52008PC0419




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 2.7.2008

KUMM(2008) 419 finali

2008/0141 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni għall-impjegati (Riformolata) {SEG(2008) 2154}{SEG(2008) 2155}{SEG(2008) 2166}{SEG(2008) 2167}

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-proposta

Raġunijiet għal u għanijiet tal-proposta

1. Din il-proposta għal riformolazzjoni hija intiża biex temenda d-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni għall-impjegati[1], kif estiża għar-Renju Unit mid-Direttiva tal-Kunsill 97/74/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997[2] u adattata mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/109/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2006 minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija[3].

2. L-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/45/EC jipprovdi li, mhux iktar tard mit-22 ta’ Settembru 1999, il-Kummissjoni għandha, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew, teżamina mill-ġdid l-arranġamenti ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u teżamina b’mod partikolari jekk il-limiti fid-daqs tal-forza tax-xogħol humiex biżżejjed, bil-ħsieb li jiġu proposti emendi lill-Kunsill, fejn ikun hemm bżonn. Fir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 94/45/KE[4], il-Kummissjoni indikat li hi tieħu deċiżjoni dwar reviżjoni possibbli tad-Direttiva fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjonijiet l-oħra meħtieġa u l-evoluzzjoni tal-proposti leġiżlattivi l-oħra dwar l-involviment ta’ l-impjegati.

Sfond ġenerali

3. Erbatax-il sena mill-adozzjoni tad-Direttiva 94/45/KE, madwar 820 Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej huma attivi, u dawn jirrappreżentaw 14.5 impjegat bil-għan li jingħatalhom tagħrif u jiġu kkonsultati fil-livell transnazzjonali. Il-Kunsilli huma essenzjali għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet industrijali transnazzjonali u biex jgħinu jirrikonċiljaw l-għanijiet ekonomiċi u soċjali ġewwa s-Suq Wieħed, partikolarment permezz tar-rwol deċiżiv li għandhom fl-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla b’mod responsabbli.

4. Madankollu, hemm xi problemi fl-applikazzjoni prattika tad-Direttiva 94/45/KE. Id-dritt għal informazzjoni u konsultazzjoni mhuwiex effettiv biżżejjed, billi l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew mhux infurmat u kkonsultat biżżejjed fil-każ tar-ristrutturar. Il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej twaqqfu biss f’36% ta’ l-impriżi li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva. Hemm inċertezzi legali, partikolarment fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-livelli nazzjonali u transnazzjonali ta’ konsultazzjoni u fil-każ tal-merġers u l-akkwisti. Fi tliet każijiet li tressqulha għal deċiżjonijiet preliminari[5], il-Qorti Ewropea tal-ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej interpretat ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni meħtieġa għat-twaqqif ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew. Fl-aħħarnett, il-konsistenza u l-irbit bejn id-direttivi varji dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati mhumiex f’livell adegwat.

5. Il-Kunsill Ewropej tax-Xogħlijiet jeħtieġ ikunu kapaċi jaqdu r-rwol sħiħ tagħhom fl-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla u l-ħolqien ta’ djalogu soċjali u transnazzjonali ġenwin. L-għan ta’ din il-proposta hu għalhekk li, flimkien ma’ azzjoni mhux regolatorja, ikun żgurat li d-drittijiet transnazzjonali ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati jkunu effettivi, li jiżdied il-proporzjon ta’ Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej imwaqqfa, li tiżdied iċ-ċertezza legali u jiġi żgurat irbit aħjar bejn id-direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati.

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

6. Din il-proposta tqis il-fatt li hemm direttivi oħra fil-qasam ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati. Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea [6] tistipula l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu applikati fil-livell nazzjonali. Id-Direttiva 98/59/KE[7] u d-Direttiva 2001/23/KE[8] huma applikabbli fejn hemm previsti speċifikament tkeċċijiet jew trasferimenti. Id-Direttivi 2001/86/KE[9] u 2003/72/KE[10] jirregolaw l-involviment ta’ l-impjegati fil-Kumpaniji Ewropej u s-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej.

Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn ta’ l-Unjoni

7. Fl-isfond ta’ l-Aġenda Soċjali Mġedda[11], din l-inizjattiva hi maħsuba biex tikkontribwixxi lejn l-isforzi ta’ l-Unjoni Ewropea biex iċ-ċittadini kollha jibbenefikaw mill-globalizzazzjoni b’mod ibbilanċjat. Flimkien mar-rapporti dwar ir-ristrutturar u l-ftehimiet kollettivi transnazzjonali, għandha l-għan li tħeġġeġ lill-impriżi u lill-impjegati biex jantiċipaw u jadattaw għall-bidliet li jkollhom jindirizzaw. Permezz ta’ l-involviment xieraq ta’ l-impjegati, tikkontribwixxi għat-titjib tad-djalogu soċjali fi ħdan impriżi transnazzjonali u biex tinħoloq klima li tkattar it-tfittxija għal soluzzjonijiet li jgħaqqdu l-flessibilità u s-sigurtà.

8. L-inizjattiva preżenti hija parti mil-Istrateġija Mġedda ta’ Liżbona, li l-għan tagħha hu, partikolarment, li jinħolqu iktar impjiegi ta’ kwalità ogħla f’Ewropa iktar dinamika u kompetittiva. Iżżid mal-promozzjoni ta’ l-aħjar prassi, xi ħaġa li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa b’mod sostanzjali, u b’appoġġ għall-imsieħba soċjali, partikolarment fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ kwistjonijiet marbuta mal-ħiliet u l-mobilità tal-ħaddiema, is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol, u l-ambjent fl-attivitajiet tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej. Hija wkoll parti mill-programm tal-Kummissjoni ‘regolamentazzjoni aħjar’, billi tenfasizza l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tiġi adattata sabiex jitqiesu r-rekwiżiti ekonomiċi u soċjali ġodda, partikolarment dawk li jirrigwardaw iż-żieda fl-għadd u l-iskala ta’ l-operazzjonijiet transnazzjonali ta’ ristrutturar.

9. Din l-inizjattiva biħsiebha tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din l-inizjattiva se tfittex li tiżgura rispett assolut għad-dritt ta’ l-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom li jkunu ggarantiti informazzjoni u konsultazzjoni f’waqthom u fil-livelli adegwati fil-każijiet u skond il-kundizzjonijiet ipprovduti il-liġi Komunitarja u l-liġijiet u l-prassi nazzjonali, deskritti fl-Artikolu 27 tal-Karta msemmija.

2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni ta’ l-impatt

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

10. F’konformità ma’ l-Artikolu 138, tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat l-imsieħba soċjali fil-livell Komunitarju dwar l-orjentazzjoni possibbli ta’ azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam[12]. L-organizzazzjonijiet ta’ l-impjegati qablu ma’ reviżjoni rapida tad-Direttiva, filwaqt li l-għaqdiet ta’ min iħaddem ma qablux ma’ reviżjoni bħal din. L-imsieħba soċjali mbagħad iddefinixxew flimkien l-aħjar prassi fir-rigward tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u l-Kummissjoni mbagħad reġgħet ikkonsultathom fir-rigward tal-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dik il-prassi[13]. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni stmat li azzjoni Komunitarja kienet mixtieqa u kkonsultat l-imsieħba soċjali fil-livell Komunitarju dwar il-kontenut tal-proposta maħsuba, skond l-Artikolu 138(3), tat-Trattat[14].

11. Bi tweġiba għal din l-aħħar konsultazzjoni, l-għaqdiet ta’ min iħaddem - BusinessEurope, CEEP u UEAPME - stqarru li huma lesti jiftħu n-negozjati fil-kuntest tad-Djalogu Soċjali Ewropew. Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions ħasset li dawn in-negozjati ma kinux realistiċi. Wara appell ieħor lill-imsieħba soċjali, il-Kummissjoni nnutat li ma kienx hemm negozjati skond l-Artikolu 138(4) tat-Trattat u għalhekk iddeċidiet li tibgħat din il-proposta, b'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa stabbilita għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

12. BusinessEurope u UEAPME, li kienu lestew ruħhom għan-negozjati, ma taw ebda opinjoni dwar il-kontenut ta’ l-inizjattiva ppjanata. CEEP u l-għaqdiet ikkonsulatati li jirrappreżentaw lil dawk li jħaddmu fl-oqsma tal-lukandi/ristoranti (HOTREC), il-banek (EBF) u l-kummerċ (EUROCOMMERCE) stqarru l-opinjonijiet tagħhom dwar it-tibdil ippjanat, l-istess kif għamlu l-Association française des entreprises privées (AFEP), il-Kamra Amerikana tal-Kummerċ għall-Unjoni Ewropea (AmCham EU) u impriża individwali.

13. Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) u n-Netwerk Ewropew tal-Meniġers (CEC) ipproponew xi adattamenti għall-proposti mressqa għall-konsultazzjonijiet, kif ukoll xi emendi lid-Direttiva. Il-Konfederazzjoni ta’ sindikati Nordiċi tal-banek, il-finanzi u l-assigurazzjoni (NFU Finance), Finansforbündet u r-rappreżentanti ta’ l-impjegati minn sitt impriżi wkoll ħadu l-opportunità biex jagħtu l-opinjoni tagħhom.

14. It-tweġibiet ta’ l-organizzazzjonijiet ikkonsultati u l-kontributi li wasslu ġew eżaminati bir-reqqa u tqiesu fil-proċess ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt, li r-rapport dwarha hu inkluż mal-proposta. L-eżami li sar wassal lill-Kummissjoni biex temenda ċerti proposti previsti fid-dokument ta’ konsultazzjoni, pereżempju fir-rigward tad-dispożizzjonijiet bil-għan ta’ teħid effettiv tad-deċiżjonijiet fl-impriżi, il-limitazzjoni ta’ l-ambitu transnazzjonali, l-introduzzjoni ta’ limitu għar-rappreżentazzjoni, l-ekwilibriju fir-rappreżentazzjoni ta’ l-impjegati, it-tisħiħ tal-kumitat magħżul u li l-ftehimiet ta’ antiċipazzjoni jsiru iktar sikuri mingħajr ma tiġi applikata l-klawżola ta’ adattament.

Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

15. Barra mill-evalwazzjonijiet fuq il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej imwettqa minn operaturi soċjali jew minn akkademiċi, il-Kummissjoni talbet lil konsulenti esterni biex jagħmlu studju sabiex ikejlu l-impatt potenzjali ta’ għażliet potenzjali varji, partikolarment fir-rigward ta’ l-ispejjeż. Dan l-istudju, li sar fl-2008, inkluda stħarriġ ta’ kampjun aleatorju ta’ madwar 10 % tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej attivi. Kemm il-meniġment u kif ukoll ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati kienu inklużi fl-istħarriġ.

16. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju ġew integrati fl-evalwazzjoni ta’ l-impatt u se jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

Evalwazzjoni ta' l-Impatt

17. Saret evalwazzjoni ta’ l-impatt. Din ippermettiet li tiġi identifikata l-problema preċiża li għandha tiġi indirizzata mill-azzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea u li jiġu fformolati l-erba’ għanijiet, jiġifieri, li d-drittijiet ikunu effettivi, li tiżdied il-proporzjon ta’ Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej stabbiliti, li tiżdied iċ-ċertezza legali, u l-irbit ta’ l-istrumenti leġiżlattivi Komunitarji dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati, kif ukoll l-għanijiet operattivi ta’ din l-azzjoni, u biex jiġu eżaminati tliet possibbiltajiet għall-ksib tagħhom.

18. Ebda azzjoni mill-Unjoni Ewropea hija l-ewwel possibbiltà. Din ma tippermettix li jintlaħqu l-għanijiet deskritti.

19. It-tieni possibbiltà hija approċċ mhux regolatorju u l-promozzjoni addizzjonali ta’ l-aħjar prassi. Din tinkludi iktar azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, segwiti, jekk ikun hemm bżonn, bi proposta li żżid l-appoġġ finanzjarju għall-promozzjoni ta’ l-aħjar prassi u rakkomandazzjoni għat-twaqqif u l-operat ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew. Din għandha bosta vantaġġi soċjali u ekonomiċi, mingħajr ma żżid spejjeż addizzjonali għall-impriżi. Madankollu, tista tindirizza biss l-għanijiet ta’ ċertezza legali u rbit mal-liġi Komunitarja sa ċertu punt.

