52008PC0309

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' l-istabbiliment ta’skeda ta’ tneħħija ta’ tariffi għall-prodotti li jidhru fl-Anness IV tal-ftehim ta’ Assoċjazzjoni /* KUMM/2008/0309 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.5.2008

KUMM(2008) 309 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' l-istabbiliment ta’skeda ta’ tneħħija ta’ tariffi għall-prodotti li jidhru fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Renju tal-Ġordan (minn issa ’l quddiem, “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”) jinkludi lista ta’ prodotti (inklużi tessuti, karozzi użati, għamara u prodotti agrikoli proċessati sensittivi) esportati mill-UE lejn il-Ġordan. Dawn l-esportazzjonijiet iqumu madwar € 150 miljun kull sena u kienu esklużi mit-tneħħija immedjata ta' tariffi meta l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002. L-Artikolu 11(5) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi li, erba’ snin wara d-data ta’ dħul fis-seħħ, il-Kunsill konġunt ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi skeda ta’ tneħħija ta’ tariffi għal dawn il-prodotti.

Il-Kummissjoni għamlet negozjati fuq il-prodotti mniżżla fl-Anness IV mal-Ġordan matul l-2006 u l-2007. l-abbozz ta' ftehim li ntlaħaq mal-Ġordan juri li t-tneħħija ta’ tariffi għal prodotti mniżżla fl-Anness IV għandu jibda f’Mejju 2008 u għandu jkun imsejjes fuq tliet listi ta' prodotti: it-tariffi għall-prodotti fuq l-ewwel lista għandhom jitneħħew matul sentejn (il-linji tariffarji kollha li jaqgħu taħt “ex 8703” - vetturi użati) u t-tariffi għall-prodotti fuq it-tieni lista matul seba’ snin (l-aktar għat-tessuti u l-għamara). It-tielet lista tikkonsisti minn prodotti agrikoli proċessati sensittivi li għalihom it-tariffi se jibqgħu stipulati.

Kien hemm diffikultajiet partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-birra (HS 2203) u l-vermut (HS 2205). Filwaqt li fehmet l-argumenti li ressaq il-Ġordan dwar sensitività kulturali għal importazzjonijiet ta' xorb alkoħoliku, il-Kummissjoni kkundannat it-trattament diskriminatorju tal-Ġordan meta mqabbla ma’ l-importazzjonijiet tagħhom ta' birra u ta’ vermut skond il-ftehim ta’ kummerċ liberu (FTA) ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. L-FTA ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika jipprevedi li d-dazji għandhom jitnaqqsu għal 44.5 % tal-livell ta’ dazju oriġinali mill-2010. Is-suq ta’ importazzjoni Ġordaniż għall-birra u speċjalment għall-vermut huwa żgħir ħafna u bħalissa jinsab iddominat mill-importazzjonijiet mill-Komunità.

Filwaqt li t-tariffi fuq l-importazzjonijiet ta’ birra u ta’ vermut mill-KE għandhom jibqgħu stipulati, il-Ġordan qabel li jissorvelja b’mod konġunt l-evoluzzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ prodotti fis-sotto kumitat ta’ l-Industrija, l-Kummerċ u s-Servizzi KE-Ġordan, (li normalment jiltaqa’ darba fis-sena), biex jevalwa kwalunkwe tnaqqis sinifikanti ta’ importazzjonijiet mill-Komunità ikkawżat minn trattament preferenzjali mogħti lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Fejn ġie ppruvat tnaqqis sinifikanti ta’ importazzjonijiet ta’ birra u ta’ vermut mill-Komunità, intlaħaq qbil li l-awtoritajiet Ġordaniżi u l-Kummissjoni għandhom jirrevedu d-dazji doganali applikabbli fuq dawn iż-żewġ prodotti bl-għan li jinstab rimedju għall-iżbilanċ identifikat.

