Proposta ghal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali [SEG(2008) 440 SEG(2008) 441] /* KUMM/2008/0179 finali - COD 2008/0069 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 9.4.2008 KUMM(2008) 179 finali 2008/0069 (COD) Proposta ghal RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali [SEG(2008) 440 SEG(2008) 441] (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta L-għan tar-Rakkomandazzjoni proposta huwa t-twaqqif ta' Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità (minn issa 'l quddiem "il-Qafas") bħala strument ta' referenza sabiex jgħin lill-Istati Membri jippromwovu u jissorveljaw titjib kontinwu tas-sistemi tagħhom ta' Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV), ibbażat fuq referenzi Ewropej komuni. Il-Qafas għandu jikkontribwixxi għat-titjib fil-kwalità ta' l-ETV u għall-bini ta' fiduċja reċiproka fis-sistemi ta' l-ETV fi ħdan żona ġenwinament mingħajr fruntieri ta' tagħlim li jissokta matul il-ħajja. Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV) huwa element importanti tal-motivazzjoni ta' l-UE li ssir aktar kompetittiva u soċjalment unifikata, kif deskritt fil-qosor fl-Istrateġija ta' Liżbona. Il-ħolqien ta' soċjetà bbażata fuq l-għarfien li sservi ta' pedament għal dik l-istrateġija jeħtieġ li jkun ibbażat fuq l-investiment fil-kwalità, u-t-titjib, ta' din il-kwalità tar-riżorsi umani. Użu aktar effettiv tar-riżorsi u diżinn orjentat lejn il-futur ta' l-ETV li jinvolvi strateġiji ġodda għat-tagħlim, kemm fl-iskejjel kif ukoll fuq ix-xogħol, huma ingredjenti essenzjali. Il-firxa ta' l-iskop hija riflessa fil-mod kif l-ETV huwa organizzat madwar l-UE sħiħa – programmi nazzjonali u reġjonali jwieġbu għal standards differenti u jwasslu għal ħafna kwalifiki differenti. Id-diversità tfisser li hemm ambitu enormi għat-tagħlim reċiproku u għal riflessjoni li tifrex madwar l-UE sħiħa dwar l-organizzazzjoni futura. Tfisser ukoll li l-Ewropa tirrikjedi punti komuni ta' referenza sabiex tiżgura trasparenza, konsistenza u portabilità bejn il-bosta faxxi differenti ta' żvilupp madwar l-Ewropa. Dan kollu għandu jseħħ mingħajr ma tintrifes l-awtonomija ta' l-Istati Membri fil-governanza tas-sistemi ta' l-ETV. Il-mira ffissata mill-Kunsill Ewropew ta' Barċellona fl-2002 li jagħmel is-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' l-Ewropa referenza dinjija tal-kwalità sa l-2010 qajmet il-kwistjoni ta' kif se tinbena u tiġi żgurata l-kwalità tas-sistemi ta' l-ETV fiċ-ċentru ta' l-aġenda tal-politika ta' l-Edukazzjoni u t-Taħriġ. Ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill[1] u d-Dikjarazzjoni[2] tal-Ministri Ewropej ta' l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali dwar il-Promozzjoni ta' Kooperazzjoni Ewropea Msaħħa fl-ETV, li varaw il-proċess ta' Kopenħagen, ipprovdew indikaturi importanti għall-mira ta' Barċellona. Kooperazzjoni Ewropea sussegwenti ppermettiet l-iskambju ta' esperjenza, tagħlim reċiproku u bini ta' konsensus. Din wittiet it-triq għall-prinċipji, linjigwida u għodod komuni għall-iżvilupp tal-kwalità li wasslu għat-twaqqif tal-Qafas Komuni ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-ETV (QKAK) fl-2003. L-istrateġija tal-QKAK tħaddnet mill-Kunsill[3], li stieden kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-Kummissjoni sabiex