52008PC0462

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trattament ta’ skart li jkun fih pollutanti organiċi persistenti fil-proċessi ta’ produzzjoni termika u metallurġika /* KUMM/2008/0462 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.7.2008

KUMM(2008) 462 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trattament ta’ skart li jkun fih pollutanti organiċi persistenti fil-proċessi ta’ produzzjoni termika u metallurġika

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament 2004/850/KE dwar pollutanti organiċi persistenti jipprovdi li l-iskart li jikkonsisti fi, li jkun fih, inkella li jkun ikkontaminat minn pollutanti organiċi persistenti jiġi ttrattat skond l-Anness V għal dan ir-Regolament, b'tali mod li l-kontenut ta' pollutanti organiċi persistenti jinqered inkella jiġi ttrasformat b'mod irreversibbli. Skond l-Artikoli 7(6) u 14(3), il-Kummissjoni tista’ tadatta l-Annessi IV u V għall-progress xjentifiku u tekniku. Skond l-Artikoli 14(3), 17(1) u 17(2), il-Kummissjoni għandha tingħata għajnuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE, revokata mid-Direttiva 2006/12/KE.

Fis-7 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni ressqet abbozz ta’ Regolament li jemenda l-Annessi IV u V għall-vot fil-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE. Ma kienx hemm maġġoranza kkwalifikata għall-abbozz tar-Regolament.

Għalhekk, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 468/1999/KE proposta għal Regolament tal-Kunsill qed titressaq lill-Kunsill. Jekk il-Kunsill ma jkunx ħa azzjoni fi żmien tliet xhur mid-data ta' riferiment tal-proposta, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trattament ta’ skart li jkun fih pollutanti organiċi persistenti fil-proċessi ta’ produzzjoni termika u metallurġika

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE[1] u b’mod partikolari l-Artikolu 7(6) u l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1) Fit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni ta’ Bażel ġew adottati linji gwida tekniċi ġenerali aġġornati dwar il-ġestjoni ambjentali korretta ta’ l-iskart li jikkonsisti fi, li jkun fih inkella li huwa kkontaminat minn pollutanti organiċi persistenti (id-Deċiżjoni VIII/16). Is-subtaqsima dwar il-produzzjoni termika u metallurġika ta’ metalli ġiet miżjuda mat-taqsima IV.G.2 li tikkonċerna l-qerda u t-trasformazzjoni irriversibbli ta' l-iskart.

(2) L-aġġornament tal-linji gwida għandu jkun rifless fir-Regolament (KE) Nru 850/2004, peress li dawn il-linji gwida joffru sors rilevanti għall-progress xjentifiku u tekniku fit-trattament ta’ skart li jkun fih pollutanti organiċi persistenti.

(3) Il-linji gwida aġġornati jiddefinixxu wkoll il-livelli ta’ qerda u trasformazzjoni irriversibbli meħtieġa biex tiġi żgurata l-qerda tal-karatteristiċi ta’ pollutanti organiċi persistenti. Dawn il-metodi ma għandux ikollhom, fost l-oħrajn, valuri ta’ emissjonijiet ta’ dibenżo-p-dijossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurans poliklorinati (PCDFs) ogħla minn 0.1 ng TEQ/Nm3. Dan il-valur huwa identiku għall-valur tal-limitu ta’ emissjonijiet fl-arja kif stipulat fid-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ l-iskart[2]. Peress li hija essenzjali l-ħtieġa li l-faċilitajiet għat-trattament ta’ l-iskart li jkun fih pollutanti organiċi persistenti jissodisfaw il-valuri tal-limitu ta’ emissjonijiet għall-PCDDs u l-PCDFs stipulati fid-Direttiva 2000/76/KE, dawn il-valuri tal-limitu għandhom jiġu applikati, kemm jekk il-proċessi jkunu soġġetti għal dik id-Direttiva kif ukoll jekk le.

(4) Il-linji gwida tekniċi ġenerali aġġornati dwar il-pollutanti organiċi persistenti jirrakkomandaw ukoll, fit-taqsima IV.G.1, is-separazzjoni ta’ dak l-element ta’ skart minn tagħmir li jkun fih jew ikun ikkontaminat minn pollutanti organiċi persistenti. Dan ir-rekwiżit jiċċara l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tat-trattament ta’ qabel imsemmija fil-Parti 1 ta’ l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Għalhekk, il-Parti 1 ta’ l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandha tiġi emendata skond dan.

(5) Il-fatturi ta’ ekwivalenza ta’ tossiċità li ntużaw fl-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 biex jiġu kkalkulati l-limiti ta’ konċentrazzjoni għall-PCDDs u għall-PCDFs ġew aġġornati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-2005 skond l-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti. Dan għandhu jkun rifless fl-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004.