20. Ir-reviżjoni tal-leġiżazzjoni fis-seħħ hija t-tielet possibbiltà. Din tinkludi emendi lid-Direttiva 94/45/KE primarjament lid-definizzjonijiet ta’ informazzjoni u konsultazzjoni, id-determinazzjoni ta’ l-ambitu transnazzjonali tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej, l-adattament tar-rekwiżiti sussidjarji, it-taħriġ tar-rappreżentanti ta' l-impjegati u r-rwol tat-trade unions. Ħlief għal żewġ subpossibbiltajiet dwar it-tnaqqis tal-limitu ta’ l-istaff għal 500 impjegat u t-twaqqif ta’ mekkaniżmu biex jiġu rreġistrati l-ftehimiet, din l-għażla hija l-aktar waħda adatta għall-ksib ta’ l-għanijiet imsemmija, minkejja li tinvolvi spejjeż addizzjonali għall-impriżi. Madankollu, il-kapaċità tagħha li tiżviluppa l-attenzjoni ta’ l-atturi biex itejbu l-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali ta’ l-impjegati hija limitata.

21. L-evalwazzjoni ta’ l-impatt tikkonkludi li t-tnedija ta’ reviżjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ flimkien ma’ azzjoni mhux regolatorja dwar il-komunikazzjoni u l-promozzjoni hija l-iktar waħda adatta.

3. Elementi ġuridiċi tal-proposta

Sommarju tal-miżuri proposti

22. Il-proposta ta’ riformolazzjoni tinkludi l-modifiki sostantivi tad-Direttiva 94/45/KE li ġejjin:

- l-introduzzjoni ta’ prinċipji ġenerali dwar l-arranġamenti għal informazzjoni transnazzjonali u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati, l-introduzzjoni ta’ definizzjoni ta’ informazzjoni, u l-iċċarar tad-definizzjoni ta’ konsultazzjoni;

- il-limitazzjoni tal-kompetenza tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej fi kwistjonijiet transnazzjonali u l-introduzzjoni ta’ rbit definit bħala prijorità bi ftehim ma’ l-impriża tal-livelli nazzjonali u transnazzjonali ta’ informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati;

- il-kjarifika tar-rwol tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati u ta’ l-opportunà li jgawdu mit-taħriġ, kif ukoll ir-rikonoxximent tar-rwol tat-trade unions fir-rigward tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati;

- il-kjarifika tar-responsabilitajiet dwar l-għoti ta’ informazzjoni li tippermetti l-bidu ta’ negozjati u regoli dwar in-negozjar ta’ ftehimiet biex jitwaqqfu Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej ġodda;

- l-adattament għall-evoluzzjoni tal-bżonnijiet tar-rekwiżiti sussidjarji applikabbli fin-nuqqas ta’ ftehim;

- l-introduzzjoni ta’ klawżola ta’ adattament tal-ftehim applikabbli għal ftehimiet li jirregolaw il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej jekk l-istruttura ta’ l-impriża jew tal-grupp ta’ impriżi u, sakemm ma tiġix applikata l-klawżola ta’ adattament, l-issuktar tal-ftehimiet fis-seħħ.

Bażi legali

23. Il-bażi għal din il-proposta leġiżlattiva hija l-Artikolu 137 tat-Trattat li jistipula li l-Komunità għandha tappoġġa u tlesti l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri fil-qasam ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati.

Prinċipju tas-sussidjarjetà

24. L-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod adegwat mill-Istati Membri, sa fejn għandu x’jaqsam l-emendar ta’ l-att legali Komunitarju fis-seħħ li jirregola d-dispożizzjonijiet ta’ natura transnazzjonali. L-Unjoni Ewropea għandha iktar il-ħila li timmodifika dan l-att u li tipprovdi għal irbit ma’ dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali oħra f’dan il-qasam. Partikolarment, azzjoni Komunitarja biss tista’ tintroduċi tibdil lit-twaqqif u t-tħaddim ta’ Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej: dan it-tibdil jeħtieġ modifiki konsistenti u kkoordinati fil-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri, billi l-applikazzjoni tal-liġi fi Stat Membru wieħed għandha effetti fuq id-drittijiet u l-obbligi ta' impriżi u impjegati fi Stati Membri oħra. Madankollu, il-proposta tħalli lill-Istati Membri r-rwol li jadattaw id-dispożizzjonijiet tas-sistemi ta’ relazzjonijiet industrijali u s-sistemi legali nazzjonali, partikolarment fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-ħatra jew l-elezzjoni ta’ rappreżentanti ta’ l-impjegati, il-protezzjoni tagħhom u d-determinazzjoni tal-penalitajiet xierqa.

Prinċipju tal-proporzjonalità

25. Permezz tal-prijorità li tagħti lin-negozjar fil-livell ta’ l-impriża, mingħajr regoli minimi, id-Direttiva hija flessibbli ħafna f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-adattament tat-tħaddim tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għall-kundizzjonijiet speċifiċi fejn jieħu azzjoni, u fl-għażla tiegħu ta' arranġamenti konkreti u t-tibdil relatat. Il-proposta żżomm din il-flessibilità filwaqt li tiċċara l-qafas li fih topera. Billi żżomm applikazzjoni waħda għal elf ħaddiem, il-proposta tevita wkoll li jkunu imposti restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji jew ġuridiċi b’tali mod li jfixklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħir u medji.

Għażla ta’ l-istrumenti

26. Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, li tista' ssir biss permezz ta' direttiva, hija konformi ma' l-approċċ mhux regolatorju u l-promozzjoni ta' l-aħjar prassi mwettqa b'appoġġ ta' l-imsieħba soċjali.

4. Implikazzjoni għall-baġit

27. Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni għall-Baġit tal-Komunità.

5. Tagħrif addizzjonali

Is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis ta’ l-ispejjeż amministrattivi

28. Għandhom isiru bosta emendi sostanzjali lid-Direttiva 94/45/KE[15]. Din id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

29. Il-proposta tikkontribwixxi lejn l-irbit tad-Direttiva 94/45KE ma’ direttivi oħra li jirrigwardaw l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati, partikolarment bl-allinjament tad-definizzjonijiet, id-determinazzjoni ta’ l-ambitu tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u l-inkorporazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-irbit bejn il-livelli ta’ informazzjoni u konsultazzjoni. Għalhekk, tikkontribwixxi lejn is-simplifikazzjoni tal-qafas leġiżlattiv.

Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni

30. Il-proposta tipprevedi klawżola ta’ analiżi mill-ġdid ħames snin wara d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni.

Tabella ta’ korrelazzjoni

31. L-Istati Membri huma mitluba jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali għat-traspożizzjoni tad-Direttiva kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Żona Ekonomika Ewropea

32. Din il-proposta tikkonċerna kwistjoni rilevanti għaż-ŻEE, u għalhekk għandha testendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

33. Saru bidliet sostantivi, kif ġej, lill-Artikoli 1, 2, 4, 5, 6, 10, 11, 12, 13 u 14 tad-Direttiva 94/45/KE u lill-Anness tagħha. L-Artikoli 3 u 9 tad-Direttiva 94/45/KE nbidlu ftit filwaqt li l-Artikoli 7 u 8 ma nbidlux.

34. Prinċipji ġenerali u kunċetti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni. L-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/45/EC jistipula li l-arranġamenti għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati għandhom isegwu l-prinċipju ġenerali ta’ l-effettivà. L-Artikolu 2 jintroduċi definizzjoni ta’ informazzjoni u jagħmel id-definizzjoni ta’ konsultazzjoni konformi ma’ dik ta’ direttivi iktar riċenti li jinkludu l-kunċetti ta’ żmien, il-mod u l-kontenut xierqa għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni.

35. Kompetenza transnazzjonali tal-Kunsill Ewopew tax-Xogħlijiet. L-Artikolu 1 jistabblixxi l-prinċipju tal-livell rilevanti skond is-suġġett in kwistjoni. Għal dan il-għan, il-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew huwa limitat għal kwistjonijiet transnazzjonali, u d-determinazzjoni ta’ jekk kwistjoni hijiex transnazzjonali ġiet trasferita mir-rekwiżiti sussidjarji preżenti lejn l-Artikolu 1, sabiex tkun tista’ tiġi applikata lill-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej stabbiliti minn ftehim. Id-definizzjoni tan-natura transnazzjonali hija speċifikata partikolarment fir-rigward ta’ l-effetti potenzjali ta’ kwistjoni f’mill-inqas żewġ Stati Membri.

36. Rabtiet bejn il-livelli ta’ informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati. L-Artikolu 12 jintroduċi l-prinċipju ta’ rabta bejn il-livelli nazzjonali u transnazzjonali ta’ informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati b’kunsiderazzjoni tal-kompetenzi u l-oqsma ta’ azzjoni tal-korpi rappreżentattivi. L-arranġamenti għal din ir-rabta huma definiti mill-ftehim konkluż skond l-Artikolu 6, li issa jkopri dan is-suġġett. Fejn ma hemmx arranġamenti bħal dawn u fejn id-deċiżjonijiet aktarx iwasslu għal tibdil sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol u l-kuntratti tax-xogħol, il-proċess ikollu jibda fl-istess waqt fil-livell nazzjonali u l-livell Ewropew.Billi ċerta leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tiġi adattata sabiex ikun żgurat li l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew ikun jista’, skond il-każ, jirċievi informazzjoni minn qabel jew fl-istess ħin bħall-korpi nazzjonali, ġiet miżjuda klawżola biex tistipula li ma għandux ikun hemm tnaqqis fil-livell ġenerali ta’ protezzjoni ta’ l-impjegati. It-titli tad-direttivi marbuta mat-tkeċċijiet u mat-trasferimenti kollettivi ta’ l-impriżi ġew aġġornati u ddaħħlet referenza għad-Direttiva ta’ qafas 2002/14/KE.

37. Rwol u kompetenza tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati. L-obbligu tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati li jirrappurtaw lill-impjegati li jirrappreżentaw ġie trasferit għar-rekwiżiti sussidjarji tad-Direttiva lejn l-Artikolu 10, li jindirizza wkoll ir-rwol tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati u l-protezzjoni tagħhom. Il-kompetenza tal-membri li jirrappreżentaw lill-impjegati fil-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew li jirrappreżentaw lill-impjegati ta’ impriża jew grupp ta’ impriżi huwa stabbilit. Il-possibbiltà għar-rappreżentanti ta’ l-impjegati li jgawdu minn taħriġ mingħjar ma jitilfu l-paga hija ċċarata.

38. Ftuħ u andament tan-negozjati. Skond il-prinċipji ta’ interpretazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-ġustizzja l-Artikolu 5 jiċċara r-responsabbiltà tal-meniġment lokali li jipprovdu l-informazzjoni li tippermetti li jinfetħu n-negozjati bil-għan li jitwaqqfu Kunsill Ewropej tax-Xogħlijiet ġodda[16]. Sabiex jiġu riżolti l-inċertezzi legali u tiġi ssimplifikata l-kompożizzjoni tal-korp speċjali ta’ negozjati, dan ġie modifikat għal rappreżentant wieħed għal kull porzjoni ta’ 10% ta’ l-impjegati fi Stat Membru li jkollu mill-inqas 50 impjegat. Id-dritt tar-rappreżentant li jiltaqa’ mingħajr il-preżenza ta’ dak li jħaddmu ġie ċċarat.

39. Rwol tat-trade unions u l-għaqdiet ta’ dawk li jħaddmu. L-Artikolu 5 jintroduċi l-obbligu li t-trade unions u l-għaqdiet ta’ dawk li jħaddmu jiġu infurmati bil-bidu tan-negozjati mat-twaqqif ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u jsemmi espliċitament l-organizzazzjonijiet tat-trade unions fost l-esperti li r-rappreżentanti ta’ l-impjegati jistgħu jirrikorru għandhom għall-għajnuna waqt in-negozjati.

40. Kontenut tar-rekwiżiti sussidjarji (li japplikaw fin-nuqqas ta’ ftehim). L-Anness jagħmel distinzjoni bejn l-oqsma fejn l-informazzjoni hija meħtieġa u dawk fejn tkun meħtieġa l-konsultazzjoni, u jintroduċi l-possibbiltà li tinkiseb tweġiba, u r-raġunijiet għal dik it-tweġiba, għal kull opinjoni li tingħata. Bil-għan li jkunu antiċipati dawn l-eventwalitajiet, iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu informazzjoni u l-ftuħ ta’ possibbiltà ta’ laqgħa ta’ kumitat magħżul ġew estiżi sabiex jinkludu ċ-ċirkostanzi fejn id-deċiżjonijiet previsti aktarx jaffettwaw l-interessi ta’ l-impjegati konsiderevolment. Sabiex il-kumitat magħżul ikun jista’ jaqdi dan ir-rwol importanti, l-għadd massimu ta’ membri tiegħu huwa stabbilit għal ħamsa u żdiedet dispożizzjoni li tistipula li għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li fih għandu jeżerċita l-attivitajiet tiegħu.

