deċiżjoni tal-Kunsill ta’... li f’isem il-Komunità tapprova l-Anness 8 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri /* KUMM/2008/0352 finali - ACC 2008/0114 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, 7.5.2008 COM(2008 Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta’... li f’isem il-Komunità tapprova l-Anness 8 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri. (imressqa mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta L-għan tar-Regolament huwa li jinkorpora l-Anness 8 il-ġdid għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri, fis-sistema ġuridika tal-Komunità. L-għan ta’ l-Anness huwa li jħaffef il-kummerċ internazzjonali billi jnaqqas, jarmonizza u jikkoordina l-proċeduri u x-xogħol amministrattiv relatati mal-kontrolli ta’ merkanzija fuq il-fruntieri, b’mod partikolari fil-każ ta’ annimali ħajjin u merkanzija li titħassar. Fil-qofol tiegħu, l-Anness jinkludi obbligi mfassla biex inaqqsu d-dewmien f'postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri, fil-każ ta' annimali ħajjin u merkanzija li titħassar (eż., permezz ta' l-użu tal-"one stop shop" biex il-kontrolli mill-awtoritajiet ta’ zewġ pajjiżi ġirien jkunu jistgħu jsiru b’mod konġunt tul il-jum kollu, u permezz tas-separazzjoni tat-traffiku biex tingħata prijorità lill-ġarr tal-merkanzija), biex jittejjeb l-operat f’postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri, kif ukoll l-aspetti tekniċi li għandhom x’jaqsmu mar-rikonixximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni internazzjonali ta’ l-ispezzjoni tal-vetturi u tal-piż tagħhom. Il-kuntest ġenerali Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri (il-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni), li ġiet iffirmata fil-21 ta’ Ottubru 1982, kienet approvata f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1262/84 ta’ l-10 ta’ April 1984 li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Settembru 1987. Bħalissa, il-Konvenzjoni għandha 50 Parti Kontraenti, fosthom il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Il-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni introduċiet miżuri mfassla biex iħaffu, u b'hekk jiżviluppaw, il-kummerċ internazzjonali permezz ta' l-armonizzazzjoni (fejn xieraq) tad-diversi kontrolli fuq il-fruntieri li jsiru fuq il-ġarr ta’ merkanzija. Madankollu, wara nħass il-bżonn li jitnaqqsu aktar mill-formalitajiet meħtieġa f’postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri. Fil-laqgħa ta’ Frar 1999, il-Kumitat tat-Trasport Intern tan-NU/KEE ddeċieda li l-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni għandha tiġi riveduta ħalli tinkludi dispożizzjonijiet li jħaffu l-qsim tal-fruntieri minn vetturi li jġorru merkanzija li titħassar skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali ta’ merkanzija li titħassar u dwar it-tagħmir speċjali li jintuża għal dan it-tip ta’ trasport. Barra minn hekk, fil-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tħaffif ta’ proċeduri għall-viża ta’ sewwieqa professjonali, l-ispezzjoni ta’ vetturi jew ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni internazzjonali tal-piż tal-vetturi kienu meqjusa bħala indispensabbli. Sussegwentement, il-Grupp ta’ Ħidma tan-NU/KEE dwar Kwistjonijiet Doganali li jolqtu t-Trasport, bl-għajnuna ta’ grupp ad hoc ta’ esperti fassal abbozz ta’ proposti biex jiżdied Anness ġdid għall-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni li jkun jikkumplimenta d-dispożizzjonijiet eżistenti. Dan l-Anness ġie adottat f’Ottubru 2007 u, peress li ma tressqet ebda oġġezzjoni għalih, għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta' Mejju 2008. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta M’hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta. Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Is-simplifikazzjonijiet previsti huma konsistenti ma’ l-istrateġija riveduta ta' Liżbona. It-tħaffif tal-kummerċ internazzjonali u t-tneħħija ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ huwa wieħed mill-għanijiet tal-politika kummerċjali komuni u għaldaqstant jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-miżuri stipulati fl-Anness huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tal-parteċipanti: - Il-konsultazzjonijiet saru ma’ l-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport bit-Triq. - Il-konsultazzjonijiet seħħew ukoll fi ħdan il-laqgħat tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, is-sessjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma tan-NU/KEE dwar Kwistjonijiet Doganali li Jolqtu t-Trasport u tal-Kumitat Amministrattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni. Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu: Opinjoni favorevoli. Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Id-dispożizzjonijiet attwali tal-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni jibqgħu l-istess. Id-Deċiżjoni proposta tinkorpora Anness ġdid għall-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni fis-sistema ġuridika tal-Komunità li jinkludi dispożizzjonijiet li jħaffu l-qsim ta’ fruntieri minn vetturi li jġorru merkanzija li titħassar skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali ta’ merkanzija li titħassar u dwar it-tagħmir speċjali li jintuża għal dan it-tip ta’ trasport, dispożizzjonijiet dwar spezzjonijiet ta’ vetturi u rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikazzjoni internazzjonali tal-piż tal-vetturi jew dispożizzjonijiet li jikkonċernaw aktar tħaffif ta’ proċeduri għall-viża ta’ sewwieqa professjonali. Is-settur tat-trasport mistenni jgawdi mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Id-Deċiżjoni proposta tapprova u tintroduċi b’mod formali l-Anness 8 il-ġdid għall-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni fis-sistema ġuridika tal-Komunità. Bażi ġuridika L-Artikolu 133 u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Timplimenta l-emendi għal ftehim internazzjonali li fih innifsu jirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. Dawn l-emendi kollha diġà ġew adottati mill-Kumitat Amministrattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni b’seħħ mill-20 ta’ Mejju 2008 u għandhom japplikaw fl-Istati Membri kollha. L-għażla ta’ l-istrumenti Strumenti proposti: Deċiżjoni. Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni li ġejja: iid-Deċiżjoni proposta temenda r-Regolament (KEE) Nru 1262/84 li kien introduċa l-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni fis-sistema ġuridika tal-Komunità. L-IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT Il-proposta m'għandha ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità. TAGħRIF ADDIZZJONALI Simplifikazzjoni Il-proposta tipprevdi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (ta’ l-UE jew nazzjonali), u għas-simplifikazzjoni ta' proċeduri amministrattivi għall-privati.. Skond id-Deċiżjoni proposta, jiġi stabbilit skambju regolari ta’ informazzjoni dwar it-tħaffif ta’ proċeduri għall-viża ta’ sewwieqa professjonali jew rekwiżiti ta’ kontroll fuq il-fruntieri. Il-Partijiet Kontraenti huma mistennija jikkooperaw mal-kontraparti tagħhom ta’ Partijiet Kontraenti oħrajn biex jitħaffu l-proċeduri ta’ qsim bejn il-fruntieri u biex il-proċeduri ta’ wżin tal-vetturi ma jsirux aktar minn darba. Skond id-Deċiżjoni proposta, se jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda tal-Konvenzjoni għall-Armonizzazzjoni li jikkonċernaw it-tħaffif ta’ proċeduri għall-qsim ta’ fruntieri minn vetturi li jġorru merkanzija li titħassar skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali ta’ merkanzija li titħassar u dwar it-tagħmir speċjali li jintuża għal dan it-tip ta’ trasport. Barra minn hekk, abbażi tal-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni kif emendata, isiru applikabbli dispożizzjonijiet ġodda li jikkonċernaw it-tħaffif ta’ proċeduri għall-viża ta’ sewwieqa professjonali, l-ispezzjoni ta’ vetturi jew ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni internazzjonali tal-piż tal-vetturi. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li f’isem il-Komunità tapprova l-Anness 8 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 133, flimkien mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta’ Merkanzija fuq il-Fruntieri, ta’ l-1982, kienet approvata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1262/84[1]. (2) L-Artikolu 22 ta’ dik il-Konvenzjoni dwar l-Armonizzazzjoni, flimkien ma’ l-Anness 7 tagħha, jipprevedi li l-Kumitat Amministrattiv jista’ jipproponi u jadotta emendi għall-Konvenzjoni. Dawn l-emendi għandhom jiġu aċċettati, sakemm ma ssirx xi oġġezzjoni minn xi Parti Kontraenti fi żmien 12-il xahar mill-komunikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, ta’ l-emenda proposta lill-Partijiet Kontraenti. (3) Fil-laqgħa ta’ Frar 1999, il-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (United Nations Economic Commission for Europe - UNECE) ddeċieda li l-Konvenzjoni għandha tiġi riveduta ħalli tinkludi dispożizzjonijiet li jħaffu l-qsim tal-fruntieri minn vetturi. (4) Sussegwentement, il-Grupp ta’ Ħidma tan-NU/KEE dwar Kwistjonijiet Doganali li jolqtu t-Trasport fassal abbozz ta’ proposti biex jiżdied Anness 8 ġdid għall-Konvenzjoni li jkun jikkumplimenta d-dispożizzjonijiet eżistenti. (5) F’Ottubru 2007, il-Kumitat Amministrattiv għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta’ Merkanzija fuq il-Fruntieri adotta dan l-Anness u peress li ma tressqet l-ebda oġġezzjoni, l-Anness għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2008. (6) L-għan ta’ l-Anness 8 għall-Konvenzjoni huwa li jħaffef il-kummerċ internazzjonali billi jnaqqas, jarmonizza u jikkoordina l-proċeduri u x-xogħol amministrattiv relatati mal-kontrolli ta’ merkanzija fuq il-fruntieri, b’mod partikolari fil-każ ta’ annimali ħajjin u merkanzija li titħassar. L-Anness 8 għandu l-għan ukoll li jittejjeb l-operat f’postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri, kif ukoll l-aspetti tekniċi li għandhom x’jaqsmu mar-rikonixximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni internazzjonali ta’ l-ispezzjoni tal-vetturi u tal-piż tagħhom. (7) It-tħaffif tal-kummerċ internazzjonali u t-tneħħija ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ huwa wieħed mill-għanijiet tal-politika kummerċjali komuni u għaldaqstant jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. (8) Il-pożizzjoni tal-Komunità fuq l-emenda proposta għall-Konvenzjoni kienet approvata f’Lulju 2005. (9) Għaldaqstant, l-emenda għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta’ Merkanzija fuq il-Fruntieri għandha tiġi approvata. