għeneb imsemmi fl-ewwel u r-raba' inċiż tal-punt (c).

4. Nbid frizzanti

L-inbid frizzanti huwa l-prodott:

(a) li jinkiseb permezz ta' l-ewwel jew it-tieni fermentazzjoni alkoħolika:

- minn għeneb frisk,

- minn most ta' l-għeneb,

- mill-inbid;

(b) li, meta jinfetaħ il-kontenitur, jerħi diossidu tal-karbonju li ġej esklussivament mill-fermentazzjoni;

(c) li għandu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju fit-taħlita, ta' mhux inqas minn 3 bar meta jinżamm f'temperatura ta' 20°C f'kontenituri magħluqa;

(d) li għalih, il-qawwa alkoħolika totali tal- cuvées intenzjonata għall-preparazzjoni tagħhom ma għandhiex tkun inqas minn 8.5 % vol..

5. Nbid frizzanti ta' kwalità

L-inbid frizzanti ta' kwalità huwa l-prodott:

(a) li jinkiseb permezz ta' l-ewwel jew it-tieni fermentazzjoni alkoħolika:

- minn għeneb frisk,

- minn most ta' l-għeneb,

- mill-inbid;

(b) li, meta jinfetaħ il-kontenitur, jerħi diossidu tal-karbonju li ġej esklussivament mill-fermentazzjoni;

(c) li għandu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju fit-taħlita, ta' mhux inqas minn 3.5 bar meta jinżamm f'temperatura ta' 20°C f'kontenituri magħluqa;

(d) li għalih, il-qawwa alkoħolika totali tal- cuvées intenzjonata għall-preparazzjoni tagħhom ma għandhiex tkun inqas minn 9 % vol..

6. Nbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità

Nbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità għandu jkun l-inbid frizzanti ta' kwalità:

(a) li jinkiseb biss billi jsir użu, meta jsir il- cuvée , minn most ta' l-għeneb jew most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni li huma derivati minn varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid f'lista li għandha titfassal mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4). L-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità prodotti tradizzjonalment bl-użu ta' nbejjed meta jsir il-cuvée, għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikou 195(4);

(b) li għandu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju fit-taħlita, ta' mhux inqas minn 3 bar meta jinżamm f'temperatura ta' 20°C f'kontenituri magħluqa;

(c) li minnu l-qawwa alkoħolika reali ma tistax tkun inqas minn 6 % vol.;

(d) li minnu l-qawwa alkoħolika reali ma tistax tkun inqas minn 10 % vol..

Regoli speċifiċi dwar karatteristiċi supplimentari oħrajn jew kundizzjonijiet tal-produzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4).

7. Nbid frizzanti bil-gass

L-inbid frizzanti bil-gass huwa l-prodott li:

(a) jinkiseb minn inbid mingħajr denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta;

(b) li, meta jinfetaħ il-kontenitur, jerħi diossidu tal-karbonju li ġej totalment jew parzjalment minn żieda ta' dan il-gass;

(c) li għandu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju fit-taħlil, ta' mhux anqas minn 3 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa.

8. Nbid semifrizzanti

L-inbid semifrizzanti huwa l-prodott li:

(a) jinkiseb mill-inbid, sakemm dan l-inbid ikollu qawwa alkoħolika totali ta' mhux inqas minn 9 % vol.;

(b) għandu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 7 % vol.;

(c) għandu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju endoġenu fit-taħlil, ta' mhux anqas minn 1 bar u mhux aktar minn 2.5 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20°C f'kontenituri magħluqa;

(d) jiġi ppreżentat f'kontenituri ta' 60 litru jew anqas.

9. Nbid semifrizzanti bil-gass

L-inbid semifrizzanti bil-gass huwa l-prodott li:

(a) jinkiseb mill-inbid;

(b) għandu qawwa alkoħolika reali ta' mhux anqas minn 7 % vol. u qawwa alkoħolika totali ta' mhux anqas minn 9 % vol.;

(c) għandu pressjoni żejda ta' mhux anqas minn 1 bar u mhux iżjed minn 2.5 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20°C f'kontenituri magħluqa, minħabba d-diossidu tal-karbonju fit-taħlil li jkun ġie totalment jew parzjalment miżjud;

(d) jiġi ppreżentat f'kontenituri ta' 60 litru jew anqas.

10. Most ta’ l-għeneb

Il-most ta’ l-għeneb huwa l-prodott likwidu miksub b'mod naturali jew permezz ta' proċessi fiżiċi minn għeneb frisk. Qawwa alkoħolika reali tal-most ta' l-għeneb ta' mhux aktar minn 1 % vol. hija permessa.

11. Most ta' l-għeneb parzjalment fermentat

Il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni għandu jkun il-prodott miksub mill-fermentazzjoni ta' most ta' l-għeneb, li għandu qawwa alkoħolika reali ta' aktar minn 1 % vol. iżda ta' inqas minn tlieta minn ħamsa tal-qawwa alkoħolika totali bil-volum.

12. Most ta' l-għeneb parzjalment fermentat miksub minn għeneb imqadded

Il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded għandu jkun il-prodott li jinkiseb mill-fermentazzjoni parzjali ta' most ta' l-għeneb miksub minn għeneb imqadded, li l-kontenut totali ta' zokkor tiegħu qabel il-fermentazzjoni huwa ta' mill-inqas 272 gramma għal kull litru, u li l-qawwa alkoħolika naturali u reali tiegħu ma għandhiex tkun inqas minn 8 % vol. Madankollu, anke jekk jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti, ċerti nbejjed, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), ma għandhomx jitqiesu bħala most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded.

