Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI) {SEG(2008)2278} {SEG(2008)2279} /* KUMM/2008/0467 finali - CNS 2008/0148 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 25.7.2008 KUMM(2008) 467 finali 2008/0148 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI) {SEG(2008)2278}{SEG(2008)2279} (imressqa mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | Il-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-qafas ġuridiku għall-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka hu mfassal sabiex jiffaċilita l-istabbiliment u l-operat konġunti ta' faċilitajiet tar-riċerka ta' interess Ewropew bejn ħafna Stati Membri u pajjiżi assoċjati mal-Programm ta’ Qafas Komunitarju għar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D). Qiegħed jitfassal bħala tweġiba għat-talbiet mill-Istati Membri u mill-komunità xjentifika, minħabba li l-forom ġuridiċi nazzjonali u internazzjonali disponibbli mhumiex suffiċjenti għal kollox. | Il-kuntest ġenerali Sa minn meta l-Kummissjoni ta' l-UE ppubblikat il-Komunikazzjoni "Lejn Żona Ewropea tar-Riċerka" f'Jannar 2000, l-idea ta' Żona komuni Ewropea tar-Riċerka (ERA) saret il-prinċipju gwida ewlieni għall-miżuri Komunitarji kollha dwar l-R&D u l-pilastru ċentrali sabiex jintlaħqu l-miri ta' riċerka ta' l-Istrateġija ta' Liżbona. Il-Green Paper ta' l-2007 dwar l-ERA "Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda" identifikat għadd ta' oqsma prinċipali fejn azzjoni effettiva bi sħab bejn l-Istati Membri għandu jkollha l-potenzjal li twassal għal kisbiet sinifikanti għas-sistema ta' riċerka Ewropea u tgħin biex toħloq "il-ħames libertà" - il-moviment ħieles ta' l-għarfien - fl-Ewropa. F'dan il-kuntest, wieħed mill-pilastri tal-kunċett ambizzjuż ta' l-ERA li tressaq jikkonċerna "L-iżvilupp ta' infrastrutturi tar-riċerka ta’ klassi dinjija", li b'hekk jipprovdi tkabbir, impjiegi u l-bażi għal ekonomija Ewropea dinamika u bbażata fuq l-għarfien. Ir-rwol ta’ l-infrastrutturi tar-riċerka fl-avvanz ta' l-għarfien u t-teknoloġija qiegħed dejjem jikber. Pereżempju, l-osservatorji għax-xjenzi ambjentali, il-banek tad-dejta fil-ġenomika u “database” fix-xjenza soċjali, is-sistemi ta' immaġini jew il-“clean rooms” għan-nanoelettronika, il-faċilitajiet ta' irradjazzjoni għar-riċerka dwar il-materjali jew is-super-kompjuters, huma għodod meħtieġa għall-iżvilupp ta' l-għarfien. Billi jiġu offruti servizzi uniċi tar-riċerka, billi jiġbdu liż-żgħażagħ lejn ix-xjenza u permezz ta' netwerking tal-faċilitajiet, l-infrastrutturi tar-riċerka jgħinu fl-istrutturar tal-komunità xjentifika u għalhekk għandhom rwol prinċipali fil-binja ta' ambjent effiċjenti ta’ riċerka u ta' innovazzjoni. Minħabba l-kapaċità tagħhom li jgħaqqdu "massa kritika" ta' nies u investiment, jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku fuq livell nazzjonali, reġjonali u Ewropew. Huma għalhekk fil-qalba tat-"trijangolu ta' għarfien" tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni. Hekk kif il-fruntieri tar-riċerka jevolvu u javvanzaw, u t-teknoloġiji tagħna jagħmlu progress, l-infrastrutturi tar-riċerka qegħdin isiru iktar kumplessi u iktar għaljin, u spiss ikunu diffiċli biex jinkisbu minn grupp, reġjun, nazzjon jew saħansitra kontinent waħdieni ta' riċerka. Dan kien rikonoxxut mill-Kunsilli tal-Kompetittività ta' bejn l-1 u t-3 ta' Lulju 2004 u ta' bejn il-25 u s-26 ta' Novembru 2004 meta l-Kunsill qabel li, bħala parti mill-iżvilupp addizzjonali ta' l-ERA, kienu meħtieġa t-tisħiħ tar-riċerka kompetittiva, il-prevenzjoni tal-frammentazzjoni, u l-kooperazzjoni fil-qasam ta' l-infrastrutturi tar-riċerka. Il-Kunsill enfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija Ewropea fil-qasam ta' l-infrastrutturi tar-riċerka u ta mandat lill-ESFRI - il-Forum ta' l-Istrateġija Ewropea għall-Infrastruttura tar-Riċerka - sabiex jiżviluppa pjan strateġiku għall-Ewropa għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' l-infrastrutturi tar-riċerka. Il-Kunsill tal-Kompetittitvità tat-30 ta' Mejju 2008 ikkonferma l-ħtieġa li jiġu żviluppati l-infrastrutturi tar-riċerka fuq livell Ewropew, fost l-oħrajn abbażi ta' koordinazzjoni effiċjenti u qafas ġuridiku xieraq. F'Ottubru 2006, l-ESFRI ħareġ l-ewwel Pjan Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka li fih 35 proġett prinċipali ta' interesss Ewropew li għandhom jiġu żviluppati fl-10 sa l-20 sena li jmiss. Issa l-isfida hi l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti. Madankollu, diffikultà kbira għat-twaqqif ta' l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka l-ġodda, apparti l-iskarsezza tar-riżorsi u l-kumplessità tal-kwistjonijiet tekniċi u organizzazzjonali, hi n-nuqqas ta' qafas ġuridiku adegwat li jippermetti l-ħolqien ta' sħubija xierqa ma’ msieħba minn pajjiżi differenti. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Xogħol li sar dan l-aħħar taħt il-patroċinju ta' l-ESFRI irrikonoxxa li l-forom ġuridiċi eżistenti skond il-liġi nazzjonali (eż. is-“société civile” Franċiża, il-“Gesellschaft mit beschränkter Haftung” (GmbH) Ġermaniża, il-kumpanija ta' responsabbiltà limitata (“Ltd.”) Ingliża jew l-i“stichting” (il-fondazzjoni) Olandiża) ma jaqdux il-ħtiġijiet ta' dawn l-infrastrutturi tar-riċerka l-ġodda. L-analiżi hija simili għall-forom ġuridiċi eżistenti skond il-liġi internazzjonali u dik tal-Komunità (eż. organizzazzjonijiet internazzjonali/intergovernattivi, ir-Raggruppamenti Ewropej b'Interess Ekonomiku (Gruppi). L-ESFRI, b'hekk identifika l-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas ġuridiku Komunitarju dedikat għat-twaqqif ta' infrastrutturi Ewropej tar-riċerka li jinvolvu ħafna Stati Membri. Il-leġiżlazzjoni proposta hi għalhekk imfassla sabiex tiffaċilita l-istabbiliment u l-operat konġunti ta' faċilitajiet tar-riċerka ta' interess Ewropew fost ħafna Membri u pajjiżi assoċjati mal-Programm ta’ Qafas Komunitarju għall-R&D, u sabiex tgħin biex tiġi żviluppata iktar il-politika Ewropea għall-infrastrutturi tar-riċerka. Din għandha timxi id f'id ma' l-avvanzi li diġà saru sa mill-2004, speċjalment permezz ta' l-ESFRI. Saret konsultazzjoni fuq firxa wiesgħa sabiex titħejja din l-inizjattiva, li kienet tinkludi analiżi mmexxija minn esperti u konsultazzjoni mal-partijiet interessati. | Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħrajn ta’ l-Unjoni It-twaqqif mgħaġġel ta' l-infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka l-ġodda - kif identifikat per eżempju mill-ESFRI – jgħin sabiex jinkisbu l-għanijiet orizzontali ta' l-Unjoni Ewropea b'mod iktar faċli u malajr. It-Tkabbir u l-Impjiegi: Il-bini, l-operazzjoni u ż-żamma ta' dawn il-faċilitajiet joħolqu effetti importanti tal-provvista u d-domanda. Per eżempju, il-ġenerazzjoni tal-lum ta' kameras tas-CCD (prodotti għall-konsumatur), jew l-użu ta' softwer speċifiku għall-eżaminazzjonijiet oftalmoloġiċi jafu l-għeruq tagħhom fl-iżviluppi teknoloġiċi li saru fl-aħħar għoxrin sena fl-osservatorji l-kbar ta' l-astronomija ottika. "Ewropa Sostenibbli": L-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka jgħinu sabiex nifhmu aħjar l-ambjent tagħna jew sabiex jiġu żviluppati approċċi ġodda lejn l-enerġija. Kif identifikat mill-Kunsill ta' l-Enerġija tat-28 ta' Frar 2008, l-infrastrutturi tar-riċerka jgħinu sabiex tittejjeb u titkabbar il-bażi ta' l-għarfien Komunitarja tar-riċerkaturi u ta’ l-istituti tar-riċerka. Huma jnaqqsu l-ostakli għall-mobbiltà, jiġbdu kapital uman ta' klassi dinjija u jtejbu l-edukazzjoni tax-xjenza fil-qasam tat-teknoloġiji ta' l-enerġija rinnovabbli (il-pjan SET). "Soċjetà ta' għarfien": L-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka huma għodda prinċipali għall-aċċess effiċjenti għall-għarfien xjentifku ta' livell dinji minn komunitajiet kbar ta' riċerkaturi u utenti. Għandu jitfakkar li l-Internet beda f'CERN ħafna snin ilu. Ilum, miljuni ta' kilometri ta' fibri ottiċi jgħaqqdu ċ-ċentri xjentifiċi differenti ta' kompetenzi, ċentri ta' riċerka u universitajiet, bħala s-sinsla ta' sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni xjentifika effiċjenti, mħaffa u ta' min jorbot fuqha. L-Ewropa bħala sieħeb dinji: L-iżvilupp imgħaġġel ta' l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka se jaffettwa b'mod sinifikanti l-attrazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka . L-Awstralja, l-Indja, ir-Russja u l-Istati Uniti ta' l-Amerka diġà wrew interess konsiderevoli fil-parteċipazzjoni fl-iżvilupp ta' proġetti identifikati