52008PC0376




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 18.6.2008

KUMM(2008) 376 finali

2008/0120 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL- KUNSILL

dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta’ individwi (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 83/183/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għal importazzjonijiet permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta’ individwi[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 83/183/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Direttiva kkodifikata.

ê 83/183/KEE (adattat)

2008/0120 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL- KUNSILL

dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad- Ö dħul Õ permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta’ individwi

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 93 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Billi:

ê

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 83/183/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għal importazzjonijiet permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta’ individwi[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 83/183/KEE premessa 1 (adattat)

(2) Sabiex il-poplu ta’ l-Istati Membri jsiru aktar konxji ta’ Öl-attivitajiet Õ tal-Komunità Ewropea, miżuri li jkunu ta’ benefiċċju għal individwi privati għandhom ikunu Ö mantenuti Õ sabiex ikunu Ö assigurati Õ l-kondizzjonijiet Öta' suq internÕ fil-Komunità.

ê 83/183/KEE premessa 2 (adattat)

(3) B’mod partikolari, l-ostakoli għat-taxxa għad- Ö dħul Õ minn individwi privati ta’ propjetà personali ġewwa Stat Membru wieħed minn Stat Membru ieħor huma tali li jfixklu l-moviment ħieles tal-persuni ġewwa l-Komunità. Għalhekk, dawn l-ostakoli għandhom ikunu eliminati safejn possibbli bl-introduzzjoni ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa.

ê 83/183/KEE premessa 3 (adattat)

(4) Dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa jistgħu japplikaw biss għad- Ö dħul Õ ta’ oġġetti li mhumiex ta’ natura kummerċjali jew spekulattiva. L-applikazzjoni ta’ l-eżenzjonijiet għandha għalhekk tkun suġġetta għal limiti u kondizzjonijiet.

ê 91/680/KEE premessa 6 u 92/12/KEE premessa 20 (adattat)

(5) Ö Minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ armonizzazzjoni addottati fl-oqsma tat-taxxa tas-sisa u tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ir-regoli Õ fuq eżenzjonijiet ta’ taxxi u l-konċessjonijiet biex ma jitħallasx dazju Ö m’għadhomx jgħoddu f’dawn l-oqsma. Õ.

ê

(6) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ê 83/183/KEE (adattat)

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Ö KAPITOLU Õ I Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Għan

1. Kull Stat Membru għandu, bla ħsara għall-kondizzjonijiet u fil-każijiet stabbiliti hawn aktar’il quddiem, jeżenta minn taxxi tal-konsum li normalment japplikaw għal dik il-propjetà, Ö ladarba Õ propjetà Ö tkun imdaħħla Õ permanentament minn Stat Membru ieħor minn individwi privati.

2. Mhumiex koperti b’din id-Direttiva:

ê 91/680/KEE Art. 2(2),it-tielet inċiż (adattat)

Ö (a) it-taxxa fuq il-valur miżjud; Õ

ê 91/680/KEE Art. 23(3),it-tieni inċiż (adattat)

Ö (b) id-dazju tas-sisa; Õ

ê 83/183/KEE (adattat)

(ċ) Drittijiet speċifiċi u/jew taxxi konnessi ma’ l-użu ta’ dik il-propjetà Ö msemmija f’paragrafu 1 Õ ġewwa l-pajjiż, bħal, per eżempju, drittijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, taxxi għall-użu tat-toroq u liċenzi tat-televixin.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet li jirreferu għall-propjetà

1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “propjetà personali” tfisser propjetà għall-użu personali tal-persuni interessati jew il-ħtiġijiet tan-nies li joqgħodu magħhom. Dik il-propjetà m’għandhiex, bis-saħħa tan-natura jew kwantità tagħha, tirrifletti xi interess kummerċjali, lanqas tkun maħsuba għal attività ekonomika skond it-tifsir ta’ l-Artikolu Ö 9(1) u ta’ l-Artikoli 10 sa 13 Õ tad-Direttiva Ö tal-Kunsill 2006/112/KE Õ[9]. Iżda, l-għodda jew strumenti meħtieġa għall-persuna interessata għall-eżerċizzju tas-sengħa jew professjoni tiegħu għandhom ukoll ikunu trattati bħala propjetà personali.