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness 8 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta’ Merkanzija fuq il-Fruntieri huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità. It-test ta' dan l-Anness huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President Anness 8 TĦAFFIF TAL-PROĊEDURI GĦALL-QSIM BEJN IL-FRUNTIERI GĦAT-TRASPORT INTERNAZZJONALI BIT-TRIQ ARTIKOLU 1 Prinċipji Filwaqt li jikkumplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u b’mod partikolari dawk previsti fl-Anness 1, dan l-Anness jipprova jiddefinixxi l-miżuri li għandhom jiġu implimentati sabiex jitħaffu l-proċeduri għall-qsim bejn il-fruntieri minn trasport internazzjonali bit-triq. Artikolu 2 Tħaffif tal-proċeduri għall-viża ta’ sewwieqa professjonali 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu ħilithom biex iħaffu l- proċeduri għall- ħruġ ta’ viżi lil sewwieqa professjonali involuti fi trasport internazzjonali bit-triq skond l-aqwa prassi nazzjonali għall-applikanti għall-viża u regoli nazzjonali ta’ immigrazzjoni, kif ukoll impenji internazzjonali. 2. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li b’mod regolari, jagħmlu skambju ta’ informazzjoni dwar l-aqwa prassi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ proċeduri għall-viża ta’ sewwieqa professjonali. Artikolu 3 Operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali bit-triq 1. Sabiex jitħaffef il-ġarr internazzjonali ta’ merkanzija, il-Partijiet Kontraenti, għandhom jinfurmaw regolarment lill-partijiet kollha involuti f’operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali, b’mod armonizzat u kkoordinat, dwar ir-rekwiżiti tal-kontrolli fuq il-fruntieri għal operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali bit-triq li jkunu fis-seħħ jew ippjanati kif ukoll dwar is-sitwazzjoni attwali fuq il-fruntieri. 2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jittrasferixxu, sakemm possibbli u mhux għat-traffiku fi transitu biss, kwalunkwe proċedura meħtieġa lejn il-post ta’ oriġini u destinazzjoni tal-merkanzija li tinġarr bit-triq, sabiex tonqos il-konġestjoni tat-traffiku fil-postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri. 3. B’referenza partikolari għall-Artikolu 7 ta’ din il-Konvenzjoni, il-konsenji urġenti għandhom jingħataw prijorità , eż. annimali ħajjin u merkanzija li titħassar. B’mod partikolari, is-servizzi kompetenti fil-postijiet ta' qsim bejn il-fruntieri:: (i) għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex inaqqsu kemm jista’ jkun il-ħin ta’ stennija lil vetturi li jkollhom approvazzjoni ATP u li jġorru merkanzija li titħassar jew lil vetturi li jġorru annimali ħajjin, sa mill-ħin li jaslu fuq il-fruntiera sakemm isirulhom il-kontrolli regolatorji, amministrattivi, Doganali u sanitarji. (ii) għandhom jiżguraw li l-kontrolli regolatorji meħtieġa jsiru malajr kemm jista’ jkun; (iii) Għandhom jippermettu, sakemm possibbli, t-tħaddim tat-tagħmir ta' tkessiħ fuq vetturi li jġorru merkanzija li titħassar waqt li din tkun qed taqsam il-fruntiera, sakemm dan ma jkunx possibbli minħabba l-proċedura ta' kontrolli meħtieġa. (iv) għandhom jikkooperaw, b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni bil-quddiem, mal-kontraparti tagħhom ta’ Partijiet Kontraenti oħrajn biex jitħaffu l-proċeduri ta’ qsim bejn il-fruntieri għal merkanzija li titħassar u għal annimali ħajjin, f’każ li dawn it-tagħbijiet ikunu suġġetti għal spezzjonijiet sanitarji. Artikolu 4 Spezzjoni tal-vetturi 1. Il-Partijiet Kontraenti, li għadhom mhux Parti mill-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Kundizzjonijiet Uniformi għall-Ispezzjonijiet Perjodiċi Tekniċi ta’ Vetturi bir-Roti u r-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Spezzjonijiet ta’ dan it-tip (1997), għandhom jagħmlu ħilithom, b’konsistenza mal-liġijiet u regolamenti nazzjonali u internazzjonali rilevanti, biex jitħaffef il-qsim bejn il-fruntieri minn vetturi tat-triq billi jaċċettaw iċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika kif previst f'dan il-ftehim. Iċ-Ċertifikat ta’ Spezzjoni Teknika, kif jidher fil-Ftehim mill-1 ta’ Jannar 2002, jidher fl- Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. 