mill-ESFRI. Regolamentazzjoni (u simplifikazzjoni) mtejba: Fl-aħħar nett, permezz ta' l-aħjar użu tal-qafas ġuridiku fuq livell Ewropew, il-Kunsill jista' jippermetti proċess iktar mgħaġġel u effiċjenti għat-tmexxija tal-fajls differenti relatati mat-twaqqif ta' faċilitajiet ġodda tar-riċerka Ewropej li jużaw bażi ġuridika waħdanija minflok ħafna nazzjonali. Ir-regolament jimxi id f'id ma' inizjattivi oħra tal-Komunità żviluppati fil-kuntest ta’ l-ERA, bħall-Komunikazzjoni dwar l-ipprogrammar Konġunt fir-Riċerka[1]. Jimxi id f'id ukoll ma' l-Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), li se joħloq Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni (KICs) li jġibu flimkien l-aqwa riżorsi mill-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-partijiet interessati tan-negozju fl-isħubiji. | 2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-użu ta' l-għarfien espert | Fit-tħejjija ta' din il-proposta, il-Kummissjoni kkunsidrat il-fehmiet li taw ħafna partijiet interessati. Fl-2006, l-ESFRI organizza, flimkien mad-DĠ għar-Riċerka, żewġ laqgħat ta’ ħidma mal-partijiet interessati prinċipali. Iż-żewġ laqgħat ta’ ħidma wrew il-limitazzjonijiet tal-forom ġuridiċi eżistenti fuq il-livelli nazzjonali, tal-Komunità jew internazzjonali għall-infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka. Sar studju ta' fattibilità dwar il-ħolqien ta' strument ġuridiku Ewropew għall-infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka fl-2007 minn grupp ta' esperti legali. Il-grupp ikkonkluda li s-soluzzjoni tista' tkun Regolament tal-KE bbażat fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE. Kienet organizzata Laqgħa tal-Partijiet Interessati fit-3 ta' Marzu 2008. Fost il-parteċipanti kien hemm rappreżentanti tal-proġetti fil-pjan ta' l-ESFRI, rappreżentanti tal-faċilitajiet Ewropej tar-riċerka u esperti legali b'għarfien profond tas-suġġett. Maġġoranza kbira ta' esperti qablu dwar l-utilità ta' forma ġuridika ġdida fuq livell Komunitarju u dwar l-orjentazzjoni wiesgħa tal-proġett tal-Kummissjoni. Fl-2008, il-Kummissjoni waqqfet ukoll u kkonsultat grupp espert ta' konsulenza (bord esperimentali (“Sounding Board”)). Il-Bord esperimentali wera appoġġ qawwi għall-alternattiva li jiġi żviluppat strument ġuridiku Komunitarju ġdid għall-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka. Fil-fehma tiegħu, dan it-tip ta’ strument ġuridiku, li jimxi id f'id mal-forom ġuridiċi eżistenti l-oħra, se jiffaċilita u jħaffef il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-infrastrutturi ġodda. | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Din il-proposta għal Regolament tal-Kunsill kienet suġġetta għal Valutazzjoni ta’ l-Impatt tal-Kummissjoni li qabblet l-impatt potenzjali tar-regolament ta' qafas propost ma’ l-alternattivi, li jinkludu s-sitwazzjoni "Kollox Jibqa' l-Istess" u 3 sitwazzjonijiet oħra: L-Alternattiva 1: L-Alternattiva "l-ebda azzjoni speċifika ta' l-UE" ma tikkorrispondi għas-sitwazzjoni preżenti, fejn kull konsorzju, permezz ta' proċess ad hoc, jipprova jidentifika l-forma ġuridika li tista' tkun l-iktar xierqa għall-proġett tagħhom minn fost il-forom ġuridiċi eżistenti. L-Alternattiva 2 tikkorrispondi għal forma "ħafifa" ta' intervenzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, li tgħin lil dawk involuti fit-tiswir ta' infrastrutturi Ewropej sabiex jidentifikaw problemi u ħtiġijiet, iqassmu informazzjoni dwar kif jindirizzaw dawn il-problemi u biex jistabbilixxu l-aqwa prattiki. L-Alternattiva 3 tikkorrispondi għat-twaqqif ta' Impriżi Komuni [Konġunti] mill-Komunità, skond l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE, fuq il-bażi ta' każ b'każ, kull meta tinħass il-ħtieġa għal tali twaqqif; L-Alternattiva 4 hija soluzzjoni iktar diretta għall-problema tal-mument. Tipproponi azzjoni leġiżlattiva sabiex tipprovdi strument ġuridiku ġdid adattat għall-ħtiġijiet ta' l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka, li timxi id f'id mal-forom eżistenti fuq il-livell nazzjonali u Ewropew; tikkunsidra wkoll is-setgħa mogħtija mil-leġiżlatur tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jingħata l-istatus ta' "Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka". Valutazzjoni komparattiva ta' l-alternattivi differenti tal-politika tidentifika biċ-ċar l-Alternattiva 4 bħala l-iktar mod effettiv u effiċjenti sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' politika ta’ din il-proposta. B’mod partikulari, ir-regolament ta' qafas propost għandu vantaġġi ċari fuq alternattivi oħra. Għandu jipprovdi proċess iktar faċli, iktar mgħaġġel u iktar effiċjenti mil-lat ta' l-ispiża għat-twaqqif ta' infrastrutturi Ewropej tar-riċerka ġodda. Għandu jipprovdi l-karatteristiċi kollha li forma ġuridika għandu jkollha għall-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka. B'hekk iżid l-għadd ta' infrastrutturi Ewropej tar-riċerka u jikkontribwixxi għall-ksib ta' l-impatti soċjoekonomiċi, ambjentali u soċjetali. Jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ulterjuri tal-politika Ewropea għall-infrastrutturi tar-riċerka. Fl-aħħar nett ir-regolament ta' qafas propost se jżid l-attrazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fuq livell internazzjonali bħala post li fih wieħed jagħmel ir-riċerka permezz tar-rinforz ta' l-ERA. Madankollu, l-Istati Membri huma u jwaqqfu infrastrutturi ġodda tar-riċerka ta' dimensjoni Ewropea jistgħu jużaw ukoll forom ġuridiċi relevanti u eżistenti internazzjonali, nazzjonali jew Ewropej (per eżempju l-EGCT u l-EEIG). | 3. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Ir-regolament ta' qafas propost, li jimxi id f'id ma' l-iskemi nazzjonali jew intergovernattivi, se jipprovdi qafas ġuridiku komuni bbażat fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE. Se jniżżel il-karatteristiċi ewlenin ta' l-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka (ERIs), kif ukoll proċeduri ċari li bihom dan l-istatus se jingħata mil-leġiżlatur. L-ERI hija entità ġuridika b'personalità ġuridika u b'kapaċità ġuridika sħiħa rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha. Hija bbażata fuq sħubija: il-membri tagħha (l-Istati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet intergovernattivi) jikkontribwixxu flimkien sabiex jiksbu l-għanijiet ta' l-ERI, primarjament l-istabbiliment u l-operat ta' infrastruttura tar-riċerka ta' importanza Ewropea. L-istruttura interna tagħha hija flessibbli ħafna, u tippermetti lill-membri jiddefinixxu, fl-Istatuti, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala membri, l-organi u l-kompetenzi tagħhom u arranġamenti interni oħra. Ir-responsabbiltà tal-membri għad-djun ta' l-ERI se tkun prinċipalment limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom; madankollu se tkun permessa l-flessibbiltà fl-istatuti għall-modifikazzjoni ta' dawn l-aranġamenti. Il-liġi applikabbli hija l-liġi Komunitarja, il-liġi ta' l-Istat tas-sede statutorja jew ta' l-Istat ta' l-operat dwar ċerti kwistjonijiet ta' sikurezza u kwistjonijiet tekniċi. L-Istatuti u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu konformi ma' tali liġi applikabbli. L-ERI għandha tkun ukoll ikkunsidrata bħala korp internazzjonali jew organizzazzjoni fis-sens tad-direttivi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, it-taxxi tas-sisa u l-akkwist pubbliku; b’hekk għandha tkun eżentata mill-VAT u mit-taxxi tas-sisa u l-proċeduri ta' akkwist tagħha għandhom ikunu lil hinn mill-ambitu tad-direttiva dwar l-akkwist pubbliku. L-ERI għandha titwaqqaf, f'konformità mal-bażi ġuridika ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE, b'deċiżjoni tal-Kummissjoni li taġixxi abbażi tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija mill-Kunsill (l-Artikolu 202 tat-Trattat tal-KE). Il-Kummisjoni għandha taġixxi fuq l-applikazzjoni mressqa minn dawk li jixtiequ jsiru membri fundaturi ta' l-ERI. Id-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI għandha tittieħed wara l-proċedura konsultattiva. Din il-proċedura għandha tħeġġeġ it-twaqqif ta' l-istrutturi meħtieġa għat-twettiq effiċjenti tar-riċerka Ewropea, li tinkludi dawk li huma appoġġati mill-programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni tal-Komunità. Għandha tippermetti wkoll proċess iktar imgħaġġel milli kieku d-deċiżjonijiet individwali kienu jittieħdu mill-Kunsill, tissimplifika l-proċess kumpless ta' l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi tar-riċerka