jippromwovuha permezz ta' inizjattivi prattiċi li jinvolvu l-partijiet interessati relevanti, fuq bażi volontarja. Kompatibbli mal-biċċa l-kbira tas-sistemi attwali, il-QKAK ppreveda prinċipji komuni u punt ta' referenza li għamilha possibbli li jiġu promossi numru ta' inizjattivi fil-livelli Ewropej u nazzjonali[4]. Minkejja dan, il-kriterji tal-kwalità, l-elementi indikattivi li jiddeskrivu u l-indikaturi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-QKAK huma espliċiti b'mod insuffiċjenti u jagħmlu l-istrument diffiċli biex jiġġeneralizza. Numru ta' pajjiżi enfasizzaw il-ħtieġa ta' tisħiħ ta' l-istatus tal-QKAK. Fi kwalunkwe każ, il-ħtieġa ta' żvilupp ulterjuri tal-QKAK ġiet rikonoxxuta fil-mument li tħaddnet mill-Kunsill fl-2004. Fl-aħħarnett, il-Communiqué ta' Ħelsinki ta' l-2006, li tirrevedi l-prijoritajiet tal-Proċess ta' Kopenħagen , enfasizzat il-ħtieġa li nipprogressaw mill-QKAK u noqorbu lejn kultura ta' titjib tal-kwalità. Ir-Rakomandazzjoni proposta tirfed fuq l-esperjenza li nkisbet permezz ta' l-użu tal-QKAK u hija reazzjoni għat-talbiet li saru mill-Istati Membri. Is-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ iridu jkunu flessibbli biżżejjed sabiex ikunu kapaċi jirreaġixxu għal firxa wiesgħa ta' ħtiġijiet, filwaqt li jippreservaw koerenza globali madwar il-livelli differenti ta' implimentazzjoni. L-effettività u l-effiċjenza tal-forniment tat-taħriġ sabiex jilħaq ħtiġijiet bħal dawn iridu jiġu vvalutati, sorveljati u mtejba regolarment, fuq il-bażi ta' l-evidenza. L-assigurazzjoni tal-kwalità[5] huwa mezz kif dan jintlaħaq. Għandu jidher bħala strument għal titjib kontinwu ta' l-ETV, ibbażat fuq ċiklu ta' kwalità li jistabbilixxi l-interrelazzjoni xierqa bejn ippjanar, implimentazzjoni, evalwazzjoni/valutazzjoni u reviżjoni ta' l-ETV. L-assigurazzjoni tal-kwalità timplika strateġija sistematika għall-kwalità, b'konċentrazzjoni espliċita fuq ir-rwoli ta' l-operaturi fil-livelli differenti u l-mod kif jirrelataw ma' xulxin. Għandu jinkludi wkoll modi li fihom il-prestazzjoni ta' l-ETV tista' tiġi sorveljata, u għandu juża kejl sabiex joffri sostenn ta' reviżjoni u titjib ta' l-ETV fil-livelli ta' sistema u ta' forniment. Din l-istrateġija għall-assigurazzjoni tal-kwalità hija riflessa fil-prinċipji ġenerali għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ li jinsabu fl-Anness 3 għar-Rakkomandazzjoni dwar it-twaqqif ta' QEK. Dispożizzjonijiet attwali fil-qasam tal-proposta Inħoloq impetu b'riżultat tar-Riżoluzzjoni u d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill ta' l-2002 (il-"proċess ta' Kopenħagen"), segwit mill-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Mejju 2004, u l-Communiqué ta' Ħelsinki fl-2006. Minbarra li tenfasizza l-ħtieġa li tkompli tibni fuq il-QKAK, il-Communiqué għamlet sejħa għal parteċipazzjoni usa' fin-NEAKETV (Netwerk Ewropew dwar Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali)[6]. In-NEAKETV twaqqaf sabiex jiffaċilita l-iskambju ta' esperjenza, tagħlim reċiproku u bini tal-kunsens, u sabiex jagħti sostenn, jittestja u jiżviluppa b'mod ulterjuri l-QKAK. F'numru ta' pajjiżi, in-NEAKETV huwa appoġġjat mill-Punti Nazzjonali ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità (PNRAK)[7]. L-assigurazzjoni tal-kwalità ġiet żviluppata f'oqsma relatati oħra li għandhom impatt fuq l-ETV. Fl-edukazzjoni ogħla, il-laqgħa ministerjali ta' Bergen ta' l-2005 u r-Rakkomandazzjoni dwar kooperazzjoni Ewropea ulterjuri fl-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla[8] fornew standards u linjigwida għall-assigurazzjoni tal-kwalità. Ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Karta Ewropea tal-Kwalità għall-Mobilità[9] introduċiet kunċetti ta' assigurazzjoni tal-kwalità fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet bħala sostenn għall-mobilità. Għalhekk, fl-aħħar snin ingħata ammont ta' attenzjoni, kemm fil-livelli ta' l-UE kif ukoll f'dawk nazzjonali, għall-promozzjoni ta' kwalità fl-ETV. Il-Qafas għandu jkun mezz sabiex jagħti impetu ġdid lit-titjib kontinwu ta' prassi ta' ġestjoni ta' kwalità u, fl-aħħar mill-aħħar, tas-sistemi ta' l-ETV. Il-Qafas jirrispetta kompletament il-kompetenza ta' l-Istati Membri. Huwa jfittex li jistimula: - il-ħolqien ta' assigurazzjoni tal-kwalità aktar żviluppat u konsistenti u sistemi ta' titjib madwar il-pajiżi kollha; - trasparenza miżjuda ta' sistemi u strateġiji ta' assigurazzjoni tal-kwalità fl-ETV, għat-titjib tal-fiduċja reċiproka u għall-iffaċilitar tal-mobilità; - kooperazzjoni u tagħlim reċiproku, għat-trawwim ta' l-involviment tal-partijiet interessati fil-kultura ta' titjib tal-kwalità r-responsabilità fil-livelli kollha. Il-Qafas jagħmel parti minn serje ta' miżuri mfassla sabiex jagħtu sostenn lit-titjib kontinwu fil-kwalità u l-governanza tas-sistemi ta' l-ETV. Dawn jinkludu l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim li jissokta matul il-ħajja (QEK)[10], is-Sistema Ewropea tal-Kredits għall-ETV (SEKETV)[11], u l-prinċipji komuni Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni għat-tagħlim mhux formali u dak informali[12]. L-użu tal-Qafas għadnu jkun volontarju. L-utenti ewlenin tiegħu għandhom ikunu l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi inkarigati mill-assigurazzjoni u t-titjib tal-kwalità. Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni Il-Qafas għandu jikkontribwixxi għall-kisba ta' l-għan ta' l-Istrateġija Ewropea ta' l-Impjiegi ta' investiment aktar effettiv fil-kapital uman. B'mod partikolari, għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità u l-effiċjenza ta' investiment fil-kapital uman permezz ta' edukazzjoni u ħiliet aqwa, skond il-Linjigwida tal-Politika ta' l-Impjieg (2005-2008)[13] u b'mod partikolari l-Linjagwida Nru 24. B'mod simili, il-Komunikazzjoni dwar il-Politika tal-Koeżjoni[14] tiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta' rinfurzar ta' l-investiment fil-kapital uman permezz ta' edukazzjoni u ħiliet aqwa, u tar-riforma ta' sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ bl-użu ta' referenzi u prinċipji Ewropej komuni. Huwa jistieden lill-Istati membri sabiex jużaw ir-riżorsi skond l-għan ta' Konverġenza, għat-titjib ta', fost affarijiet oħra, il-kwalità u l-effettività tal-forniment ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ. 2) IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TA’ L-IMPATT Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Il-proposta tirriżulta mill-ħidma mwettqa b'kooperazzjoni ma' firxa wiesgħa ta' korpi b'kompetenzi speċifiċi fl-iżvilupp tal-kwalità fl-ETV. Il-kooperazzjoni seħħet fil-Forum Ewropew dwar il-Kwalità fl-ETV (2001-2002), Il-Grupp Tekniku ta' Ħidma dwar l-ETV (2003-2004) u, mill-2005 'l hawn, permezz tan-NEAKETV. In-NEAKETV jlaqqa' varjetà ta' istituzzjonijiet minn 25 mill-pajjżi li jieħdu sehem fil-Programm ta' Ħidma ta' l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010, u ma' l-imsieħba soċjali Ewropej. Barra minn dan, jiġbor il-perspettivi ta' grupp saħansitra usa' ta' korpi interessati li jieħdu sehem f'attivitajiet speċifiċi tal-programm ta' ħidma tan-NEAKETV, u tal-PNRAK, li flimkien ilaqqgħu firxa wiesgħa ta' partijiet interessati fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll id-Direttur Ġenerali għall-ETV (DĠTV) u l-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Vokazzjonali (KKTV), li jinkludi rappreżentanti tal-gvernijiet, trejdunjins u organizzazzjonijiet ta' min iħaddem minn kull Stat Membru. Il-KKTV ta opinjoni favorevoli dwar l-abbozz tal-proposta tal-Kummissjoni fil-laqgħa tiegħu ta' l-14-15 ta' Ġunju 2007. Ġabra fil-qosor tat-tweġibiet u kif tqiesu Din il-konsultazzjoni kkonfermat is-sostenn wiesa' għall-Qafas. Saret enfasi partikolari fuq l-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-ħtieġa li l-kriterji ta' referenza u l-elementi li jiddeskrivu jinżammu kemm jista' jkun sempliċi. Kien hemm ukoll sostenn għall-indikaturi tal-kwalità u għall-istedina tan-NEAKETV sabiex iwettaq ħidma ulterjuri, f'kooperazzjoni mal-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Punti ta' Referenza. Il-ġbir u l-użu ta’ l-għarfien espert Oqsma kkonċernati ta’ għarfien xjentifiku/espert Cedefop[15] ipprovda sostenn tekniku u xjentifiku qawwi filwaqt li l-FET[16] ikkoordinat b'mod partikolari mal-pajjiżi kandidati. Il-metodoloġija użata Il-Qafas jibni fuq il-QKAK, li ġie żviluppat permezz ta' kunsens, filwaqt li qies l-istrateġiji nazzjonali differenti għat-titjib tal-kwalità, u b'mod partikolari permezz tal-każijiet identifikati tal-prassi t-tajba. B'mod partikolari, instab li kien possibbli li jiġu identifikati kwistjonijiet komuni li huma l-pedamenti ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità f'bosta pajjiżi, u li jiġi żviluppat sett ta' referenza ta' indikaturi tal-kwalità. 'Il fuq minn 200 indikatur ġew identifikati u analizzati. Il-lista ġiet konċentrata billi ngħataw prijorità dawk li setgħu jsostnu assigurazzjoni tal-kwalità kemm fil-livell ta' sistema kif ukoll fil-livell ta' fornitur u li kellhom potenzjal għall-użu fil-paragun bejn il-pajjiżi u t-tagħlim reċiproku. Tqieset ukoll il-ħtieġa li t-titjib tal-kwalità fl-ETV jiġi kkollegat ma' l-għanijiet usa' Ewropej bħalma huma ż-żieda tal-kapaċità ta' impjieg, titjib tat-tqabbil bejn il-forniment tat-taħriġ u l-ħtiġijiet ta' l-utenti u l-promozzjoni għal aċċess aħjar għat-tagħlim li jissokta matul il-ħajja. Esperjenza prattika mill-proġetti Ewropej u nazzjonali, partikolarment it-tagħlim inter pares , ippermettiet definizzjoni aħjar ta' l-indikaturi fil-livell ta' fornitur u ta' sistemi. Għodda oħra li ġew żviluppati jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Qafas. Il-Gwida Ewropea għal awtovalutazzjoni[17] hija maħsuba sabiex tgħin lill-fornituri ta' l-ETV jtejbu l-kwalità tal-forniment tat-taħriġ. Ġie wkoll żviluppat Manwal Ewropew ta' Reviżjoni Inter Pares għall-ETV inizjali, permezz ta' proġett li jaqa' taħt il-Programm