41. Klawżola ta’ adattament u ftehimiet fis-seħħ Il-ftehimiet skond l-Artikolu 6 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-emendi u n-negozjar mill-ġdid. Meta l-istruttura ta’ impriża jew grupp ta’ impriżi tinbidel sostanzjalment, l-Artikolu 13 jipprovdi biex il-ftehimiet fis-seħħ jiġu adattati skond id-dispożizzjonijiet tal-fehim applikabbli jew, awtomatikament u fejn issir rikjesta, skond il-proċedura tan-negozjati għal ftehim ġdid marbut mal-membri tal-Kunsill(i) Ewopew/j tax-Xogħlijiet eżistenti. Dawn il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej jibqgħu joperaw, possibbilment bl-adattamenti, sakemm jintlaħaq ftehim ġdid u mbagħad jiġu xolti u l-ftehimiet jiġu tterminati. Ħlief fejn tapplika din il-klawżola ta’ adattament, il-ftehimiet fis-seħħ konklużi b’antiċipazzjoni xorta ma jaqgħux taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u ma jkunx hemm obbligu ġenerali biex jerġgħu jiġu nnegozjati dawk konklużi skond l-Artikolu 6.

42. Dispożizzjonijiet oħra. Fl-Artikolu 6, it-twaqqif u t-tħaddim ta’ kumitat magħżul, skond il-każ, jagħmlu parti mill-kontenut tal-ftehim. L-Artikolu 15 jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni fejn reviżjoni hija prevista għal ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni. Fl-Anness, il-kompożizzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew stabbilit fin-nuqqas ta’ ftehim hija allinjata mal-kompożizzjoni ġdida tal-korp speċjali tan-negozjati.

⎢ 94/45/KE (adattat)

2008/0141 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA √ TAL-PARLAMENT EWROPEW U Õ TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni għall-impjegati √ (Test rilevanti għaż-ŻEE) Õ

√ IL-PARLAMENT EWROPEW U Õ L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar il-politika soċjali mehmuż mal-Protokoll 14 dwar il-politika soċjali mehmuż mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

√Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 137 tiegħu, Õ

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-KummissjoniÖ [17] Õ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ö Ewropew[18] Õ,

√Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[19] Õ,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 189 C Ö 251 tat-Trattat Õ Ö [20] Õ,

√ Billi Õ:

∫ ġdid

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni għall-impjegati[21] għandha tiġi emendata sostanzjalment[22]. Din id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

⎢ 94/45/KE premessa 1 (adattat)

Billi, fuq il-bażi tal-Protokoll dwar il-Politika Soċjali mehmuż mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubbika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika Portugiża (iktar 'l isfel li hemm referenza għalihom bħala “l-Istati Membri”) bix-xewqa li jimplimentaw il-Karta Soċjali ta' 1989, adottaw Ftehim dwar il-Politika Soċjali;

⎢ 94/45/KE premessa 2 (adattat)

L-Artikolu 2(2) tal-Ftehim imsemmi jawtorizza lill-Kunsill biex jadotta l-ħtiġijiet minimi permezz ta' Direttivi.

∫ ġdid

(2) Skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/45/KE, il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u ma’ l-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew, irrevediet l-arranġamenti ta’ applikazzjoni tad-Direttiva msemmija u eżaminat partikolarment jekk il-limiti tad-daqs tal-forza tax-xogħol humiex adegwati bil-għan li jiġu proposti emendi, fejn ikun hemm bżonn.

(3) Wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew, il-Kummissjoni ppreżentat rapport[23] lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva 94/45/KE.

⎢ 94/45/KE premessa 4 (adattat)

Il-punt 17 tal-Karta tal-Komunità dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema jipprovdi, fost ħwejjeġ oħra, illi t-tagħrif, il-konsultazzjoni u l-parteċipazjoni tal-ħaddiema għandhom jiġu żviluppati fuq linji xierqa, filwaqt li jitqiesu l-prattiċi fis-seħħ fl-Istati Membri differenti; billi l-Karta tiddikjara illi “dan għandu japplika speċjalment fil-kumpaniji jew il-gruppi tal-kumpaniji li jkollhom stabbilimenti jew kumpaniji f'żewġ Stati Membri jew iktar”.

⎢ 94/45/KE premessa 5 (adattat)

Il-Kunsill, minkejja l-eżistenza ta' consensus wiesa' fost il-maġġoranza ta' l-Istati Membri, ma kienx kapaċi li jaġixxi fuq il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew fl-impriżi jew fil-gruppi ta' impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' tagħrif u konsultazzjonijiet ta' l-impjegati[24], kif emendata fit-3 ta' Diċembru 1991[25].

⎢ 94/45/KE premessa 6 (adattat)

Il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim dwar il-Politika Soċjali, ikkonsultat l-amministrazzjoni u lill-ħaddiema fuq livell Komunitarju dwar id-direzzjoni possibbli ta' l-azzjoni mill-Komunità rigward it-tagħrif u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' impriżi fuq skala Komunitarja.

⎢ 94/45/KE premessa 7 (adattat)

Il-Kummissjoni, filwaqt li kkunisdrat li wara din il-konsultazzjoni azzjoni Komunitarja kienet ta' min jirrakkommandaha, reġgħet ikkonsultat ma' min imexxi u lill-ħaddiema dwar il-kontenut tal-proposta ppjanata, skond l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim imsemmi, u min imexxi u l-ħaddiema ppreżentaw l-opinjoni tagħhom lill-Kummissjoni.

⎢ 94/45/KE premessa 8 (adattat)

Wara din it-tieni fażi ta' konsultazzjoni, min imexxi u l-ħaddiema ma għarrfux lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċess li jista' jwassal għall-konklużjoni ta' ftehim, kif iprovdut fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.

∫ ġdid

(4) F’konformità ma’ l-Artikolu 138(2), tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat l-imsieħba soċjali fil-livell Komunitarju dwar l-orjentazzjoni possibbli ta’ azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam.

(5) Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni stmat li azzjoni Komunitarja kienet mixtieqa u mill-ġdid ikkonsultat l-imsieħba soċjali fil-livell Komunitarju dwar il-kontenut tal-proposta maħsuba, skond l-Artikolu 138(3), tat-Trattat.

(6) Wara din it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni, l-imsieħba soċjali ma infurmawx lill-Kummissjoni bix-xewqa reċiproka tagħhom li jibdew il-proċess li jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim, hekk kif stipulat fl-Artikolu 138(4), tat-Trattat.

(7) Jixraq li tiġi mmodernizzata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati bil-għan li tiġi żgurata l-effettività tad-drittijiet transnazzjonali ta’ informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati, li jiżdied il-proporzjon ta’ Kunsilli Ewropej ta’ Xogħlijiet stabbiliti, li jiġu solvuti l-problemi fl-applikazzjoni prattika tad-Direttiva 94/45/KE u li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ċertezza legali li jirriżulta minn xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha jew min-nuqqas ta’ ċerti dispożizzjonijiet, u li jiġi żgurat li jkun hemm irbit aħjar bejn l-istrumenti leġiżlattivi Komunitarji dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati.

⎢ 94/45/KE premessa 3 (adattat)

(8) Skond l-Artikolu 1 tal-Ftehim Ö 136 tat-Trattat Õ, għan partikolari tal-Komunità u ta' l-Istati Membri huwa li jitmexxa ’l quddiem djalogu bejn min imexxi u l-impjegati.

∫ ġdid

(9) Din id-Direttiva hija parti mill-qafas Komunitarju maħsub biex jappoġġa u jikkompleta l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri fil-qasam ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati. Dan il-qafas għandu jillimita l-piż fuq l-impriżi jew l-istabbilimenti filwaqt li jiżgura l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet mogħtija.

⎢ 94/45/KE premessa 9

(10) Il-funzjonament tas-suq intern jinvolvi proċess ta' konċentrazzjonijiet ta' impriżi, ta' korporazzjonijiet li jaqsmu l-fruntieri, ta' kisba ta' impriżi, ta' impriżi konġunti u, konsegwentement, tat-transnazzjonalizzazzjoni ta' l-impriżi u tal-gruppi ta' l-impriżi. Jekk iridu jiġu żviluppati l-attivitajiet ekonomiċi f'mod armonjuż, l-impriżi u l-gruppi ta' l-impriżi li joperaw f'żewġ Stati Membri jew iktar għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lir-rappreżentanti ta' dawk mill-impjegati tagħhom li jiġu affettwati bid-deċiżjonijiet tagħhom.

⎢ 94/45/KE premessa 10

(11) Il-proċeduri sabiex jiġu infurmati u kkonsultati l-impjegati kif inkorporati fil-leġislazzjoni jew fil-prattika fl-Istati Membri spiss mhumiex ingranati għall-istruttura transnazzjonali ta' l-entità li tieħu d-deċiżjonijiet li jaffettwaw lil dawn l-impjegati. Dan jista' jwassal għal trattament mhux ugwali għall-ħaddiema affettwati bid-deċiżjoni ġewwa l-istess impriża jew il-grupp ta' l-impriżi.

⎢ 94/45/KE premessa 11

(12) Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw illi l-ħaddiema ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja jiġu infurmati u kkonsultati kif jixraq meta jittieħdu deċiżjonijiet illi jaffettwawhom fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn ikunu impjegati.

⎢ 94/45/KE premessa 12

(13) Sabiex jiġi ggarantit illi l-impjegati ta' l-impriżi jew tal-gruppi ta' l-impriżi f'żewġ Stati Membri jew iktar jiġu mgħarrfa u kkonsultati kif xieraq, huwa meħtieġ illi jitwaqqaf Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew li jinħolqu proċeduri oħra addattati għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali ta' l-impjegati.

∫ ġdid

(14) L-arranġamenti għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati jeħtieġ jiġu definiti u implimentati b’tali mod li tkun żgurata l-effettività tagħhom fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jseħħu f’waqthom u jippermettu li tingħata opinjoni lill-impriża mingħajr ma jikkomprometti l-ħila tagħha li tadatta. Huwa biss id-djalogu fil-livell fejn id-direzzjonijiet jitħejjew u jkun hemm involviment effettiv ta’ l-impjegati, li huwa kapaċi jissodisfa l-bżonn ta’ antiċipazzjoni u akkumpanjament għall-bidla.

(15) Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu ggarantiti l-informazzjoni u l-konsultazzjoni fil-livell rilevanti ta’ ġestjoni u rappreżentazzjoni, skond is-suġġett in kwistjoni. Għal dan il-għan, il-kompetenza u l-ambitu ta’ azzjoni ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu distinti minn dawk ta’ korpi rappreżentattivi nazzjonali u għandhom ikunu limitati għal kwistjonijiet transnazzjonali.

(16) In-natura transnazzjonali ta’ kwistjoni għandha tiġi ddeterminata billi jitqiesu kemm il-wisgħa ta’ l-effetti potenzjali tagħha kif ukoll il-livell ta’ ġestjoni u rappreżentazzjoni li tinvolvi. Għal dan l-iskop, kwistjonijiet li jikkonċernaw l-impriża sħiħa jew il-grupp sħiħ jew mill-inqas żewġ Stati Membri għandhom jitqiesu bħala transnazzjonali.

⎢ 94/45/KE premessa 13 (adattat)

(17) Hija meħtieġa definizzjoni tal-kunċett ta' impriża tal-kontroll li jkollha x'taqsam biss ma' din id-Direttiva u li ma tippreġudikax id-definizjonijiet tal-kunċetti tal-grupp jew tal-kontroll li jistgħu jiġu adottati fi kwalunkwe test li jrid jiġi abbozzat fil-ġejjieni Ö li jinsabu f’testi oħrajn Õ.

⎢ 94/45/KE premessa 14

(18) Il-mekkaniżmi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati f'dawn l-impriżi jew il-gruppi għandhom jikkomprendu l-istabbilimenti kollha jew, skond kif ikun il-każ, l-impriżi tal-grupp, li jinsabu fl-Istati Membri, mingħajr ma jingħata kas jekk l-impriża jew l-impriża tal-kontroll tal-grupp ikollhomx it-tmexxija ċentrali tagħhom ġewwa jew barra t-territorju ta' l-Istati Membri.