internazzjonali, u tevita attivatijiet mhux ikkoordinati. Il-Kummissjoni Ewropea se tiżgura t-tmexxija ġenerali tal-qafas ġuridiku l-ġdid u l-monitoraġġ tal-konformità ta' l-ERIs mar-Regolament. Ħames snin wara l-adozzjoni ta' dan il-qafas ġuridiku, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tiegħu permezz ta' bord ta' esperti u għandha tirrappurtaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | Il-bażi ġuridika Il-bażi ġuridika tal-proposta hija l-Artikolu 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax fl-ambitu tal-kompetenza esklussiva tal-Komunità. | Sabiex l-azzjoni Komunitarja tkun iġġustifikata, huwa meħtieġ ukoll li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jkun irrispettat. Dan jinvolvi l-valutazzjoni ta' żewġ aspetti. L-ewwel nett, hu importanti li jiġi żgurat li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri fil-qafas tas-sistema kostituzzjonali nazzjonali tagħhom (it-test tan-neċessità). Tliet alternattivi huma proposti sabiex tiġi indirizzata l-problema identifikata, jiġifieri li ma jeżisti l-ebda qafas ġuridiku xieraq għall-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka: (1) Azzjoni ta' koordinazzjoni fuq livell Ewropew għall-iżvilupp ta' l-aqwa prattiki; (2) L-iżvilupp ta' Impriżi Konġunti u (3) L-iżvilupp ta' qafas ġuridiku maħsub fuq livell Ewropew. Il-Komunità hija fl-aqwa post sabiex timplimenta dawn l-alternattivi, abbażi ta’ l-Artikolu 165 għall-ewwel waħda, u permezz ta’ l-Artikolu 171 għat-tnejn l-oħra. It-tieni aspett li għandu jiġi kkunsidrat huwa jekk l-għanijiet jistgħux jintlaħqu aħjar b’azzjoni min-naħa tal-Komunità u kif dan jista’ jsir (it-test fuq il-valur miżjud Ewropew). Ir-raġunament favur azzjoni Ewropea jinħoloq min-natura tranżnazzjonali tal-problema (it-twaqqif ta’ oqfsa ġuridiċi bejn l-Istati Membri). Soluzzjonijiet alternattivi jeżistu permezz tat-twaqqif ta' ftehimiet intergovernattivi, madankollu l-proċessi aministrattivi u ġuridiċi li tipikament għandhom ikunu segwiti taħt dawn it-tipi ta' skemi intergovernattivi huma kkunsidrati twal iżżejjed, diffiċli u ta’ xkiel. | Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità | L-abbozz tar-Regolament huwa qasir wisq u jħalli ħafna mill-arranġamenti interni dwar l-infrastruttura ppjanata f’idejn il-membri ta' l-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka, jiġifieri l-Istati Membri, Stati terzi u organizzazzjonijiet intergovernattivi. Il-liġi applikabbli għandha tkun l-iktar il-liġi nazzjonali tal-pajjiż tas-sede statutorja jew ta' l-operat. L-ammont ta' informazzjoni li l-ERI u l-membri tagħha għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni qed jinżamm għall-minimu meħtieġ sabiex jagħti lok lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-konformità tagħha mar-regolament ta’ qafas. Għal dawn ir-raġunijiet, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. | L-għażla ta' l-istrumenti | Il-qafas li se jkun applikabbli ġeneralment għal għadd potenzjalment kbir ta' entitajiet ġuridiċi, l-ERIs, li huma mwaqqfa skond l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE bħala l-bażi ġuridika, jirrikjedi regolament. | 4. L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | Ir-regolament propost jiffaċilita l-istabbiliment u l-operat konġunti tal-faċilitajiet Ewropej tar-riċerka fost ħafna Stati Membri u Stati Assoċjati. Din hija attività addizzjonali għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni ta' l-infrastrutturi tar-riċerka prevista fil-bażi ġuridika tas-7 Programm Kwadru [ta’ Qafas] tar-Riċerka u dan l-isforz katallitiku jkun jeħtieġ riżorsi addizzjonali f'nofs it-terminu. | 5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | Is-simplifikazzjoni | Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (Komunitarji u nazzjonali). | Permezz ta' l-aħjar użu tal-qafas ġuridiku fuq il-livell Ewropew, il-Kunsill jista' jippermetti proċess imħaffef u effiċjenti għall-amministrazzjoni tal-fajls differenti relatati mat-twaqqif ta' faċilitajiet ġodda tar-riċerka Ewropej li jużaw bażi ġuridika waħdanija minflok ħafna nazzjonali. | 2008/0148 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 171 u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 172 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4], Billi: (1) Skond l-Artikolu 171 tat-Trattat il-Komunità tista' twaqqaf impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra meħtieġa għat-twettiq effiċjenti tal-programmi Komunitarji ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni. (2) L-appoġġ u l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi tar-riċerka fl-Ewropa ilhom fil-mira tal-Komunità, kif deher l-aħħar fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru [ta’ Qafas] tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)[5] u partikularment fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/974/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku "Kapaċitajiet"[6]. (3) Filwaqt li l-appoġġ tradizzjonali għall-użu u l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka essenzjalment ħa l-forma ta' għotjiet favur l-infrastrutturi tar-riċerka stabbiliti fl-Istati Membri, il-bżonn għal sforzi addizzjonali beda jidher fl-aħħar snin sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' strutturi ġodda billi jinħoloq qafas ġuridiku xieraq li għandu jiffaċilita l-istabbiliment u l-operat tagħhom fuq il-livell tal-Komunità. (4) Dan il-bżonn issemma f'numru ta' okkażjonijiet, kemm fuq il-livell politiku mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Komunità, kif ukoll mid-diversi partijiet ikkonċernati fi ħdan il-komunità tar-riċerka Ewropea bħall-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet. (5) Filwaqt li r-rwol ċentrali ta' l-infrastrutturi tar-riċerka xjentifika ta’ klassi dinjija għall-ksib ta' l-għanijiet ta' l-RTD tal-Komunità mwaqqfa taħt it-Titolu XVIII tat-Tielet Parti tat-Trattat ilu rikonoxxut taħt il-Programmi ta’ Qafas ta' l-RTD tal-Komunità, ir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment, l-finanzjament u l-operat ta' dawn l-istrutturi għadhom xorta waħda frammentati u reġjonalizzati. Meta wieħed jikkunsidra li l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka qegħdin jikkompetu ma' dawk ta' l-imsieħba dinjin tal-Komunità li huma u li se jkunu qed jinvestu fis-sod f'infrastrutturi tar-riċerka moderni fuq skala kbira, u meta wieħed iqis li dawn l-infrastrutturi qegħdin isiru dejjem iktar kumplessi u għaljin, spiss f'pożizzjoni li ma jistgħux jintlaħqu minn Stat Membru jew saħansitra minn kontinent wieħed, huwa meħtieġ li issa jiġi sfruttat u żviluppat il-potenzjal kollu ta’ l-Artikolu 171 tat-Trattat billi jiġi stabbilit qafas li jkun fih il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għat-twaqqif u l-operat ta' l-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka fuq livell Komunitarju li huma neċessarji għat-twettiq effiċjenti tal-Programmi ta’ l-RTD tal-Komunità. Dan il-qafas ġuridiku l-ġdid imur id f'id ma' forom ġuridiċi oħrajn, li huma inqas speċjalizzati, li jeżistu taħt il-liġi nazzjonali, internazzjonali jew Komunitarja (bħar-Raggruppament Ewropew b’Interess Ekonomiku (l-EEIG) jew ir-Raggruppament Ewropew għall-Kooperazzjoni Territorjali (l-EGCT). (6) It-terminu infrastrutturi tar-riċerka jirreferi għall-faċilitajiet, ir-riżorsi u s-servizzi relatati li huma użati mill-komunità xjentifika sabiex twettaq riċerka ta' l-ogħla livell fl-oqsma rispettivi tagħha. Din id-definizzjoni tkopri: t-tagħmir xjentifiku jew is-settijiet ta' strumenti maġġuri; ir-riżorsi bbażati fuq l-għarfien bħall-kollezzjonijet, l-arkivji jew informazzjoni xjentifika strutturata; li jgħinu lill-infrastrutturi bbażati fuq l-ICT bħall-“Grid”, ix-xogħol tal-kompjuter, is-softwer u l-komunikazzjonijiet; kwalunkwe entità oħra ta' natura unika essenzjali biex jinkiseb suċċess fir-riċerka. Dawn it-tipi ta’ infrastrutturi tar-riċerka jistgħu jkunu f'"sit wieħed" jew "imqassma" (netwerk organizzat ta' riżorsi). (7) B'kuntrast ma' l-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (il-“JTI”) li nħolqu bħala Impriżi Konġunti li fihom il-Komunità hija membru u tagħtihom kontributi finanzjarji, l-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (minn issa 'l quddiem l-"ERI") ma għandhiex titqies bħala korp Komunitarju fis-sens ta' l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju[7], imma bħala entità ġuridika li fiha l-Komunità mhux neċessarjament tkun membru u li ma tagħtihiex kuntributi