Biex tħaffef id-dħul fis-seħħ ta’ l-iskeda tat-tneħħija ta’ tariffi sa l-1 ta’ Mejju 2008, hija prevista proċedura bill-miktub għall-adozzjoni tad-deċiżjoni korrispondenti mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' l-istabbiliment ta’skeda ta’ tneħħija ta’ tariffi għall-prodotti li jidhru fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Billi:

(1) Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, jistipula fl-Artikolu 11 (5) tiegħu li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jerġa’ jeżamina l-arranġamenti li għandhom jiġu applikati lill-prodotti mniżżla fl-Anness IV tal-Ftehim erba’ snin wara d-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ, u fil-waqt ta’ l-eżami mill-ġdid, jistabbilixxi skeda ta' tneħħija ta' tariffi għal dawn il-prodotti.

(2) L-iskeda tat-tneħħija ta’ tariffi għal prodotti li jidhru fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ġiet innegozjata mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward ta’ l-istabbiliment ta' skeda ta' tneħħija ta' tariffi għal prodotti li jidhru fl-Anness IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għandha tkun imsejsa fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni anness magħha.

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

ANNESS

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilita mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward ta' l-istabbiliment ta’skeda ta’ tneħħija ta’ tariffi għall-prodotti li jidhru fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra (minn issa 'l quddiem "il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni"), iffirmat fi Brussell fl-24 ta' Novembru 1997 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002, u b'mod partikolari l-Artikoli 6 u 11(5) tiegħu,

Billi:

(1) Skond il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni l-Komunità u l-Ġordan għandhom jistabbilixxu gradwalment żona ta’ kummerċ ħieles matul perjodu ta’ żmien tranżitorju li jilħaq massimu ta’ 12-il sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u f’konformità ma’ dawk tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (1994).

(2) Skond il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jerġa' jeżamina l-arranġamenti li għandhom jiġu applikati lill-prodotti mniżżla fl-Anness IV tal-ftehim, li fih lista ta’ prodotti industrijali li joriġinaw mill-Komunità, erba' snin wara d-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ, u fil-waqt ta’ dak l-eżami mill-ġdid, jistabbilixxi skeda ta' tneħħija ta’ tariffi għal dawk il-prodotti.

(3) L-iskeda tat-tneħħija ta’ tariffi għal prodotti li jidhru fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ġiet innegozjata mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Ġordan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-importazzjonijiet lejn il-Ġordan tal-prodotti li joriġinaw fil-Komunità mniżżla fl-Anness IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-iskeda ta’ tneħħija ta’ tariffi spjegata fl-Artikolu 2. Din l-iskeda għandha tibda sseħħ b'effett mill-1 ta' Mejju 2008.

Artikolu 2

1. Id-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet lejn il-Ġordan ta' prodotti li joriġinaw mill-Komunità mniżżla fil- lista (1) ta' l-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew fi żmien sentejn, li jibda mill-1 ta' Mejju 2008, u tali prodotti għandhom ikunu mingħajr dazju b'effett mill-1 ta' Mejju 2009. It-tneħħija gradwali tad-dazji doganali għandha sseħħ skond l-iskeda li ġejja:

(a) fl-1 ta' Mejju 2008, id-dazju għandu jitnaqqas sa 3 % tad-dazju bażiku;

(b) fl-1 ta' Mejju 2009, id-dazju li jkun fadal għandu jitneħħa.

2. Id-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet lejn il-Ġordan ta' prodotti li joriġinaw mill-Komunità mniżżla fil- lista (2) ta' l-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew fi żmien seba’ snin li jibda mill-1 ta' Mejju 2008, u tali prodotti għandhom ikunu mingħajr dazju b'effett mill-1 ta' Mejju 2014. It-tneħħija gradwali tad-dazji doganali għandha sseħħ skond l-iskeda li ġejja:

(a) fl-1 ta' Mejju 2008, id-dazju għandu jitnaqqas sa 90 % tad-dazju bażiku;

(b) fl-1 ta' Mejju 2009, id-dazju għandu jitnaqqas sa 80 % tad-dazju bażiku;

(c) fl-1 ta' Mejju 2010, id-dazju għandu jitnaqqas sa 70 % tad-dazju bażiku;

(d) fl-1 ta' Mejju 2011, id-dazju għandu jitnaqqas sa 60 % tad-dazju bażiku;

(e) fl-1 ta' Mejju 2012, id-dazju għandu jitnaqqas sa 50 % tad-dazju bażiku;

(f) fl-1 ta' Mejju 2013, id-dazju għandu jitnaqqas sa 40 % tad-dazju bażiku;

(g) fl-1 ta' Mejju 2014, id-dazju li jkun fadal għandu jitneħħa.