⎢ 94/45/KE premessa 15

(19) Skond il-prinċipju ta' l-awtonomija tal-partijiet, hija r-responsabbiltà tar-rappreżentanti ta' l-impjegati u ta' min imexxi l-impriża jew tal-impriża li tikkontrolla l-grupp li jistabbilixxu bi ftehim in-natura, il-kompożizzjoni, il-funzjoni, il-mod ta' l-operazzjoni, il-proċeduri u r-riżorsi finanzjarji tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħolijiet jew il-proċeduri l-oħra ta' tagħrif u ta' konsultazzjoni sabiex ikunu jixirqu ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.

⎢ 94/45/KE premessa 16

(20) Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, hija r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri li jistabbilixxu min huma r-rappreżentanti ta' l-impjegati u b'mod partikolari li jipprovdu, jekk jikkunsidrawha xierqa, rappreżentanza bbilanċjata tal-kategoriji differenti ta' l-impjegati.

∫ ġdid

(21) Jeħtieġ li jiġu ċċarati l-kunċetti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati, f’konformità mad-definizzjonijiet fl-iktar direttivi riċenti fuq dan is-suġġett u dawk li japplikaw f’qafas nazzjonali, bil-għan tripplu li tissaħħaħ l-effettività tad-djalogu fil-livell transnazzjonali, li jkun possibbli rbit xieraq bejn il-livelli nazzjonali u transnazzjonali tad-djalogu u li tkun żgurata ċ-ċertezza legali meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(22) Id-definizzjoni ta’ “informazzjoni” teħtieġ tqis il-mira li r-rappreżentanti ta’ l-impjegati jitħallew jagħmlu eżami xieraq, li jimplika li l-informazzjoni għandha tingħata f’tali ħin, u b’tali mod u b’tali kontenut li jkunu xierqa.

(23) Id-definizzjoni ta’ “konsultazzjoni” teħtieġ tqis il-mira li tkun permessa l-espressjoni ta’ opinjoni li tkun utli fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, li jimplika li l-informazzjoni għandha tingħata f’tali ħin, u b’tali mod u b’tali kontenut li jkunu xierqa.

⎢ 94/45/KE premessa 22

(24) Id-dispożizzjonijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni stabbiliti b'din id-Direttiva, iridu jiġu implimentati fil-każ ta' kull impriża jew kull impriża tal-kontroll ta' grupp li jkollha t-tmexxija ċentrali tagħha barra mit-territorju ta' l-Istati Membri, mill-aġent rappreżantant tagħhom, li jrid jiġi nnominat jekk meħtieġ, f'wieħed mill-Istati Membri jew, fin-nuqqas ta' dan l-aġent, mill-istabbiliment jew mill-impriża tal-kontroll li jħaddmu l-ikbar numru ta' impjegati fl-Istati Membri.

∫ ġdid

(25) Ir-responsabbià ta’ impriża jew grupp ta’ impriżi fit-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni meħtieġa biex jibdew in-negozjati, għandha tiġi speċifikata b’tali mod li l-impjegati jkunu jistgħu jiddeterminaw jekk l-impriża jew il-grupp ta’ impriżi fejn jaħdmu humiex impriża fuq skala Komunitarja u li jkunu jistgħu jagħmlu l-kuntatti meħtieġa sabiex ifasslu rikjesta għall-bidu tan-negozjati.

(26) Il-grupp speċjali tan-negozjati għandu jirrappreżenta l-impjegati mill-Istati Membri varji b’mod ibbilanċjat. Ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati għandhom ikunu jistgħu jikkooperaw flimkien biex jiddefinixxu l-pożizzjonijiet tagħhom fin-negozjati mat-tmexxija ċentrali.

(27) Għandu jingħata rikonoxximent lir-rwol li t-trade unions jistgħu jaqdu fin-negozjar u r-rinegozjar tal-ftehimiet kostitwenti tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej, billi jagħtu appoġġ lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati li jesprimu dan il-bżonn. Biex ikunu jistgħu jissorveljaw it-twaqqif ta’ Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej ġodda u jippromwovu l-aħjar prassi, l-organizzazzjonijiet tat-trade unions u ta’ dawk li jħaddmu jistgħu jiġu infurmati bil-bidu tan-negozjati.

(28) Il-ftehimiet li jiggvernaw it-twaqqif u t-tħaddim tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej għandhom jinkludu l-metodi biex isirulhom il-modifiki, biex jiġu tterminati jew innegozjati mill-ġdid skond il-bżonn, partikolarment fejn l-għamla jew l-istruttura ta’ l-impriża jew il-grupp ta’ impriżi jiġu mmodifikati.

(29) Dawn il-ftehimiet għandhom jistipulaw l-arranġamenti għall-irbit tal-livelli nazzjonali u transnazzjonali ta’ informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati li jkunu xierqa għall-kundizzjonijiet partikolari ta’ l-impriża jew il-grupp ta’ impriżi. L-arranġamenti għandhom ikunu definiti b’tali mod li jirrispettaw il-kompetenzi rispettivi u l-oqsma ta’ azzjoni tal-korpi ta’ rappreżentazzjoni, partikolarment fir-rigward ta’ l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla.

(30) Dawn il-ftehimiet għandhom jipprovdu għat-twaqqif u t-tħaddim ta’ kumitat magħżul sabiex jippermetti l-koordinazzjoni u effettività ikbar ta’ l-attivitajiet regolari tal-Kunsill Ewropej tax-Xogħlijiet, flimkien ma’ informazzjoni u konsultazzjoni fl-inqas żmien possibbli f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

⎢ 94/45/KE premessa 18

(31) Ir-rappreżentanti ta' l-impjegati jistgħu jiddeċiedu illi ma jfittxux l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew il-partijiet interessati jistgħu jiddeċiedu dwar proċeduri oħra għat-tagħrif u l-konsultazzjoni transnazzjonali ta' l-impjegati.

⎢ 94/45/KE premessa 17 (adattat)

(32) Għalhekk, gGħandhom isiru disposizzjonijiet sabiex jiġu applikati ċerti ħtiġijiet sussidjarji jekk il-partijiet jiddeċiedu dan jew fil-każ li t-tmexxija ċentrali tirrifjuta illi tiftaħ in-negozjati jew fin-nuqqas tal-ftehim li suppost li jiġi wara dawn in-negozjati.

∫ ġdid

(33) Sabiex jaqdu r-rwol rappreżentattiv tagħhom bis-sħiħ u sabiex il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew ikun utli, ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati għandhom jirrappurtaw lill-impjegati li jirrappreżentaw u għandhom jingħataw it-taħriġ lli jirrikjedu.

⎢ 94/45/KE premessa 21

(34) Għandhom isiru disposizzjonijiet sabiex ir-rappreżentanti ta' l-impjegati filwaqt li jaġixxu fi ħdan il-qafas tad-Direttiva sabiex igawdu, meta jkunu qegħdin jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, mill-istess protezzjoni u garanziji bħal dawk provvduti lir-rappreżentanti ta' l-impjegati bil-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika tal-pajjiż fejn jaħdmu. Ma għandhom jiġu soġġetti għall-ebda diskriminazzjoni bħala riżultat ta' l-eżerċizzju skond il-liġi ta' l-attivitajiet tagħhom u għandhom igawdu minn protezzjoni adegwata rigward it-tkeċċija u sanzjonijiet oħra.

⎢ 94/45/KE premessa 24

(35) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri fil-każ ta' nuqqas li jitħarsu l-obbligi stabbiliti minn din id-Direttiva.

∫ ġdid

(36) Għal raġunijiet ta’ effettività, konsistenza u ċertezza legali, jeħtieġ irbit bejn id-Direttivi u l-livelli ta’ informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati stabbiliti mil-liġi nazzjonali u Komunitarja. Għandha tingħata prijorità lin-negozjati dwar dawn il-proċeduri għall-irbit ta’ l-informazzjoni f’kull impriża jew grupp ta’ impriżi. Jekk ma jkunx hemm ftehimiet dwar dan is-suġġett u fejn hemm previsti deċiżjonijiet li aktarx iwasslu għal tibdil sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew il-kuntratti tax-xogħol, il-proċess għandu jibda fl-istess waqt fil-livell nazzjonali kif bħal f’dak Ewropew b’tali mod li jirrispetta l-kompetenzi rispettivi u l-oqsma ta’ azzjoni tal-korpi rappreżentattivi. L-opinjonijiet espressi mill-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu bla ħsara għall-kompetenza tat-tmexxija ċentrali li twettaq il-konsultazzjonijiet neċessarji skond l-iskedi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali jista’ jkollha tiġi adattata biex il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej ikunu jistgħu, skond il-każ, jirċievu informazzjoni minn qabel jew fl-istess waqt bħall-korpi nazzjonali, iżda ma għandhiex tnaqqas il-livell ġenerali ta’ protezzjoni ta’ l-impjegati.

∫ ġdid

(37) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni msemmija fid-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea[26] u għall-proċeduri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mar-redundancies kollettivi[27] u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji[28].

⎢ 94/45/KE premessa 23 (adattat)

(38) Għandu jiġi mogħti trattament speċjali lill-impriżi u lill-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja li fihom Ö fit-22 ta’ Settembru 1996 Õ ikun jeżisti Ö kien jeżisti Õ, mal-waqt li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, ftehim, li jkopri l-qawwa tax-xogħol fl-intier tagħha, li jipprovdi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali ta' l-impjegati

∫ ġdid

(39) Fejn l-istruttura ta’ impriża jew grupp ta’ impriżi tinbidel b’mod sinifikanti, pereżempju minħabba merġer, akkwist jew diviżjoni, il-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet eżistenti għandhom jiġu adattati. Dan l-adattament għandu jsir bi prijorità skond il-klawżoli tal-ftehim applikabbli, jekk dawn il-klawżoli jippermettu li jsir l-adattament meħtieġ. Jekk dan ma jkunx il-każ u ssir rikjesta li tistabbilixxi l-bżonn, għandhom jibdew negozjati għal ftehim ġdid, fejn il-membri tal-Kunsill(i) Ewropew/j eżistenti għandhom ikunu involuti. Sabiex ikun hemm informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati matul il-perjodu - ħafna drabi deċiżiv - meta tinbidel l-istruttura, il-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet eżistenti għandhom ikomplu jaħdmu, possibbilment b’xi adattamenti, sakemm jiġi konkluż ftehim ġdid. Ladarba jiġi ffirmat ftehim ġdid, il-kunsilli li kienu stabbiliti qabel għandhom jiġu xolti, u l-ftehimiet li jistabbilixxuhom għandhom jiġu tterminati, irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-validità jew it-terminazzjoni.

(40) Sakemm ma tiġix applikata din il-klawżola ta’ adattament, il-ftehimiet fis-seħħ għandhom jitħallew ikomplu sabiex jiġi evitat li jkollhom jerġgħu jiġu nnegozjati b’mod obbligatorju meta dan ma jkunx hemm bżonnu. Għandhom isiru provvedimenti biex il-ftehimiet konklużi qabel it-22 ta’ Settembru 1996 skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 94/45/KE, waqt li jibqgħu fis-seħħ, ikomplu jkunu eżentati mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u li ma hemmx obbligu ġenerali għar-rinegozjar tal-ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 94/45/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

⎢ 94/45/KE premessa 19

(41) Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-partijiet jiddeċiedu xorta oħra, il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew stabbilit fin-nuqqas ta' ftehim bejn il-partijiet irid, sabiex iwettaq il-mira ta' din id-Direttiva, jinżamm imgħarraf u kkonsultat dwar l-attivitajiet ta' l-impriża jew tal-grupp ta' l-impriżi sabiex ikun jista' jagħmel stima ta' l-impatt possibbli fuq l-interess ta' l-impjegati f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti. Għal dan il-għan, l-impriża jew l-impriża tal-kontroll għandhom jintalbu li jikkomunikaw lir-rappreżentanti maħtura mill-impjegati l-informazzjoni ġenerali li tirrigwarda l-interessi ta' l-impjegati u l-informazzjoni li jkollha x'taqsam iktar speċifikament ma' dawk l-aspetti ta' l-attivitajiet ta' l-impriża jew tal-grupp ta' l-impriżi li jaffettwaw l-interessi ta' l-impjegati. Il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkun kapaċi jagħti opinjoni fl-aħħar ta' din is-seduta.

⎢ 94/45/KE premessa 20

(42) Ċerti deċiżjonijiet li jkollhom effett sinifikanti fuq l-interessi ta' l-impjegati għandhom ikunu bla ħsara għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tar-rappreżentanti maħtura mill-imjegati malajr kemm jista' jkun.