(6) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma dawk l-aktar xierqa biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

(7) Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

L-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huma emendati kif ġej:

1. L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

In-nota ta’ qiegħ il-paġna (**) tinbidel b'dan li ġej:

“Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skond il-fatturi ta’ ekwivalenza ta’ tossiċità li ġejjin (TEFs):

PCDD | TEF |

2,3,7,8-TeCDD | 1 |

1,2,3,7,8-PeCDD | 1 |

1,2,3,4,7,8-HxCDD | 0.1 |

1,2,3,6,7,8-HxCDD | 0.1 |

1,2,3,7,8,9-HxCDD | 0.1 |

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD | 0.01 |

OCDD | 0.0003 |

PCDF | TEF |

2,3,7,8-TeCDF | 0.1 |

1,2,3,7,8-PeCDF | 0.03 |

2,3,4,7,8-PeCDF | 0.3 |

1,2,3,4,7,8-HxCDF | 0.1 |

1,2,3,6,7,8-HxCDF | 0.1 |

1,2,3,7,8,9-HxCDF | 0.1 |

2,3,4,6,7,8-HxCDF | 0.1 |

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF | 0.01 |

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF | 0.01 |

OCDF | 0.0003 |

".

2. L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a) wara “R1 Użu prinċipali bħala karburanti jew mezzi oħra biex jiġġeneraw l-enerġija, eskluż skart li jkun fih il-PCBs” jiżdied dan li ġej:

"R4 Ir-riċiklaġġ/riġenerazzjoni tal-metalli u tal-komposti tal-metall, taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin: L-operazzjonijiet huma ristretti għal residwi ta’ proċessi tal-produzzjoni tal-ħadid u ta’ l-azzar, bħat-trabijiet jew ħama mit-trattament ta’ gassijiet, jew frak mill-ipproċessar ta’ metalli (mill scale), inkella trabijiet ta’ filtri li jintużaw fl-ipproċessar ta’ l-azzar u li jkun fihom iż-żingu, trabijiet minn sistemi ta’ purifikazzjoni ta’ gassijiet ta’ funderiji tar-ram u skart ieħor simili u residwi tat-tlissija li jkun fihom iċ-ċomb mill-produzzjoni ta’ metalli mingħajr kontenut ta’ ħadid. L-iskart li jkun fih il-PCBs huwa eskluż. L-operazzjonijiet huma ristretti għall-proċessi ta’ rkupru ta’ ħadid u liegi tal-ħadid (minn kalkari ta’ funderiji, fran b’passaġġi vertikali u fran tal-qiegħa) u metalli mingħajr kontenut ta’ ħadid (il-proċess Waelz b’forn li jdur, it-tidwib ta’ metalli f’banjijiet permezz ta’ fran vertikali jew orizzontali), sakemm il-faċilitajiet jissodisfaw, bħala rekwiżiti minimi, il-valuri tal-limitu ta’ emissjonijiet għall-PCDDs u għall-PCDFs kif stipulati fid-Direttiva 2000/76/KE, kemm jekk il-proċessi jkunu soġġetti għal dik id-Direttiva kif ukoll jekk le, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 2000/76/KE * fejn din tkun tapplika u għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE.

(*) Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91).”

(b) is-sentenza li ġejja tiddaħħal qabel l-aħħar sentenza:

“Meta parti biss minn prodott jew skart, bħal skart minn tagħmir, ikun fih jew ikun ikkontaminat minn pollutanti organiċi persistenti, din għandha tiġi separata u tintrema skond ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.”

(b) Fil-Parti 2, in-nota 6 ta’ qiegħ il-paġna tinbidel b’dan li ġej:

“(6) Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skond il-fatturi ta’ ekwivalenza ta’ tossiċità (TEFs) li ġejjin :

PCDD | TEF |

2,3,7,8-TeCDD | 1 |

1,2,3,7,8-PeCDD | 1 |

1,2,3,4,7,8-HxCDD | 0.1 |

1,2,3,6,7,8-HxCDD | 0.1 |

1,2,3,7,8,9-HxCDD | 0.1 |

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD | 0.01 |

OCDD | 0.0003 |

PCDF | TEF |

2,3,7,8-TeCDF | 0.1 |

1,2,3,7,8-PeCDF | 0.03 |

2,3,4,7,8-PeCDF | 0.3 |

1,2,3,4,7,8-HxCDF | 0.1 |

1,2,3,6,7,8-HxCDF | 0.1 |

1,2,3,7,8,9-HxCDF | 0.1 |

2,3,4,6,7,8-HxCDF | 0.1 |

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF | 0.01 |

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF | 0.01 |

OCDF | 0.0003 |

".

[1] ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7, kif ikkoreġut bil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5 u l-ĠU L 204, 4.8.2007, p. 28. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 323/2007 (ĠU L 85, 27.3.2007, p. 3).

[2] ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.