3. Id-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet lejn il-Ġordan ta’ prodotti li joriġinaw fil-Komunità u li huma mniżżla fil- lista (3) ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitneħħew. L-awtoritajiet Ġordaniżi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirrevedu b’mod konġunt fis-sotto-kumitat ta' l-industrija, kummerċ u servizzi l-evoluzzjoni ta' l-importazzjonijiet Komunitarji lejn il-Ġordan ta' birra (HS 2203) u vermut (HS 2205), biex jewalwaw kwalunkwe tnaqqis sinifikanti ta’ importazzjonijiet Komunitarji kkawżat minn trattament preferenzjali mogħti lill-partijiet kummerċjali oħra. Fil-każ fejn ġie ppruvat tnaqqis sinifikanti ta’ importazzjonijiet Komunitarji, l-awtoritajiet Ġordaniżi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirrevedu d-dazji doganali applikabbli fuq dawk iż-żewġ prodotti bl-għan li jsewwu l-iżbilanċ identifikat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Magħmula fi....,

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

Lista 1 |

Kodiċi HS | Deskrizzjoni |

ex 870310000(*) | − Vetturi magħmula apposta biex jimxu fuq il-borra; Vetturi tal-golf u vetturi simili |

ex 870321300(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870321400(*) | --- --- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870321900(*) | --- Oħrajn |

ex 870322300(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870322400(*) | --- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870322900(*) | --- Oħrajn |

ex 870323130(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870323140(*) | --- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870323190(*) | ---- Oħrajn |

ex 870323210(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870323220(*) | ---- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870323290(*) | ---- Oħrajn |

ex 870323310(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870323320(*) | ---- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870323390(*) | ---- Oħrajn |

ex 870324100(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870324200(*) | --- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870324900(*) | --- Oħrajn |

ex 870331300(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870331400(*) | --- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870331900(*) | --- Oħrajn |

ex 870332130(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870332140(*) | ---- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870332190(*) | ---- Oħrajn |

ex 870332210(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870332220(*) | ---- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870332290(*) | ---- Oħrajn |

ex 870333110(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870333120(*) | ---- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870333190(*) | ---- Oħrajn |

ex 870333210(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870333220(*) | ---- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870333290(*) | ---- Oħrajn |

ex 870390300(*) | --- Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin |

ex 870390400(*) | --- Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers) |

ex 870390590(*) | ---- Oħrajn |

ex 870390600(*) | ---- Oħrajn, ta’ kapaċità ċilindrika li taqbeż l-2000 cc iżda mhux l-2500 cc. |

ex 870390700(*) | ---- Oħrajn ta' kapaċità ċilindriku ta' aktar minn 2500 cc |

ex 870390900(*) | --- Oħrajn |

(*) Vetturi użati ddefiniti bħala vetturi li għandhom iżjed minn sitt xhur wara r-reġistrazzjoni u li tellgħu mill-inqas 6000 km.

Lista 2 |

Kodiċi HS | Deskrizzjoni |

570110000 | - Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

570190000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

570210000 | - Kelem, Schumacks, Karamanie u tapiti simili maħduma bl-idejn |

570220000 | - Kisi ta' l-art tal-fibri tal-ġewż ta' l-Indi (kajjar) |

570231000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

570239000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

570241000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

570249000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

570251000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

570259000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

570291000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

570299000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

570310000 | - Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

570390000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

570410000 | - Madum, li għandu erja tal-wiċċ ta’ 0.3 m² |

570500000 | Tapiti oħra u kisi ta’ l-art ieħor tat-tessuti, kemm jekk maħduma lesti jew le. |

610110000 | - Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

610190000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610210000 | - Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

610230000 | - Minn fibri magħmula mill-bniedem |

610290000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610312000 | -- Minn fibri sintetiċi: |

610319000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610321000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