13. Most ta' l-għeneb konċentrat

Most ta' l-għeneb konċentrat għandu jkun most ta' l-għeneb mhux karamellizzat li jinkiseb permezz ta' deidratazzjoni parzjali ta' most ta' l-għeneb imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta, b'tali mod li ċ-ċifra indikata fir-refrattometru użat skond metodu li għandu jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 120g, f'temperatura ta' 20°C, mhiex inqas minn 50.9 %.

Qawwa alkoħolika reali tal-most ta' l-għeneb konċentrat ta' mhux aktar minn 1 % vol. hija permessa.

14. Most ta' l-għeneb konċentrat u rrettifikat

Il-most ta' l-għeneb konċentrat u rrettifikat huwa l-prodott likwidu mhux karamellizzat:

(a) li jinkiseb permezz ta' deidratazzjoni parzjali ta' most ta' l-għeneb imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta, b'tali mod li ċ-ċifra indikata fir-refrattometru użat skond metodu li għandu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 120g, f'temperatura ta' 20°C, ma tkunx anqas minn 61.7 %;

(b) li jkun għadda minn trattament awtorizzat għad-diaċidifikazzjoni u t-tneħħija ta' kostitwenti għajr iz-zokkor;

(c) li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

- pH ta' mhux aktar minn 5 f'valur ta' 25°Brix,

- densità ottika ta' 425 nm għal ħxuna ta' 1 ċm ta' mhux aktar minn 0.100 f'most ta' l-għeneb konċentrat f'valur ta' 25°Brix,

- kontenut ta' sukrożju li ma jinsabx b'metodu ta' analiżi li għandu jiġi stabbilit,

- indiċi Folin-Ciocalteu ta' mhux aktar minn 6.00 f'valur ta' 25°Brix,

- aċidità titrattabbli ta' mhux aktar minn 15 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkor totali,

- kontenut ta' diossidu tal-kubrit ta' mhux aktar minn 25 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkor totali,

- kontenut totali ta' katjoni ta' mhux aktar minn 8 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkor totali,

- konduttività f'valur ta' 25°Brix u 20 C ta' mhux aktar minn 120 mikro-Siemens/ċm;

- kontenut ta' idrossimetilfurfural ta' mhux aktar minn 25 milligramma għal kull kilogramma ta' zokkor totali,

- preżenza ta' mesoinositol;

Qawwa alkoħolika reali tal-most ta' l-għeneb konċentrat u rrettifikat ta' mhux aktar minn 1 % vol. hija permessa.

15. Nbid minn għeneb imqadded

L-inbid minn għeneb imqadded għandu jkun il-prodott li:

(a) jiġi prodott mingħajr arrikkiment, minn għeneb li jitħalla fix-xemx jew fid-dell sabiex issir deidratazzjoni parzjali;

(b) għandu qawwa alkoħolika totali ta' mhux inqas minn 16 % vol. u qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 9 % vol.;

(c) għandu qawwa alkoħolika naturali ta' aktar minn 16 % vol. (jew 272 gramma zokkor għal kull litru).

16. Nbid minn għeneb misjur izżejjed

L-inbid minn għeneb misjur iżżejjed għandu jkun il-prodott li:

(a) jiġi prodott mingħajr arrikkiment ;

(b) għandu qawwa alkoħolika naturali ta' aktar minn 15 % vol.;

(c) għandu qawwa alkoħolika totali ta' mhux inqas minn 15 % vol. u qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 12 % vol.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw perjodu ta' maturazzjoni għal dan il-prodott.

17. Ħall ta' l-inbid

Il-ħall ta' l-inbid huwa ħall li:

(a) jinkiseb esklussivament permezz tal-fermentazzjoni aċetuża ta' l-inbid;

(b) għandu aċidità totali ta' mhux anqas minn 60 gramma għal kull litru, espressa bħala aċidu aċetiku.

APPENDIĊI GĦALL-ANNESS XIbIż-żoni ta' vitikultura

Iż-żoni ta' vitikultura għandhom ikunu dawn li ġejjin:

1. Iż-żona ta' vitikultura A tinkludi:

(a) fil-Ġermanja: iż-żoni mħawlin bid-dwieli minbarra dawk inklużi fiż-żona ta' vitikultura B;

(b) fil-Lussemburgu: ir-reġjun ta' vitikultura tal-Lussemburgu;

(c) fil-Belġju, fid-Danimarka, fl-Irlanda, fl-Olanda, fil-Polonja, fir-Renju Unit u fl-Iżvezja: iż-żoni ta' vitikultura ta' dawn il-pajjiżi;

(d) fir-Repubblika Ċeka: ir-reġjun ta' vitikultura ta' Čechy.