2. Biex jidentifikaw lill-vetturi li jkollhom approvazzjoni ATP u li jġorru merkanzija li titħassar, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jużaw il-marki distinti li jitwaħħlu mat-tagħmir rilevanti u ċ-ċertifikat ATP jew il-pjanċa ta’ approvazzjoni previsti fil-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Merkanzija li Titħassar u t-Tagħmir Speċjali li jintuża għal dan it-tip ta’ Trasport (1970). Artikolu 5 Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura 1. Sabiex jitħaffef il-qsim bejn il-fruntieri, il-Partijiet Kontraenti, b’konsistenza mal-liġijiet u regolamenti nazzjonali u internazzjonali rilevanti, għandhom jagħmlu ħilithom biex il-proċeduri ta’ wżin tal-vetturi f’postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri ma jsirux aktar minn darba waħda, billi jaċċettaw u jirrikonoxxu b’mod reċiproku ċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura kif previst fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. Fil-każ li l-Partijiet Kontraenti jaċċettaw dawn iċ-ċertifikati, ma għandu jsir ebda kejl ieħor tal-piż għajr għal spezzjonijiet aleatorji u kontrolli f’każ ta’ suspett ta’ irregolaritajiet. Il-kejl tal-piż tal-vetturi li jitniżżel fuq dawn iċ-ċertifikati għandu jsir biss fil-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ l-operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali. Ir-riżultati li jinkisbu minn dan il-kejl għandhom jitniżżlu u jiġu ċċertifikati kif xieraq f’dawn iċ-ċertifikati. 2. Kull Parti Kontraenti li taċċetta ċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura għandha tiżgura li tiġi ppublikata lista sħiħa ta’ l-istazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi fil-pajjiż tagħha li jkunu awtorizzati f’konformità mal-prinċipji internazzjonali, kif ukoll ta’ kwalunkwe modifika tagħha. Din il-lista, flimkien ma’ kwalunkwe modifika tagħha għandha tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) biex titqassam lil kull Parti Kontraenti u lill-organizzazzjionijiet internazzjonali msemmija fl-Anness 7, Artikolu 2 ta’ din il-Konvenzjoni. 3. Ir-rekwiżiti minimi għal stazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi, il-prinċipji għall-awtorizzazzjoni u l-elementi bażiċi tal-proċeduri ta’ użin li jridu jintużaw jidhru fl- Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. Artikolu 6 Il-postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri Biex jiġi żgurat li l-formalitajiet meħtieġa fil-postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri jsiru bl-aħjar mod u jitħaffu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jissodisfaw, kemm jista' jkun, dawn ir-rekwiżiti minimi għal postijiet ta' qsim bejn il-fruntieri li jkunu miftuħa għat-traffiku internazzjonali ta' merkanzija: (i) faċilitajiet li jippermettu kontrolli konġunti bejn Stati ġirien (teknoloġija “one-stop”), 24 siegħa kuljum, meta dan ikun iġġustifikat mill-ħtieġa ta’ kummerċ u b’konsistenza mar-regolamenti tat-traffiku bit-triq; (ii) separazzjoni tat-traffiku skond it-tipi differenti ta’ traffiku fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera biex jippermetti li tingħata prijorità lil vetturi li jkunu koperti minn dokumenti Doganali ta’ transitu internazzjonali validi (TIR, T) jew li jġorru annimali ħajjin jew merkanzija li titħassar; (iii) erjas ta’ kontroll lil hinn mill-karreġġata, biex fihom isiru kontrolli aleatorji tat-tagħbija u tal-vetturi; (iv) faċilitajiet xierqa ta’ terminal u għall-ipparkjar tal-vetturi; (v) faċilitajiet xierqa ta’ iġjene, soċjali u ta’ telekomunikazzjoni għas-sewwieqa; (vi) għajnuna biex jiġu stabbiliti aġenti tad-distribuzzjoni tal-merkanzija f'postijiet ta' qsim bejn il-fruntieri, li joffru servizzi kompetittivi lill-operaturi tat-trasport. Artikolu 7 Mekkaniżmu ta' rappurtar Skond l-Artikoli 1 sa 6 ta’ dan l-Anness, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) għandu jagħmel, kull sentejn, stħarriġ fost il-Partijiet Kontraenti dwar il-progress li jkun sar biex jittejbu l-proċeduri ta’ qsim bejn il-fruntieri fil-pajjiżi tagħhom. Appendiċi 1 għall-Anness 8 tal-Konvenzjoni ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TA’ SPEZZJONI TEKNIKA F’konformità mal-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Kundizzjonijiet Uniformi għall-Ispezzjonijiet Perjodiċi Tekniċi ta’ Vetturi bir-Roti u r-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Spezzjonijiet ta’ dan it-tip (1997), li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Jannar 2001. 1. Iċ-Ċentri Akkreditati għall-Ispezzjonijiet Tekniċi huma responsabbli li jagħmlu testijiet ta’ spezzjoni, li jagħtu l-approvazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ spezzjoni tar-Regola/i rilevanti annessa/i mal-Ftehim ta’ Vienna ta’ l-1997, u li jispeċifikaw l-aktar data tard ta’ l-ispezzjoni li jmiss li għandha tkun indikata fil-linja Nru 12.5 taċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika, li hawn taħt jidher mudell tiegħu. 2. Iċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika għandu jkun fih l-informazzjoni indikata hawn taħt. Jista’ jkun ktejjeb b’format A6 (148x105 mm), b'qoxra ħadra u bil-folji ta' ġewwa bojod, inkella karta ħadra jew bajda b’format A4 (210X197 mm) mitwiha għal format A6 b’tali mod li t-taqsima li fiha tidher il-marka distinta ta’ l-Istat jew tan-Nazzjonijiet Uniti tkun il-wiċċ taċ-Ċertifikat mitwi. 3. L-elementi taċ-ċertifikat u l-kontenut tagħhom għandhom jiġu stampati fl-ilsien nazzjonali tal-Parti Kontraenti li toħroġ iċ-ċertifikat, li għandha żżom l-istess numerazzjoni. 4. Bħala alternattiva, jistgħu jintużaw ir-rapporti ta’ spezzjoni perjodiċi li jintużaw mill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim. Kampjun tagħhom għandu jintbagħat lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bħala informazzjoni għall-Partijiet Kontraenti. 5. Annotazzjonijiet bil-miktub, stampati b’typewriter jew b’kompjuter dwar iċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika jistgħu jsiru mill-awtoritajiet kompetenti biss u t-tipa tagħhom għandha tkun bl-alfabet Latin. IL-KONTENUT TAĊ-ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TA' SPEZZJONI TEKNIKA Spazju għall-marka distintiva ta’ l-Istat jew tan-NU ................................ (l-Awtorità Amministrattiva responsabbli għall-ispezzjoni teknika) ............................................[2].. ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TA' SPEZZJONI TEKNIKA [3] | ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TA’ SPEZZJONI TEKNIKA 1. In-numru tal-pjanċa (ta’ Reġistrazzjoni)…………………………………………………… 2. In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura……………………………………………………….. 3. L-ewwel reġistrazzjoni wara l-manifattura (Stat, Awtorità)[4]………………………… 4. Id-data ta’ l-ewwel reġistrazzjoni wara l-manifattura……………………………………. 5. Id-data ta’ l-ispezzjoni teknika…………………………………………………… ĊERTIFIKAT TA' KONFORMITÀ 6. Dan iċ-ċertifikat inħareġ għall-vettura identifikata fil-punti Nru 1 u 2 li fid-data msemmija fil-punt Nru 5 kienet tikkonforma mar-Regola(Regoli) anness(i) mal-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Kundizzjonijiet Uniformi għall-Ispezzjonijiet Perjodiċi Tekniċi ta’ Vetturi bir-Roti u r-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Spezzjonijiet ta’ dan it-tip (1997). 7. Skond ir-Regola(Regoli) msemmija fil-punt Nru 6, il-vettura għandha ssirilha l-ispezzjoni teknika li jmiss sa mhux aktar tard minn: Id-data: (xahar/sena)……………………………………………………………………. 8. Maħruġ minn……………………………………………………………………………… 9. Fi (Post)……………………………………………………………………………… 10. Id-data…………………………………………………………………………………… 11. Firma[5]……………………………………………………………………………… | 12. Spezzjoni(jiet) perjodiċi tekniċi sussegwenti[6] | 12.1. Magħmula minn (Ċentru għall-Ispezzjoni Teknika[7] 12.2. (timbru) 12.3. Id-data…………………………………………………………………………………… 12.4. Firma……………………………………………………………………………… 12.5. L-ispezzjoni li jmiss għandha ssir sa mhux aktar tard minn: (xahar/sena).........…………………………………. | Appendiċi 2 għall-Anness 8 tal-Konvenzjoni ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TAL-PIż TAL-VETTURA 1. L-għan taċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura (IVWC - International Vehicle Weight Certificate ) huwa li jħaffef il-proċeduri għall-qsim bejn il-fruntieri u, b’mod partikolari, li jevita li l-proċeduri ta’ wżin tal-vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija lejn il-Partijiet Kontraenti ma jsirux aktar minn darba waħda. Iċ-ċertifikati mimlija kif xieraq u aċċettati mill-Partijiet Kontraenti għandhom jiġu aċċettati mill-Partijiet Kontraenti bħala ċertifikati li jindikaw il-kejl validu tal-piż. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitolbu għal kejl addizzjonali tal-piż għajr għal spezzjonijiet aleatorji u kontrolli f’każ ta’ suspett ta’ irregolaritajiet. 2. Iċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura, li għandu jkun bħall-mudell li jidher f’dan l-Appendiċi, għandu jinħareġ u jiġi użat b'superviżjoni ta' l-awtorità governattiva maħtura f'kull Parti Kontraenti (li taċċetta dan it-tip ta' ċertifikati) b'konsistenza mal-proċedura deskritta fiċ-ċertifikat anness. 3. L-użu taċ-ċertifikat mill-operaturi tat-trasport mhux obbligatorju. 4. Meta jaċċettaw dan it-tip ta’ ċertifikati, il-Partijiet Kontraenti jkunu qed japprovaw li l-istazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi jimlew, flimkien ma' l-operatur/sewwieq tal-vettura tat-triq li ġġorr il-merkanzija, iċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura f'konformità ma' dawn ir-rekwiżiti minimi. 1. L-istazzjonijiet għall-użin tal-vetturi għandhom ikunu mgħammra bi strumenti ta' l-użin iċċertifikati. Biex ikejlu l-piż, il-Partijiet Kontraenti li jaċċettaw dan it-tip ta’ ċertifikati jistgħu jagħżlu l-metodu u strumenti li jidrilhom li jkunu xierqa. Il-Partijiet Kontraenti li jaċċettaw dan it-tip ta’ ċertifikati għandhom jiżguraw il-kompetenza ta’ l-istazzjonijiet għall-użin, eż. permezz ta’ akkreditazzjoni jew valutazzjoni, l-użu ta’ strumenti ta’ l-użin adatti, ta’ staff ikkwalifikat, u ta’ sistemi ta’ kwalità u proċeduri ta’ ttestjar dokumentati. 