Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0344 finali - COD 2008/0109 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 9.6.2008 KUMM(2008) 344 finali 2008/0109 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita. Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4] ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 89/667/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tad-Direttiva kkodifikata. ê 89/667/KEE (adattat) 2008/0109 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Ö rigward il-liġijiet tal-kumpanniji Õ dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (test b’rilevanza ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA ’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkundisdra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Mixjin skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6], Billi: ê (1) It-tnax-il Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. ê 89/667/KEE Premessa 1 (2) Ċerti salvagwardi li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi tal-membri u ta’ oħrajn, huma mitluba mill-Istati Membri mill-kumpanniji u d-ditti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 48(2) tat-Trattat, għandhom ikunu kkoordinati bil-ħsieb li dawn is-salvagwardji jintgħamlu ekwivalenti ġewwa l-Komunità kollha. ê 89/667/KEE Premessa 2 (adattat) (3) F’dan il-kamp, Ö [l-ewwel Õ Direttiva Ö tal-Kunsill Õ 68/151/KEE Ö tat-9 ta’ Marzu 1968] dwar il-kordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens ta’ l-Artikolu [58](2) tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità Õ[9] u Ö r-raba’ Direttiva tal-Kunsill Õ 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 Ö ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji Õ[10] u Ö s-seba’ Õ Direttiva Ö tal-Kunsill Õ 83/349/KEE Ö tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati Õ[11], dwar l-iżvelar, il-validità ta’ l-impejni, in-nullità, il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati, japplikaw għal-kumpanniji kollha b’kapital azzjonaeju. Ö [It-tieni Õ Direttiva Ö tal-Kunsill Õ 77/91/KEE Ö tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens ta’ l-Artikolu [58](2) tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti Õ[12] Ö t tielet Direttiva tal-Kunsill Õ 78/855/KEE Ö tad-9 t’Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda ta’ kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata Õ[13], u Ö s-sitt Õ Direttiva Ö tal-Kunsill Õ 82/891/KEE Ö tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3) (ġ) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpanniji b`responsabbilta pubblika limitata Õ[14], dwar il-formazzjoni u l-kapital, l inkorporazzjonijiet u d-diviżjonijiet japplikaw biss għall-kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata. ê 89/667/KEE Premessa 5 (adattat) (4) Strument legali li jippermetti l-limitazzjoni tar-responsabbiltà ta’ l-imprenditur individwali ġewwa l-Komunità kollha Ö huwa neċessarju Õ, mingħajr preġudizzju għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jeħtieġu li dan l-imprenditur ikun responsabbli mill-obbligi ta’ l-impriża tiegħu. ê 89/667/KEE Premessa 6 (adattat) (5) Kumpannija privata b’responsabbiltà limitata tista’ tkun kumpannija b’membru wieħed miż-żmien tal-formazzjoni tagħha, jew tista’ ssir hekk għaliex l-ishma tagħha jkunu ġew miżmuma minn azzjonist wieħed, billi sakemm isir il-kordinament tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-gruppi, l-Istati Membri jistgħu jistabilixxu ċerti dispożizzjonijiet speċjali u penali għall-każijiet meta persuna naturali tkun il-membru wieħed ta’ numru ta’ kumpanniji jew meta kumpannija b’membru wieħed jew kull persuna oħra legali jkunu l-membri waħdiena ta’ kumpannija. L-iskop waħdieni ta’ din id-dispożizzjoni huwa li jitqiesu d-differenzi li jeżistu f’ċerti liġijiet nazzjonali. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu f’każijiet speċifiċi jistabilixxu restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ kumpanniji b’membru wieħed jew ineħħu l-limiti fuq ir-responsabbiltajiet tal-membri waħdiena. L-Istati Membri huma ħielsa li jistabilixxu r-regoli li jkopru r-riskji li jistgħu jippreżentaw il-kumpanniji b’membru wieħed bħala konsegwenza talli għandhom membru wieħed, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat illi jitħallas il-kapital sottoskritt. ê 89/667/KEE Premessa 7 (6) Il-fatt illi l-ishma kollha jkunu ġew miżmuma minn azzjonist wieħed u l-identità tal-membru waħdieni trid tiġi żvelata permezz ta’ dħul f’reġistru aċċessibli għall-pubbliku. ê 89/667/KEE Premessa 8 (7) Id-deċiżjonijiet meħuda mill-membru waħdieni fil-kapaċità tiegħu bħala laqgħa ġenerali jridu jiġu rreġistrati bil-miktub. ê 89/667/KEE Premessa 9 (8) Il-kuntratti bejn membru waħdieni u l-kumpannija tiegħu kif irrapreżentata minnu trid xorta waħda tiġi rreġistrata bil-miktub, safejn u sakemm dawn il-kuntratti ma jkollhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet korrenti konklużi taħt kondizzjonijiet normali. ê (9) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, ê 89/667/KEE (adattat) ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Il-miżuri ta’ kordinament stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tipi ta’ kumpanniji Ö msemmija fl-Anness I. Õ ê 89/667/KEE Artikolu 2 1. Kumpanija jista’ jkollha membru wieħed meta tkun iffurmata u wkoll meta l-ishma tagħha jiġu miżmuma minn persuna waħda (kumpannija b’ membru wieħed). 2. L-Istati Membri jistgħu, sakemm isir il-kordinament tal-liġijiet nazzjonali li jkollhom x’jaqsmu ma’ gruppi, jistabilixxu dispożizzjonijiet speċjali għall-każijiet meta: (a) persuna naturali tkun il-membru waħdieni ta’ numru ta’ kumpanniji; jew (b) kumpannija b’membru wieħed jew kull persuna legali oħra jkunu l-membri waħdieni ta’ kumpannija. ê 89/667/KEE (adattat) Artikolu 3 Meta kumpannija ssir kumpannija b’membru wieħed minħabba li l-isħma kollha tagħha jiġu miżmuma minn persuna waħda, dan il-fatt flimkien ma l-identità tal-membru waħdieni, iridu jew jiġu rreġistrati fil-fajl jew imdaħħla fir- Ö reġistru imsemmija fl Õ -Artikolu [3(1) u (2)] tad-Direttiva [68/151/KEE] jew jiġu mdaħħla f’reġistru miżmum mill-kumpannija u aċċessibli għall-pubbliku. ê 89/667/KEE Artikolu 4 1. Il-membru waħdieni għandu jeżerċita l-poteri tal-laqgħa ġenerali tal-kumpannija. 2. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-membru waħdieni fil-kamp riferit fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fil-minuti jew imfassla bil-miktub. Artikolu 5 1. Il-kuntratti bejn il-membru waħdieni u l-kumpannija tiegħu kif irrapreżentata minnu għandhom jiġu rreġistrati fil-minuti jew imfassla bil-miktub. 2. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw il-paragrafu 1 għall-operazzjonijiet korrenti konklużi taħt kondizzjonijiet normali. Artikolu 6 Meta Stat Membru jippermetti kumpanniji b’membru wieħed kif iddefinit bl-Artikolu 2(1) kif ukoll fil-każ tal-kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata, għandha tapplika din id-Direttiva. Artikolu 7 Stat Membru ma għandux għalfejn jippermetti l-formazzjoni ta’ kumpanniji b’membru wieħed meta l-legiżlazzjoni tiegħu tipprovdi illi imprenditur individwali jista’ jistabbilixxi impriża li r-responsabbiltà għaliha tkun limitata għal somma ddedikata għall-attività ddikjarata, bil-kondizzjoni li jiġu stabbiliti salvagwardji għal dawn l-impriżi li jkunu ekwivalenti għal dawk imposti b’din id-Direttiva jew minn kull dispożizzjoni Kumunitarja li tapplika għall-kumpanniji riferiti fl-Artikolu 1. ê 89/667/KEE (adattat) Artikolu 8 L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta’ liġijiet nazzjonali Ö li huma adottati Õ fil-kamp kopert b’din id-Diretiva. ê Artikolu 9 Id-Direttiva 89/667/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III. Artikolu 10 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . ê 89/667/KEE Artikolu 11 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President […] […] é ANNESS I ê 89/667KEE Art. 1 (adattat) Ö Tipi ta' kumpanniji msemmija fl-Artikolu 1 Õ - għal Belġju: société privée à responsabilité limitée/ besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid; ê 2006/99/KE Art. 1 u Anness punt 4.A (adattat) - għal Bulgarja: дружество с ограничена отговорност, акционерно дружество; ê 2003 Att ta’ Adeżjoni Art. 20 u Anness II, p. 340 - għar-Repubblika Ċeka: společnost s ručením omezeným; ê 89/667/KEE - għad-Danimarka: anpartsselskaber; ê 89/667/KEE - għall-Ġermanja: Gesellschaft mit beschränkter Haftung; ê 2003 Att ta’ Adeżjoni Art. 20 u Anness II, p. 340 - għall-Estonja: aktsiaselts, osaühing; ê 89/667/KEE (adattat) - għall-Irlanda: private company limited by shares or by guarantee; ê 89/667/KEE - għall-Greċja: εταιρεία περιορισμένης ευθύνης; - għal Spanja: is-Sociedad de responsabilidad limitada; - għal Franza: société à responsabilité limitée; - għall-Italja: Società a responsabilità limitata; ê 2003 Att ta’ Adeżjoni Art. 20 u Anness II, p. 340 - għal Ċipru: Ιδιωτική εταιρεία περιορισμένηςε υθύνης με μετοχές ή με εγγύηση; - għal-Latvja: sabiedrība ar ierobežotu atbildību; - għal-Litwanja: uždaroji akcinė bendrovė; ê 89/667/KEE - għal-Lussemburgu: société à responsabilité limitée; ê 2003 Att ta’ Adeżjoni Art. 20 u Anness II, p. 340 - għall-Ungerija: korlátolt felelősségű társaság, részvénytárság; - għal Malta: kumpanija privata b'responsabbilità limitata/private limited liability company"; ê 89/667/KEE - għall-Olanda: Besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid; ê 1994 Att ta’ Adeżjoni Art. 29 u Anness I - għall-Awstrija: Aktiengesellschaft, Gesellschaft mit beschränkter Haftung; ê 2003 Att ta’ Adezjoni Art. 20 u Anness II, p. 340 - għal Polonja: spółka z ograniczoną odpowiedzialnością; ê 89/667/KEE - għal Portugall: sociedade por quotas; ê 2006/99/KE Art. 1 u Anness punt 4.A (adattat) - għar-Rumanja: societate cu răspundere limitată; ê 2003 Att ta’ Adezjoni Art. 20 u Anness II, p. 340 - għal Slovenja: Delniška družba; - għas-Slovakkja: Spoločnosť s ručením obmedzeným; ê 1994 Att ta’ Adezjoni Art. 29 u Anness I - għal Finlandja: osakeyhtiö/aktiebolag; - għall-Isvezja: aktiebolag; ê 89/667/KEE - għar-Renju Unit: Private company limited by shares or by guarantee. _______________ é ANNESS II Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 9) Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 40) | Anness I, punt XI.A ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 194) | Anness II, punt 4.A ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 338) | Direttiva tal-Kunsill 2006/99/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137) | punt A.4 ta’ l-Anness biss | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 9) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni | 89/667/KEE | 31 ta’ Diċembru 1991 | Mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993 għal dak li jikkonċerna soċjetajiet li diġà jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1992 | 2006/99/KE | 1 ta’ Jannar 2007 | _____________ ANNESS III Tabella Ta ’ KORRELAZZJONI Direttiva 89/667/KEE | Din id-Direttiva | Artikoli 1, sentenza tal-bidu | Artikoli 1 | Artikolu 1, l-ewwel sas-seba' u għoxrin inċiż | Anness I | Artikoli 2 sa 7 | Artikoli 2 sa 7 | Artikolu 8(1) | — | Artikolu 8(2) | — | Artikolu 8(3) | Artikolu 8 | — | Artikolu 9 | — | Artikolu 10 | Artikolu 9 | Artikolu 11 | — | Anness I | — | Anness II | — | Anness III | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness II, Parti A għal din il-proposta. [5] ĠU C [...], [...] p. [...]. [6] ĠU C [...], [...] p. [...]. [7] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2006/99/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137). [8] Ara l-Anness II, Parti A. [9] ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/99/KE. [10] ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/99/KE. [11] ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/99/KE. [12] ĠU L 26, 30.1.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/99/KE. [13] ĠU L 295, 20.10.1978, p. 36. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 300, 17.11.2007, p.47). [14] ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2007/63/KE.