2. Iż-żona ta' vitikultura B tinkludi:

(a) fil-Ġermanja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjun speċifikat ta' Baden;

(b) fi Franza, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fid-dipartimenti mhux imsemmijin f'dan l-Anness u fid-dipartimenti li ġejjin:

- f'Alsace: Bas-Rhin, Haut-Rhin,

- f'Lorraine: Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Vosges,

- f’Champagne: Aisne, Aube, Marne, Haute-Marne, Seine-et-Marne,

- f'Jura: Ain, Doubs, Jura, Haute-Saône,

- f'Savoie: Savoie, Haute-Savoie, Isère (commune de Chapareillan),

- fil-Val de Loire: Cher, Deux-Sèvres, Indre, Indre-et-Loire, Loir-et-Cher, Loire-Atlantique, Loiret, Maine-et-Loire, Sarthe, Vendée, Viene, u ż-żoni bid-dwieli fl-arrondissement ta' Cosne-sur-Loire fid-dipartiment ta' Nièvre;

(c) fl-Awstrija, iż-żona ta' vitikultura Awstrijaka;

(d) fir-Repubblika Ċeka, iż-żona ta' vitikultura tal-Moravja u ż-żoni mħawlin bid-dwieli mhux inklużi fil-paragrafu 1(d);

(e) fis-Slovakkja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Malokarpatská vinohradnícka oblastˇ, Južnoslovenská vinohradnícka oblastˇ, Nitrianska vinohradnícka oblastˇ, Stredoslovenská vinohradnícka oblastˇ, Východoslovenská vinohradnícka oblastˇ u ż-żoni ta' vitikultura mhux inklużi fil-punt 3(f);

(f) fis-Slovenja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin:

- fir-reġjun ta' Podravje: Štajerska Slovenija, Prekmurje,

- fir-reġjun ta' Posavje: Bizeljsko Sremič, Dolenjska u Bela krajina, u ż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni mhux inklużi fil-paragrafu 4(d);

(g) fir-Rumanija, iż-żona ta' Podișul Transilvaniei.

3. Iż-żona ta' vitikultura C I tinkludi:

(a) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli:

- f'dawn id-dipartimenti li ġejjin: Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes, Ariège, Aveyron, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Corrèze, Côte-d'Or, Dordogne, Haute-Garonne, Gers, Gironde, Isère (bl-eċċezzjoni ta’l-arrondissement ta' Chapareillan), Landes, Loire, Haute-Loire, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Nièvre (bl-eċċezzjoni tad-distrett ta' Cosne-sur-Loire), Puy-de-Dôme, Pyrénées-Atlantiques, Hautes-Pyrénées, Rhône, Saône-et-Loire, Tarn, Tarn-et-Garonne, Haute-Vienne, Yonne;

- fl-arrondissements ta' Valence u Die fid-dipartiment ta' Drôme (minbarrafil-cantons ta' Dieulefit, Loriol, Marsanne u Montélimar),

- Fl-arrondissement ta' Tournon, fil-cantons ta' Antraigues, Burzet, Coucouron, Montpezat-sous-Bauzon, Privas, Saint-Etienne de Lugdarès, Saint-Pierreville, Valgorge u Voulte-sur-Rhône fid-dipartiment ta' Ardèche;

(b) fl-Italja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjun ta' Valle d'Aosta u fil-provinċji ta' Sondrio, Bolzano, Trento u Belluno;

(c) fi Spanja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fil-provinċji ta' A Coruña, Asturias, Cantabria, Guipúzcoa u Vizcaya;

(d) fil-Portugall, iż-żoni bid-dwieli f'dik il-parti tar-reġjun tat-Tramuntana li tikkorrispondi għaż-żona ddenominata ta' l-inbid ta' ‘Vinho Verde', kif ukoll il-‘Concelhos de Bombarral, Lourinhã, Mafra e Torres Vedras' (bl-eċċezzjoni ta' ‘Freguesias da Carvoeira e Dois Portos'), li jifformaw parti mir-‘Região viticola da Extremadura';

(e) fl-Ungerija, iż-żoni kollha mħawlin bid-dwieli;

(f) fis-Slovakkja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli f'Tokajská vinohradnícka oblastˇ;

(g) fir-Rumanija, żoni mħawlin bid-dwieli mhux inklużi fil-paragrafi 2(g) jew 4(f).

4. Iż-żona ta' vitikultura C II tinkludi:

(a) fi Franza, iż-żoni mħawlin bid-dwieli:

- f'dawn id-dipartimenti li ġejjin: Aude, Bouches-du-Rhône, Gard, Hérault, Pyrénées-Orientales (ħlief għall-cantons ta' Olette u Arles-sur-Tech), Vaucluse,

- fil-parti tad-dipartiment ta' Var li tmiss min-naħa tan-nofsinhar mal-limitu tat-tramuntana tal-komuni ta' Evenos, Le Beausset, Solliès-Toucas, Cuers, Puget-Ville, Collobrières, La Garde-Freinet, Plan-de-la-Tour u Sainte-Maxime,

- Fl-arrondissement ta' Nyons u l-cantons ta' Dieulefit, Loriol, Marsanne u Montélimar fid-dipartiment ta' Drôme,

- f'dawk il-partijiet tad-dipartiment ta' Ardèche li mhumiex elenkati fil-paragrafu 3(a);

(b) fl-Italja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni segwenti: Abruzzo, Campania, Emilja-Romanja, Frijuli-Venezja Ġulja, Lazjo, Ligurja, Lombardija minbarra l-provinċja ta' Sondrio, Marche, Molise, Pjemonte, Toskana, Umbrija, Veneto minbarra l-provinċja ta' Belluno, inklużi l-gżejjer li jiffurmaw parti minn dawk ir-reġjuni, bħal ma huma Elba u l-gżejjer l-oħrajn ta' l-arċipelago Toskan, il-gżejjer Ponziane, Kapri u Iskja;

(c) fi Spanja, iż-żoni bid-dwieli fil-provinċji li ġejjin:

- Lugo, Orense, Pontevedra;

- Ávila (minbarra l-komuni li jikkorrispondu mal-"comarca" denominata ta' l-inbid ta' Cebreros), Burgos, León, Palencia, Salamanca, Segovia, Soria, Valladolid, Zamora;

