Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi [awtonomi] tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali /* KUMM/2008/0232 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 30.4.2008 KUMM(2008)232 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi [awtonomi] tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta L-ammont tal-kwota għal ċerti kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità mhux biżżejjed biex jilħaq il-ħtiġijiet ta' l-industrija Komunitarja għall-perjodu attwali tal-kwota. Bi tweġiba għat-talbiet minn diversi Stati Membri, id-dipartimenti tal-Kummissjoni flimkien ma' l-esperti tal-gvern ikkonċernati, ikkunsidraw jekk għandhomx jiftħu, iżidu jew jestendu l-kwoti tariffarji awtonomi għal ċerti prodotti industrijali. Il-kuntest ġenerali Fl-20 ta' Diċembru 1996 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi [awtonomi] tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali sabiex id-domanda tal-Komunità għall-prodotti kkonċernati tkun tista' tintlaħaq fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli. Il-kwoti tariffarji Komunitarji l-ġodda għandhom jinfetħu bir-rati ta' dazju żero għal ammonti xierqa, mingħajr ma jfixklu s-swieq għal prodotti bħal dawn. Id-diskussjonijiet fil-laqgħat għall-Grupp tal-Mistoqsijiet dwar it-Tariffa Ekonomika wrew li l-Istati Membri kienu diġà lesti li jiftħu, inkella jżidu l-kwoti għall-prodotti koperti bil-proposta għal Regolament, mingħajr ma jitfixklu s-swieq għal prodotti bħal dawn. Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 (ĠU L 345, 31.12.1996, p.1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1526/2007 (ĠU L 349, 31.12.2007, p.1). Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn ta’ l-Unjoni Il-proposta hija f'konformità mal-politiki agrikoli, kummerċjali, imprenditorjali, ta’ żvilupp u dwar ir-relazzjonijiet esterni. Din il-proposta, b'mod speċjali, mhijiex ta' detriment għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw ftehim kummerċjali preferenzjali ma' l-UE (e.ż. ir-reġimi GSP, AKP, il-pajjiżi kandidati u dawk potenzjalment kandidati tal-Punent tal-Balkani). IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT Konsultazzjoni ma' dawk ikkonċernati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Ġie kkonsultat il-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji li jirrappreżenta l-industriji ta' kull Stat Membru. Ġabra fil-qosor tat-tweġibiet u kif tqiesu Il-kwoti kollha mniżżla jirriflettu l-ftehim li ntlaħaq mill-Grupp. Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert L-oqsma xjentifiċi jew ta' l-għarfien espert ikkonċernati L-esperti li jirrappreżentaw l-Istati Membri fil-Grupp Ekonomiku għal Mistoqsijiet dwar Tariffi. Il-metodoloġija użata Konsultazzjoni miftuħa. L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin li ġew ikkonsultati Esperti maħtura minn kull Stat Membru. Ġabra fil-qosor tal-pariri miksuba u użati Ma ssemmewx ir-riskji potenzjalment serji b'konsegwenzi irreversibbli. Ftehim tal-Grupp Ekonomiku għal Mistoqsijiet dwar Tariffi. Il-metodi użati sabiex ir-riżultati ta’ dawn l-opinjonijiet esperti jsiru disponibbli għall-pubbliku Pubblikazzjoni tal-proposta. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Mhux applikabbli. Il-proposta ma tissemmiex fil-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2008. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi [awtonomi] tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali. Bażi ġuridika L-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjaretà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. Dan is-sett ta' miżuri huwa konformi mal-prinċipji għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi li qed jaħdmu f'kummerċ barrani u mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi u tal-kwoti (C 128, 25.4.1998, p.2). L-għażla ta’ l-istrumenti L-istrumenti proposti: Ir-Regolament Strumenti oħrajn ma jkunux adegwati minħabba r-raġunijiet li ġejjin. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE, kwoti tariffarji awtonomi jiġu approvati mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI Dazji doganali mhux miġbura b'ammont totali ta' € 3 151 603. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI Emenda fil-leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni ta' din il-proposta se tfisser li ċerta leġiżlazzjoni tiġi emendata. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi [awtonomi] tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: 1. Fl-20 ta' Diċembru 1996 l-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2505/96[2]. Id-domanda Komunitarja għall-prodotti li r-Regolament japplika għalihom għandha tintlaħaq fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli. Għal dan il-għan b'seħħ mill-1 ta' Lulju 2008, kwoti tarrifarji Komunitarji ġodda għandhom għalhekk jinfetħu bir-rata żero ta' dazju għal ammonti xierqa filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-swieq għal dawn il-prodotti. 2. L-ammonti tal-kwoti għal ħames kwoti tariffarji Komunitarji awtonomi mhumiex biżżejjed biex jilħqu l-ħtiġijiet ta' l-industrija Komunitarja. Għaldaqstant, dawn l-ammonti tal-kwoti għandhom jiżdiedu. 3. Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. 4. Billi l-kwoti tariffarji għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2505/96 huwa emendat kif ġej: (1) Jiddaħħlu l-kwoti tariffarji għall-prodotti msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament (2) Ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri ta' l-ordni 09.2975, 09.2603, 09.2935, 09.2814 u 09.2620 jiġu sostitwiti bir-ringieli msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I Kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(1) Nru ta' l-Ordni | Il-kodiċi tan-NM | TARIC | Deskrizzjoni | Il-perjodu tal-kwota | L-ammont tal-kwota | Il-kwota tad-dazji | 09.2767 | ex 2910 90 00 | 80 | Allyl glycidyl ether | 1.7.-31.12.2008 | 750 tunnellata | 0 % | 09.2769 | ex 2917 13 90 | 10 | Dimethyl sebacate | 1.7.-31.12.2008 | 650 tunnellata | 0 % | 09.2977 | 2926 10 00 | Akrilonitrile | 1.7.-31.12.2008 | 35 000 tunnellata | 0 % | 09.2763 | ex 8501 40 80 | 30 | Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta' aktar minn 1 600 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1) | 1.7. - 31.12.2008 | 1 150 000 unitajiet | 0 % | 09.2775 | ex 8504 40 81 | 20 | Konvertitur AC/DC għall-użu fil-manufattura ta' tagħmir tar-riċezzjoni f'televixins LCD (1) | 1.7. - 31.12.2008 | 200 000 unitajiet | 0 % | 09.2771 | ex 8504 40 84 | 30 | Invertitur fuq pjanċa ta’ ċirkwit stampata li mhix integrata fl-unità għall-provvista ta' l-elettriku, biex tħaddem bozoz florexxenti bl-elettrodi esterni (EEFL) jew bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ (CCFL) f'unità ta' retrodawl (backlight) u li tagħti vultaġġ ta’ mhux aktar minn 1,33 kV, għall-użu fil-manifattura ta’ moduli LCD (1) | 1.7.-31.12.2008 | 800 000 unitajiet | 0 % | (1) | L-entrata taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti Komunitarji (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 - ĠU L 253, 11.10.1993 p. 1). | ANNESS II Kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(2) Nru ta' l-Ordni | Il-kodiċi tan-NM | TARIC | Deskrizzjoni | Il-perjodu tal-kwota | L-ammont tal-kwota | Il-kwota tad-dazji | 09.2975 | ex 2918 30 00 | 10 | Benzophenone-3,3':4,4'-tetracarboxylic dianhydride | 1.1.