2. L-eżenzjoni li għaliha l-Artikolu 1 jagħmel dispożizzjonijiet għandha tingħata għal propjetà personali:

(a) li tkun ġiet akkwistata taħt il-kondizzjonijiet ġenerali ta’ taxxa fis-seħħ fis-suq domestiku ta’ wieħed mill-Istati Membri u li ma jkunx suġġett, għal raġunijiet ta’ Ö ħruġ mill-Istat Membru Õ, għal xi eżenzjoni jew xi rifużjoni ta’ taxxa tal-konsum. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-oġġetti akkwistati taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu Ö 151 tad-Direttiva 2006/112/KE, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (e) tiegħu Õ għandhom jitqiesu li jkunu aderixxew ma’ dawn il-kondizzjonijiet;

ê 89/604/KEE Art. 1 pt. 1

(b) li tiegħu l-persuna konċernata kellha l-użu attwali qabel il-bidla fir-residenza tkun magħmula jew qabel tkun stabbilita t-tieni residenza. Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur għat-triq (inklużi t-trejlers tagħhom), karavani, karavani kbar ipparkjati b’mod kważi permanenti użati bħala residenza, dgħajjes użati għat-tgawdija u ajruplani privati, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-persuna konċernata kienet tgawdi l-użu tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur qabel il-bidla fir-residenza.

Għall-oġġetti msemmija fit-tieni sentenza ta’ punt (a), l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu:

(i) fil-każ ta’ vetturi bil-mutur għat-triq (inklużi t-trejlers tagħhom), karavani, karavani kbar ipparkjati b’mod kważi permanenti użati bħala residenza, dgħajjes użati għat-tgawdija u ajruplani privati, li l-persuna konċernata kellha l-użu tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas tnax-il xahar qabel il-bdil ta' residenza;

(ii) fil-każ ta’ oġġetti oħra, li l-persuna konċernata kellha l-użu tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur qabel il-bdil ta' residenza.

ê 83/183/KEE (adattat)

è1 89/604/KEE Art. 1 pt. 2

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu xhieda li l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 2 ikunu ġew sodisfatti fil-każ ta’ vetturi bil-mutur għat-triq (inklużi t-trejlers tagħhom), karavannijiet, djar mobbli, dgħajjes għall-passatempi u ajruplani privati. Fil-każ ta’ propjetà oħra, dawn għandhom jitolbu dik il-prova biss meta jkun hemm suspetti gravi ta’ frodi.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet ta’ Ö dħul Õ

Ö Id-dħul Õ tal-propjetà tista’ ssir f’waħda jew aktar drabi fil-perjodi stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 9 u 10 rispettivament.

Artikolu 4

Obbligazzjonijiet sussegwenti Ö għad-dħul Õ

è1 Il-vetturi tal-mutur għat-triq (inklużi t-trejlers tagħhom), karavani, karavani kbar ipparkjati b’mod kważi permanenti użati bħala residenza, dgħajjes użati għat-tgawdija u ajruplani privati ç Ö mdaħħlin Õ m’għandhomx jkunu disposti, mikrijin jew mislufin matul il-perjodu ta’ 12-il xahar wara Ö d-dħul tagħhom Õ mingħajr ħlas ta’ dazju, minbarra fiċ-ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ Ö destinazzjoni Õ.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet speċifiċi għal ċerti tipi ta’ propjetà

ê 89/604/KEE Art. 1 pt. 3 (adattat)

1. Stati Membri jistgħu jimponu limiti fuq Ö id-dħul Õ mingħajr dazju ta’ oġġetti elenkati fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva Ö tal-Kunsill Õ 69/220/KEE[10]. Madankollu, dawk il-limiti m’għandhomx ikunu inqas minn erba’ darbiet il-kwantitajiet murija fil-kolonna II ta’ l-imsemmi Artikolu, minbarra fil-każ ta’ prodotti tat-tabakk, li Ö d-dħul Õ mingħajr dazju tiegħhom tkun limitata għall-kwantitajiet murija fl-istess kolonna.

ê 83/183/KEE (adattat)

2. L-eżenzjoni fuq Ö id-dħul Õ ta’ żwiemel ta’ rkib, vetturi bil-mutur (inklużi trejlers), karavannijiet, djar mobbli, dgħajjes għall-passatempi u ajruplani privati għandha tingħata biss jekk l-individwu privat jittrasferixxi r-residenza normali tiegħu fl-Istat Membru ta’ Ö destinazzjoni Õ.