Leonardo da Vinci[18]. Il-manwal qed jiġi ttestjat b'mod ulterjuri fi proġett ġdid ta' Leonardo[19]. Il-prinċipji u l-kriterji tal-QKAK nżammu f'livell relattivament ġenerali, sabiex ikun possibbli li jiġu żviluppati u rfinati għal kuntest speċifiku. Numru ta' pajjiżi Ewropej diġà żviluppaw qafas nazzjonali għall-assigurazzjoni tal-kwalità fuq il-bażi tal-QKAK. Numru żgħir ta' studji u proġetti prattiċi għenu sabiex jiżviluppaw b'mod ulterjuri l-QKAK. Dawn imsemmija fil-Komunità Virtwali ta' Cedefop (http://communities.trainingvillage.gr). L-organizzazzjonijiet/l-esperti ewlenin li ġew ikkonsultati; Ġabra fil-qosor tal-pariri miksuba u użati; Il-mezzi użati biex il-parir ta’ l-esperti jkun disponibbli pubblikament Ara hawn fuq (metodi ta' konsultazzjoni …) L-istima ta’ l-impatt L-għan ta' l-istima ta' l-Impatt huwa li tanalizza l-modi varji ta' assigurazzjoni ta' adozzjoni tal-Qafas u l-alternattiva l-aktar xierqa f'termini ta' għażla ta' strument legali xieraq. Ir-rapport ta' l-Istima ta' l-Impatt tressaq quddiem il-Bord ta' l-Istima ta' l-Impatta (BII) u jieħu f'kunsiderazzjoni r-rakkomandazzjonijiet tal-BII dwar l-alternattivi legali differenti. Hemm kunsens, muri f'konklużjonijiet repetuti tal-Kunsill u fil-proċess ta' Kopenħagen, favur il-modernizzazzjoni u t-titjib ta' l-ETV. Skambji ssuktati mill-2003 'l hawn enfasizzaw il-valur li tiġi żviluppata l-assigurazzjoni għall-ETV madwar l-UE. Ir-rwol ta' kwalunkwe strument ta' l-UE għandu jkun, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, li jippromwovi, jiffaċilita u jappoġġja azzjoni fil-livell ta' l-Istati Membri. L-ewwel mistoqsija għall-istima ta' l-impatt tirrelata ma' l-għażla ta' l-istrument biex dan isir. Tqiesu ħames alternattivi. 1. L-ebda strument fil-livell Ewropew ifisser l-issuktar fuq il-bażi ta' prinċipji tal-QKAK bħal dawn li jeżistu bħalissa. Minkejja dan, l-esperjenza s'issa tissuġġerixxi li l-qafas attwali kellu impatt limitat mil-lat li jqanqal lill-Istati Membri sabiex jippromwovu l-użu tiegħu. L-istatus attwali tal-qafas jagħmilha diffiċli għall-pajjiżi parteċipanti sabiex jagħmlu użu konsistenti mis-sistema u sabiex jaħsdu l-benefiċċji tar-reviżjoni inter pares u tat-tagħlim reċiproku. Numru ta' pajjiżi diġà indikaw il-ħtieġa għall-strument aqwa fl-appoġġ ta' l-applikazzjoni tar-referenza tal-QEK għall-QKAK. 2. Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tistipula l-ideat tagħha dwar ŻK. Minkejja dan, la l-Istati Membri u lanqas il-Parlament Ewropew ma huma se jkunu involuti fl-adozzjoni tagħha u ma tiġġenerax l-impenn politiku meħtieġ sabiex jagħti kredibilità lill-Qafas u sabiex tiżgura implimentazzjoni fil-livell nazzjonali. 3. Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tkun stqarrija tal-perspettivi tal-Kummissjoni, iżda la l-Istati Membri u lanqas il-Parlament Ewropew ma jkunu involuti fil-formolazzjoni tagħha u ma tiġġenerax l-impenn politiku meħtieġ sabiex tiżgura l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali, li hija kruċjali għal kooperazzjoni Ewropea ta' suċċess f'dan il-qasam. L-użu ta' Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jista' jkollu r-riskju li jidher bħala żvilupp li jmur kontra s-sussidjarjetà. 4. Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat tkun sinjal politiku qawwi ta' l-intenzjoni ta' l-istituzzjonijiet li jibnu fuq il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-2004 sabiex jiżviluppaw sistemi u forniment ta' l-ETV u permezz ta' dan jiffaċilitaw il-mobilità madwar l-Ewropa kollha. Din l-alternattiva tidher li tikkorrispondi ma' l-aspettattivi mill-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati oħra, sabiex trawwem titjib tal-kwalità tas-sistemi ta' l-ETV, permezz tal-kooperazzjoni Ewropea u għandha tippreserva l-kwalità volontarja ta' l-istrument. Barra minn dan, l-użu ta' Rakkomandazzjoni f'dan il-qasam għandu jkun konsistenti ma' inizjattivi simili oħra bħalma huwa l-QEK. 5. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat tirrikjedi adozzjoni tal-prinċipji u obbligi li permezz tagħhom l-Istati Membri jirrelataw is-sistemi tagħhom tal-kwalità mal-Qafas. Dan għandu jwassal għal adozzjoni ta' standards ta' referenza armonizzati tal-kwalità fil-livell Ewropew u obbligi de facto għall-Istati Membri sabiex japplikaw l-istandards. Hemm kunsens enormi fost il-partijiet interessati li l-użu tal-Qafas għandu jkun kompletament volontarju. 3) L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA Ġabra fil-qosor ta' l-azzjoni proposta Ir-Rakkomandazzjoni proposta tistabbilixxi l-Qafas sabiex jgħin lill-Istati Membri jippromwovu u jissorveljaw it-titjib fil-kwalità tas-sistemi ta' l-ETV. L-applikazzjoni tagħha hija volontarja. Huwa rakkomandat li l-Istati Membri jippromwovu l-użu tal-Qafas gaħt-trawwim titjib kontinwu tal-kwalità ta' l-ETV, u li jiżviluppawh b'mod ulterjuri. Huwa wkoll rakkomandat li l-Qafas jintuża sabiex jippromwovi l-kooperazzjoni inklussiva u t-tagħlim reċiproku permezz tan-NEAKETV, sabiex isaħħaħ u jiżviluppa b'mod ulterjuri l-Punti Nazzjonali ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità, u sabiex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Qafas bil-ħsieb li titwettaq reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni, jekk xieraq, ħames snin wara l-adozzjoni tiegħu. Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġja l-Istati Membri fit-twettiq tal-kompiti msemmija hawn fuq, speċifikament permezz tal-Programm ta' Tagħlim li Jissokta matul il-Ħajja u permezz tal-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Qafas, fil-Kunstest tal-Programm ta' Ħidma ta' l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010. Bażi ġuridika L-Artikolu 149 li jiddikjara li "il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' edukazzjoni ta' kwalità" u l-Artikolu 150 li jiddikjara b'mod espliċitu li l-"azzjoni tal-Komunità għandha timmira li (...) ittejjeb il-formazzjoni vokazzjonali inizjali u kontinwa (...)". Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjaretà minħabba li l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Ir-rwol ewlieni tal-Qafas huwa li jipprovdi referenzi transkonfinali miftiehma li jistgħu jgħinu lill-Istati Membri u l-partijiet interessati sabiex jiddokumentaw, jiżviluppaw, jissorveljaw, jivvalutaw u jtejbu l-effettività tal-forniment tagħhom ta' l-ETV u l-prassi tagħhom tal-ġestjoni tal-kwalità. Huwa jipprovdi wkoll bażi u lingwa komuni għar-rappurtar fil-liveli nazzjonali u Ewropej. Din konsegwentement għandha żżid it-trasparenza u l-konsistenza ta' politika u żviluppi prattiċi minn pajjiż għall-ieħor u bejniethom, u permezz ta' dan ittejjeb