-31.12. | 1 000 tunnellata | 0 % | 09.2603 | ex 2930 90 85 | 79 | Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide | 1.1.-31.12. | 9 000 tunnellata | 0 % | 09.2935 | 3806 10 10 | Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski | 1.1.-31.12. | 280 000 tunnellata | 0 % | 09.2814 | ex 3815 90 90 | 76 | Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju | 1.1.-31.12. | 1 600 tunnellata | 0 % | 09.2620 | ex 8526 91 20 | 20 | Assemblaġġ għal sistemi GPS b'funzjoni ta' determinazzjoni tal-pożizzjoni | 1.1.-31.12. | 2 000 000 unitajiet | 0 % | DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAD-DĦUL 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi [awtonomi] tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali 2. IL-LINJI TAL-BAĠIT: Il-Kapitolu u l-Artikolu: Il-Kapitolu 12 – l-Artikolu 120 Ammont ippjanat għas-sena kkonċernata: € 16 431 900 000 3. L-IMPATT FINANZJARJU x( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej: (€ miljuni espressi sa punt deċimali wieħed) Linja tal-baġit | Dħul[3] | Perjodu ta' 12-il xahar li jibda minn jj/xx/ssss | [Sena 2008] | L-Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 1.7.2008 | - 3.2 | 4. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI Dispożizzjonijiet fuq il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji jinkludu miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni u l-protezzjoni kontra l-frodi u l-irregolaritajiet. ANNESS I Effettiv mill-1. 7.2008: Deskrizzjoni tal-prodott | Ammont tal-kwota (f'unitjaiet/tunnellati) | Il-prezz stmat (€ kull unità/€ kull tunnellata) | Id-Dazju (%) (2008 CCT) | Id-dazju fuq il-kwota (%) | Telf mistenni fuq id-dħul (f'EUR) | Ether 09.2767 | 750 tunnellata | 4 500 | 5.5 | 0 | 185 625 | Sebacate 09.2769 | 650 tunnellata | 2 600 | 6 | 0 | 101 400 | Akrilonitrile 09.2977 | 35 000 tunnellata | 900 | 6.5 | 0 | 2 047 500 | Mutur 09.2763 | 1 150 000 unitajiet | 4.80 | 2.7 | 0 | 148 419 | Konvertitur 09.2775 | 200 000 unitajiet | 6.66 | 3.3 | 0 | 43 956 | Invertitur 09.2771 | 800 000 unitajiet | 21.72 | 3.3 | 0 | 573 408 | Telf totali fuq id-dħul: (EUR 3 100 308 – EUR 775 077 ) EUR 2 325 231 net. ANNESS II Effettiv mill-1.7.2008: Deskrizzjoni tal-prodott | Varjazzjoni fl-ammont tal-kwota (unità/tunnellati) | Il-prezz stmat (€ kull unità/€ kull tunnellata) | Id-Dazju (%) (2008 CCT) | Id-dazju fuq il-kwota (%) | Varjazzjoni mistennija fit-telf tad-dħul marbut mal-perjodu ta' kwota preċedenti (f'€) | Dijanidride 09.2975 | + 400 tunnellata. (ammont inizjali: 600 tunnellata) | 11 135 | 6.5 | 0 | 289 510 | Tetrasulfide 09.2603 | + 2 500 tunnellata. (ammont inizjali: 6 500 tunnellata) | 400 | 6.5 | 0 | 65 000 | Reżin 09.2935 | + 80 000 tunnellata. (ammont inizjali: 200 000 tunnellata) | 32.50 | 5 | 0 | 130 000 | Katalist 09.2814 | + 800 tunnellata. (ammont inizjali: 800 tunnellata) | 4 500 | 6.5 | 0 | 234 000 | GSP (Sistema Ġeneralizzata tal-Preferenzi 09.2620 | +1 000 000 unitajiet (ammont inizjali: 1 000 000 unitajiet | 10.36 | 3.7 | 0 | 383 320 | Telf totali ta' dħul f'relazzjoni mal-perjodu ta' kwota preċedenti: (EUR 1 101 830 – EUR 275 458) EUR 826 372 nett. [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU L 345, 31.12.1996, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1526/2007 (ĠU L 349, 31.12.2007, p.1). [3] F'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) jeħtieġ li l-ammonti indikati jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta' 25% ta' l-ispejjeż tal-ġbir.