Artikolu 6

Regoli ġenerali biex tkun stabbilita residenza

1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “residenza normali” tfisser il-post fejn persuna normalment tgħix, jiġifieri għal mill-inqas 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rbit personali u tax-xogħol jew, fil-każ ta’ xi persuna mingħajr irbit tax-xogħol, minħabba rbit personali li juri rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fjen ikun qed jgħix.

Iżda, ir-residenza normali ta’ xi persuna li l-irbit tax-xogħol tagħha jkunu f’post differenti mill-irbit personali u li, konsegwentement tgħix f’postijiet differenti li jkunu qegħdin f’żewġ Stati Membri jew aktar, għandha titqies li tkun il-post ta’ l-irbit personali, sakemm dik il-persuna tirritorna hemmhekk regolarment. Din l-aħħar kondizzjoni m’għandhiex għalfejn tkun osservata meta l-persuna tkun qed tgħix fi Stat Membru sabiex tagħmel xi xogħol ta’ dewmien definit. Attendenza f’xi università jew skola ma timplikax trasferiment ta’ residenza normali.

2. Individwi għandhom jagħtu prova tal-post ta’ residenza normali tagħhom b’mezzi xierqa, bħal ma hi l-karta ta’ identità jew xi dokument ieħor validu.

3. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ Ö destinazzjoni Õ jkollhom dubbji dwar il-validità ta’ xi dikjarazzjoni dwar residenza normali magħmula skond il-paragrafu 2, jew għall-fini ta’ ċerti kontrolli speċifiċi, dawn jistgħu jitolbu kull informazzjoni li jeħtieġu jew għal prova addizzjonali.

Ö KAPITOLU Õ II Ö Dħul Õ ta’ propjetà personali konnessa ma’ trasferiment ta’ residenza normali

Artikolu 7

1. L-eżenzjoni li għaliha l-Artikolu 1 jagħmel dispożizzjoni għandha tingħata, suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5, għar-rigward ta’ propjetà personali Ö mdaħħla Õ minn xi individwu privat meta jittrasferixxi r-residenza normali tiegħu.

ê 89/604/KEE Art. 1 pt. 4(b) (adattat)

L-għoti ta’ l-eżenzjoni għandha, mingħajr preġudizzju għal kull proċedura Komunitarja dwar it-transizzjoni, ikun suġġett għall-għemil ta’ inventarju ta’ oġġetti fuq karta ordinarja akkumpanjata, jekk l-Istat hekk jeħtieġ, b’dikjarazzjoni, li l-mudell u l-kontenut tagħha għandhom ikunu definiti skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu Ö 248a Õ (2) tar-Regolament Ö tal-Kunsill Õ (KEE) Nru Ö 2913/92 Õ[11]. L-ebda referenza għall-valur ma tista’ tintalab li titniżżel fl-inventarju ta’ l-oġġetti.

ê 83/183/KEE (adattat)

è1 89/604/KEE Art. 1 pt. 4(ċ)

è2 89/604/KEE Art. 1 pt. 5(a)

2. L-aħħar propjetà għandha tkun Ö imdaħħla Õ mhux aktar tard minn 12-il xahar wara t-trasferiment tar-residenza normali. è1 Fejn, skond l-Artikolu 3, il-proprjetà tkun Ö imdaħħla Õ f’numru ta’ operazzjonijiet fil-perjodu msemmi hawn fuq, fl-okkażjoni ta’ l-ewwel importazzjoni tagħhom biss jistgħu Stati Membri jeħtieġu s-sottomissjoni ta’ inventarju sħiħ li dwaru tista’ ssir ukoll referenza minn uffiċċji tad-dwana oħra fl-eventwalità ta’ tneħħijiet sussegwenti. Dak l-inventarju jista jkun supplimentat iżda dan hu suġġett għall-ftehim ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Memrbu ta’ Ö destinazzjoni Õ ç.

Ö KAPITOLU Õ III Ö Dħul Õ ta’ propjetà personali konnessa mal-fornimaent jew tluq ta’ xi residenza sekondarja

Artikolu 8

1. L-eżenzjoni li għaliha l-Artikolu 1 jagħmel dispożizzjoni għandha tingħata, suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5, għal propjetà personali Ö mdaħħla Õ minn xi individwu privat biex iforni residenza sekondarja.

Din l-eżenzjoni għandha tingħata biss meta:

(a) il-persuna interessata tkun il-proprjetarja tar-residenza sekondarja jew tkun qed tikriha għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar;

(b) il-propjetà Ö mdaħħla Õ tikkorrispondi ma’ l-għamara normali tar-residenza sekondarja.