2. L-istazzjonijiet għall-użin u l-istrument li jużaw għandhom jinżammu fi stat tajjeb. L-istrumenti għandhom jiġu vverifikati b’mod regolari u awtorizzati mill-awtoritajiet rilevanti responsabbli għall-użin u l-kejl. L-istrumenti ta’ l-użin, u l-preċiżjoni minima u l-użu tagħhom għandhom ikunu konformi mar-Rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Metroloġija Legali ( International Organisation for Legal Metrology - OIML) 3. L-istazzjonijiet għall-użin għandhom ikunu mgħammra bi strumenti ta’ l-użin li jikkorrispondu ma’ waħda minn dawn: 4. - Rakkomandazzjoni R 76 ta’ l-OIML “ Non-automatic weighing instruments ” bi preċiżjoni tal-klassi III jew aħjar; 5. - Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni ta’ l-OIML “ Automatic instruments for weighing road vehicles in motion ”, bi preċiżjoni tal-klassi 0.5, 1, 2 jew aħjar, bi preċiżjoni ta' ± 2%, 1% u 0.5% żball jew inqas. Fil-każ ta’ kejl tal-piż fuq fus individwali jistgħu jiġu applikati marġni ta’ inqas preċiżjoni. 5. F’każijiet eċċezzjonali u, partikolarment meta jkun hemm suspett ta’ xi irregolarità, jew fuq talba ta’ l-operatur/sewwieq tal-vettura kkonċernata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiżnu l-vettura mill-ġdid. F’każ li xi stazzjon għall-użin joħroġ ħafna kejl żbaljat, li jiġi nnotat mill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Parti Kontraenti li jaċċettaw dan it-tip ta' ċertifikati, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' l-istazzjon għall-użin għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li dan ma jerġax iseħħ. 6. Il-mudell taċ-ċertifikat jista’ jinħareġ fi kwalunkwe lsien tal-Partijiet Kontraenti li jaċċettaw dan it-tip ta’ ċertifikati, sakemm jinżammu l-istess format u punti taċ-ċertifikat ta' hawn taħt. 7. Kull Parti Kontraenti li taċċetta dan it-tip ta’ ċertifikati għandha tippubblika lista sħiħa ta’ l-istazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi fil-pajjiż tagħha li jkunu awtorizzati f’konformità mal-prinċipji internazzjonali, kif ukoll ta’ kwalunkwe modifika tagħha. Din il-lista, flimkien ma’ kwalunkwe modifika tagħha għandha tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) biex titqassam lil kull Parti Kontraenti u lill-organizzazzjionijiet internazzjonali msemmija fl-Anness 7, Artikolu 2 ta’ din il-Konvenzjoni. 8. (Dispożizzjoni tranżitorja) Peress li bħalissa ftit huma l-istazzjonijiet għall-użin li huma mgħammra bi strumenti ta' l-użin li jistgħu jagħtu kejl tal-piż fuq fus individwali jew fuq grupp ta’ fusien, il-Partijiet Kontraenti, meta jaċċettaw dan it-tip ta' ċertifikati, jaqblu li, matul perjodu ta' tranżizzjoni, li jiskadi tnax-il xahar wara li dan l-Anness jidħol fis-seħħ, il-kejl tal-piż gross tal-vettura kif previst skond il-punt 7.3 fiċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura għandu jkun biżżejjed u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jaċċettawh. [pic] NAZZJONIJIET UNITI KUMMISSJONI EKONOMIKA GĦALL-EWROPA UNECE | ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TAL-PIż TAL-VETTURA (IVWC) F’konformità ma’ l-Anness 8 – Tħaffif tal-Proċeduri għall-Qsim bejn il-Fruntieri minn Trasport Internazzjonali bit-Triq – tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta’ Merkanzija fuq il-Fruntieri, 1982 Validu għal trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq | Timtela mill-operatur(i)/sewwieq(a) tal-vettura li ġġorr il-merkanzija QABEL ma din tintiżen | 1. Operatur/kumpanija tat-trasport (isem u indirizz; Inkluż il-pajjiż) | Telefown. | Faks . | E-mail | 2. Nru. tal-kuntratt tat-trasport(1) | Nru. tal-Carnet TIR (jekk applikabbli)(2) | 3. Dettalji tal-vettura li ġġorr il-merkanzija | 3.1. Numru tar-reġistrazzjoni ta’ | Tractor/trakk tat-triq | Semi-trailer/trailer | 3.2. Sistema tas-sospensjoni ta’ | Tractor/trakk tat-triq Arja Mekkanika Oħra | Semi-trailer/trailer Arja Mekkanika Oħra | Timtela mill-operatur ta’ l-istazzjon awtorizzat għall-użin < ‘ | 4. Stazzjon awtorizzat għall-użin (isem u indirizz; Inkluż il-pajjiż) Klassi tal-preċiżjoni ta’ l-istrument ta’ l-użin(4) Klassi II Klassi III u/jew <0.5 1 2 4.2. Data ta’ l-aħħar kalibrazzjoni | 5. Nru. tal-kejl tal-piż tal-vettura(3) --- -- ----- | 6. Data tal-ħruġ (jum, xahar, sena) | 7. Kejl tal-piż tal-vettura li ġġorr il-merkanzija (ehmeż il-kejl oriġinali u uffiċjali ta’ l-istazzjon għall-użin ma’ dan iċ-ċertifikat) 7.1. It-tip tal-vettura li ġġorr il-merkanzija (5) | 7.2. Kejl tal-piż fuq il-fus, f’kg | Misjuqa | Mhux misjuqa | Singoli | Tandem | Tripli | L-ewwel fus | It-tieni fus | It-tielet fus | Ir-raba’ fus | Il-ħames fus | Is-sitt fus | 7.3. Kejl tal-piż gross tal-vettura, f’kg | Tractor/trakk tat-triq | Semi-trailer/trailer | Piż gross totali tal-vettura | 8. Karatteristiċi speċjali tal-piż | 8.3. Għadd ta’ spare tyres | 