Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ l-esportazzjoni u l-ħżin sigur tal-merkurju metalliku li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE /* KUMM/2008/0452 finali - COD 2006/0206 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 8.7.2008 KUMM(2008) 452 finali 2006/0206 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għalREGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLdwar il-projbizzjoni ta’ l-esportazzjoni u l-ħżin sigur tal-merkurju metalliku LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE 2006/0206 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-projbizzjoni ta’ l-esportazzjoni u l-ħżin sigur tal-merkurju metalliku 1. Sfond Proċedura Fis-26 ta’ Ottubru 2006, il-Kummissjoni ppreżentat Proposta għal Regolament dwar il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni u l-ħżin sigur tal-merkurju metalliku lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-adozzjoni permezz tal-proċedura tal-kodeċiżjoni kif stipulat fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fil-25 ta' April 2007. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-20 ta' Ġunju 2007. Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu fl-20 ta' Diċembru 2007. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu mat-tieni qari fil-21 ta' Mejju 2008. 2. L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni Fit-28 ta’ Jannar 2005, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rigward Strateġija Komunitarja dwar il-Merkurju (COM (2005) 20 finali. L-Azzjoni 5 tistipula li “ bħala kontribuzzjoni pro-attiva għal sforz propost, organizzat globalment, sabiex titneħħa gradwalment il-produzzjoni primarja tal-merkurju u sabiex l-eċċessi milli jerġgħu jidħlu fis-suq ..., il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tipproponi emenda lil Regolament (KE) Nru. 304/2003 sabiex titneħħa gradwalment l-esportazzjoni ta' merkurju mill-Komunità sa l-2011 ." Skond l-Azzjoni 9, “ Il-Kummissjoni ser tieħu azzjoni sabiex issegwi l-ħażna tal-merkurju mill-industrija tal-kloralkali, skond skeda konsistenti mat-tneħħija gradwali ta’ esportazzjonijiet ta merkurju ppjanata sa l-2011 . Primarjament il-Kummissjoni ser tesplora kemm jeżisti lok biex jintlaħaq ftehim ma’ l- industrija .” Fl-24 ta’ Ġunju 2005, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet tiegħu fuq Strateġija dwar il-Merkurju. Laqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u saħaq fuq “ l-importanza tal-proposta sabiex titwaqqaf gradwalment l-esportazzjoni tal-merkurju mill-Komunità ”. Stieden ukoll lill-Kummissjoni “ sabiex tieħu azzjoni kemm jista jkun malajr ... tippreżenta proposti adattati” fuq il-kwistjoni tat-"tneħħija gradwali ta’ l-esportazzjoni tal-merkurju mill-Komunità u ta' azzjoni biex issegwi l-ħażna sikura u r-rimi ta merkurju inter alia mill-industrija tal-kloralkali skond skeda konsistenti mat-twaqqif gradwali intenzjonata ta' esportazzjonijiet ta’ merkurju ”. Fl-14 ta’ Marzu 2006, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni li tilqa’ l-Istrateġija, u tisħaq fuq “ l-importanza tal-proposta pro-attiva tal-Kummissjoni sabiex titwaqqaf gradwalment l-esportazzjoni ta’ merkurju metalliku ... mill-Komunità” u jitlob lill-Kummissjoni “ biex tieħu azzjoni sabiex tiżgura li kull merkurju li jiġi mill-industrija tal-kloralkali jiġi maħżun b'mod sikur ”. Din il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha għalhekk l-għan li timplimenta azzjonijiet 5 u 9 ta' l-Istrateġija billi tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' merkurju metalliku mill-Komunità kif ukoll li tiżgura li dan il-merkurju ma jerġax jidħol fis-suq u jinħażen b'mod sikur. L-għan fundamentali huwa li tillimita żidiet addizzjonali għall-“kwantità globali” ta’ merkurju diġà rilaxxat. 3. Kummenti tal-Kummissjoni 3.1 Ġenerali Fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-21 ta' Mejju 2008, il-Parlament Ewropew adotta pakkett ta' kompromess li jikkonsisti fi 22 emenda li dwarhom kien hemm qbil mal-Kunsill bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fit-tieni qari. Dawn l-emendi essenzjalment jikkonċernaw - l-ambitu tal-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni (estiża b'żewġ komposti tal-merkurju u taħlitiet b'kontenut għoli tal-merkurju, sabiex jipprevjeni l-evitar tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-merkurju metalliku) - id-data tad-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni (15 ta' Marzu 2011 minflok l-1 ta' Lulju 2011) - ir-rabta ta' skambju ta' l-informazzjoni u rapport dwar l-għażliet ta’ rimi sikur (solidifikazzjoni) ma’ l-adozzjoni ta' kriterji ta' aċċettazzjoni skond il-komitoloġija, - estensjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar u - klawżola ta' reviżjoni mtejba. Il-Kummissjoni taċċetta dawn l-emendi kollha peress li huma f'konformità ma' l-għan kumplessiv u l-karatteristiċi ġenerali tal-Proposta. 3.2 Proposta Emendata Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.