∫ ġdid

(43) Jixraq li jiġi ċċarat il-kontenut tar-rekwiżiti sussidjarji li japplikaw fin-nuqqas ta’ ftehim u jservu ta’ referenza għan-negozjati, u li jiġu adattati għall-iżviluppi fil-ħtiġijiet u l-prattiki marbuta ma’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali. Għandha ssir distinzjoni bejn l-oqsma fejn għandha tingħata l-informazzjoni u l-oqsma fejn għandu jiġi kkonsultat ukoll il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew, li jinkludu l-possibbiltà li jinkiseb rispons u r-raġunijiet għal dak ir-rispons lil kwalunkwe opinjoni mogħtija. Biex il-kumitat magħżul ikun jista’ jaqdi r-rwol neċessarju ta’ koordinazzjoni u jindirizza b’mod effettiv iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-kumitat għandu jkollu mill-inqas ħames membri u jkun jista’ jikkonsulta regolarment.

(44) Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tad-dritt ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati f’impriżi fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipji tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu tat-Trattat, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex ikunu milħuqa dawk l-għanijiet.

(45) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva se tfittex li tiżgura rispett assolut għad-dritt ta’ l-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom li jkunu ggarantiti lilhom informazzjoni u konsultazzjoni f’waqthom fil-livelli adegwati fil-każijiet u skond il-kundizzjonijiet ipprovduti fil-liġi Komunitarja u l-liġijiet u l-prassi nazzjonali (l-Artikolu 27 tal-Karta tad-drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea).

(46) L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandha tkun limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi preċedenti. L-obbligu tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma ġewx emendati hija imposta fid-Direttivi preċedenti.

(47) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

⎢ 94/45/KE (adattat)

JADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

TAQSIMA I

DIŻPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 1

L-Għan

1. L-għan ta' din id-Direttiva huwa li ttejjeb id-dritt għall-informazzjoni u tal-konsultazzjoni ta' l-impjegati fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja.

⎢ 94/45/KE (adattat)

? ġdid

2. Għal dan l-iskop, għandu jiġi stabbilit Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-impjegati f'kull impriża fuq skala Komunitarja u f'kull grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja, jekk mitluba bil-manjiera stabbilita bl-Artikolu 5(1), bil-għan li jinfurmaw u jikkonsultaw ma' l-impjegati skond it-termini, fil-manjiera u bl-effetti mniżżla f'din id-Direttiva. ?L-arranġamenti għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati għandhom jiġu definiti u implimentati b’tali mod li l-effettivà tal-proċedura tkun garantita u li tippermetti lill-impriża jew lill-grupp ta’ impriżi li jieħdu deċiżjonijiet b’mod effettiv. ⎪

∫ ġdid

3. L-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati għandhom isiru fil-livell rilevanti ta' tmexxija u rappreżentazzjoni, skond is-suġġett li jkun qed jiġi diskuss. Għal dan il-għan, il-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-ambitu ta’ l-informazzjoni u l-proċedura ta’ konsultazzjoni għall-impjegati mmexxija minn din id-Direttiva huma limitati għal kwistjonijiet transnazzjonali.

4. Kwistjonijiet li jitqiesu li huma transnazzjonali huma dawk li jikkonċernaw lill-impriża fuq skala Komunitarja jew il-grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja kollha kemm hi, jew mill-inqas żewġ impriżi jew stabbilimenti ta' l-impriża jew tal-grupp li jkunu jinsabu f'żewġ Stati Membri differenti.

⎢ 94/45/KE

35. Minkejja l-paragrafu 2, fejn grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(c) jikkomprendi impriża jew iktar jew grupp ta' impriżi jew iktar jew gruppi ta' impriżi li jkunu impriżi fuq skala Komunitarja jew gruppi ta' impriżi fuq skala Komunitarja fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(a) jew (c), għandu jitwaqqaf Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew fil-livell tal-grupp għajr jekk il-ftehimiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6 jipprovdu xorta oħra.

46. Għajr jekk il-ftehimiet li hemm referenza għalihom jipprovdu għal kamp aktar wiesa', il-poteri u l-kompetenza tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u l-kamp tal-proċeduri ta' informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti sabiex jiksbu l-għan speċifikat fil-paragrafu 1 għandhom, fil-każ ta' impriża fuq skala Komunitarja, ikopru l-istabbilimenti kollha li jinsabu ġewwa l-Istati Membri u, fil-każ ta' grupp ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja, l-impriżi kollha tal-grupp li jinstabu fl-Istati Membri.

57. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-baħrin tal-flotot merkantili.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1. Għall-għan ta' din id-Direttiva:

a) “impriża fuq skala Komunitarja”: kull impriża b'mill-inqas 1000 impjegat ġewwa l-Istati Membri u b'mill-inqas 150 impjegat f'kull wieħed minn mill-inqas żewġ Stati Membri;

b) “grupp ta' impriżi”: grupp b’impriża tal-kontroll u l-impriżi kontrollati minnha;

c) “grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja”: grupp ta' impriżi bil-karatteristiċi li ġejjin;

1. mill-inqas 1000 impjegat ġewwa l-Istati Membri,

2. mill-inqas żewġ gruppi ta' impriżi fi Stati Membri differenti,

u

3. mill-inqas impriża ta' grupp b'mill-inqas 150 impjegat fi Stat Membru u b'mill-inqas impriża oħra minn grupp b'mill-inqas 150 impjegat fi Stat Membru ieħor;

d) "rappreżentanti ta’ l-impjegati": ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati pprovduti skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali;

e) “tmexxija ċentrali”: it-tmexxija ċentrali ta' l-impriża fuq skala Komunitarja jew, fil-każ tal-gruppi ta' impriżi fuq skala Komunitarja, ta' l-impriża tal-kontroll;

∫ ġdid

f) “l-informazzjoni": it-trażmissjoni mingħand dak li jimpjega lejn ir-rappreżentanti ta' l-impjegati ta' dettalji sabiex jiffaċilita li dawn jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-materja tas-suġġett u biex ikunu jistgħu jezaminawha; l-informazzjoni għandha tkun mogħtija f'tali waqt, u b'tali mod u b'tali kontenut hekk kif ikun xieraq sabiex tiffaċilita, partikolarment, lir-rappreżentanti ta' l-impjegati li jwettqu studju xieraq u, fejn meħtieġ, jippreparaw għall-konsultazzjoni;

⎢ 94/45/KE (adattat)

? ġdid

fg) “konsultazzjoni”: l-iskambju ta' veduti u l-istabbiliment ta' djalogu Ö u l-iskambju ta’ fehmiet Õbejn ir-rappreżentanti ta' l-impjegati u t-tmexxija ċentrali jew kull livell iktar xieraq ta' tmexxija ð f’tali ħin, b’tali mod u b’tali kontenut li, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija, jippermettu lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati li, fi żmien raġonevoli, jesprimu opinjoni dwar il-miżuri previsti mill-organu kompetenti ta’ l-impriża fuq skala Komunitarja jew il-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja ï

⎢ 94/45/KE

gh) “Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew”: il-kunsill stabbilit skond l-Artikolu 1(2) jew id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness, bil-għan li l-impjegati jiġu infurmati u kkonsultati;

hi) “korp speċjali għan-negozjati”: il-korp imwaqqaf skond l-Artikolu 5(2) sabiex jinnegozja mat-tmexxija ċentrali rigward l-istabbiliment tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew ta' proċedura ta' informazzjoni u ta' l-konsultazzjoni għall-impjegati skond l-Artikolu 1(2).

2. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-livelli massimi preskritti għad-daqs tal-forza tax-xogħol għandhom jiġu msejsa fuq in-numru medju ta' l-impjegati, inklużi l-impjegati li jaħdmu part-time, li kienu impjegati matul is-sentejn ta' qabel, ikkalkolati skond il-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali.

Artikolu 3

Definizzjoni ta' “impriża tal-kontroll”

1. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, 'impriża tal-kontroll' tfisser impriża li tista' teżerċita influwenza dominanti fuq impriża oħra ('l-impriża kkontrollata') bis-saħħa, pereżempju, tal-proprjetà tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.

2. L-abbiltà li teżerċita influwenza dominanti għandha tkun preżunta, mingħajr preġudizzju għal prova kuntrarja, meta, f'relazzjoni ma' impriża oħra direttament jew indirettament:

a) jkollha l-parti l-kbira tal-kapital sottoskritt ta’ l-imapriża

jew

b) tikkontralla l-maġġoranza tal-voti marbuta ma' ishma maħruġa mill-impriża

jew

c) tista' taħtar iktar min-nofs il-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew tas-sorveljanza ta' din l-impriża.

3. Għall-għanijiet tal-paragrafu 2, id-drittijiet ta' impriża tal-kontroll rigward il-votazzjoni u l-ħatriet għandhom jinkludu d-drittijiet ta' kull impriża oħra kkontrollata u dawk ta' kull persuna jew korp li jaġixxu f'ismu jew f'isem l-impriża, iżda f'isem l-impriża tal-kontroll jew ta' kull impriża oħra kkontrollata.

⎢ 94/45/KE (adattat)

4. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, impriża ma għandhiex titqies li tkun 'impriża tal-kontroll' rigward impriża oħra li fiha jkollha ishma fejn l-impriża ta' l-ewwel tkun kumpanija li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(5)(a) jew (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 Ö 139/2004 Õ tal-21 ta' Diċembru 1989 Ö ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 Õ, dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi[29].

⎢ 94/45/KE

5. Influwenza dominanti ma għandhiex tkun preżunta li tiġi eżerċitata biss bis-saħħa tal-fatt illi uffiċjal ikun qiegħed jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, skond il-liġi ta' Stat Membru rigward il-likwidazzjoni, ix-xoljiment, il-falliment, il-waqfien tal-ħlasijiet, il-kompożizzjonijiet jew proċeduri analogi.

6. Il-liġi li tapplika sabiex tistabbilixxi jekk impriża tkunx 'impriża tal-kontroll' għandha tkun il-liġi ta' l-Istat Membru li jirregola din l-impriża.

Fejn il-liġi li tirregola din l-impriża ma tkunx dik ta' Stat Membru, il-liġi li tapplika għandha tkun il-liġi ta' l-Istat Membru li ġewwa t-territorju tiegħu jkun jinsab ir-rappreżentant ta' l-impriża jew, fin-nuqqas ta' dan ir-rappreżentant, it-tmexxija ċentrali ta' l-impriża tal-grupp li timpjega l-ikbar numru ta' impjegati.

7. Fejn, fil-każ ta' konflitt bejn il-liġijiet fl-applikazzjoni tal-paragrafu 2, żewġ impriżi jew iktar minn grupp jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji stabbiliti b'dan il-paragrafu 2, l-impriża li tissodisfa l-kriterju stabbilit fil-punt 2(c) għandha titqies bħala l-impriża tal-kontroll, mingħajr preġudizzju għall-prova illi impriża oħra tkun kapaċi teżerċita influwenza dominanti.

IT-TAQSIMA II

STABBILIMENT TA' KUNSILL TAX-XOGĦLIJIET EWROPEW JEW PROĊEDURA GĦAL INFORMAZZJONI LIL U L-KONSULTAZZJONI MA' L-IMPJEGATI

ARTIKOLU 4

Responsabbiltà għall-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew ta' proċedura ta' informazzjoni lil u konsultazzjoni ma' l-impjegati

1. Il-korp ta' tmexxija ċentrali għandu jkun responsabbli mill-ħolqien tal-kondizzjonijiet u tal-mezzi meħtieġa għall-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew ta' proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni, kif provvdut fl-Artikolu 1(2), f'impriża fuq skala Komunitarja u fi grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja.

2. Fejn it-tmexxija ċentrali ma tkunx tinsab fi Stat Membru, l-aġent rappreżentant tat-tmexxija ċentrali fi Stat Membru, li jrid jiġi nnominat jekk meħtieġ, għandu jassumi r-responsabbiltà li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1.

Fin-nuqqas ta' dan ir-rappreżentant, il-korp ta' tmexxija ta' l-istabbiliment jew ta' l-impriża tal-grupp li jimpjegaw l-ikbar numru ta' impjegati f'kull wieħed mill-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1.

3. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, ir-rappreżentant jew ir-rappreżentanti jew, fin-nuqqas ta' kull rappreżentant minn dawn, il-korp ta' tmexxija riferit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, għandhom jiġu meqjusa bħala t-tmexxija ċentrali.