8.1. Tank(ijiet) imqabbdin mal-magna Il-kapaċità mimlija sa ¼ ½ ¾ 1/1 8.2. Tank(ijiet) addizzjonali (għal apparat ta’ tkessiħ, eċċ.) Il-kapaċità mimlija sa ¼ ½ ¾ 1/1 | 8.4. Għadd ta’ persuni fuq il-vettura waqt li tintiżen | 8.5. Il-fus jista’ jiġi mgħolli ‘l fuq Iva Le | Niddikjara li l-kejl tal-piż li jidher hawn fuq ittieħed kif xieraq mill-persuna li qed tiffirma, fi stazzjon awtorizzat għall-użin tal-vetturi | Timbru | Isem l-operatur ta’ l-istazzjon għall-użin | Firma | (1) Per eżempju: In-Numru ta’ l-Avviż tal-Konsenja CIM. (2) F’konformità mal-Konvenzjoni TIR, 1975. (3) Ara n-Noti fuq pagna 2. (4) F’konformità mar-Rakkomandazzjoni R 76 ta’ l-OIML u/jew ma’ l-Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni ta’ l-OIML “ Automatic instruments for weighing road vehicles in motion ”. (5) Il-kodiċi tat-tip tal-vettura kif tidher fl-abbozzi mehmuza, pereżempju: A2 jew A2S2. (6) F’każ ta’ aktar minn 6 fusien, indika fil-kaxxa “Rimarki”, f’paġna 2. Timtela mill-operatur(i)/sewwieq(a) tal-vettura li ġġorr il-merkanzija WARA li din tintiżen | Niddikjara li: (a) il-kejl tal-piż li jidher fuq in-naħa l-oħra ta’ din il-paġna sar mill-istazzjon awtorizzat għall-użin tal-vetturi msemmi hawn fuq, (b) it-tagħrif (1) sa (8) tniżżel kif xieraq u (c) ma ġiet miżjuda ebda tagħbija oħra fuq il-vettura wara li ġiet miżjuna fl-istazzjon imsemmi. | Data | Isem is-sewwieq(a) tal-vettura li ġġorr il-merkanzija | Firma/firem | Rimarki (jekk hemm) | Rimarki | In-numru tal-kejl tal-piż tal-vettura għandu jikkonsisti minn tliet elementi ta’ dejta maqgħudin b’sing: (1) Il-kodiċi tal-pajjiż (f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar it-Traffiku tat-Triq, 1968). (2) Kodiċi magħmula minn żewġ numri li tidentifika l-istazzjon nazzjonali awtoriżżat għall-użin tal-vetturi. (3) Kodiċi magħmula minn ħames numri (mill-inqas) li tidentifika l-kejl individwali ta’ użin li jittieħed. Eżempji: GR-01-23456 jew RO-14-000510. Dan in-numru tas-serje għandu jikkorrispondi ma’ dak applikat fil-kotba ta’ l-istazzjonijiet għall-użin. | ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TAL-PIż TAL-VETTURA (IVWC) BAŻI ĠURIDIKA Iċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura tfassal skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness 8 – Tħaffif tal-Proċeduri għall-Qsim bejn il-Fruntieri minn Trasport Internazzjonali bit-Triq – tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta’ Merkanzija fuq il-Fruntieri, 1982 L-GĦAN Iċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura huwa mfassal biex jevita li l-proċeduri ta’ wżin tal-vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija waqt trasport internazzjonali, b’mod partikolari waqt il-qsim bejn il-fruntieri, ma jsirux aktar minn darba waħda. L-użu ta’ dan iċ-ċertifikat mill-operaturi tat-trasport mhux obbligatorju. PROĊEDURA Jekk il-Partijiet Kontraenti jaċċettaw[8] iċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura li jimtela minn (a) l-operatur ta’ stazzjon approvat għall-użin tal-vetturi u (b) l-operatur(i)/sewwieq(a) tal-vettura li ġġorr il-merkanzija, l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom jaċċettaw u jirrikonoxxu li dan iċ-ċertifikat għandu l-valur validu tal-kejl tal-piż. Bħala regola ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw l-informazzjoni mniżżla fiċ-Ċertifikat bħala valida u ma għandhomx jitolbu għal kejl addizzjonali tal-piż. Madankollu, biex ma jseħħux abbużi, f’każijiet eċċezzjonali u b’mod partikolari meta jkun hemm suspett ta’ xi irregolarità, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu verifika tal-piż tal-vettura f'konformità mar-regolamenti nazzjonali. Il-kejl tal-piż għall-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat għandu jsir, fuq talba ta’ l-operatur(i)/sewwieq(a) tal-vettura li ġġorr il-merkanzija li l-vettura tagħhom tkun reġistrata f’waħda mill-Partijiet Kontraenti li taċċetta ċertifikati ta’ dan it-tip, minn stazzjonijiet approvati għall-użin bi spejjeż li ma jkunux ogħla mis-servizzi li jingħataw. Għall-finijiet ta’ dan iċ-ċertifikat, l-istazzjonijiet approvati għall-użin għandhom ikunu mgħammra bi strumenti għall-użin li jikkorrispondu ma’: - Rakkomandazzjoni R 76 ta’ l-OIML “Non-automatic weighing instruments” bi preċiżjoni tal-klassi III jew aħjar; jew - Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni ta’ l-OIML “Automatic instruments for weighing road vehicles in motion”, bi preċiżjoni tal-klassi 0.5, 1, 2 jew aħjar, bi preċiżjoni ta' ± 2%, 1% u 0.5% żball jew inqas. Fil-każ ta’ kejl tal-piż fuq fus individwali jistgħu jiġu applikati marġni ta’ inqas preċiżjoni. SANZJONIJIET F’każ ta’ dikjarazzjoni falza fiċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura, l-operatur(i)/sewwieq(a) ta’ vetturi li jġorru l-merkanzija huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Sabiex jiġi stabbilit il-valur legali tal-kejl tal-piż, għal kull sistema ta' wżin trid issir stima tan-nuqqas ta' preċiżjoni possibbli. Dan