finanzjarji fis-sens tal-punt (f) ta' l-Artikolu 108(2) tar-Regolament Finanzjarju. (8) Minħabba l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Komunità fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tar-riċerka rispettivi tagħhom b'mod kumplimentari, kif stabbilit fl-Artikoli 164 u 165 tat-Trattat, għandhom ikunu l-Istati Membri interessati, waħidhom jew flimkien ma' entitajiet ikkwalifikati oħra, li jiddefinixxu l-ħtiġijiet tagħhom għall-istabbiliment ta' infrastrutturi tar-riċerka bbażati fuq l-attivitajiet tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp teknoloġiku tagħhom u fuq ir-rekwiżiti Komunitarji. Għall-istess raġunijiet, is-sħubija fl-ERI għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri interessati bil-possibilità tal-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi kkwalifikati u ta' organizzazzjonijiet intergovernattivi speċjalizzati. (9) L-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (minn issa 'l quddiem l-"ERI') imwaqqfa taħt dan ir-Regolament għandu jkollha l-istabbiliment u l-operat ta' l-infrastruttura tar-riċerka bħala l-kompitu tagħha. Għandha tagħmel dan fuq bażi mhux ekonomika sabiex tevita t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Sabiex tippromwovi l-innovazzjoni u l-iskambju ta' l-għarfien u tat-teknoloġija, l-ERI għandha titħalla tagħmel xi ftit attivitajiet ekonomiċi limitati b’ċerti kundizzjonijiet. L-istabbiliment ta' l-infrastrutturi tar-riċerka bħala ERIs ma jeskludix li infrastrutturi tar-riċerka ta' interess pan-Ewropew li għandhom forma ġuridika oħra jistgħu jkunu rikonoxxuti bl-istess mod bħala kontributuri għall-implimentazzjoni tal-pjan żviluppat mill-Forum ta' l-Istrateġija Ewropea għall-Infrastruttura tar-Riċerka (l-ESFRI) u għall-progress tar-riċerka Ewropea. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-membri ta' l-ESFRI u l-partijiet interessati l-oħra jkunu infurmati dwar dawn il-forom ġuridiċi alternattivi. (10) L-infrastrutturi tar-riċerka għandhom jgħinu sabiex jissalvagwardjaw is-suċċess xjentifiku tar-riċerka tal-Komunità u l-kompetittività ta' l-ekonomija tagħha, kif ibbażati fuq previżjonijiet għat-terminu ta' żmien medju sa dak fit-tul, permezz ta' l-appoġġ effiċjenti ta' l-attivitajiet tar-riċerka Ewropej. Sabiex jinkiseb dan, huma għandhom ikunu effettivament miftuħin għall-komunità tar-riċerka Ewropea in ġenerali u għandu jkollhom l-ambizzjoni li jsaħħu l-kapaċitajiet xjentifiċi Ewropej lil hinn mil-livell ta' għarfien attwali u b'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. (11) Sabiex tippermetti proċedura effiċjenti għat-twaqqif ta' l-ERI, hu meħtieġ għall-entitajiet li jixtiequ jwaqqfu ERI li jressqu applikazzjoni lill-Kummissjoni li għandha tivvaluta, bl-għajnuna ta' esperti indipendenti, jekk l-infrastruttura tar-riċerka proposta hijiex konformi mar-Regolament. (12) Għal raġunijiet tat-trasparenza, id-deċiżjoni tat-twaqqif ta' ERI għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għall-istess raġunijiet, estratt mill-Istatuti, li jipprovdi l-elementi essenzjali tagħhom, għandhu jkun anness mad-deċiżjoni. (13) Sabiex tagħmel il-kompiti tagħha bl-iktar mod effiċjenti, l-ERI għandu jkollha personalità ġuridika u tgawdi mill-iżjed kapaċità ġuridika wiesgħa mill-jum meta d-deċiżjoni tat-twaqqif tidħol fis-seħħ. Għandu jkollha sede statutorja, sabiex tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli; fit-territorju ta' membru ta' l-ERI li hu Stat Membru jew pajjiż assoċjat ma’ programm ta’ qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni tal-Komunità. (14) Is-sħubija fl-ERI għandha tkun magħmula minn ta' lanqas tliet Stati Membri u tista' tinkludi pajjiżi terzi kkwalifikati u organzzazzjonijiet intergovernattivi speċjalizzati. Għalhekk, l-ERI għandha tikkwalifika bħala korp jew organizzazzjoni internazzjonali għall-mira ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud[8], id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dawn it-tipi ta’ prodotti[9] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi[10], f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Sabiex jappoġġaw b'mod iktar effettiv l-attivitajiet tar-riċerka ta' l-ERI, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha possibbli sabiex jagħtu l-eżenzjoni l-iktar estensiva minn taxxi oħra lil din it-tip ta’ ERI. (15) F’konformità mad-dimensjoni Komunitarja ta' dan l-istrument ġuridiku, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-maġġoranza tal-voti b’mod konġunt bejniethom fil-laqgħa tal-membri ta' l-ERI. (16) Għall-implimentazzjoni ta' dan il-qafas, iktar dispożizzjonijiet dettaljati għandhom jitniżżlu fi Statuti, li, abbażi tagħhom, il-Kummissjoni għandha teżamina l-konformità ta' applikazzjoni mal-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament. (17) Huwa meħtieġ li jkun żgurat, fuq naħa waħda, li l-ERI għandha l-flessibbiltà li temenda l-Istatuti tagħha, u fuq in-naħa l-oħra, li l-Komunità li tistabbilixxi l-ERI żżomm il-kontroll fuq ċerti elementi essenzjali. F'każ li jkun hemm xi emenda li tikkonċerna suġġett kopert fl-estratt mill-Istatuti anness mad-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI, din it-tip ta’ emenda għandha tkun approvata, qabel ma tidħol fis-seħħ, permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda bl-istess proċedura li tkun ġiet segwita fit-twaqqif ta' l-ERI, minħabba li l-informazzjoni li jkun fiha hi kkunsidrata essenzjali. Kwalunkwe emenda oħra għandha tkun mgħarrfa lill-Kummissjoni li għandha l-opportunità li toġġezzjona f'każ li hija tqis li l-emenda tmur kontra dan ir-Regolament. F'każ li ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni, għandu jiġi pubblikat avviż xieraq flimkien ma' sommarju konċiż ta' l-emenda. (18) Huwa meħtieġ li l-ERI tgħammar lilha nnifisha bil-korpi tagħha stess għat-tmexxija effettiva ta' l-attivitajiet tagħha. L-Istatuti għandhom jiddeterminaw il-mod kif dawn il-korpi jirrappreżentaw legalment lill-ERI. (19) Huwa meħtieġ għall-ERI li twettaq l-attivitajiet tagħha skond prinċipji sodi tal-baġit għall-eżerċizzju tar-responsabbiltà finanzjarja tagħha. (20) L-ERIs jistgħu jirċievu kofinanzjament mill-istrumenti finanzjarji tal-Politika ta' Koeżjoni f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999[11]. (21) Sabiex twettaq il-kompiti tagħha bl-iktar mod effiċjenti u bħala konsegwenza loġika tal-personalità ġuridika tagħha, l-ERI għandha tkun responsabbli għad-djun tagħha. Sabiex tippermetti lill-membri jsibu soluzzjonijiet xierqa dwar ir-responsabbiltà tagħhom, għandha tingħata l-alternattiva li jiġi pprovdut għal reġimi differenti ta' responsabiltà fl-Istatuti li jmorru lil hinn mir-responsabbiltà limitata għall-kontribuzzjonijiet tal-membri. (22) Peress li l-ERI hi stabbilita taħt il-liġi tal-Komunità, għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Komunità, flimkien mal-liġi tal-pajjiż fejn għandha s-sede statutorja tagħha. Madankollu, l-ERI jista' jkollha post ta' operat f'pajjiż ieħor. F'dak il-każ, il-liġi ta' dak il-pajjiż għandha tapplika fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza pubbliċi u fuq il-post tax-xogħol; il-ħarsien ambjentali; it-trattament tas-sustanzi perikolużi u l-ħruġ tal-permessi meħtieġa. Barra dan, l-ERI għandha tkun irregolata mill-Istatuti tagħha, adottati f’konformità mas-sorsi tal-liġi preċedenti, u mir-regoli ta’ implimentazzjoni li jikkonformaw ma' l-Istatuti. (23) Sabiex tiżgura kontroll suffiċjenti tal-konformità ma' dan ir-Regolament, l-ERI għandha tressaq lill-Kummissjoni r-rapport annwali ta' l-ERI u kwalunkwe informazzjoni dwar ċirkustanzi li jheddu li jfixklu serjament il-ksib tal-kompiti ta' l-ERI. F'każ li l-Kummissjoni tikseb indikazzjonijiet, permezz tar-rapport annwali jew mod ieħor, li l-ERI qiegħda taġixxi bi ksur serju ta' dan ir-Regolament jew ta’ liġi applikabbli oħra, il-Kummissjoni għandha titlob spjegazzjonijiet u/ jew azzjonijiet mill-ERI u/jew mill-membri tagħha. F'każijiet estremi u jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni ta' rimedju, il-Kummissjoni tista' tħassar id-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI; dan iwassal għall-istralċ ta' l-ERI. (24) Minħabba li l-għanijiet ta' l-azzjoni li għad iridu jittieħdu; jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas għall-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka bejn l-Istati Membri, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri fil-qafas tas-sistemi kostituzzjonali nazzjonali tagħhom, għalhekk, minħabba n-natura tranżnazzjonali tal-problema, dawn l-għanijiet jistgħu jinkisbu aħjar fuq il-livell Komunitarju. Il-Komunità tista’ għalhekk tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. (25) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni . [12] ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-suġġett u l-ambitu 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas li jistipula r-rekwiżiti u l-proċeduri għat-twaqqif ta’ Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (minn issa ’l quddiem l-"ERI")u l-effetti tiegħu. 