∫ ġdid

4. Il-bordijiet kollha tat-tmexxija ta’ impriża li jagħmlu parti mill-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja u t-tmexxija ċentrali jew it-tmexxija ċentral preżunta ta’ l-impriża jew tal-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja għandhom ikunu responsabbli għall-ksib u t-trażmissjoni lill-partijiet ikkonċernati mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-informazzjoni rikjesta għat-tnedija tan-negozjati msemmija fl-Artikolu 5, u partikolarment l-informazzjoni dwar l-istruttura ta’ l-impriża jew tal-grupp u l-ħaddiema tiegħu. Dan l-obbligu għandu jkun marbut partikolarment ma’ l-informazzjoni dwar l-għadd ta' impjegati msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (c).

⎢ 94/45/KE

Artikolu 5

Korp speċjali għan-negozjati

1. Sabiex tinkiseb il-mira ta' l-Artikolu 1(1), il-korp ċentrali ta' tmexxija għandu jiftaħ in-negozjati sabiex jiġi stabbilit Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba bil-miktub ta' mill-inqas 100 impjegat jew tar-rappreżentanti tagħhom f'mill-inqas żewġ impriżi jew stabbilimenti f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti.

2. Għal dan l-għan, għandu jitwaqqaf korp speċjali tan-negozjati skond il-linji gwida li ġejjin:

a) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodu li għandu jintuża għall-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-korp speċjali tan-negozjati li għandhom jiġu eletti jew maħtura fit-territorji tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-impjegati fl-impriżi u/jew l-istabbilimenti fejn ma jkunx hemm rappreżentanti ta' l-impjegati mingħajr ħtija tagħhom, ikollhom id-dritt li jeleġġu jew li jaħtru l-membri tal-korp speċjali tan-negozjati.

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-leġisżazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali li jistabbilixxu l-livelli massimi għall-istabbiliment tal-korpi tar-rappreżentanti ta' l-impjegati.

⎢ 2006/109/KE Art. 1 u Anness

b) il-korp speċjali tan-negozjati għandu jkollu minimu ta' tliet membri u massimu ta' numru ta’ membri daqs dak ta’ l-Istati Membri;

∫ ġdid

b) il-membri tal-korp speċjali tan-negozjati għandhom jiġu eletti jew maħtura fi proporzjon ma’ l-għadd ta’ impjegati f’kull Stat Membru mill-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, billi jiġu allokati, għal kull Stat Membru fejn hemm mill-inqas ħamsin impjegat, siġġu wieħed għal kull porzjon ta’ impjegati f’dak l-Istat Membru ekwivalenti għal 10 % jew frazzjoni tagħha, ta' l-għadd ta' impjegati fl-Istati Membri kollha meħuda flimkien.

⎢ 94/45/KE

? ġdid

c) (ċ) F'dawn l-elezzjonijiet jew ħatriet, għandu jiġi żgurat:

- l-ewwelnett, illi kull Stat Membru fejn l-impriża fuq skala Komunitarja jkollha stabbiliment jew iktar jew fejn il-grupp ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja jkollu l-impriża tal-kontroll jew impriża tal-kontroll jew iktar ikunu rrappreżentati minn membru wieħed,

- it-tininett, illi jkun hemm membri supplimentari fil-proporzjon skond in-numru ta' l-impjegati li jkunu impjegati fl-istabbilimenti, fl-impriża tal-kontroll jew fl-impriżi kkontrollati kif stabbilit bil-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li ġewwa t-territorju tiegħu ikun jinsab il-korp ċentrali ta' tmexxija.

dc) il-korpi ċentrali u lokali ta' tmexxija ð , kif ukoll l-organizzazzjonijiet kompetenti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem ïgħandhom jiġu mgħarrfa bil-kompożizzjoni tal-korp speċjali tan-negozjati ð u bil-bidu tan-negozjati ï.

3. Il-korp speċjali tan-negozjati jrid ikollu d-dmir li jistabbilixxi, mal-korp ċentrali ta' tmexxija, bi ftehim bil-miktub, l-iskop, il-kompożizzjoni, il-funzjonijiet, u t-terminu tal-kariga tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew l-arranġamenti sabiex jimplimentaw proċedura ta' lil u konsultazzjoni ma' l-impjegati.

4. Bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim skond l-Artikolu 6, il-korp ċentrali ta' tmexxija għandu jsejjaħ laqgħa mal-korp speċjali tan-negozjati. Għandu jgħarraf lill-korpi ta' tmexxija lokali kif jixraq.

∫ ġdid

Qabel u wara kull laqgħa mat-tmexxija ċentrali, il-korp speċjali tan-negozjati għandu jkun intitolat jiltaqa’, bil-mezzi meħtieġa għall-komunikazzjoni, mingħajr ma jkunu preżenti r-rappreżentanti tat-tmexxija ċentrali.

ê 94/45/KE (adattat)

ð ġdid

Għall-għan tan-negozjati, il-korp speċjali tan-negozjati jista' Ö jitlob biex Õjiġi assistit Ö f’xogħlu Õ minn esperti tal-għażla tiegħu ð , pereżempju minn rappreżentanti ta’ trade unions xierqa fuq skala Komunitarja. Dawn l-esperti jistgħu jkunu preżenti fil-laqgħat tan-negozjati f'kapaċità konsultattiva fuq it-talba tal-korp speċjali tan-negozjati, fejn xieraq sabiex jippromwovu l-koerenza u l-konsistenza fil-livell Komunitarju ï.

ê 94/45/KE

5. Il-korp speċjali tan-negozjati jista' jiddeċiedi, b'mill-inqas żewġ terzi tal-voti, li ma jiftaħx in-negozjati skond il-paragrafu 4, jew li jtemm in-negozati diġà miftuħa.

Din id-deċiżjoni għandha twaqqaf il-proċedura sabiex tikkonkludi l-ftehim riferit fl-Artikolu 6. Fejn din id-deċiżjoni tkun ittieħdet, ma għandhomx japplikaw id-dispożizzjonijiet fl-Anness.

Tista' ssir talba ġdida sabiex jitlaqqa' l-korp speċjali tan-negozjati l-iktar kmieni sentejn wara d-deċiżjoni msemmija hawn fuq għajr jekk il-partijiet interessati jistabbilixxu perjodu iqsar ta' żmien.

6. L-ispejjeż kollha li jkollhom x'jaqsmu man-negozjati li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħallsu mill-korp ċentrali ta' tmexxija sabiex jgħinu lill-korp speċjali tan-negozjati jwettaq ix-xogħol tiegħu f'manjiera xierqa.

B'konformità ma' dan il-prinċipju, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli għall-estimi li jirrigwardaw l-operazzjoni tal-korpi speċjali tan-negozjati. Dawn jistgħu b'mod partikolari jillimitaw il-fondi sabiex ikopru espert wieħed biss.

Artikolu 6

Kontenut tal-ftehim

ê 94/45/KE (adattat)

1. Il-korp ċentrali ta' tmexxija u l-korpi speċjali tan-negozjati għandhom jinnegozjaw fi spirtu ta' kollaborazzjoni Ö kooperazzjoni Õ bil-ħsieb li jilħqu ftehim dwar l-arranġamenti ddettaljati sabiex jimplimentaw tagħrif lil u l-konsultazzjoni ma' l-impjegati provvduti fl-Artikolu 1(1).

ê 94/45/KE

ð ġdid

2. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-partijiet, il-ftehim riferit fil-paragrafu 1 bejn il-korp ċentrali ta' tmexxija u l-korpi speċjali tan-negozjati għandhom jistabbilixxu:

a) l-impriżi tal-grupp ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja jew l-istabbilimenti ta' l-impriża fuq skala Komunitarja li jkunu koperti bil-ftehim;

b) il-kompożizzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew, in-numru tal-membri, l-allokazzjoni tas-siġġijiet ð , b’kunsiderazzjoni kull fejn possibbli għall-ħtieġa ta’ rappreżentazzjoni bbilanċjata ta’ l-impjegati fir-rigward ta’ l-attivitajiet, il-kategorija u s-sess tagħhom, ï u t-terminu tal-kariga;

c) il-funzjonijiet u l-proċeduri għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew ð u l-arranġamenti għall-irbit ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw l-impjegati, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1(3)ï

d) il-post, il-frekwenza u t-tul taż-żmien tal-laqgħat tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew;

ò ġdid

e) kull fejn ikun meħtieġ, il-kompożizzjoni, il-proċedura tal-ħatra, il-funzjonijiet u r-regoli proċedurali tal-kumitat magħżul imwaqqaf fi ħdan il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew.

ê 94/45/KE

ef) ir-riżorsi finanzjarji u materjali li għandhom jiġu allokati lill-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew;

⎢ 94/45/KE (adattat)

? ġdid

fg) ð id-data tad-dħul fis-seħħ ï Ö tal-ftehim u Õ t-tul ta’ żmien Ö tiegħu Õtal-ftehim ð, l-arranġamenti għall-emendar jew it-terminazzjoni tal-ftehim u l-każijiet li fihom il-ftehim għandu jerġa jiġi nnegozjat ï u l-proċedura sabiex dan jiġi nnegozjat mill-ġdid ð , jinkludu, fejn ikun hemm bżonn, meta tinbidel l-istruttura ta' l-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja ï .

⎢ 94/45/KE

3. Il-korp ċentrali ta' tmexxija u l-korpi speċjali tan-negozjati jistgħu jiddeċiedu, bil-miktub, li jistabbilixxu proċedura jew iktar ta' informazzjoni u konsultazzjoni minflok il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew.

Il-ftehim irid jistipula b'liema metodu r-rappreżentanti ta' l-impjegati għandu jkollhom id-dritt li jiltaqgħu sabiex jiddiskutu t-tagħrif imwassal lilhom.

Din l-informazzjoni għandha jkollha x'taqsam b'mod partikolari mal-kwistjonijiet transnazzjonali li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-interessi ta' l-impjegati.

4. Il-ftehimijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx, għajr jekk hemm disposizzjonijiet b'mod ieħor fihom, ikunu soġġetti għall-ħtiġijiet sussidjarji ta' l-Anness.

5. Għall-għanijiet li jiġu konklużi l-ftehimiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3, il-korpi speċjali tan-negozjati għandhom jaġixxu bil-maġġoranza tal-membri tagħhom.

Artikolu 7

Ħtiġijiet sussidjarji

1. Sabiex jinkiseb l-għan ta' l-Artikolu 1(1), il-ħtiġijiet sussidjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni ta' l-Stat Membru li fihom ikun jinsab il-korp ċentrali ta' tmexxija għandhom japplikaw:

- fejn il-korp ċentrali ta' tmexxija u l-korp speċjali tan-negozjati jiddeċiedu hekk;

jew

- fejn il-korp ċentrali ta' tmexxija jirrifjuta li jiftaħ in-negozjati fi żmien sitt xhur mit-talba li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5 (1);

jew

- fejn, wara tliet snin mid-data ta' din it-talba, ma jkunux jistgħu jikkonkludu ftehim kif stabbilit bl-Artikolu 6 u l-korp speċjali tan-negozjati ma jkunx ħa d-deċiżjoni provduta fl-Artikolu 5(5).

2. Il-ħtiġijiet sussidjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 kif adottatti fil-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri għandhom jissodisfaw id-disposizzjonijiet iddikjarati fl-Anness.

IT-TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

ARTIKOLU 8

Tagħrif konfidenzjali

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-membri tal-korpi speċjali tan-negozjati jew il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u kull espert li jassistihom m jiġux awtorizzati li jikxfu tagħrif li jkun ġie espressament ipprovdut lilhom konfidenzjalment.

L-istess għandu japplika għar-rappreżentanti ta' l-impjegati fil-qafas ta' proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni.

Dan l-obbligu għandu jkompli japplika, kull fejn ikunu l-persuni li hemm referenza fl-ewwel u t-tieni subparagrafi huma, saħansitra wara li jiskadi l-iskond tal-kariga tagħhom.

2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi, f'każijiet speċifiċi u skond il-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti bil-leġiżazzjoni nazzjonali, illi l-korp ċentrali ta' tmexxija jinsab fit-territorju tiegħu ma jiġix obbligat jittrażmetti l-informazzjoni meta n-natura ta' din tkun hekk illi, skond kriterja oġġettivi, tagħmel ħsara serja lill-funzjonament ta' l-impriżi interessati jew tkun ta' preġudizzju għalihom.

Stat Membru jista' jissoġġetta din id-dispensa għal awtorizzazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel.