il-valur tan-nuqqas ta’ preċiżjoni, li huwa magħmul min-nuqqas tal-preċiżjoni tat-tagħmir ta' wżin innifsu u n-nuqqas ta' preċiżjoni minħabba fatturi esterni, irid jitnaqqas mill-valur tal-piż imkejjel sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe kejl għoli ż-żejjed tal-piż ma jkunx ġej min-nuqqas ta' preċiżjoni tat-tagħmir u/jew proċedura ta' wżin użati. Għalhekk, ma għandhomx jinħarġu multi lill-operaturi tat-trasport li jużaw dan iċ-ċertifikat sakemm il-valur tal-kejl tal-piż imniżżel f’dan iċ-ċertifikat nieqes l-akbar marġni ta' nuqqas ta' preċiżjoni possibbli (jiġifieri, massimu ta’ 2 fil-mija, jew 800 kg fil-każ ta’ vetturi itqal minn 40 tunnellata) ma jkunx ogħla mill-għola piż possibbli kif preskritt mill-leġiżlazzjoni nazzjonali. | HEMŻA għaċ-ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TAL-PIż TAL-VETTURA (IVWC) Abbozzi ta’ tipi ta’ vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija kif meħtieġ skond il-punt 7.1 ta’ l-IVWC | Nru. | Vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija | It-Tip tal-Vettura * tfisser l-ewwel alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus ** tfisser it-tieni alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus | Distanza bejn il-fusien (m)¹ ¹ Ma tingħata ebda speċifikazzjoni jekk ma tkunx rilevanti | I. VETTURI RIĠIDI | 1 | [pic] | A2 | D ( 4.0 | 2 | [pic] | A2* | D ( 4.0 | 3 | [pic] | A3 | 4 | [pic] | A4 | 5 | [pic] | A3* | 6 | [pic] | A4* | 7 | [pic] | A5 | Nru. | Vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija | It-Tip tal-Vettura * tfisser l-ewwel alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus ** tfisser it-tieni alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus | Distanza bejn il-fusien (m)¹ ¹ Ma tingħata ebda speċifikazzjoni jekk ma tkunx rilevanti | II. taħlita ta' vetturi (vetturi akkoppjati skond il-Konvenzjoni dwar it-Traffiku tat-Triq (1968), Kapitolu I, Artikolu 1 (t) | 1 | [pic][pic] | A2 T2 | 2 | [pic][pic] | A2 T3 | 3 | [pic][pic] | A3 T2 | 4 | [pic][pic] | A3 T3 | 5 | [pic] | A3 T3* | 6 | [pic] | A2 C2 | 7 | [pic] | A2 C3 | 8 | [pic] | A3 C2 | Nru. | Vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija | It-Tip tal-Vettura * tfisser l-ewwel alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus ** tfisser it-tieni alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus | Distanza bejn il-fusien (m)¹ ¹ Ma tingħata ebda speċifikazzjoni jekk ma tkunx rilevanti | 9 | [pic] | A3 C3 | 10 | [pic] | A2 C1 | 11 | [pic] | A3 C1 | III. VETTURI ARTIKOLATI | 1 | bi 3 fusien | [pic] | A2 S1 | 2 | b’4 fusien (singoli jew tandem) | [pic] | A2 S2 | D ( 2.0 | [pic] | A2 S2* | D ( 2.0 | [pic] | A3 S1 | Nru. | Vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija | It-Tip tal-Vettura * tfisser l-ewwel alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus ** tfisser it-tieni alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus | Distanza bejn il-fusien (m)¹ ¹ Ma tingħata ebda speċifikazzjoni jekk ma tkunx rilevanti | 3 | b’5 jew 6 fusien (singoli, tandem, jew tripli) | [pic] | A2 S3 | [pic] | A2 S3* | [pic] | A2 S3** | [pic] | A3 S2 | D ( 2.0 | [pic] | A3 S2* | D ( 2.0 | [pic] | A3 S3 | [pic] | A3 S3* | [pic] | A3 S3** | Mingħajr disinn | An Sn | Anness 1 PARTIJIET KONTRAENTI GĦALL-FTEHIM DWAR IT-TRASPORT INTERNAZZJONALI TA’ MERKANZIJA TA’ L-IKEL LI TITĦASSAR U DWAR IT-TAGĦMIR SPEĊJALI LI JINTUŻA GĦAL DAN IT-TIP TA' TRASPORT (ATP) (l-1 ta' Settembru 1970) L-Awstrija L-Ażerbajġan Il-Belarus Il-Belġju Il-Bożnja u Ħerzegovina Il-Bulgarija Il-Kroazja Ir-Repubblika Ċeka Id-Danimarka L-Estonja Il-Finlandja Franza Il-Ġeorġja Il-Ġermanja Il-Greċja L-Ungerija L-Irlanda L-Italja Il-Każakstan Il-Litwanja Il-Lussemburgu Monako Il-Marokk L-Olanda In-Norveġja Il-Polonja Il-Portugall Ir-Rumanija Il-Federazzjoni Russa Is-Slovakkja Is-Slovenja Spanja L-Iżvezja L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja Ir-Renju Unit L-Istati Uniti ta’ l-Amerika L-Użbekistan Il-Jugoslavja Anness 2 PARTIJIET KONTRAENTI GĦALL-FTEHIM LI JIKKONċERNA L-ADOZZJONI TA’ KUNDIZZJONIJIET UNIFORMI GħALL-ISPEZZJONIJIET PERJODIċI TEKNIċI TA’ VETTURI BIR-ROTI U R-RIKONOXXIMENT REċIPROKU TA’ SPEZZJONIJIET TA’ DAN IT-TIP (it-13 ta’ Novembru 1997) L-Estonja Il-Finlandja L-Ungerija L-Olanda Ir-Rumanija Il-Federazzjoni Russa [1] ĠU L 126, 12.05.1984, P 1 [2] Titlu " INTERNATIONAL TECHNICAL INSPECTION CERTIFICATE" fl-ilsien nazzjonali. [3] Titlu bil-Franċiż. [4] Jekk disponibbli, l-awtorità u l-istat ta’ fejn ġiet irreġistrata il-vettura għall-ewwel darba wara l-manifattura tagħha [5] Siġill jew timbru ta’ l-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat. [6] F’każ li ċ-Ċertifikat jkun se jintuża għal spezzjonijiet perjodiċi tekniċi annwali sussegwenti il-punti 12.1 sa 12.5 għandhom jerġgħu jsiru mill-ġdid. [7] Isem, Stat taċ-Ċentru għall-Ispezzjonijiet Tekniċi akkreditat mill-Awtorità kompetenti. [8] Kliem immodifikati minħabba modifiki proposti għall-Artikolu 5