l-ETV fl-Unjoni Ewropea. Dan ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri individwalment. L-għanijiet tal-proposta jintlaħqu aħjar permezz ta' azzjoni Komunitarja għar-raġunijiet li ġejjin: - L-isfidi relatati mat-trasparenza u l-konsistenza tal-politika u l-iżviluppi prattiċi fir-rigward ta' assigurazzjoni tal-kwalità fl-ETV madwar il-pajjiżi kollha huma komuni għall-Istati Membri kollha; ma jistgħux jissolvew fil-livell nazzjonali jew settorjali waħdu; - Jekk is-27 Stat Membru jkollhom jinnegozjaw ftehimiet bilaterali fuq is-suġġett kopert b’din ir-Rakkomandazzjoni ma’ l-Istati Membri l-oħra b'mod separat u mhux koordinat, dan jirriżulta fi struttura totali kumplessa ħafna u mhux trasparenti fil-livell Ewropew; - Il-proposta tipprovdi qafas komuni bi kriterji tal-kwalità, elementi indikattivi li jiddeskrivu u indikaturi komuni għall-appoġġ ta' żvilupp konsistenti tal-kwalità fl-ETV bejn il-pajjiżi u tiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali. Dawn ir-rwoli ma jistgħux jiġu fornuti b’azzjoni fil-livell nazzjonali. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li la tissostitwixxi u lanqas tiddefinixxi s-sistemi u/jew l-istrateġiji ta' assigurazzjoni tal-kwalità, u tħalli l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni f’idejn l-Istati Membri. L-għażla ta’ strument Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 4) L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA L-Istati Membri: Il-Qafas mhuwiex maħsub biex jissostitwixxi s-sistemi attwali, u lanqas ma jirrikjedi l-ħolqien ta' strutturi ġodda, u s-sistemi attwali ta' rappurtar għandhom jintużaw, u b'hekk inaqqsu kemm jista' jkun il-piż amministrattiv. Huwa jibni fuq l-esperjenza eżistenti u fuq każijiet ta' l-aqwa prassi fl-Istati membri u pajjiżi oħra li qed jieħdu sehem. Il-baġit ta ’ l-UE : Mhu se jkun hemm l-ebda impatt ta' spiża fuq il-baġit ta' l-UE minħabba li l-Programm ta' Tagħlim li Jissokta matul il-Ħajja - Leonardo da Vinci - jinkludi dispożizzjoni speċifika għall-appoġġ ta' inizjattivi ffukati f'dan il-qasam. Għandhom jitqiesu biss l-ispejjeż ta' sorveljanza. 5) TAGħRIF ULTERJURI Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni Din il-proposta tinkludi klawżola ta’ reviżjoni. Iż-Żona Ekonomika Ewropea Il-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea ħadu sehem b'mod volontarju fil-proċess tal-kooperazzjoni Ewropea mniedi f'Kopenħaġen fl-2002, u huma assoċjati bis-sħiħ ma' l-iżvilupp tal-Qafas. Għalhekk ir-Rakkomandazzjoni proposta probabbilment se tkun rilevanti għalihom. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta L-utenti primarji tal-Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità se jkunu awtoritajiet u korpi pubbliċi u privati nazzjonali/reġjonali inkarigati mill-assigurazzjoni u t-titjib tal-kwalità, inkluż fil-livell ta' fornitur. Minkejja dan, it-titjib tal-kwalità tal-forniment ta' l-ETV huwa kruċjali biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi: għalhekk il-Qafas huwa ta' relevanza partikolari għall-utenti finali tas-sistema. il-Qafas jipprevedi wkoll kooperazzjoni żviluppata u fiduċja reċiproka aqwa bejn il-partijiet interessati nazzjonali u l-organizzazzjonijiet settorjali internazzjonali involuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ. L-implimentazzjoni li