3. Kull Stat Membru jista' jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet partikolari għall-korp ċentrali ta' tmexxija ta' l-impriżi fit-territorju tiegħu illi jsegwu direttament u essenzjalment l-għan tal-gwida ideoloġika rigward l-informazzjoni u l-espressjoni ta' l-opinjonijiet, bil-kondizzjoni illi, fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva dawn id-dispożizzjonijiet partikolari jkunu diġà jeżistu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 9

Operazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-proċedura ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni għall-impjegati

⎢ 94/45/KE (adattat)

Il-korp ċentrali ta' tmexxija u l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jaħdmu fi spirtu ta' kollaborazzjoni Ö kooperazzjoni Õ b'qies xieraq tad-drittijiet u l-obbligi reċiproki.

⎢ 94/45/KE

L-istess għandu japplika għall-kooperazzjoni bejn il-korp ċentrali ta' tmexxija u r-rappreżentanti ta' l-impjegati fil-qafas tal-proċedura ta' tagħrif u konsultazzjoni għall-ħaddiema.

Artikolu 10

⎢ 94/45/KE (adattat)

√ Rwol u Õ Pprotezzjoni tar-rappreżentanti ta' l-impjegati

∫ ġdid

1. Bla ħsara għall-kompetenza ta’ korpi jew organizzazzjonijiet oħra f’dan ir-rigward, il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jirrappreżentaw kollettivament l-interessi ta’ l-impjegati fl-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja għall-iskopijiet tad-Direttiva u għandhom ikollhom il-mezzi meħtieġa biex japplikaw id-drittijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva.

2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8, il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jinfurmaw lir-rappreżentanti ta' l-impjegati ta' l-istabbilimenti jew ta' l-impriżi ta' grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja, jew, fin-nuqqas tar-rappreżentanti, lill-qawwa tax-xogħol bħala korp wieħed, bil-kontenut u bir-riżultat tal-proċedura ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mwettqa skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

⎢ 94/45/KE (adattat)

3. Il-membri tal-korpi speċjali tan-negozjati, il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u r-rappreżentanti ta' l-impjegati, huma u jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6(3) għandhom, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, igawdu l-istess Ö minn Õprotezzjoni u garanziji Ö simili għal dawk Õ ipprovduti lir-rappreżentanti ta' l-impjegati bil-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali fis-seħħ fil-pajjiż ta' l-impjieg tagħhom.

⎢ 94/45/KE

Dan għandu japplika b'mod partikolari għall-attendenza fil-laqgħat tal-korpi speċjali tan-negozjati jew fil-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew f'kull laqgħa oħra fil-qafas tal-ftehim riferit fl-Artikolu 6(3), u l-ħlas tal-pagi tal-membri li jkunu fuq il-lista ta’ l-istaff ta' l-impriża fuq skala Komunitarja jew ta' grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja għall-perjodu ta' assenza meħtieġ għall-qadi tad-dmirijiet tagħhom.

∫ ġdid

4. Safejn ikun hemm bżonn għall-eżerċizzju tad-dmirijiet rappreżentattivi tagħhom f’ambjent internazzjonali, il-membri tal-korp speċjali tan-negozjati u l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom igawdu minn taħriġ mingħajr ma jitilfu l-paga.

⎢ 94/45/KE

Artikolu 11

Konformità ma' din id-Direttiva

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura illi l-korp ta' tmexxija ta' l-istabbilimenti ta' impriża fuq skala Komunitarja u l-korpijiet ta' tmexxija ta' l-impriżi li jagħmlu parti minn grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja li jkunu jinsabu ġewwa t-territorju tiegħu u r-rappreżentanti ta' l-impjegati tagħhom jew, skond kif ikun il-każ, l-impjegati jimxu skond l-obbligi stabbiliti b'din id-Direttiva, mingħajr ma jingħata każ jekk il-korp ċentrali ta' tmexxija jkunx jinsab fit-territorju tiegħu jew le.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-tagħrif dwar in-numru ta' l-impjegati riferit fl-Artikolu 2 (1) (a) u (ċ) jkun disponibbli mill-impriżi fuq it-talba tal-partijiet interessati billi tiġi applikata din id-Direttiva.

32. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-miżuri xierqa fil-każ din id-Direttiva tonqos milli titħares; b'mod partikolari, għandhom jiżguraw illi jkunu disponibbli l-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji adegwati sabiex jgħinu li jiġu infurzati l-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva.

43. Meta l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 8, għandhom jagħmlu dispożizzjoni għall-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji ta' appell illi r-rappreżentanti ta' l-impjegati jistgħu jiftħu meta l-korp ċentrali ta' tmexxija jeħtieġ il-konfidenzjalità jew ma jagħtix l-informazzjoni skond dan l-Artikolu 8.

Dawn il-proċeduri jistgħu jinkludu proċeduri mfassla sabiex jipproteġu l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni fil-kwistjoni.

Artikolu 12

⎢ 94/45/KE (adattat)

Rabta bejn din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet l-oħra Ö Komunitarji u nazzjonali Õ

⎢ 94/45/KE

1. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda skond id-Direttiva tal-Kunsill 75/129/KEE tas-17 ta' Frar 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mas-sensji kollettivi[30], u mad-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE ta' l-14 ta' Frar 1977 dwar is-salvagward tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ tat-trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' negozji[31].

2. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet eżistenti ta' l-impjegati dwar it-tagħrif u l-konsultazzjoni skond il-liġijiet nazzjonali.

∫ ġdid

1. L-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu marbuta ma’ dawk tal-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw lill-impjegati b’kunsiderazzjoni tal-kompetenzi u l-oqsma ta’ azzjoni għal kull wieħed minnhom u għall-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1(3).

2. L-arranġamenti għall-irbit bejn l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw lill-impjegati għandhom jiġu stabbiliti bil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 6. Dan il-ftehim għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati.

3. Fejn ma jkunux ġew definiti tali arranġamenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċessi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni fil-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-korpi nazzjonali jibdew fl-istess waqt fil-każijiet fejn ikunu previsti deċiżjonijiet li aktarx iwasslu għal bidliet sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali .

4. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-proċeduri ta' informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2002/14/KE u għall-proċeduri speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/59/KE u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/23/KE.

5. L-implementazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandiex tkun bħala bażi suffiċjenti għal tnaqis fir-relazzjoni mas-sitwazzjoni li diġà tkun prevalenti f'kull Stat Membru u b'relazzjoni mal-livell ġenerali tal-protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma koperti minnha.

ê 94/45/KE (adattat)

ð ġdid

Artikolu 13

Ftehimiet fis-seħħ

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 23, l-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-impriżi fuq skala Komunitarja jew għall-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja meta, fid-data stabbilita bl-Artikolu 14 (1) sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva jew fid-data tat-trasposizzjoni tagħhha fl-Istat Membru involut, jekk din tiġi qabel id-data msemmija hawn fuq, diġà jkun hemm ftehim Ö fit-22 ta’ Settembru 1996 Õ, li jkopri l-qawwa kollha tax-xogħol, li jipprovdi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali ta' l-impjegati ð sakemm dawn il-ftehimiet ikunu għadhom fis-seħħ ï. 2. Meta jiskadu Ö dawn Õ il-ftehimiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, il-partijiet f'dawn il-ftehimiet jistgħu jiddeċiedu konġuntement li jġedduhom. Fejn dan ma jkunx il-każ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

ò ġdid

2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, id-Direttiva preżenti ma toħloqx obbligu ġenerali biex jerġgħu jiġu nnegozjati l-ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 94/45/KE bejn it-22 ta’ Settembru 1996 u d-data pprovduta skond l-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva.

3. Fejn l-istruttura ta' l-impriża fuq skala Komunitarja jew il-grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja tinbidel sostanzjalment, u jew fin-nuqqas tad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-ftehimiet fis-seħħ skond l-Artikolu 6 jew skond dan l-Artikolu, jew fil-każ ta' kunflitti bejn id-dispożizzjonijiet rilevanti taż-żewġ ftehimiet jew iktar, it-tmexxija ċentrali għandha tibda n-negozjati msemmija fl-Artikolu 5 fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ mill-inqas mitt impjegat jew ir-rappreżentanti tagħhom.

Mill-inqas tliet membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew minn kull wieħed mill-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej eżistenti għandhom ikunu membri tal-korp speċjali tan-negozjati, minbarra l-membri eletti jew maħtura skond l-Artikolu 5(2).

Matul in-negozjati, il-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet eżistenti għandhom ikomplu jaħdmu skond kull arranġament miftiehem bejn il-membri tal-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet u t-tmexxija ċentrali.

Meta l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew il-ġdid stabbilit bil-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu jibda l-attivitajiet tiegħu, il-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet u l-ftehim(iet) li jwaqqfuhom għandhom jispiċċaw.

ê 94/45/KE (adattat)

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-22 ta' Settembru 1996 jew għandhom jiżguraw mhux iktar tard minn din id-data illi l-korp ta' tmexxija u l-ħaddiema jdaħħlu d-disposizzjonijiet meħtieġa permezz ta' ftehim, fejn l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jgħinuhom li jigarantixxu f'kull ħin ir-riżultati imposti minn din id-Direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi dwar kif isir dan ir-riferiment għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 15 14

Reviżjoni mill-Kummissjoni

Mhux iktar tard mit-22 ta' Settembru 1999, il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri u mal-korpi ta' tmexxija u tax-xogħol fil-livell Ewropew, tirrevedi l-operazzjoni tagħha u, b'mod partikolari teżamina jekk il-livelli massimi dwar id-daqs tal-qawwa tax-xogħol humiex xierqa bil-ħsieb li tipproponi emendi xierqa lill-Kunsill, fejn jinħtieġ.

ò ġdid

Ħames snin wara d-data speċifikata fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, u tagħmel proposti xierqa fejn ikun hemm bżonn.

ê

Artikolu 15

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' l-Artikoli […] u l-Anness I, il-punti […] [ l-artikoli u l-annessi li nbidlu fis-sustanza meta mqabbel mad-Direttiva preċedenti ] mhux iktar tard minn […] jew għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali jintroduċu f’dik id-data d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta' ftehim, u l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jieħdu l-passi kollha neċessarji li jippermettulhom f'kull ħin li jiggarantixxu r-riżultati imposti minn din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva mħassra b'din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 16

Revoka

Id-Direttiva 94/45/KE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A, hija revokata b’effett minn […] [l-għada tad-data stipulata fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 15(1) ta’ din id-Direttiva], bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri marbuta mal-limitu ta' żmien għat-trasponiment fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 17

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ [fl-għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea .

L-Artikoli […] u l-Anness I, il-punti […], [ L-artikoli u l-annessi mhux mibdula meta mqabbel mad-Direttiva preċedenti ] japplikaw minn [l-għada tad-data li hemm fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 15(1)].

ê 94/45/KE

Artikolu 16 18

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

⎢ 94/45/KE

ANNESS I

IL-ĦTIĠIJIET SUSSIDJARI

li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7 tad-Direttiva

1. Sabiex jintlaħaq l-għan ta' l-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva u fil-każijiet ipprovduti fl-Artikolu 7(1) ta’ din id-Direttiva, l-istabbiliment, il-kompożizzjoni u l-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jiġi rregolat mir-regoli li ġejjin:

a) Il-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandha tkun limitata għat-tagħrif u l-konsultazzjoni dwar il-materji li jirrigwardaw l-impriża fuq skala Komunitarja jew il-grupp ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja bħala ħaġa waħda jew mill-inqas tnejn mill-istabbilimenti tagħhom jew mill-grupp ta' l-impriżi li jinsabu fi Stati Membri differenti.

Fil-każ ta' l-impriżi jew il-gruppi ta' l-impriżi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(2), il-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandha tiġi limitata għal dawk il-materji li jirrigwardaw l-istabbilimenti kollha tagħhom jew il-grupp ta' l-impriżi li jinsabu ġewwa l-Istati Membri jew li jirrigwardaw mill-inqas tnejn mill-istabbilimenti tagħhom jew tal-grupp ta' l-impriżi li jinsabu fi Stati Membri differenti.

∫ ġdid

a) Il-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandha tiġi determinata skond l-Artikolu 1(3).

L-informazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandha tkun marbuta partikolarment ma’ l-istruttura, il-qagħda ekonomika u finanzjarja, l-iżvilupp potenzjali u l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ l-impriża jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja. L-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu marbuta partikolarment mas-sitwazzjoni u x-xejra li aktarx jieħdu l-impjiegi, l-investimenti u l-bidliet sostanzjali li jirrigwardaw l-organizzazzjoni, l-introduzzjoni ta’ metodi ta’ ħidma jew proċessi ta’ produzzjoni ġodda, trasferimenti ta’ produzzjoni, merġers, tnaqqis fid-daqs jew għeluq ta’ impriżi, stabbilimenti jew partijiet importanti tagħhom, u tkeċċijiet kollettivi.