2. Għandu japplika għall-infrastrutturi tar-riċerka ta' interess pan-Ewropew. Artikolu 2Il-kompitu u attivitajiet oħra 1. Il-kompitu ta' l-ERI għandu jkun li tistabbilixxi u topera infrastruttura tar-riċerka. 2. L-ERI għandha twettaq il-kompitu tagħha fuq bażi mhux ekonomika. Madankollu, tista' tagħmel xi ftit attivitajiet ekonomiċi limitati relatati mill-qrib mal-kompitu tagħha, sakemm dawn ma jfixklux il-ksib ta' dak il-kompitu. 3. L-ERI għandha tirreġistra l-ispejjeż u l-qligħ ta' l-attivitajiet ekonomiċi tagħha separatament u għandha titlob prezzijiet tas-suq għalihom, jew, f'każ li dawn ma jkunux jistgħu jkunu aċċertati, l-ispejjeż kollha u marġini raġonevoli. Artikolu 3Rekwiżiti relatati ma' l-infrastruttura L-infrastruttura tar-riċerka li għandha tiġi stabbilita mill-ERI għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: 1. hi meħtieġa biex jitwettqu attivitajiet Ewropej tar-riċerka u b'mod partikulari għat-twettiq effiċjenti tal-programmi tar-riċerka, ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni tal-Komunità; 2. tirrappreżenta valur miżjud fl-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u titjib sinifikanti fl-oqsma relevanti xjentifiċi u teknoloġiċi fuq livell internazzjonali. 3. il-Komunità Ewropea tar-riċerka, magħmula minn riċerkaturi mill-Istati Membri u minn pajjiżi assoċjati mal-programmi tar-riċerka, ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni tal-Komunità jista’ jkollha aċċess effettiv għaliha; u 4. tikkontribwixxi għat-tixrid u l-aħjar użu tar-riżultati ta' l-attivitajiet tar-riċerka, ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Komunità. Artikolu 4L-applikazzjoni għat-twaqqif ta' ERI 1. L-entitajiet li japplikaw sabiex iwaqqfu ERI (minn issa 'l quddiem "l-applikanti") għandhom iressqu applikazzjoni lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha titressaq bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u għandha tinkludi dan li ġej: 5. talba lill-Kummissjoni biex twaqqaf l-ERI; 6. l-Istatuti proposti ta' l-ERI kif imsemmi fl-Artikolu 9; 7. deskrizzjoni teknika u xjentifika ta' l-infrastruttura tar-riċerka li tkun se tiġi stabbilita u operata mill-ERI, li tindirizza partikularment ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3. 8. estratt mill-Istatuti li jkun fih l-informazzjoni mniżżla fl-Anness. 2. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni. Matul il-valutazzjoni tista' tikseb il-fehmiet ta' esperti indipendenti b’mod partikulari fil-qasam ta' l-attivitajiet intenzjonati ta' l-ERI. Ir-riżultat ta' din it-tip ta’ valutazzjoni għandu jkun ikkomunikat lill-applikanti li għandhom ikunu mistiedna jimlew jew jemendaw l-applikazzjoni fi żmien raġonevoli jekk dan ikun meħtieġ. Artikolu 5Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha, hija u tikkunsidra r-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21: 9. tadotta deċiżjoni li twaqqaf l-ERI wara li tkun sodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu; jew 10. tirrifjuta l-applikazzjoni jekk tikkonkludi li r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jkunux intlaħqu. 2. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-applikanti. Id-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI għandha tiġi pubblikata wkoll fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. 3. L-estratt mill-Istatuti li jkun hemm fl-applikazzjoni għandu jkun anness mad-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI. Artikolu 6L-Istat ta' ERI 1. L-ERI għandu jkollha personalità ġuridika mill-jum li fih tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI. 2. L-ERI għandha tgawdi, f'kull Stat Membru, mill-iżjed kapaċità ġuridika wiesgħa mogħtija lill-entitajiet ġuridiċi taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru. Tista', partikularment, takkwista, tippossjedi u tiddisponi minn proprjetajiet mobbli, immobbli u intellettwali, tikkonkludi kuntratti u tkun parti fi proċeduri legali. 3. L-ERI hija korp internazzjonali fis-sens ta' l-Artikolu 151(1)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE, u organizzazzjoni internazzjonali fis-sens tat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 92/12/KEE u tal-punt (c) ta’ l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/18/KE. 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha possibbli sabiex jagħtu lill-ERI l-eżenzjoni l-iktar estensiva minn taxxi apparti dawk imsemmija fil-paragrafu 3, f’konformità mar-regoli ta' l-għajnuna mill-Istat. Artikolu 7Is-sede u l-isem 1. ERI għandu jkollha sede statutorja, li għandha tkun fit-territorju ta' membru li jkun Stat Membru jew pajjiż assoċjat ma’ programm tar-riċerka, ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u tad-dimostrazzjoni tal-Komunità. 2. ERI għandu jkollha isem li jinkludi l-kliem "Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka" jew it-taqsira "ERI". Artikolu 8Is-sħubija 1. L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri ta' ERI: 11. L-Istati Membri; 12. pajjiżi terzi; 13. organizzazzjonijiet intergovernattivi. 2. ERI għandu dejjem ikollha għall-inqas tliet Stati Membri bħala membri. Jistgħu jingħaqdu iktar Stati Membri bħala membri fi kwalunkwe ħin fuq termini ġusti u raġonevoli kif speċifikati fl-Istatuti. 3. L-Istati Membri għandhom ikollhom il-maġġoranza tad-drittijiet għall-vot b’mod konġunt bejniethom fil-laqgħa tal-membri kif imsemmi fl-Artikolu 12(a). 4. Kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz jista' jkun irrappreżentat minn entità pubblika waħda jew iktar, inkluż reġjuni, jew minn entitajiet privati b'missjoni ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta’ drittijiet speċifiċi u fit-twettiq ta' obbligi speċifiċi bħala membru ta' l-ERI. 5. Il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi li japplikaw għal sħubija f’ERI għandhom jirrikonoxxu li l-ERI għandu jkollha personalità u kapaċità ġuridiċi skond l-Artikoli 6(1) u (2) u li hija għandha tkun suġġett għar-regoli ddeterminati fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 16. 6. Pajjiżi terzi li japplikaw għal sħubija f’ERI għandhom jagħtu lil din it-tip ta’ ERI trattament ekwivalenti għal dak imsemmi fl-Artikolu 6(3) u (4). Artikolu 9L-Istatuti L-Istatuti għandu jkun fihom ta’ lanqas dan li ġej: 14. lista ta' membri, u fejn applikabbli, ta' entitajiet li jirrappreżentawhom u l-kundizzjonijiet għall-bidliet fis-sħubija u r-rappreżentazzjoni u l-proċedura għalihom f’konformità ma' l-Artikolu 8; 15. il-kompiti u l-attivitajiet ta' l-ERI; 16. is-sede statutorja f’konformità ma’ l-Artikolu 7(1); 17. isem l-ERI f’konformità ma' l-Artikolu 7(2); 18. id-drittijiet u l-obbligi tal-membri, inkluż l-obbligu li jagħtu kontribuzzjonijiet lejn baġit ibbilanċjat, 19. il-korpi ta' l-ERI, il-kompetenzi tagħhom u l-mod kif inhuma kkostitwiti u kif jiddeċiedu, inkluż ta’ kif jiddeċiedu dwar l-emenda ta' l-Istatuti, f'konformità ma' l-Artikoli 10, 11 u 12; 20. id-dewmien u l-proċedura għall-istralċ f’konformità ma' l-Artikolu 17, 21. prinċipji bażiċi li jkopru; (i) il-politika ta’ l-aċċess għall-utenti; (ii) il-politika dwar id-dejta; (iii) il-politika dwar l-evalwazzjoni xjentifika; (iv) il-politika dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (v) il-politika dwar it-tixrid (vi) il-politika ta’ l-impjiegi; (vii) il-politika dwar l-akkwist li tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni; (viii) id-diżattivazzjoni, jekk rilevanti; 22. l-identifikazzjoni tal-lingwa(i) mħaddma; 23. ir-referenzi għar-regoli li jimplimentaw l-Istatuti. L-Istatuti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq il-websajt ta' l-ERI u fis-sede statutorja tagħha. Artikolu 10Emendi ta' l-Istatuti li jirrikjedu emenda ta' l-estratt mill-Istatuti 1. Kwalunkwe emenda ta' l-Istatuti li tirrikjedi emenda ta' l-estratt mill-Istatuti għandha titressaq lill-Kummissjoni mill-ERI għall-approvazzjoni. Din it-tip ta’ emenda ma għandhiex tibda tapplika qabel ma tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni . Il-Kummissjoni għandha tapplika, mutatis mutandis , l-Artikoli 4(2) u 5. 