Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-ekwivalenza ta' Materjal Riproduttiv għall-Foresti prodott f'pajjiżi terzi /* KUMM/2008/0343 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 10.6.2008 KUMM(2008) 343 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-ekwivalenza ta' Materjal Riproduttiv għall-Foresti prodott f'pajjiżi terzi (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ materjal riproduttiv għall-foresti tistabbilixxi li l-Kunsill għandu jiddetermina jekk il-materjal riproduttiv għall-foresti prodott f’pajjiż terz jeħtieġx l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward ta’ l-approvazzjoni tal-materjal bażiku tiegħu u l-miżuri meħuda għall-produzzjoni meta jitqiegħed fis-suq kif jeħtieġ il-materjal riproduttiv għall-foresti prodott fil-Komunità u li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Barra dan, il-Kunsill għandu jiddetermina l-ispeċi, it-tip ta' materjal bażiku u l-kategoriji tal-materjal riproduttiv għall-foresti, flimkien mar-reġjun tiegħu ta' provenjenza, li jistgħu jitqiegħdu fis-suq skond l-Artikolu 19.1 fi ħdan il-Komunità. Il-Kunsill ta' l-OECD adotta f'Lulju 2007 Skema għaċ-Ċertifikazzjoni ta’ Materjal Riproduttiv għall-Foresti Użat fil-Kummerċ Internazzjonali (l-Iskema ta’ l-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti Forestali). Eżami ta’ dawn ir-regoli wera li l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE. Barra minn hekk, għajr għall-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kwalità taż-żerriegħa, il-purità ta’ l-ispeċi u l-kwalità tan-nebbiet għat-tħawwil, ir-regoli ta’ dawn il-pajjiżi terzi jeħtieġu l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet applikabbli għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula” bħal dawk stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE. Għaldaqstant, ir-regoli għaċ-ċertifikazzjoni tal-materjal tal-forestrija tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula” fil-Kanada, fin-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE, sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet addizzjonali fir-rigward taż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil. Il-proposta preżenti tippermetti l-istabbiliment ta’ reġim ta’ ekwivalenza għall-importazzjoni ta' materjal riproduttiv għall-foresti skond regoli ċari u s-sostituzzjoni ta’ reġim temporanju waqt li tawtorizza lill-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet individwali għall-importazzjoni ta’ materjal bħal dan. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-ekwivalenza ta' Materjal Riproduttiv għall-Foresti prodott f'pajjiżi terzi IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal forestali riproduttiv[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) u 19(2) tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Billi: (1) Ir-regoli għaċ-ċertifikazzjoni tal-materjal riproduttiv għall-foresti fil-Kanada, fin-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija u fl-Istati Uniti ta' l-Amerika jirrikjedu li ssir spezzjoni uffiċjali fil-post li għandha titwettaq matul il-ġbir u l-ipproċessar taż-żrieragħ u l-produzzjoni tan-nebbiet għat-taħwil. (2) Skond dawn ir-regoli, is-sistemi għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ materjal bażiku u l-produzzjoni sussegwenti tal-materjal riproduttiv minn dan il-materjal bażiku għandhom isegwu l-Iskema ta’ l-OECD għall-Iċċertifikar ta' Materjal Riproduttiv għall-Foresti Użat fil-Kummerċ Internazzjonali (l-Iskema ta’ l-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti Forestali). Barra dan, dawn ir-regoli jeħtieġu li ż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji "sors identifikat" u "magħżula" ikunu ċċertifikati uffiċjalment u l-pakketti taż-żrieragħ uffiċjalment magħluqa skond l-Iskema ta’ l-OECD taż-Żrieragħ u tal-Pjanti Forestali. (3) Eżami ta’ dawn ir-regoli wera li l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE. Barra minn hekk, għajr għall-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kwalità taż-żerriegħa, il-purità ta’ l-ispeċi u l-kwalità tan-nebbiet għat-tħawwil, ir-regoli ta’ dawn il-pajjiżi terzi jeħtieġu l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet applikabbli għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula” bħal dawk stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE. Għaldaqstant, ir-regoli għall-iċċertifikar ta' materjal tal-forestrija tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula” fil-Kanada, fin-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet addizzjonali fir-rigward taż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil. (4) Ir-regoli ta’ dawn il-pajjiżi terzi li ssemmew qabel jistgħu madankollu ma jitqisux bħala ekwivalenti għall-kategoriji “kwalifikati” u “eżaminati” li għalihom l-Iskema ta’ l-OECD taż-Żrieragħ u tal-Pjanti Forestali ma tapplikax. Huwa għalhekk xieraq li l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni ta’ ekwivalenza