2. L-eżenzjoni għandha tingħata wkoll, suġġetta għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, meta, wara t-tluq ta’ xi residenza sekondarja, propjetà tkun Ö imdaħħla Õ lejn ir-residenza normali jew lil residenza sekondarja oħra, sakemm dik il-propjetà msemmija tkun attwalment ġiet fil-pussess tal-persuna interessata, u li hi kellha l-użu tagħha, è2 qabel tkun stabbilita t-tieni residenza ç.

L-aħħar propjetà għandha tkun Ö imdaħħla Õ mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li r-residenza sekondarja tkun ġiet rilaxxata.

Ö KAPITOLU Õ IV Ö Dħul Õ ta’ propjetà maż-żwieġ

Artikolu 9

ê 89/604/KEE Art. 1 pt. 6(a) (adattat)

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2 sa 5, kull persuna għandha, meta tiżżewweġ, tkun intitolata għal eżenzjoni mit-taxxi msemmija fl-Artikolu 1(1) meta Ö ddaħħal Õ ġewwa l-Istat Membru li fih hi beħsiebha li tittrasferixxi r-residenza normali, proprjetà personali li tkun akkwistat jew li tagħha jkollha l-użu, sakemm:

ê 83/183/KEE (adattat)

(a) Ö dak id-dħul Õ isir f’perjodu li jibda xahrejn qabel id-data stabbilita taż-żwieġ u li jispiċċa erba’ xhur wara d-data attwali taż-żwieġ;

(b) il-persuna interessata tipprovdi xhieda li ż-żwieġ tagħha jkun sar jew li l-formalitajiet preliminari meħtieġa għaż-żwieġ jkunu nbdew.

ê 89/604/KEE Art. 1 pt. 6(b) (adattat)

2. Għandha tingħata eżenzjoni wkoll dwar rigali mogħtija skond id-drawwa fl-okkażjoni ta’ żwieġ, liema rigali jkunu riċevuti minn xi persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 minn persuni li jkollhom il-post ta’ residenza normali f’xi Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta’ Ö destinazzjoni Õ. L-eżenzjoni tapplika għal rigali li l-valur ta’ kull unità tagħhom ma jeċċedix EUR 350 sakemm il-valur ta’ kull rigal eżentat ma jeċċedix EUR 1 400.

ê 83/183/KEE (adattat)

è1 89/604/KEE Art. 1 pt. 7(b)

3. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti ta’ dik l-eżenzjoni tiddependi fuq id-dispożizzjoni ta’ xi garanzija adegwata, meta l-propjetà tkun Ö imdaħħla Õ qabel id-data taż-żwieġ.

4. Meta l-individwu jonqos milli jipprovdi xhieda taż-żwieġ tiegħu fi żmien erba’ xhur mid-data mogħtija għal dak iż-żwieġ, it-taxxi għandhom ikunu dovuti fid-data Ö tad-dħul Õ.

Ö KAPITOLU Õ V Ö Dħul Õ ta’ propjetà personali ta’ persuna mejta, akkwistata permezz ta’ wirt

Artikolu 10

1. Bħala deroga mill-Artikoli 2(2) u (3) u 4 u 5(2), iżda mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra li jinsabu fl-Artikoli 2, 3 u 5, kull individwu privat li, permezz ta’ wirt ( causa mortis ), jakkwista propjetà jew l-użufrutt ta’ propjetà personali ta’ xi persuna mejta li tkun qiegħda ġewwa Stat Membru, għandu jkun intitolat għal eżenzjoni mit-taxxi msemmija fl-Artikolu 1(1) meta Ö jdaħħal Õ dik il-propjetà ġewwa Stat Membru ieħor li fih ikollu residenza, sakemm:

(a) dak l-individwu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru Ö ta’ destinazzjoni Õ dikjarazzjoni maħruġa minn nutar jew awtorità kompetenti oħra fl-Istat Membru Ö ta' l-oriġiniÕ li l-propjetà li jkun qed Ö idaħħal Õ tkun akkwistata permezz ta’ wirt;

(b) il-propjetà tkun Ö imdaħħla Õ mhux aktar minn sentejn wara d-data li fiha dak l-individwu jiġi fil-pussess tal-propjetà.