- La Rioja,

- Álava,

- Navarra,

- Huesca,

- Barċellona, Ġirona, Lleida,

- f'dik il-parti tal-provinċja ta' Zaragoza li tinsab fit-tramuntana tax-xmara Ebro,

- f'dawk il-komuni tal-provinċja ta' Tarragona inklużi fid-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-Penedés,

- f'dik il-parti tal-provinċja ta' Tarragona li tikkorrispondi ma' l-inbid denominat “comarca” ta' Conca de Barberá;

(d) fis-Slovenja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Brda or Goriška Brda, Vipavska dolina or Vipava, Kras u Slovenska Istra;

(e) fil-Bulgarija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Dunavska Ravnina (Дунавска равнина), Chernomorski Rayon (Черноморски район), Rozova Dolina (Розова долина);

(f) fir-Rumanija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Dealurile Buzăului, Dealu Mare, Severinului u Plaiurile Drâncei, Colinele Dobrogei, Terasele Dunării, ir-reġjun ta' l-inbid tan-Nofsinhar, inklużi r-ramliet u reġjuni oħrajn favorevoli.

5. Iż-żona ta' vitikultura C III (a) tinkludi:

(a) fil-Greċja, iż-żoni bid-dwieli fin-nomoi li ġejjin: Florina, Imathia, Kilkis, Grevena, Larisa, Ioannina, Levkas, Akhaia, Messinia, Arkadia, Korinthia, Iraklio, Khania, Rethimni, Samos, Lasithi u l-gżira ta' Thira (Santorini);

(b) f'Ċipru, iż-żoni mħawlin bid-dwieli li jinsabu f'altitudni ‘l fuq minn 600 metru;

(c) fil-Bulgarija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli mhux inklużi fil-paragrafu 4(e).

6. Iż-żona ta' vitikultura C III (b) tinkludi:

(a) fi Franza, iż-żoni mħawlin bid-dwieli:

- fid-dipartimenti ta' Korsika,

- f'dik il-parti tad-dipartiment ta' Var li tinsab bejn il-baħar u l-linja li tmiss mal-komuni (li huma wkoll inklużi) ta' Evenos, Le Beausset, Solliès-Toucas, Cuers, Puget-Ville, Collobrières, La Garde-Freinet, Plan-de-la-Tour u Sainte-Maxime;

- fil-cantons ta' Olette u Arles-sur-Tech fid-dipartiment ta' Pyrénées-Orientales;

(b) fl-Italja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni segwenti: Kalabrija, Basilikata, Apulja, Sardinja u Sqallija, inklużi l-gżejjer li jiffurmaw part minn dawn ir-reġjuni, bħal ma huma Pantellerija u l-Gżejjer Lipari, Egadi u Pelaġi;

(c) fil-Greċja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli mhux elenkati fil-paragrafu 5(a);

(d) fi Spanja: iż-żoni mħawlin bid-dwieli mhux elenkati fil-paragrafi 3(c) jew 4(c);

(e) fil-Portugall, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni mhux elenkati fil-paragrafu 3(d);

(f) f'Ċipru, iż-żoni bid-dwieli li jinsabu f'altitudnijiet li ma jaqbżux is-600 metru;

(g) f'Malta, iż-żoni mħawlin bid-dwieli.

7. Id-demarkazzjoni tat-territorji koperti bl-unitajiet amministrattivi msemmija f'dan l-Anness hija dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 1981 u, għal Spanja, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1986 u, għall-Portugall, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998.”

ANNESS IV

"ANNESS XVa L-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni f'ċerti żoni ta' vitikultura

A. Il-limiti ta' l-arrikkiment

1. Fejn il-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu ħolqu l-ħtieġa li f'ċerti żoni ta' vitikultura tal-Komunità msemmijin fl-Appendiċi għall-Anness XIb, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippermettu żieda fil-qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta' l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, l-inbid ġdid fil-fermentazzjoni, u l-inbid miksub minn varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond il-Artikolu 120a(2).

2. Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali bil-volum għandha ssir permezz tal-prattiki enoloġiċi msemmija fil-punt B, u ma għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin:

(a) 3 % vol. fiż-żona tal-vitikultura A imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb;

(b) 2 % vol. fiż-żona tal-vitikultura B imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb;

(c) 1.5 % vol. fiż-żona tal-vitikultura C imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb;

3. Fi snin li matulhom il-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment negattivi, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limitu/i stabbilit/i fil-paragrafu 2 jiżdied/u b'0.5 %. Bi tweġiba għal talba bħal din, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta' miżura leġiżlattiva lill-Kumitat tat-Tmexxija previst fl-Artikolu 195(1), mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tieħu deċiżjoni fi żmien erba' ġimgħat wara li tkun tressqet it-talba.

B. Il-proċessi ta' l-arrikkiment

1. Iż-żieda mal-qawwa naturali alkoħolika skond il-volum ipprovduta fil-punt A tista' ssir biss:

(a) fir-rigward ta' l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni jew ta' l-inbid ġdid fil-fermentazzjoni, permezz taż-żieda tas-sukrosju, il-most ta' l-għeneb konċentrat jew il-most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat;

(b) fir-rigward tal-most, biż-żieda tas-sukrosju, il-most ta' l-għeneb konċentrat jew tal-most ta' l-għeneb konċentrat u rrettifikat, jew bil-konċentrazzjoni parzjali, li tinkludi r-reverse osmosis;

(c) fir-rigward ta' l-inbid, bil-konċentrazzjoni parzjali permezz tat-tkessiħ.