2. L-applikazzjoni għall-emenda għandu jkun fiha dan li ġej: 24. it-test ta' l-emenda kif propost, li jinkludi d-data ta' meta għandha tidħol fis-seħħ; 25. il-verżjoni kkonsolidata emendata ta' l-Istatuti; 26. l-estratt emendat mill-Istatuti. Artikolu 11Emendi oħra ta' l-Istatuti 1. Kwalunkwe emenda ta' l-Istatuti għajr dik imsemmija fl-Artikolu 10 għandha titressaq lill-Kummissjoni mill-ERI fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha. 2. Il-Kummissjoni tista' tqajjem oġġezzjoni għal din it-tip ta’ emenda fi żmien sittin jum minn meta titressaq u tagħti r-raġunijiet għaliex l-emenda ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. 3. F'każ li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika ta' l-emenda flimkien mas-sommarju konċiż ta' l-emenda fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. 4. L-emenda ma għandhiex tibda tapplika qabel ma jkun skada l-perjodu għall-oġġezzjonijiet jew qabel dan jitneħħa mill-Kummissjoni jew qabel ma tkun irtirata oġġezzjoni li tkun tqajmet. 5. L-applikazzjoni għall-emenda għandu jkun fiha dan li ġej: 27. it-test ta' l-emenda kif adottat, inkluż id-data ta' meta għandha tidħol fis-seħħ; 28. il-verżjoni kkonsolidata emendata ta' l-Istatuti; 29. is-sommarju konċiż ta' l-emenda. Artikolu 12 L-organizzazzjoni ta' l-ERI L-Istatuti għandhom jipprovdu ta’ lanqas għall-korpi li ġejjin, li għandhom il-kompetenzi li ġejjin: 30. laqgħa tal-membri bħala l-korp li għandu l-kompetenza sħiħa tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż l-adozzjoni tal-baġit; 31. direttur jew bord tad-diretturi, maħtur fil-laqgħa tal-membri, bħala l-korp eżekuttiv u r-rappreżentant ġuridiku ta' l-ERI. L-Istatuti għandhom jispeċifikaw il-mod kif il-membri tal-bord tad-diretturi jirrappreżentaw lill-ERI legalment. Artikolu 13Il-prinċipji tal-baġit, il-kontijiet, il-verifika u l-assikurazzjoni 1. L-oġġetti kollha tad-dħul u ta’ l-infiq ta' l-ERI għandhom ikunu inklużi fl-istimi li jridu jitfasslu għal kull sena finanzjarja u għandhom jidhru fil-baġit. Id-dħul u l-infiq murija fil-baġit għandhom ikunu bbilanċjati 2. Il-membri ta’ l-ERI għandhom jiżguraw li l-approprazzjonijiet ikunu wżati skond il-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja soda. 3. Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat u l-kontijiet ikunu ppreżentati f'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza. 4. Il-kontijiet ta' l-ERI għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena fiannzjarja. 5. L-ERI għandha tkun suġġetta għar-rekwiżiti tal-liġi applikabbli fir-rigward tat-tħejjija, l-iffajljar, il-verifika u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet. 6. L-ERI għandha tagħmel assikurazzjoni xierqa biex tkopri r-riskji kollha speċifikament relatati ma' l-operat tagħha. Artikolu 14 Finanzjament tal-Komunità Il-finanzjament tal-Komunità lill-ERI jista' jingħata biss f’konformità mat-Titolu VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.Il-finanzjament taħt il-Politika ta' Koeżjoni għandu jkun possibbli wkoll, f'konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Komunità. Artikolu 15Ir-responsabbiltà 1. L-ERI għandha tkun responsabbli għad-djun tagħha. 2. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri għad-djun ta' l-ERI għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom mogħtija lill-ERI. Il-membri jistgħu jispeċifikaw fl-Istatuti li huma se jassumu responsabbiltà fissa minbarra l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom jew responsabbiltà mhux limitata. 3. Il-Komunità ma għandhiex tkun responsabbli għal xi dejn ta’ l-ERI. Artikolu 16Il-liġi applikabbli u l-ġurisdizzjoni 1. L-ERI għandha tkun irregolata: 32. mil-liġi tal-Komunità, b’mod partikulari dan ir-Regolament u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5(1)(a) u 10(1); 33. mil-liġi ta' l-Istat fejn l-ERI għandha s-sede statutorja tagħha fil-każ ta' kwistjonijiet li mhumiex, jew huma biss parzjalment, irregolati mill-atti msemmija fil-punt (a); 34. mill-Istatuti tagħha, adottati f'konformità mas-sorsi tal-liġi msemmija fil-punti (a) u (b); 35. mir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha li huma konformi ma' l-Istatuti tagħha. 36. B’deroga mill-punt (b), l-ERI għandha tkun irregolata mil-liġi ta' l-Istati fejn l-ERI topera fir-rigward ta' (i) is-saħħa u s-sikurezza pubbliċi u fuq il-post tax-xogħol; (ii) il-ħarsien ambjentali; (iii) it-trattament tas-sustanzi perikolużi; (iv) il-ħruġ tal-permessi meħtieġa għall-operat tagħha. 2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollu l-ġurisdizzjoni fuq il-litigazzjoni bejn il-membri, bejn il-membri u l-ERI u fuq kwalunkwe litigazzjoni li fih il-Komunità tkun parti. 3. Il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-ġurisdizzjoni għandha tapplika għat-tilwim bejn l-ERI u l-partijiet terzi. F'każijiet mhux koperti minn din it-tip ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja, il-liġi ta' l-Istat fejn l-ERI għandha s-sede statutorja tagħha għandha tiddetermina l-ġurisdizzjoni kompetenti għar-riżoluzzjoni ta' dawn it-tilwimiet. Artikolu 17L-istralċ, l-insolvenza 1. L-Istatuti għandhom jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi applikata fil-każ ta’ l-istralċ ta' l-ERI wara deċiżjoni tal-laqgħa tal-membri. 2. Mingħajr dewmien bla bżonn mill-adozzjoni tad-deċiżjoni fil-laqgħa tal-membri sabiex isir l-istralċ, u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem minn din l-adozzjoni, l-ERI għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż xieraq fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. 3. Mingħajr dewmien bla bżonn mill-għeluq tal-proċedura ta’ l-istralċ, u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem minn dan it-tip ta’ għeluq, l-ERI għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż xieraq fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-ERI għandha tintemm mill-eżistenza tagħha fil-jum tal-pubblikazzjoni tan-notifika. 4. Fi kwalunkwe żmien, fil-każ li l-ERI ma tkunx tista' tħallas id-djun tagħha, għandha tinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż xieraq fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 18Ir-rappurtar u l-kontroll 1. L-ERI għandha tipproduċi rapport annwali ta' l-attivitajiet u tressqu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena finanzjarja korrispondenti. Dan ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. 2. L-ERI u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ċirkustanzi li jheddu li jfixklu serjament il-ksib tal-kompitu ta' l-ERI. 3. Fejn il-Kummissjoni tikseb indikazzjonijiet li l-ERI qiegħda taġixxi bi ksur serju ta' dan ir-Regolament, tad-deċiżjonjijiet adottati abbażi tiegħu jew ta’ liġi applikabbli oħra, għandha titlob spjegazzjonijiet mill-ERI u/jew mill-membri tagħha. 4. F'każ li l-Kummissjoni tikkonkludi, wara li tkun tat lill-ERI u/jew lill-membri tagħha żmien raġonevoli sabiex jipprovdu l-osservazzjonijiet tagħhom, li din it-tip ta’ ERI qiegħda taġixxi bi ksur serju ta' dan ir-Regolament, tad-deċiżjoijiet adottati abbażi tiegħu jew ta' liġi applikabbli oħra, tista' tipproponi azzjoni ta' rimedju lill-ERI u lill-membri tagħha. 5. F'każ li ma tittieħed l-ebda azzjoni ta' rimedju, il-Kummissjoni tista' tħassar id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-ERI. Din it-tip ta’ deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-ERI u għandha tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan għandu jwassal għall-istralċ ta' l-ERI. Artikolu 19Dispożizzjonijiet xierqa L-Istati Membri għandhom jagħmlu dawk id-dispożizzjonijiet li huma xierqa sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament. Artikolu 20Rapport u Analiżi Ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar l-applikazzjoni tiegħu u l-proposti għall-emendi, fejn xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Artikolu 21Il-proċedura tal-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat konsultattiv. 2. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Artikolu 22Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS ESTRATT MILL-ISTATUTI 37. Isem l-ERI (l-Artikoli 7(2) u 9, l-ittra (d)): [isem skond l-Istatuti, li jinkludi l-kliem "Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka" jew it-taqsira "ERI"] 38. Il-Kompitu (l-Artikoli 2(1) u 9, l-ittra (b)): [kompitu skond l-Istatuti li jikkonsisti fl-istabbiliment u l-operat ta' l-infrastruttura tar-riċerka] 39. Is-sede statutorja (l-Artikoli 7(1) u 9, l-ittra (c)): [referenza preferibbilment għall-iżgħar unità amministrattiva jew l-iżgħar unità territorjali li tmexxi lilha nnifisha, bħal komun] 40. Il-perjodu (l-Artikolu 9, l-ittra (g)): [eż. "indeterminat", jew data finali jew numru ta' snin minn meta titwaqqaf] 41. Il-prinċipji bażiċi tal-politika ta' aċċess għall-utenti (l-Artikolu 9, l-ittra (h), l-ewwel inċiż): [skond l-Istatuti] 42. Il-prinċipji bażiċi tal-politika ta' evalwazzjoni xjentifika (l-Artikolu 9, l-ittra (h), it-tielet inċiż): [skond l-Istatuti] 43. Il-prinċipji bażiċi tal-politika dwar it-tixrid (l-Artikolu 9, l-ittra (h), il-ħames inċiż): [skond l-Istatuti] 44. Il-prinċipji bażiċi tal-politika ta' l-impjiegi (l-Artikolu 9, l-ittra (h), is-sitt inċiż): [skond l-Istatuti] 45. Il-prinċipji bażiċi tal-politika dwar l-akkwist li tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni (l-Artikolu 9, l-ittra (h), is-seba' inċiż): [skond l-Istatuti] 46. Ir-reġim tar-responsabbiltà (l-Artikolu 15(2)): [skond l-Istatuti u/jew l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 15(2)] DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM IL-PROPOSTA: Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI) 2. IL-QAFAS TA’ L-ABM/ABB Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat/i u l-attività/jiet assoċjata/i : Ir-riċerka – L-infrastrutturi tar-riċerka 3. IL-LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji għall-għajnuna teknika u amministrattiva relatati (li qabel kienu l-linji B..A)) inklużi l-intestaturi: - 08.01.05.01 : Il-persunal Uffiċjali u Temporanju tar-Riċerka - 08.01.05.02 : Il-persunal estern (il-persunal END, b’kuntratt, eċċ.) 3.2. It-tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: Azzjoni li tieħu fit-tul, minħabba li l-leġiżlazzjoni proposta hija mfassla sabiex tiffaċilita l-istabbiliment u l-operat konġunti tal-faċilitajiet tar-riċerka fost ħafna Stati Membri u Stati Assoċjati, u minħabba li permezz tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni Ewropea, dan ir-regolament se jippermetti proċess iktar sempliċi milli kieku d-deċiżjonijiet individwali kellhom jittieħdu mill-Kunsill. Fiż-żmien qasir, din ma għandhiex tkun teħtieġ iktar riżorsi minn dawk li hemm użati bħalissa biex tiġi segwita l-fażi ta' tħejjija tal-proġetti ta' l-infrastrutturi tar-riċerka l-ġodda (ir-riżorsi ta’ l-FP7). Fiż-żmien medju għal dak fit-tul, madankollu, ikun hemm bżonn ta' riżorsi umani addizzjonali sabiex isegwu l-iżvilupp politiku tar-regolament, li jwassal per eż. possibilment għal reviżjoni tar-regolament wara 5 snin. 3.3. Il-karatteristiċi tal-baġit: Il-linja tal-Baġit | It-tip ta’ nfiq | Ġdid | Il-kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 08.01 05 01 | Mhux obbligatorji | Mhux-Differenti | LE | IVA | IVA | Nru 1A | 08.01 05 02 | Mhux obbligatorji | Mhux diff | LE | IVA | IVA | Nru 1A | 08.01.05.03 | Mhux obbligatorji | Mhux diff | LE | IVA | IVA | Nru 1A | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Ir-Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ l-impenn (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) It-tip ta’ Nefqa | Sezzjoni nru | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | L-infiq amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza | Ir-riżorsi umani / in-nefqa assoċjata (AMD) | 8.2.5. | a | 0.423 | 0.657 | 0.711 | 0.828 | 0.828 | 1.062 | L-ispejjeż amministrattivi (AMD) | 8.2.6. | b | 0.080 | 0.250 | 0.280 | 0.250 | 0.250 | 0.250 | In-nefqa finanzjarja totali indikattiva ta' intervenzjoni | L-AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+b | 0.503 | 0.907 | 0.991 | 1.078 | 1.078 | 1.312 | L-AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+b | 0.503 | 0.907 | 0.991 | 1.078 | 1.078 | 1.312 | 4.1.2. Il-Kompatibilità ma' l-Ipprogrammar Finanzjarju (l-intestatura nru 1) X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta se tikkonsisti fl-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Jista' jkun li l-proposta tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali (jiġifieri l-istrument ta’ flessibilità jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul. ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: 4.2. Ir-Riżorsi Umani FTE – ara d-dettal taħt il-punt 8.2.1. Mhux applikabbli 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET 5.1. Iridu jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul Hekk kif il-fruntieri tar-riċerka jevolvu u javvanzaw, u t-teknoloġiji tagħna jagħmlu progress, l-infrastrutturi tar-riċerka qegħdin isiru iktar kumplessi u iktar għaljin, u spiss ikunu diffiċli biex jinkisbu minn grupp, reġjun, nazzjon jew saħansitra kontinent waħdieni ta' riċerka, . Madankollu, diffikultà kbira biex jitwaqqfu infrastrutturi Ewropej ġodda tar-riċerka hija n-nuqqas ta' qafas ġuridiku adegwat li jippermetti l-ħolqien ta' sħubija xierqa ma' msieħba minn pajjiżi differenti. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq hija għalhekk il-provvediment ta' qafas ġuridiku tal-Komunità għat-twaqqif u l-operat ta' infrastrutturi tar-riċerka ta' interess pan-Ewropew. 5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli Il-leġiżlazzjoni proposta hija mfassla sabiex tiffaċilita l-istabbiliment u l-operat konġunti tal-faċilitajiet tar-riċerka fost ħafna Stati Membri u Pajjiżi Assoċjati, u sabiex tgħin biex tiġi żviluppata iktar il-politika Ewropea għall-Infrastrutturi tar-riċerka. Filwaqt li jikkumplimenta l-iskemi nazzjonali jew intergovernattivi, ir-regolament ta' qafas propost se jipprovdi qafas ġuridiku komuni bbażat fuq l-Artikolu 171 tal-KE. Se joħroġ il-karatteristiċi ewlenin ta' l-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka (ERI), kif ukoll proċeduri ċari li bihom dan l-istatus se jingħata mil-leġiżlatur. Permezz tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni Ewropea, dan ir-regolament se jippermetti wkoll proċess iktar sempliċi milli kieku d-deċiżjonijiet individwali kellhom jittieħdu mill-Kunsill, u se jevita attivitajiet li ma jkunux ikkoordinati. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ l-ABM L-għan ġenerali ta' din il-proposta huwa li tgħin lill-Ewropa tindirizza d-diversi sfidi li qiegħda tiffaċċja permezz ta’ l-iżvilupp f’waqtu ta' infrastrutturi Ewropej tar-riċerka (ERI) effiċjenti li għandhom: - Jgħinu biex isaħħu l-iżvilupp ta' Żona Ewropea tar-Riċerka effiċjenti billi jintegraw aħjar l-isforzi nazzjonali, jevitaw il-faċilitajiet milli jiġu kkritikati mill-massa u jpoġġu lill-Ewropa bħala mexxej dinji għas-servizzi tar-riċerka ta' livell għoli; - Jgħinu lill-Ewropa tiġbor ir-riżorsi tagħha flimkien għal ġenerazzjoni ġdida ta' faċilitajiet fuq skala kbira li huma indispensabbli biex wieħed jibqa’ fuq quddiem nett tar-riċerka għad-deċennji li ġejjin, u jipprovdu r-riċerkaturi bil-faċilitajiet tar-riċerka li għandhom bżonn, u b'hekk iżidu l-attrazzjoni u l-potenzjal Ewropej; - Jgħinu sabiex jiġu indirizzati aħjar l-isfidi soċjali u ambjentali bħall-bidla fil-klima, il-produzzjoni ta' l-enerġija, il-provvisti ta' l-ilma, il-kwalità ta' l-ambjent, jew il-kwalità tal-ħajja, permezz ta' servizzi tar-riċerka eċċellenti pprovduti minn dawn it-tip ta’ Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka l-ġodda, inkluż l-infrastrutturi elettroniċi; - Jikkontribwixxu għall-kompetittività ekonomika fit-tul, permezz ta' l-aċċellerazzjoni ta' avvanzi xjentifiċi fl-Ewropa ffavuriti minn dawn it-tip ta’ faċilitajiet Ewropej il-ġodda u mit-tkabbir ibbażat fuq l-għarfien. Ir-riżultat mistenni ta' dan ir-Regolament huwa li jgħin fl-iżvilupp ta' kundizzjonijiet li jkunu iktar favorevoli għall-iżvilupp tar-riċerka bażika fl-Ewropa. Permezz ta' l-iżvilupp ta' kundizzjonijiet legali li jkunu iktar favorevoli fuq il-livell Komunitarju, dan ix-xogħol se jappoġġa tabilħaqq l-implimentazzjoni f’waqtha ta' infrastrutturi Ewropej tar-riċerka ġodda (bħal dawk identifikati mill-ESFRI). Dan għandu wkoll jgħin sabiex tiġi żviluppata iktar il-politika Ewropea għall-infrastrutturi tar-riċerka . L-indikaturi relatati se jkunu: - in-numru ta' infrastrutturi Ewropej tar-riċerka l-ġodda (bħal dawk identifikati mill-ESFRI) li jkunu qed jitwaqqfu minn sħubiji mifruxa ma’ l-Ewropa kollha; - il-ħeffa fit-twaqqif tagħhom; - ir-riżorsi meħtieġa għal dan it-tip ta' proċess; - it-tisħiħ u r-rikonoxximent akbar tal-politika Ewropea għall-Infrastrutturi tar-riċerka. 