Il-konsultazzjoni għandha ssir b'tali mod li tippermetti lir-rappreżentanti ta' l-impjegati li jiltaqgħu mat-tmexxija ċentrali u biex jakkwistaw rispons, u għar-raġunijiet ta' dik ir-reazzjoni, dwar xi opinjoni li huma jistgħu jifformulaw.

⎢ 94/45/KE (adattat)

b) il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkun kompost minn impjegati ta' l-impriża fuq skala Komunitarja jew tal-grupp ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja eletti jew maħtura minn fost in-numru tagħhom mir-rappreżentanti ta' l-impjegati jew, fin-nuqqas ta' dawn, mill-korp intier ta' l-impjegati.

L-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jitwettqu skond il-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali;

c) (ċ) Il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkollu minimu ta' tliet membri u massimu ta' tletin.

Fejn id-daqs hekk jeħtieġ, (il-Kunsill) għandu jagħżel kumitat minn fost il-membri tiegħu, li jkun fih l-aktar sa tliet membri.

Għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

d) Fl-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew, irid jiġi żgurat:

- l-ewwelnett, illi kull Stat Membru fejn l-impriża fuq skala Komunitarja għandha stabbiliment jew aktar jew fejn il-grupp ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għandhom l-impriża tal-kontroll jew fejn impriża tal-kontroll jew aktar huma rrappreżentati minn membru wieħed,

- it-tieninett, illi jkun hemm membri supplimentari fil-proporzjon tan-numru ta' impjegati li jaħdmu fl-istabbilimenti, fl-impriża tal-kontroll jew fl-impriżi kkontrollati kif stabbilit bil-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li ġewwa t-territorju tiegħu jkun jinsab il-korp ċentrali ta' tmexxija.

∫ ġdid

c) il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jiġu eletti jew maħtura fi proporzjon ma’ l-għadd ta’ impjegati f’kull Stat Membru mill-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, billi jiġu allokati, għal kull Stat Membru fejn hemm mill-inqas ħamsin impjegat, siġġu wieħed kull porzjon ta’ impjegati f’dak l-Istat Membru ekwivalenti għal 10 % jew frazzjoni tiegħu, ta' l-għadd ta' impjegati fl-Istati Membri kollha meħuda flimkien;

d) biex ikun garantit li l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew ikun jista’ jikkoordina l-attivitajiet tiegħu, għandu jagħżel kumitat minn fost il-membri tiegħu, magħmul minn massimu ta’ ħames membri, li għandu jkollu l-kundizzjonijiet li jippermettu l-attivitajiet tiegħu fuq bażi regolari.

⎢ 94/45/KE (adattat)

? ġdid

√ Għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu; Õ

e) il-korp ċentrali ta' tmexxija u kull livell xieraq ta' tmexxija għandhom jiġu mgħarrfa bil-kompożizzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew;

f) erba' snin wara li jiġi stabbilit il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew dan għandu jeżamina jekk jiftaħx in-negozjati għall-konklużjoni tal-ftehim riferit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva jew li jissokta japplika l-ħtiġijiet sussidjarji adottati skond dan l-Anness.

L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva għandhom japplikaw, mutatis mutandis , jekk tkun ittieħdet deċiżjoni sabiex jiġi nnegozjat ftehim skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva, fejn, f'dan il-każ, il-frażi “il-korp speċjali tan-negozjati” għandha tiġi mibdula bil-frażi “il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew”.

2. Il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkollu d-dritt li jiltaqa' mal-korp ċentrali ta' tmexxija darba fis-sena, sabiex jiġi mgħarraf u kkonsultat, fuq il-bażi ta' rapport imfassal mill-korp ċentrali ta' tmexxija, dwar il-progress tal-kummerċ ta' l-impriża fuq skala Komunitarja jew tal-grupp ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja u l-prospetti tagħhom. Il-korpi ta' tmexxija lokali għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq.

Il-laqgħa għandha jkollha x'taqsam b'mod partikolari ma' l-istruttura, mas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja, l-iżvilupp probabbli tan-negozju u tal-produzzjoni u l-bejgħ, is-sitwazzjoni u x-xejra probabbli ta' l-impjiegi, l-investimenti, u l-bidliet sostanzjali li jirrigwardaw l-organizzazzjoni, l-introduzzjoni ta' metodi ġodda tax-xogħol jew ta' l-ipproċessar tal-produzzjoni, it-trasferimenti tal-produzzjoni, l-inkorporazzjonijiet, it-tnaqqis jew l-għeluq ta' l-impriżi, l-istabbilimenti jew partijiet importanti tagħhom, u s-sensji kollettivi.

3. Fejn ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jaffettwaw ð jew deċiżjonijiet ippjanati li aktarx jaffettwaw ï l-interessi ta' l-impjegati b'mod konsiderevoli, b'mod partikolari fil-każ ta' l-allokazzjonijiet mill-ġdid, l-għeluq ta' stabbilimenti jew impriżi jew sensji kollettivi, il-kumitat selettiv jew, fejn ma jeżisti l-ebda kumitat bħal dan, il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkollu d-dritt li jiġi mgħarraf. Għandu jkollu d-dritt li jiltaqa', fuq it-talba tagħhom, mal-korp ċentrali ta' tmexxija, jew ma' kull livell ta' tmexxija ieħor aktar xieraq fl-impriża jew fil-grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja bil-poteri li jieħdu d-deċiżjonijiet, sabiex jiġu mgħarrfa u kkonsultati dwar il-miżuri sinifikanti li jaffettwaw l-interessi ta' l-impjegati.

Dawk il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew li kienu ġew eletti jew maħtura mill-istabbilimenti u/jew l-impriżi u li huma direttament interessati fil-miżuri ð fiċ-ċirkostanzi jew id-deċiżjonijiet ï fil-kwistjoni għandu jkollhom ukoll id-dritt li jipparteċipaw fil- √f’każ ta’ Õ laqgħa organizzata mill-kumitat selettiv.

Din il-laqgħa ta' tagħrif u konsultazzjoni għandha ssir malajr kemm jista' jkun fuq il-bażi ta' rapport imfassal mill-korp ċentrali ta' tmexxija jew minn kull livell ieħor ta' tmexxija xieraq ta' l-impriża jew tal-grupp ta' l-impriża fuq skala Komunitarja, li fiha tista' tingħata opinjoni fit-tmiem tal-laqgħa jew fi żmien raġjonevoli.

Din il-laqgħa ma għandhiex taffettwa l-prerogattivi tal-korp ċentrali ta' tmexxija.

? Il-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni previsti fiċ-ċirkostanzi ta’ hawn fuq għandhom jitwettqu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1(2) u 8 ta’ din id-Direttiva. ⎪

4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dwar min jippresjedi l-laqgħat ta' informazzjoni u konsultazzjoni.

Qabel kull laqgħa mal-korp ċentrali ta' tmexxija, il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew il-kumitat selettiv, miżjud fejn meħtieġ skond it-tieni paragrafu tal-punt 3, għandu jkun intitolat li jiltaqa' mingħajr ma jkun preżenti l-korp ta' tmexxija interessat.

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tad-Direttiva, il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jgħarrfu lir-rappreżentanti ta' l-impjegati ta' l-istabbilimenti jew ta' l-impriżi ta' grupp ta' impriżi fuq skala Komunitarja, jew, fin-nuqqas tar-rappreżentanti, lill-qawwa tax-xogħol bħala korp wieħed, bil-kontenut u bir-riżultat tal-proċedura ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mwettqa skond dan l-Anness.

6. Il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew il-kumitat selettiv jistgħu jiġu assistiti minn esperti ta’ l-għażla tagħhom, safejn u sakemm dawn ikunu meħtieġa sabiex iwettqu x-xogħlijiet tagħhom (il-Kunsill jew il-kumitat selettiv).

7. L-ispejjeż fuq l-operazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jinġarru mill-korp ċentrali ta' tmexxija.

Il-korp ċentrali ta' tmexxija interessat għandu jipprovdi lill-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew b'dawk ir-riżorsi finanzjarji u materjali sabiex jgħinuhom jaqdu d-dmirijiet tagħhom b'mod xieraq.

B'mod partikolari, l-ispejjeż dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat u l-arranġamenti għall-faċilitajiet ta' l-interpretazzjoni u l-ispejjez ta' l-akkomodazzjoni u ta' l-ivvjaġġar tal-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u tal-komitat selettiv tiegħu għandhom jitħallsu mill-korp ċentrali ta' tmexxija għajr jekk jiġi miftiehem xorta oħra.

B'konformità ma' dawn il-prinċipji, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli ta' l-estimi li jirrigwardaw l-operazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew. Jistgħu b'mod partikolari jillimitaw il-fondi sabiex ikopru espert wieħed biss.

ANNESS II

Parti A

Id-Direttiva revokata bl-emendi suċċessivi tagħha(imsemmija fl-Artikolu 16)

Id-Direttiva 94/45/KE tal-Kunsill | (ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64) |

Id-Direttiva 97/74/KE tal-Kunsill | (ĠU L 10, 16.1.1998, p. 22) |

Id-Direttiva 2006/109/KE tal-Kunsill | (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 416) |

Parti B

Limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali(imsemmija fl-Artikolu 16)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

94/45/KE | 22.09.1996 |

97/74/KE | 15.12.1999 |

2006/109/KE | 1.1.2007 |

_____________

ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 94/45/KE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1) |

Artikolu 1(2) | Artikolu 1(2) l-ewwel sentenza |

- | Artikolu 1(2), it-tieni sentenza |

- | Artikolu 1(3) u (4) |

Artikolu 1(3) | Artikolu 1(5) |

[…] | […] |

Anness | Anness I |

- | Annessi II u III |

[1] ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64.

[2] Id-Direttiva tal-Kunsill 97/74/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li testendi għar-Renju Unit id-Direttiva 94/45/KE (…), ĠU L 10, 16.1.1998, p. 22.

[3] Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/109/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta d-Direttiva 94/45/KE (…) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, ĠU L 363, 20.12.2006, p. 416.

[4] COM (2000) 188.

[5] C-62/99 Bofrost; C-440/00 Kühne & Nagel. C-349/01 ADS Anker GmbH.

[6] ĠU L 80, 23.3.2002, p. 1.

[7] Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi – ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16.

[8] Id-Direttiva 2001/23KE tal-Kunill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji - ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16.

[9] Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta' Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema, ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.

[10] Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta' Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati, ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25.

[11] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Aġenda Soċjali Mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjeta fl-Ewropa tas-Seklu XXI" COM(2008)xxx ta' l-2008

[12] Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet: It-twettiq sħiħ tal-potenzjal tagħhom għall-involviment ta’ l-impjegati għall-benefiċċju ta’ l-impriżi u l-istaff tagħhom – L-ewwel fażi ta’ konsultazzjoni ta’ l-imsieħba soċjali interprofessjonali u settorjali Komunitarji fil-qafas tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet, l-20 ta’ April 2004.

[13] Fl-istess ħin ta' dawk marbuta mar-ristrutturazzjoni, fil-qafas tal-komunikazzjoni "Ristrutturazzjoni u impjiegi" COM(2005)120 31.3.2005.

[14] C(2008)660, 20.2.2008.

[15] ĠU L 254, 30.9.1994. p. 64. Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/109/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p.416)

[16] ara l-punt 5 aktar ‘il fuq

[17] ĠU C [...] tal-[...], p. [...].

[18] ĠU C [...], [...], p. [...].

[19] ĠU C [...], [...], p. [...].

[20] ĠU C [...] tal-[...], p. [...].

[21] ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/109/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 416).

[22] Ara l-Anness II, Parti A.

[23] COM (2000) 188, 4.4.2000.

[24] ĠU nru C 39 tal-15. 2. 1991, p. 10.

[25] ĠU nru C 336 tal-31. 12. 1991, p. 11.

[26] ĠU L80, 23.3.2002, p. 29.

[27] ĠU L225, 12.8.1998, p.16.

[28] ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16.

[29] ĠU L 395 24 tad-30. 12. 1989 29.1.2004, p. 1.

[30] ĠU L 48 tat- 22. 2. 1975, p. 29. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/56/KEE (ĠU L 245, 26. 8. 1992, p. 3).

[31] ĠU L 61 tal-5.. 3. 1977, p. 26.