2. Il-proċessi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu reċiprokament esklussivi meta l-inbid jew il-most ta' l-għeneb huwa arrikkit b'most ta' l-għeneb konċentrat jew most ta' l-għeneb konċentrat irrettifikat u meta titħallas għajnuna skond l-Artikolu 103y.

3. Iż-żieda tas-sukrosju prevista fil-paragrafu 1(a) u (b) tista' titwettaq biss permezz ta' zokkor fix-xott u biss fiż-żoni li ġejjin:

(a) iż-żona tal-vitikultura A imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb;

(b) iż-żona tal-vitikultura B imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb;

(c) iż-żona ta' vitikultura C msemmija fl-Anness XIb, bl-eċċezzjoni tal-vinji ta' l-Italja, il-Greċja, Spanja, il-Portugall, Ċipru u l-vinji tad-dipartimenti Franċiżi taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta' l-appell ta':

- Aix-en-Provence,

- Nîmes,

- Montpellier,

- Toulouse,

- Agen,

- Pau,

- Bordeaux,

- Bastia.

Madankollu, l-arrikkiment biż-żieda taz-zokkor fix-xott jista' jiġi awtorizzat mill-awtoritajiet nazzjonali bħala eċċezzjoni fid-dipartimenti Franċiżi msemmijin hawn fuq. Franza għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe tali awtorizzazzjoni

4. Iż-żieda ta' most ta' l-għeneb konċentrat jew most ta' l-għeneb konċentrat u rrettifikat ma għandhiex tirriżulta f'żieda tal-volum inizjali ta' għeneb frisk misħuq, most ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni jew inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni b'aktar minn 11 % fiż-żona tal-vitikultura A, 8 % fiż-żona tal-vitikultura B u 6.5 % fiż-żona tal-vitikultura C msemmijin fl-Appendiċi għall-Anness XIb.

5. Il-konċentrazzjoni tal-most ta' l-għeneb jew ta' l-inbid soġġett għall-proċessi msemmija fil-paragrafu 1:

(a) ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-volum inizjali ta' dawn il-prodotti b'iktar minn 20 %;

(b) minkejja l-punt A(2)(c), ma għandhiex iżżid il-qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta' dawn il-prodotti b'iktar minn 2 % vol.

6. Il-proċessi msemmija fil-paragrafi 1 u 5 ma għandhomx jgħollu l-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' l-għeneb frisk, tal-most ta' l-għeneb, tal-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, ta' l-inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni, jew ta' l-inbid:

(a) fiż-żona ta' vitikultura A msemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb għal aktar minn 11.5 % vol.,

(b) fiż-żona ta' vitikultura B msemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb għal aktar minn 12 % vol.,

(c) fiż-żona ta' vitikultura C I imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb għal aktar minn 12.5 % vol.,

(d) fiż-żona ta' vitikultura C II imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb għal aktar minn 13 % vol., u

(e) fiż-żona ta' vitikultura C III imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb għal aktar minn 13.5 % vol.,

7. B'deroga mill-paragrafu 6, l-Istati Membri jistgħu:

(a) għall-inbid aħmar, jgħollu l-limitu massimu tal-qawwa alkoħolika totali tal-prodotti msemmijin fil-paragrafu 6 għal 12 % vol. fiż-żona ta' vitikultura A, u għal 12.5 % vol. fiż-żona ta' vitikultura B msemmijin fl-Appendiċi għall-Anness XIb;

(b) jgħollu l-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-prodotti msemmijin fil-paragrafu 6, għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini għal livell li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri.

C. L-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni

1. L-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, l-inbid ġdid li jkun fil-fermentazzjoni u l-inbid jistgħu jkunu suġġetti għal:

(a) diaċidifikazzjoni fiż-żoni ta' vitikultura A, B u C I imsemmijin fl-Appendiċi għall-Anness XIb;

(b) aċidifikazzjoni u diaċidifikazzjoni fiż-żoni ta' vitikultura C I, C II u C III (a) imsemmijin fl-Appendiċi għall-Anness XIb, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7; jew

(c) aċidifikazzjoni fiż-żona ta' vitikultura C III (b) imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb.

2. L-aċidifikazzjoni tal-prodotti, għajr ta' l-inbid, imsemmija fil-paragrafu 1, tista' ssir biss sal-limitu ta' 1.50 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew 20 milliekwivalenti għal kull litru.

3. L-aċidifikazzjoni ta' l-inbejjed tista' sseħħ biss sal-limitu ta' 2.50 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew 33.3 milliekwivalenti għal kull litru.

4. Id-diaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed tista' ssir biss sal-limitu ta' 1 g/l, espress bħala aċidu tartariku, jew 13.3 milliekwivalenti għal kull litru.

5. Il-most ta' l-għeneb maħsub għall-konċentrazzjoni jista' jiġi diaċidifikat parzjalment.

6. Minkejja l-paragrafu 1, fi snin li matulhom il-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment negattivi, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-aċidifikazzjoni tal-prodotti msemmijin fil-paragrafu 1 fiż-żoni ta' vitikultura A u B, imsemmijin fl-Appendiċi għall-Anness XIb, taħt il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3.

7. L-aċidifikazzjoni u l-arrikkiment, għajr b'deroga li trid tiġi deċiża mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), u l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni ta' l-istess prodott wieħed, għandhom ikunu proċessi reċiprokament esklussivi.