610322000 | -- Mill-qoton |

610323000 | -- Minn fibri sintetiċi: |

610329000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610339000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610349000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610412000 | -- Mill-qoton |

610413000 | -- Minn fibri sintetiċi: |

610423000 | -- Minn fibri sintetiċi: |

610429000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610431000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

610439000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610444000 | -- ta' fibri artifiċjali |

610449000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610459000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610461000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

610469000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610610000 | - Mill-qoton |

610811000 | -- Minn fibri magħmula mill-bniedem |

610819000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610829000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610832000 | -- Minn fibri magħmula mill-bniedem |

610839000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

610899000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

611090000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

611190000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

611220000 | - Ilbies ta’ l-iskijar |

611231000 | -- Minn fibri sintetiċi |

611239000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

611241000 | -- Minn fibri sintetiċi |

611249000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

611300000 | Ħwejjeġ, magħmula minn tessuti maħduma bil-labar jew bil-ganċ taħt l-intestatura 59.03, 59.06 jew 59.07. |

611410000 | - Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

611490000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

611599900 | --- Oħrajn |

611610000 | - Mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin bi plastiks jew gomma |

611691000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

611692000 | -- Mill-qoton |

611693000 | -- Minn fibri sintetiċi |

611699000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

611710000 | Xalel, xalpi, mleffi, mantilji, veljiet u oġġetti simili |

611720000 | - Ingravajjet, cfuf u mkatar ta’ l-għona |

611780000 | - Aċċessorji oħrajn |

611790900 | --- Oħrajn |

620113000 | -- Minn fibri magħmula mill-bniedem |

620119000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620199000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620219000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620291000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

620299000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620590000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620610000 | Mill-ħarir jew mill-iskart tal-ħarir |

620640000 | - Minn fibri magħmula mill-bniedem |

620690000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620711000 | -- Mill-qoton |

620719000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620722000 | -- Minn fibri magħmula mill-bniedem |

620729000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620792000 | -- Minn fibri magħmula mill-bniedem |

620799000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620811000 | -- Minn fibri magħmula mill-bniedem |

620819000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620821000 | -- Mill-qoton |

620822000 | -- Minn fibri magħmula mill-bniedem |

620829000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620891000 | -- Mill-qoton |

620892000 | -- Minn fibri magħmula mill-bniedem |

620899000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

620910000 | - Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

620990000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

621010000 | - Minn drappijiet taħt l-intestatura 56.02 jew 56.03 |

621040000 | - ħwejjeġ oħra ta’ l-irġiel jew tas-subien |

621050000 | - ħwejjeġ oħra tan-nisa jew tal-bniet |

621111000 | - Ħwejjeġ oħra ta’ l-irġiel jew tas-subien |

621112000 | - Ħwejjeġ oħra tan-nisa jew tal-bniet |

621120000 | - Ilbies ta’ l-iskijar |

621131000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

621133000 | -- Minn fibri magħmula mill-bniedem |

621139000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

621141000 | -- Minn suf jew minn xagħar ta' l-annimali fin |

621143000 | -- Minn fibri magħmula mill-bniedem |

621149000 | -- Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

621220000 | - Ċinet u ċinet tal-qliezet ta’ taħt |

621230000 | - Corselettes |

621290000 | - Oħrajn |

621310000 | - Mill-ħarir jew mill-iskart tal-ħarir |

621320000 | - Mill-qoton |

621390000 | - Minn materjali tat-tessuti oħrajn |

621600000 | Ingwanti, mittens u mitts. |

621710000 | - Aċċessorji |

621790900 | --- Oħrajn |

630900100 | --- Xedd tas-saqajn |

630900900 | --- Oħrajn |

640110000 | - Ilbies għar-riġlejn li fih maskaretta protettiva tal-metall |

640191000 | -- Li jgħatti l-irkoppa |

640192000 | -- Li jgħatti l-għaksa iżda mhux l-irkoppa: |

640199000 | -- Oħrajn |

640212000 | -- Bwiez għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u bwiez tal-bords tas-silġ |

640219000 | -- Oħrajn |

640220000 | - Ilbies għar-riġlejn b’uċuħ ta’ ċineg jew strixxi mwaħħlin mal-qiegħ permezz ta' tappijiet |