5.4. Il-metodu ta' implimentazzjoni ( Tmexxija Ċentralizzata (direttament mill-Kummissjoni jew indirettament permezz ta’ delegazzjoni lil Aġenziji Eżekuttivi, lil korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet jew lil korpi fis-settur pubbliku / korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku nazzjonali) X Tmexxija maqsuma jew deċentralizzata X ma’ Stati Membri ( ma’ Pajjiżi Terzi ( Tmexxija konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti: Is-sħubija fl-ERIs se tkun limitata għal Stati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet intergovernattivi bil-possibbiltà li l-pajjiżi parteċipanti jagħtu mandat lill-entitajiet pubbliċi jew privati b'missjoni ta' servizz pubbliku sabiex jeżerċitaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom f'isimhom. Il-Kummissjoni Ewropea se tiżgura l-koordinazzjoni ġenerali ta' din l-inizjattiva. Se jkun hemm kumitat li jappoġġa lill-Kummissjoni Ewropea fit-tmexxija tal-qafas ġuridiku l-ġdid. 6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI 6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ Għandha tiġi implimentata sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni sabiex timmonitorja l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka li jkunu twaqqfu, u sabiex tivvaluta safejn il-qafas ġuridiku l-ġdid ikun laħaq l-għanijiet tiegħu. Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea se tiżgura l-koordinazzjoni ġenerali ta' din l-inizjattiva, Kumitat ta' konsulenza se jappoġġa lill-Kummissjoni Ewropea fit-tmexxija tal-qafas ġuridiku l-ġdid. Barra minn hekk, kull meta jkunu approvati uffiċjalment, kull ERI se tintalab tipprovdi rapporti annwali u tibgħathom lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri li jkunu qed jiffinanzjawha. Dawn ir-rapporti se jipprovdu ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet għas-sena kkonċernata, kif ukoll dettalji dwar il-kwistjonijiet baġitarji, u għandhom jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jivverifikaw li l-infrastruttura għadha konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-istatus Ewropew. 6.2. L-evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante Tfassal rapport ta' valutazzjoni ex-ante 6.2.2. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni Ħames snin wara l-adozzjoni tal-qafas ġuridiku, bord ta' esperti għandu jagħmel evalwazzjoni u jinforma lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jivvaluta: - L-utilizzazzjoni tal-qafas ġuridiku (jiġifieri l-għadd ta' infrastrutturi Ewropej il-ġodda jew dawk li ġew aġġornati li qed jużaw il-qafas); - Safejn il-qafas wassal il-benefiċċji mistennija tiegħu u partikularment, kemm hu faċli biex wieħed jużah, u kemm għen biex jitħaffef il-ħolqien ta' infrastrutturi Ewropej tar-riċerka; - Il-ħtieġa li l-qafas ġuridiku jiġi rrivedut jew adattat. 7. MIŻURI KONTRA L-FRODI Kull meta jkunu approvati uffiċjalment, kull ERI se tintalab tipprovdi rapporti annwali u tibgħathom lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri li jkunu qed jiffinanzjawha. Dawn ir-rapporti se jipprovdu ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet għas-sena kkonċernata, kif ukoll dettalji dwar il-kwistjonijiet baġitarji, u għandhom jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jivverifikaw li l-infrastruttura hija konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-istatus Ewropew. Barra minn hekk, filwaqt li tipprovdi servizzi tar-riċerka, kull ERI għandha awtomatikament tkun immonitorjata permezz ta' attivitajiet rikorrenti tar-riċerka appoġġati mill-programmi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta skond kemm iqumu L-ebda baġit operattiv ma huwa marbut ma' dan ir-Regolament 8.2. In-nefqa amministrattiva 8.2.1. L-għadd u t-tip ta’ riżorsi umani Mhux applikabbli 8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li joħorġu mill-azzjoni Is-segwitu politiku ta' dan ir-Regolament se jkollu bżonn ta' ftit persunal tat-tip "AD" għall-kompiti politiċi li, mill-2010 'l quddiem se jinkludu s-segwitu ta' l-użu - u r-reviżjoni possibbli wara 5 snin - ta' dan ir-Regolament. 8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji) ( karigi li huma attwalment allokati sabiex jiġu mibdula jew estiżi ( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/PDB li jmiss x Karigi li għandhom jiġu allokati mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizzi tat-tmexxija (allokazzjoni interna mill-ġdid) ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju ta' l-APS/PDB tas-sena kkonċernata 8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq it-tmexxija amministrattiva) Mhux applikabbli 8.2.5. In-nefqa finanzjarja fuq ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) It-tip ta’ riżorsi umani | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | Uffiċjali u persunal temporanju (08 01 05 01) - eżistenti u | 0.234 | 0.468 | 0.585 | 0.702 | 0.702 | 0.936 | Persunal iffinanzjat skond l-Artikolu 08 01 05 02 (eż. l-persunal END, b’kuntratt) - eżistenti | 0.189 | 0.189 | 0.126 | 0.126 | 0.126 | 0.126 | In-nefqa totali tar-Riżorsi Umani u ta’ l-ispejjeż assoċjati (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) | 0.423 | 0.657 | 0.711 | 0.828 | 0.828 | 1.062 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | 08 01 02 11 01 + 08 01 05 03 – Il-missjonijiet | 0.03 | 0.03 | 0.03 | 0.03 | 0.03 | 0.03 | 08 01 02 11 02 + 08 01 05 03 – Il-laqgħat u l-konferenzi | 0.02 | 0.1 | 0.1 | 0.06 | 0.06 | 0.06 | 08 01 02 11 03 + 08 01 05 03 – Il-kumitati | 0 | 0.06 | 0.09 | 0.09 | 0.09 | 0.09 | 08 01 02 11 04 + 08 01 05 03 – L-istudji u l-konsultazzjonijiet | 0.03 | 0.03 | 0.03 | 0.05 | 0.06 | 0.06 | 08 01 02 11 05 + 08 01 05 03 – Is-sistemi ta' informazzjoni | 0 | 0.03 | 0.03 | 0.02 | 0.01 | 0.01 | L-infiq amministrattiv totali, għajr għar-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) | 0.08 | 0.25 | 0.28 | 0.25 | 0.25 | 0.25 | Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti temporanji kif ukoll għall-persunal iffinanzjat skond l-artikolu 08 01 02 | In-nefqa ta' uffiċjal, fis-sena, hi kkalkulata abbażi ta' € 117,000. In-nefqa tal-persunal l-ieħor (aġent b'kuntratt, SNE) hi kkalkulata abbażi ta' € 63,000 fis-sena | Deskrizzjoni tal-kompiti li joħorġu mill-azzjoni: L-ewwel xhur ta' wara l-adozzjoni tar-regolament se jkunu ddedikati għall-iżvilupp tal-proċeduti u tal-linji ta’ gwida għall-applikazzjoni għal ERI. Iktar tard, sa minn nofs l-2009, ix-xogħol regolari se jkun gradwalment iddedikat għal: is-segwitu ta' applikazzjonijiet potenzjali mill-membri fundaturi (l-Istati Membri), it-trattament tal-fajls (l-eliġibbiltà, l-evalwazzjoni xjentifika, l-analiżi tad-dejta amministrattiva, legali u finanzjarja), il-konsultazzjonijiet fi ħdan id-diversi servizzi u l-laqgħat tal-Kumitat, it-tħejjija tad-deċiżjonijiet possibbli mill-KE, ir-reġistrazzjoni u s-segwitu annwali fil-ġejjieni ta' l-ERI. Għal perjodu ta’ żmien qasir, l-għadd ta' persunal meħtieġ ikun appoġġat mir-riżorsi attwali. Madankollu, sa mill-2010, ftit karigi ta' uffiċjali (allokazzjoni mill-ġdid) għandhom isaħħu x-xogħol politiku li se jkun iddelegat mill-Kunsill lill-Kummissjoni (jiġifieri l-laqgħat tal-Kumitat, is-segwitu tal-fajls għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, is-segwitu u r-reviżjoni possibbli tar-regolament wara 5 snin); | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | AD* / AST (ref. 8.2.5) | 2 | 4 | 5 | 6 | 6 | 8 | il-persunal END / b'kuntratt* (ref. 8.2.5) | 3 | 3 | 2 | 2 | 2 | 2 | It-Total | 5 | 7 | 7 | 8 | 8 | 10 | * li minnhom wieħed huwa tat-tip A/AD u wieħed avukat tat-tip END [1] COM (2008) ***, ta' **.**.2008. [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU C , , p. . [5] ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1. [6] ĠU L 54, 22.2. 2007, p. 101. [7] ĠU L 248, 16.9. 2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1). [8] ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill dwar il-VAT 2008/8/KE tat-12 ta' Frar 2008 (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 11). [9] ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/106/KE tas-16 ta' Novembru 2004 (ĠU L 359, 4.12.2004, p. 30). [10] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Id-Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 213/2008 tat-28 ta' Novembru 2007 (ĠU L 74, 15.3.2008, p. 1 ) [11] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. [12] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.