D. Il-proċessi

1. L-ebda wieħed mill-proċessi msemmijin fil-punti B u C, għajr l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed, ma jista' jiġi awtorizzat sakemm ma jsirx, taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), fiż-żmien meta l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni jew l-inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni jkunu qed jiġu ttrasformati f'inbid jew fi kwalunkwe xorb ieħor maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem imsemmi fl-Artikolu 1(1)(l), għajr l-inbid frizzanti jew l-inbid frizzanti bil-gass fiż-żona ta' vitikultura fejn ikun sar il-ħsad ta' l-għeneb frisk użat.

2. Il-konċentrazzjoni ta' l-inbejjed għandha ssir fiż-żona ta' vitikultura fejn ikun sar il-ħsad ta' l-għeneb frisk użat.

3. L-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed għandhom isiru biss fl-impriża fejn jiġi prodott l-inbid u fiż-żona ta' vitikultura fejn ikun sar il-ħsad ta' l-għeneb użat għall-produzzjoni ta' l-inbid ikkonċernat.

4. Kull wieħed mill-proċessi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti. L-istess jgħodd fir-rigward tal-kwantitajiet ta' most ta' l-għeneb konċentrat, most konċentrat u rrettifikat jew sukrosju miżmum, fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom, minn persuni jew gruppi ta' persuni naturali jew legali, partikolarment produtturi, bottiljaturi, proċessuri u negozjanti, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4), fl-istess żmien u fl-istess post bħall-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni jew l-inbid bl-ingrossa. Madankollu, in-notifika ta' dawn il-kwantitajiet tista' tinbidel bid-dħul f'reġistru tal-prodotti li jidħlu u ta' l-użu tal-ħażniet.

5. Kull wieħed mill-proċessi msemmija fil-punti B u C għandu jkun irreġistrat fuq id-dokument ta' akkumpanjament, kif previst fl-Artikolu 185c, li permezz tiegħu l-prodotti li jkunu għaddew mill-proċessi jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni.

6. Dawk il-proċessi, soġġetti għal derogi ġġustifikati minn kundizzjonijiet tal-klima eċċezzjonali, ma jistgħux isiru:

(a) fiż-żona tal-vitikultura C imsemmija fl-Appendiċi għall-Anness XIb, wara l-1 ta’ Jannar;

(b) fiż-żoni ta' vitikultura A u B imsemmijin fl-Appendiċi għall-Anness XIb, wara s-16 ta' Marzu u

għandhom isiru biss għal prodotti tal-ħsad ta' l-għeneb li jkun sar immedjatament qabel dawk id-dati.

7. Minkejja l-paragrafu 6, il-konċentrazzjoni permezz tat-tkessiħ u l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed jistgħu jsiru matul is-sena.

ANNESS XVbIr-restrizzjonijiet

A. It-termini ġenerali

1. Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati kollha għandhom jeskludu ż-żieda ta' l-ilma, għajr fejn tkun meħtieġa bħala neċessità teknika speċifika.

2. Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati kollha għandhom jeskludu ż-żieda ta' l-alkoħol, għajr il-prattiki marbuta mal-ksib ta' most ta' l-għeneb frisk bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol, l-inbid likur, l-inbid frizzanti, l-inbid imqawwi għad-distillazzjoni u l-inbid semifrizzanti.

3. L-inbid imqawwi għad-distillazzjoni jista' jintuża għad-distillazzjoni biss.

B. l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb u l-meraq ta' l-għeneb

1. Il-most frisk ta' l-għeneb bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol għandu jintuża biss matul l-istadju tat-tħejjija tal-prodotti li ma jaqgħux taħt il-kodiċijiet tan-NM 2204 10, 2204 21 u 2204 29. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti li l-Istati Membri jistgħu japplikaw għat-tħejjija fit-territorju tagħhom ta' prodotti li ma jaqgħux taħt il-kodiċijiet tan-NM 2204 10, 2204 21 u 2204 29.

2. Il-meraq ta' l-għeneb u l-meraq ta' l-għeneb konċentrat ma jistgħux ikunu ttrasformati fi nbid jew jiżdiedu ma' l-inbid. Ma jistgħux jgħaddu minn fermentazzjoni alkoħolika fit-territorju tal-Komunità.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal prodotti maħsubin għall-produzzjoni, fir-Renju Unit, fl-Irlanda u fil-Polonja, ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 2206 00, li għalihom l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' isem kompost li jinkludi l-kelma "nbid".

4. Il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded, jista' jitqiegħed fis-suq biss għall-produzzjoni ta' nbejjed likur, esklussivament fir-reġjuni ta' vitikultura fejn dan l-użu kien tradizzjonali fl-1 ta' Jannar 1985, u għall-produzzjoni ta' nbid minn għeneb misjur iżżejjed.

5. Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor mill-Kunsill skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, il-most ta' l-għeneb konċentrat, il-most ta' l-għeneb konċentrat u rrettifikat, il-most ta' l-għeneb bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol, il-meraq ta' l-għeneb, il-meraq ta' l-għeneb konċentrat u l-inbid, jew it-taħlit ta' dawk il-prodotti, li joriġinaw f'pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu ttrasformati fil-prodotti msemmijin fl-Anness XIb jew jiżdiedu ma' tali prodotti fit-territorju tal-Komunità.

C. It-taħlit ta' l-inbejjed

Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor mill-Kunsill skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, it-taħlit (coupage) ta' nbid li joriġina minn pajjiż terz ma' nbid Komunitarju, u t-taħlit bejn inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi, huwa pprojbit fil-Komunità.

D. Il-prodotti sekondarji

1. It-tagħsir żejjed ta' l-għeneb huwa pprojbit. B'kont meħud tal-kundizzjonijiet lokali u tekniċi, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-kwantità minima ta' alkoħol li għandu jkun hemm fir-residwu u fil-karfa wara l-għasra ta' l-għeneb.