Ö KAPITOLU Õ VI Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jippruvaw inaqqsu, safejn ikun possibbli, il-formalitajiet Ö għad-dħul Õ minn individwi privati fil-limiti u suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u għandhom jippruvaw jevitaw il-formalitajiet Ö għad-dħul Õ li jinkludu kontrolli li jirriżultaw fit-tniżżil tat-tagħbija u t-tagħbija Ö mad-dħul fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni Õ.

2. L-Istati Membri jistgħu jżommu u/jew jintroduċu kondizzjonijiet aktar liberali għall-għoti ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ dawk stabbiliti è1 fl-Artikolu 2(2)(a) ç.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(2), l-Istati Membri ma jistgħux, bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, japplikaw ġewwa l-Komunità eżenzjonijiet mit-taxxa anqas favorevoli minn dawk li huma jagħtu għal importazzjonijiet minn individwi privati ta’ propjetà personali minn pajjiżi mhux membri.

Artikolu 12

Ö 1. Õ L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjoni prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva, u b’mod partikolari dik li tirriżulta mit-tħaddim tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(2) u (3). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bid-dispożizzjonijiet ta’ l-aħħar.

Ö 2. Õ Kull sentejn il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tibgħat Ö lill-Parlament Ewropew u Õ lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri.

ê

Artikolu 13

Id-Direttiva 83/183/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 83/183/KEE Art. 13

Artikolu 15

Din id-Direttiva hi Indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

é

ANNESS I

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttiva tal-Kunsill 83/183/KEE (ĠU L 105, 23.4.1983, p. 64) |

Direttiva tal-Kunsill 89/604/KEE (ĠU L 348, 29.11.1989, p. 28) |

Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE (ĠU L 376, 31.12.1991, p. 1) | Unikament f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 2(2), it-tielet inċiż tagħha |

Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1) | Unikament f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 23(3), it-tieni inċiż tagħha |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

83/183/KEE | 1 ta’ Jannar 1984 |

89/604/KEE | 1 ta’ Lulju 1990 |

91/680/KEE | 1 ta’ Jannar 1993[12] |

92/12/KEE | 1 ta’ Jannar 1993[13] |

________________

ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 83/183/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1) |

- | Artikolu 1(2)(a) |

- | Artikolu 1(2)(b) |

Artikolu 1(2) | Artikolu 1(2)(ċ) |

Artikolu 2(1) | Artikolu 2(1) |

Artikolu 2(2), l-ewwel paragrafu, punt (a) | Artikolu 2(2), l-ewwel paragrafu, punt (a) |

Artikolu 2(2), l-ewwel paragrafu, punt (b) | Artikolu 2(2), l-ewwel paragrafu, punt (b) |

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, frasi tal-bidu | Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, frasi tal-bidu |

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, punt (i) |

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, punt (ii) |

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, l-aħħar frasi | - |

Artikolu 2(3) | Artikolu 2(3) |

Artikolu 3 sa 6 | Artikolu 3 sa 6 |

Artikolu 7(1)(a) | Artikolu 7(1), l-ewwel paragrafu |

Artikolu 7(1)(b) | Artikolu 7(1), it-tieni paragrafu |

Artikolu 7(2) | Artikolu 7(2) |

Artikolu 8(1), l-ewwel paragrafu | Artikolu 8(1), l-ewwel paragrafu |

Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu, punti (i) u (ii) | Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu, punti (a) u (b) |

Artikolu 8(2) | Artikolu 8(2) |

Artikoli 9, 10 u 11 | Artikoli 9, 10 u 11 |

Artikolu 12(1) | - |

Artikolu 12(2) | Artikolu 12(1) |

Artikolu 12(3) | Artikolu 12(2) |

- | Artikolu 13 |

- | Artikolu 14 |

Artikolu 13 | Artikolu 15 |

- | Anness I |

- | Anness II |

______________________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness I, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 105, 23.4.1983, p. 64. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 92/12/KEE(ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1).

[8] Ara l-Anness I, Parti A.

[9] Ö ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1 Õ.

[10] ĠU L 133, 4.6.1969, p. 6.

[11] Ö ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1 Õ.

[12] L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi sabiex is-sistemi kif mibdula skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punt 1 sa 20 u punt 22 sa 24 u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/680/KEE jidħlu fis-seħħ l-1 ta’ Jannar 1993.

[13] F’dak li jikkonċerna l-Artikolu 9(3), ir-Renju tad-Danimarka huwa awtoriżżat idaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-dispożizzjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993.