jiġi limitat għall-materjal riproduttiv li jaqa’ fil-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula”. (5) Id-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE għandhom jintużaw f'din id-Deċizjoni bl-għan li jiżguraw il-konsistenza bejn iż-żewġ atti. (6) Il-materjal tal-forestrija li jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti stipulati fid-Direttiva 2009/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri ta’ ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi li huma ta' ħsara għal pjanti jew għal prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fi ħdan il-Komunità[3]. (7) Huwa xieraq li l-kundizzjonijiet addizzjonali għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil fir-rigward tal-kwalità u l-purità ta' l-ispeċi stipulati permezz ta' din id-Deċiżjoni jirriflettu ’l dawk stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE. (8) Biex ikun garantit l-istess livell ta’ traċċabilità bħal dak previst fid-Direttiva 1999/105/KE, huwa xieraq li jiġu inklużi f’din id-Deċizjoni regoli li jikkonċernaw il-ħruġ ta’ Ċertifikat Oriġinali għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil mad-dħul tagħhom fil-Komunità. Dan iċ-Ċertifikat Oriġinali għandu jkun imsejjes fuq iċ-Ċertifikat uffiċjali ta’ l-OECD ta’ Provenjenza u għandu jindika li l-materjal importat huwa msejjes fuq reġim ta’ ekwivalenza . (9) Ikun xieraq fil-ġejjieni li jiġu aġġornati ċerti partijiet mill-annessi tad-Deċiżjoni preżenti biex ikun żgurat li ż-żerriegħa importata tkun soġġetta għal rekwiżiti ekwivalenti għal kwalunkwe regoli ġodda li jistgħu jiddaħħlu. Dawn l-emendi għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ l-implimentazzjoni ta’ poteri mogħtija lill-Kummissjoni[4]. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Ambitu u definizzjonijiet 1. Din id-Deċiżjoni tiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom il-materjal riproduttiv għall-foresti tal-kategoriji "sors identifikat" u "magħżula" prodott f'pajjiż terz imniżżel fl-Annex I ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi importat fil-Komunità. Dan japplika sakemm qed jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva 2000/29/KE. 2. Id-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE għandhom japplikaw għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 2Ekwivalenza 1. Is-sistemi għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-materjal bażiku u l-produzzjoni sussegwenti ta’ materjal riproduttiv minn dan il-materjal bażiku taħt il-kontroll ta’ l-awtoritajiet imsemmijal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jew taħt is-superviżjoni uffiċjali ta’ dawn l-awtoritajiet, applikati fil-pajjiżi terzi mniżżla f’dak l-Anness, għandhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk imwettqa mill-Istati Membri skond id-Direttiva 1999/105/KE. 2. Iż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji “sors identifikat" u "magħżula" ta' l-ispeċi mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 1999/105/KE, prodotti f’pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni u uffiċjalment iċċertifikati mill-awtoritajiet imniżżla f'dak l-Anness għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil li jikkonformaw mad-Direttiva 1999/105/KE sakemm din tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II. Artikolu 3Ċertifikat Oriġinali Meta ż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil jidħlu fil-Komunità, il-fornitur li jimporta dan il-materjal għandu jgħarraf l-Entità Uffiċjali ta' dak l-Istat Membru ta' l-importazzjoni. L-Entità Uffiċjali għandha toħroġ Ċertifikat Oriġinali msejjes fuq iċ-Ċertifikat uffiċjali ta’ l-OECD ta’ Provenjenza qabel ma l-materjal jitqiegħed fis-suq. Iċ-Ċertifikat Oriġinali għandu jindika li l-materjal ġie importat skond reġim ta’ ekwivalenza . Artikolu 4 Emendi għall-Annessi L-emendi għall-Annessi, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jirrigwardaw l-ewwel kolonna tat-tabella fl-Anness I, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2). Artikolu 5Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija stabbilit permezz ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 66/399/KEE[5], minn hawn 'il quddiem ‘il-Kumitat’. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit bħala xahar wieħed. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu. Artikol 6Id-dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2009. Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I Il-pajjiżi u l-awtoritjiet Pajjiż (*) | L-awtorità responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni | 1 | 2 | CA | National Forest Genetic Resource Centre Natural Resources Canada Canadian Forest Service-Atlantic Fredericton, Net Brunswick | CH | Federal Office for Environment (FOEN) Department pf the Environment, Transport, Energy and Communications (UVEK) Forest Division Federal Plant Protection Service Birmensdorf | NO | Norwegian Forest Research Institute Aas | TR | Ministry of Forestry Forest Tree Seeds and Tree Breeding Research Directorate Orman Bak awligi Arastima Planlama ve Koord. Dai. Bsk. Orman Genel Müdürlügü, 2N° lu Bina GAZI- ANKARA | US | National Tree Seed Laboratory USDA Forest Service Purdue University West Lafayette, Indiana | (*) CA – Il-Kanada, CH – L-Iżvizzera, NO – in-Norveġja, TR – it-Turkija, US – l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ANNESS II A. Il-kundizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu maż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi. 1. Iż-żerriegħa għandha tiġi uffiċjalment iċċertifikata bħala li ġejja minn materjal bażiku approvat u l-pakketti għandhom jingħalqu skond ir-regoli nazzjonali għall-applikazzjoni ta’ l-Iskema ta’ l-OECD taż-Zrieragħ u l-Pjanti Forestali. Għandha titwaħħal tikketta uffiċjali ta’ l-OECD ma’ kull lott ta’ żrieragħ flimkien ma' kopja taċ-Ċertifikat uffiċjali ta’ Provenjenza jew dokument mill-fornitur li jagħti t-tagħrif kollu mniżżel fiċ-Ċertifikat uffiċjali ta' Provenjenza ta' l-OECD kif ukoll l-isem tal-fornitur. 2. Fil-każ taż-żerriegħa, it-tikketta ta’ l-OECD jew id-dokument tal-fornitur għandha tinkludi wkoll it-tagħrif addizzjonali evalwat, kemm jista' jkun possibbli, b'tekniki internazzjonalment aċċettabbli: (a) purità: il-perċentwali tal-piż taż-żerriegħa pura, żrieragħ oħra u materja inattiva tal-prodott kummerċjalizzat bħala żerriegħa fil-lott; (b) il-perċentwali tal-ġerminazzjoni taż-żerriegħa pura, jew, meta l-perċentwali tal-ġerminazzjoni jkun impossibbli jew imprattikabbli li jiġi kkalkolat, il-perċentwali ta’ vijabbiltà evalwat b'referenza għal metodu speċifiku; (c) il-piż ta' 1 000 żerriegħa pura; (d) in-numru ta' żerriegħa ġerminabbli għal kull kilogramma tal-prodott kummerċjalizzat bħala żerriegħa, jew, meta n-numru ta' żerriegħa ġerminabbli ma jkunx possibbli jew imprattikabbli li jiġi kkalkolat, in-numru vijabbli taż-żerriegħa għal kull kilogramma. 3. B'deroga għall-paragrafu 2, it-tagħrif addizzjonali msemmi hawn fuq li jikkonċerna l-proċedura ta' l-eżami taż-żerriegħa li jagħmel użu minn tekniki aċċettati internazzjonalment jista' jiġi pprovdut mill-fornitur li jimporta ż-żerriegħa qabel l-ewwel tqegħid fis-suq fil-Komunità. 4. Biex iż-żerriegħa tal-wiċċ tar-raba' tas-sena attwali tkun disponibbli mingħajr dewmien, iż-żerriegħa tista’ titqiegħed fis-suq mill-fornitur li jimportaha sa l-ewwel xerrej mingħajr ma jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa skond il-paragrafi 2(b) u 2(d) ta’ dan l-Anness. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet kif stabbiliti fil-paragrafu 2(b) u(d) għandhom ikunu mistqarra mill-fornitur li jimporta dak il-materjal kemm jista' jkun malajr. 5. Fil-każ ta’ kwantità żgħira ta’ żerriegħa, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2301/2002 ta’ l-20 ta' Diċembru 2002 li jistipula r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE fir-rigward tad-definizzjoni ta' kwantitajiet żgħar ta' żerriegħa[6] ir-rekwiżiti kif stipulati fil-paragrafu 2(b) u 2(d) ma japplikawx. 6. Il-lottijiet taż-żrieragħ għandhom jilħqu livell minimu ta’ purità ta’l-ispeċi ta’ 99 %. Madankollu, fil-każ ta’ l-ispeċi relatati mill-qrib, b'esklużjoni ta' ibridi artifiċjali, il-purità ta' l-ispeċi tal-lott tal-frott jew taż-żrieragħ li ma jilħqux id-99 % għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta jew id-dokument tal-fornitur. 7. Bħala deroga mill-paragrafu 1, iż-żerriegħa fi kwantitajiet xierqa tista’ tinġieb minn materjal bażiku mhux approvat: (a) għat testijiet, għanijiet xjentifiċi jew għall-konservazzjoni ġenetika; (b) fejn l-unitajiet taż-żrieragħ jidhru biċ-ċar li mhumiex intiżi għal skopijiet forestali. B. Il-kundizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu man-nebbiet għat-tħawwil prodotti fil-pajjiżi terzi. 1. Il-produzzjoni tan-nebbiet għat-tħawwil għandha ssir f’mixtla rreġistrata ma’ l-awtoritajiet imsemmija fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jew taħt is-superviżjoni ta’ dawn l-awtoritajiet, fil-pajjiż terz. Għandha titwaħħal Tikketta ta’ l-OECD ma’ kull kunsinna flimkien ma' kopja taċ-Ċertifikat uffiċjali ta’ Provenjenza ta’ l-OECD jew dokument mill-fornitur li jagħti t-tagħrif kollu mniżżel fiċ-Ċertifikat uffiċjali ta' Provenjenza ta' l-OECD kif ukoll l-isem tal-fornitur. 2. In-nebbiet għat-tħawwil għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness VII, Parti D tad-Direttiva 1999/105/KE. 3. In-nebbiet għat-tħawwil li għandhom jitqiegħdu fis-suq għall-konsumaturi f’reġjuni li għandhom klima Mediterranja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness VII, Parti E, tad-Direttiva 1999/105/KE. [1] ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/527/KE (ĠU L 194, 26.7.2007, p. 9) [2] ĠU C 199, 14.7.1999, p. 1. [3] ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51). [4] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). [5] ĠU 125, 11.7.1966, p. 2289/66. [6] ĠU L 348, 21.12.2002, p. 75-77.