Il-kwantità ta' alkoħol li jinsab f'dawk il-prodotti sekondarji għandha tiġi deċiża mill-Istati Membri f'livell li jkun talanqas ugwali għal 5 % f'relazzjoni mal-volum ta' alkoħol li jinsab fl-inbid prodott.

2. Għajr għall-alkoħol, għall-ispirti u għall-piquette, ma għandu jiġi prodott mill-karfa ta' l-inbid jew mir-residwu mill-għasra l-ebda nbid jew xorb ieħor għall-konsum dirett mill-bniedem. It-tferrigħ ta' l-inbid fil-karfa jew ir-residwu mill-għasra jew il-polpa ta' l-aszú magħsura għandhom ikunu permessi taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4) fejn tali prattika tintuża tradizzjonalment għall-produzzjoni ta' "Tokaji fordítás" u "Tokaji máslás" fl-Ungerija u "Tokajský forditáš" u "Tokajský mášláš" fis-Slovakkja.

3. It-tagħsir tal-karfa ta' l-inbid u l-fermentazzjoni mill-ġdid tar-residwi mill-għasra għal skopijiet lil hinn mid-distillazzjoni jew il-produzzjoni tal-piquette huma pprojbiti. L-iffiltrar u ċ-ċentrifugazzjoni tal-karfa ta' l-inbid ma għandhomx jitqiesu bħala tagħsir fejn il-prodotti miksubin ikunu ta' kwalità ġenwina, f'saħħitha u tajba għall-kummerċ.

4. Il-piquette, fejn il-produzzjoni tagħha tkun awtorizzata mill-Istat Membru kkonċernat, tista' tintuża biss għad-distillazzjoni jew għall-konsum mill-familji tal-vitikulturi.

5. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddeċiedu li jeħtieġu l-qerda tal-prodotti sekondarji permezz tad-distillazzjoni, kwalunkwe persuna jew grupp ta' persuni naturali jew legali li jżommu prodotti sekondarji għandhom jintalbu jeqirduhom soġġett għall-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(4).”

ANNESS V

"47. “Ir-Regolament (KE) Nru 479/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 479/2008 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1(1)(l) |

Artikolu 2 | Artikolu 2 u Parti IIIa ta’ l-Anness III |

Artikolu 3 | Artikolu 103i |

Artikolu 4 | Artikolu 103j |

Artikolu 5 | Artikolu 103k |

Artikolu 6 | Artikolu 103l |

Artikolu 7 | Artikolu 103m |

Artikolu 8 | Artikolu 103n |

Artikolu 9 | Artikolu 103o |

Artikolu 10 | Artikolu 103p |

Artikolu 11 | Artikolu 103q |

Artikolu 12 | Artikolu 103r |

Artikolu 13 | Artikolu 103s |

Artikolu 14 | Artikolu 103t |

Artikolu 15 | Artikolu 103u |

Artikolu 16 | Artikolu 103v |

Artikolu 17 | Artikolu 103w |

Artikolu 18 | Artikolu 103x |

Artikolu 19 | Artikolu 103y |

Artikolu 20 | Artikolu 103z |

Artikolu 21(1) | Artikolu 188a(5) |

Artikolu 21(2) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 188a(6) |

Artikolu 21(2) it-tieni subparagrafu | Artikolu 184 punt 5) |

Artikolu 22 l-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu, punti (a) sa (d) | Artikolu 103za |