640230000 | - Ilbies ieħor għar-riġlejn li fih maskaretta protettiva tal-metall |

640291000 | -- Li jgħatti l-għaksa |

640299000 | -- Oħrajn |

640510000 | - B’uċuħ tal-ġilda jew ta' kompożizzjoni tal-ġilda |

640520000 | - B’uċuħ ta’ materjali ta’ tessuti: |

640590000 | -Oħrajn |

640610000 | - Uċuħ u bċejjeċ tagħhom, għajr oġġetti li jwebbsu |

640620000 | - Qigħan ta’ barra u ta’ l-għarqbejn, tal-gomma jew tal-plastiks |

640691000 | -- Ta' l-injam |

640699000 | -- Ta’ materjali oħrajn |

940120000 | - Siġġijiet (seats) ta’ tip użati għal vetturi bil-mutur |

940130000 | Siġġijiet (seats) iduru b’aġġustament ta’ għoli varjabbli |

940140000 | Siġġijiet minbarra siġġijiet tal-ġnien jew tagħmir għall-camping, li jistgħu jsiru sodod |

940150000 | - Siġġijiet tal-qasab, tal-vireg taż-żafżafa, bambu’ jew materjali simili: |

940161000 | -- Tapezzati |

940169000 | -- Oħrajn |

940171000 | -- Tapezzati |

940179000 | -- Oħrajn |

940180900 | --- Oħrajn |

940190000 | − Partijiet |

940210100 | --- Siġġijiet tal-barbiera |

940310000 | - Għamara tal-metall ta’ tip użat fl-uffiċċji |

940320000 | - Għamara oħra tal-metall |

940330000 | - Għamara ta’ l-injam tat-tip li tintuża fl-uffiċċji |

940340000 | - Għamara ta’ l-injam tat-tip li tintuża fil-kċina |

940350000 | - Għamara ta’ l-għuda ta’ tip użat fil-kamra tas-sodda |

940360000 | - Għamara oħra ta' l-injam |

940370000 | - Għamara tal-plastiks |

940380000 | - Għamara ta’ materjali oħrajn, inkluż tal-qasab, tal-vireg taż-żafżafa, bambu jew materjali simili |

940390000 | − Partijiet |

940410000 | - Irfid għas-saqqijiet |

940421000 | -- Ta' gomma jew plastiks ċellulati, sew miksijin kif ukoll le |

940429000 | -- Ta’ materjali oħrajn |

940430000 | - Xkora għall-irqad |

940490000 | - Oħrajn |

940510000 | - Linef u tagħmir ieħor tad-dawl għas-saqaf jew għall-ħajt, għajr dawk ta’ tip użat biex jiddawwlu postijiet pubbliċi miftuħin jew triqat |

940520000 | - Lampi ta' l-elettriku għall-użu fuq mejda, komodina jew fuq stand ma' l-art |

940530000 | - Settijiet ta' dwal tat-tip li jintuża fuq siġra tal-Milied |

940540900 | --- oħrajn |

940550900 | --- Oħrajn |

940560000 | - Sinjali mdawwlin, pjanċi ta’ l-isem imdawwlin u bħalhom |

940591900 | --- Oħrajn |

940592900 | --- Oħrajn |

940599900 | --- Oħrajn |

940600900 | --- Oħrajn |

Lista 3 |

Kodiċi HS | Deskrizzjoni |

220300000 | Birra magħmula mix-xgħir. |

220510000 | - Vermut jew inbid ieħor magħmul mill-għeneb frisk mogħti t-togħma ta’ ħxejjex jew sustanzi aromatiċi, f’kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas |

220590000 | - Vermut jew inbid ieħor magħmul mill-għeneb frisk u b’togħma ta’ ħxejjex jew sustanzi aromatiċi: oħrajn |

240210000 | - Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom it-tabakk |

240220000 | - Sigarretti li fihom it-tabakk |

240290100 | --- Sigarri |

240290200 | --- Sigaretti |

240399900 | --- Oħrajn |

[1] ĠU C [...], [...], p. [...].