Artikolu 22 it-tieni subparagrafu, punt (e) | Artikolu 188a(7) |

Artikolu 23 | Artikolu 190a |

Artikolu 24 | Artikolu 120a(2) – (6) |

Artikolu 25(1) | Artikolu 120a(1) |

Artikolu 25(2) – (4) | Artikolu 113d |

Artikolu 26 | Artikolu 120b |

Artikolu 27 | Artikolu 120c |

Artikolu 28 | Artikolu 120d |

Artikolu 29 | Artikolu 120e |

Artikolu 30 | Artikolu 120f |

Artikolu 31 | Artikolu 120g |

Artikolu 32 | Artikolu 121 it-tielet u r-raba’ paragrafi |

Artikolu 33 | Artikolu 118a |

Artikolu 34 | Artikolu 118b |

Artikolu 35 | Artikolu 118c |

Artikolu 36 | Artikolu 118d |

Artikolu 37 | Artikola 118e |

Artikolu 38 | Artikolu 118f |

Artikolu 39 | Artikolu 118g |

Artikolu 40 | Artikolu 118h |

Artikolu 41 | Artikolu 118i |

Artikolu 42 | Artikolu 118j |

Artikolu 43 | Artikolu 118k |

Artikolu 44 | Artikolu 118l |

Artikolu 45 | Artikolu 118m |

Artikolu 46 | Artikolu 118n |

Artikolu 47 | Artikolu 118o |

Artikolu 48 | Artikolu 118p |

Artikolu 49 | Artikolu 118q |

Artikolu 50 | Artikolu 118r |

Artikolu 51 | Artikolu 118s |

Artikolu 52 | Artikolu 121 l-ewwel paragrafu punt (k) |

Artikolu 53 | Artikolu 118t |

Artikolu 54 | Artikolu 118u |

Artikolu 55 | Artikolu 118v |

Artikolu 56 | Artikolu 121 l-ewwel paragrafu punt (l) |

Artikolu 57 | Artikolu 118w |

Artikolu 58 | Artikolu 118x |

Artikolu 59 | Artikolu 118y |

Artikolu 60 | Artikolu 118z |

Artikolu 61 | Artikolu 118za |

Artikolu 62 | Artikolu 118zb |

Artikolu 63 | Artikolu 121 l-ewwel paragrafu punt (m) |

Artikolu 64(1)(a) – (c)(i)-(iv) | Artikolu 122 it-tieni paragrafu |

Artikolu 64(1)(c)(v)-(viii) | Artikolu 122, it-tielet paragrafu |

Artikolu 64(1)(d) | Artikolu 122 it-tielet paragrafu |

Artikolu 64(1)(e) | Artikolu 125o(1)(a) |

Artikolu 64(2) | Artikolu 125o(2) |

Artikolu 65(1) (a)-(c) | Artikolu 123(3) |

Artikolu 65(1)(d) | Artikolu 125o(1)(b) |

Artikolu 65(2) | Artikolu 125o(2) it-tieni subparagrafu |

Artikolu 66(1) | – |

Artikolu 66(2) | Artikolu 125o(3) |

Artikolu 67 | Artikolu 113c(1) u (2) |

Artikolu 68 | Artikolu 125o(3) |

Artikolu 69 | Artikoli 113c(3) u 125o(3) |

Artikolu 70(1) | Artikolu 135 |

Artikolu 70(2) | Artikolu 128 |

Artikolu 71 | Artikolu 129 |

Artikolu 72 | Artikolu 130 u 161 |

Artikolu 73 | Artikoli 131 u 161(2) |

Artikolu 74 | Artikoli 132 u 161(2) |

Artikolu 75 | Artikoli 133 u 161(2) |

Artikolu 76 | Artikolu 133a |

Artikolu 77 | Artikolu 134 u 170 |

Artikolu 78 | Artikolu 159 |

Artikolu 79 | Artikolu 141(1) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 80 | Artikoli 160 u 174 |

Artikolu 81 | Artikolu 143 |

Artikolu 82 | Artikolu 158a |

Artikolu 83 | Artikolu 144 |

Artikolu 84(a) | Artikolu 158a(4) |

Artikolu 84(b) u (c) | Artikolu 148(a) u (b) |

Artikolu 85(1) sa (3) u (5) | Artikolu 85a |

Artikolu 85(4) | Artikolu 188a(1) |

Artikolu 86(1) sa (4) u (6) | Artikolu 85b |

Artikolu 86(5) | Artikolu 188a(2) |

Artikolu 87 | Artikolu 85c |

Artikolu 88 | Artikolu 85d |

Artikolu 89 | Artikolu 85e |

Artikolu 90 | Artikolu 85g |

Artikolu 91 | Artikolu 85h |

Artikolu 92 | Artikolu 85i |

Artikolu 93 | Artikolu 85j |

Artikolu 94 | Artikolu 85k |

Artikolu 95 | Artikolu 85l |

Artikolu 96 | Artikolu 85m |

Artikolu 97 | Artikolu 85n |

Artikolu 98 | Artikolu 85p |

Artikolu 99 | Artikolu 85o |

Artikolu 100 | Artikolu 85q |

Artikolu 101 | Artikolu 85r |

Artikolu 102(1) sa (4) u (5) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 85s |

Artikolu 102(5), it-tieni subparagrafu u l-paragrafu 6 | Artikolu 188a(3) |

Artikolu 103 | Artikolu 85t |

Artikolu 104(1) sa (7) u (9) | Artikolu 85u |

Artikolu 104(8) | Artikolu 188a(4) |

Artikolu 105 | Artikolu 85v |

Artikolu 106 | Artikolu 85w |

Artikolu 107 | Artikolu 85x |

Artikolu 108 | Artikolu 185a(1) u (2) |

Artikolu 109 | Artikolu 185a(3) |

Artikolu 110 | Artikolu 185a(4) it-tieni subparagrafu |

Artikolu 111 | Artikolu 185b |

Artikolu 112 | Artikolu 185c |

Artikolu 113(1) | Artikolu 195(2) |

Artikolu 113(2) | Artikolu 195 (3) u (4) |

Artikolu 114 | Artikolu 190 |

Artikolu 115 | Artikolu 192 |

Artikolu 116 | Artikolu 194 ir-raba’ u l-ħames paragrafi |

Artikolu 117(a) | Artikolu 194 it-tielet paragrafu |

Artikolu 117(b) – (e) | Artikolu 194 l-ewwel paragrafu |

Artikolu 118 | Artikolu 185d |

Artikolu 119 | Artikolu 182a(1) – (5) ” |

Artikolu 120 | Artikolu 184 punt 6) |

Artikolu 121(a) u (b) | Artikolu 185a(4) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 121(c) | Artikolu 194 |

Artikolu 121(d) u (e) | Artikolu 185b(4) |

Artikolu 121(f) | Artikolu 185c(3) |

Artikolu 121(g) | Artikolu 182a(6) |

Artikolu 121 - 125 | – |

Artikolu 126(a) | Artikolu 203b |

Artikolu 126 (b) | Artikolu 191 |

Artikolu 127(1) | Artikolu 180 l-ewwel paragrafu |

Artikolu 127(2) | Artikolu 180 it-tieni paragrafu |

Artikolu 129(3) | Artikolu 85f |

"

[1] ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1.

[2] ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

[3] COM(2005) 509 finali.

[4] COM(2005) 535 finali.

[5] ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

[6] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 361/2008 (ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1).

[7] ĠU L XXX, XXX.6.2008, p. 1.

[8] ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 361/2008 (ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1).