tirnexxi tirrikjedi, madankollu, li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-partijiet interessati settorjali pubbliċi u privati l-oħra jintrabtu magħha fuq bażi volontarja. Trid tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp - permezz ta' ttestjar, esperimentazzjoni u kooperazzjoni diretta - ta' materjal ta' sostenn u ta' direzzjoni. In-Netwerk Ewropew dwar Assigurazzjoni ta' Kwalità fl-ETV għandu rwol ewlieni x'jieħu f'dan il-proċess, minħabba li l-membri tiegħu huma maħtura formalment mill-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi ta' l-EFTA-ŻEE u l-organizzazzjoni ta' l-Imsieħba Soċjali Ewropej. Barra minn dan, l-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għandha tiġi ffaċilitata fil-livell Ewropew mill-Kummissjoni u mill-aġenziji bħalma huma Cedefop u l-Fondazzjoni Ewropea tat-Taħriġ. Il-Qafas jinkludi: - ċiklu ta' assigurazzjoni ta' kwalità u titjib ta' ppjanar, implimentazzjoni, evalwazzjoni/valutazzjoni u reviżjoni ta' l-ETV, appoġġjat minn kriterji komuni tal-kwalità (l-anness 1 tal-proposta), elementi indikattivi li jiddeskrivu u indikaturi (l-anness 2 tal-proposta); - proċessi ta' monitoraġġ, inkluża amalgamazzjoni ta' mekkaniżmi interni u esterni ta' valutazzjoni, li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri bħala xierqa sabiex jidentifikaw: (i) il-qawwa tas-sistemi, il-proċessi u l-proċeduri; (ii) l-oqsma fejn jista' jsir titjib. - l-użu ta' għodda ta' kejl sabiex jagħtu evidenza ta' l-effettività. Il-Qafas jistipula strateġija sistematika għall-kwalità , li tinkludi d-deskrizzjoni fil-qosor tar-rwoli ta' l-operaturi fil-livelli differenti u l-modi li fihom tista' tiġi ssorveljata l-prestazzjoni ta' l-ETV. Huwa jipprovdi għodda ta' kejl għall-appoġġ ta' reviżjoni u titjib ta' l-ETV fil-livelli ta' sistema u ta' fornitur. Huwa bbażat fuq il-proċess kontinwu tal-kwalità li jgħaqqad: (i) it-tfassil tal-miri/l-għanijiet u l-ippjanar tal-politika; (ii) id-definizzjoni tal-prinċipji li jservu tal-pedament ta' l-implimentazzjoni ta' mezzi u azzjonijiet ippjanati għall-kisba tal-miri u l-għanijiet; (iii) id-disinn tal-mekkaniżmi għall-evalwazzjoni tal-forniment tal-programm bi tqabbil mal-miri u l-għanijiet, u l-valutazzjoni tal-kisbiet/ir-riżultati fil-livelli individwali ta' forniment u sistema; (iv) ir-reviżjoni, ibbażata fuq amalgamazzjoni ta' riżultati interni u esterni ta' evalwazzjoni, l-ipproċessar tar-reazzjonijiet u l-organizzazzjoni tal-proċeduri għall-bidla. Is- sorveljanza tinvolvi amalgamazzjoni ta' mekkaniżmi ta' evalwazzjoni interna u esterna, li għandhom jiġu identifikati mill-Istati Membri bħala xierqa. L-amalgamazzjoni ta' dawn iż-żewġ faxxi għandha tipprovdi reazzjonijiet kostanti verifikabbli u validati dwar il-progress lejn il-kisba tal-miri tal-politika, bħala riżultat ta' attivitajiet u azzjonijiet introdotti jew ippjanati. Il-Qafas jagħti kunsiderazzjoni partikolari għall-awtovalutazzjoni sistematika, bħala proċess minn isfel għall-fuq għat-titjib tal-kwalità tal-forniment tat-taħriġ. Il-kejl għandu jagħti evidenza dwar jekk inkisbux il-politiki/l-attivitajiet/l-azzjonijiet jew jekk għandhomx bżonn ta' aktar titjib. Permezz ta' dan jikkontribwixxi għat-titjib ta' l-amministrazzjoni tas-sistemi. Filwaqt li jiffoka l-attenzjoni fuq ir-riżultati ta' l-ETV u t-tagħlim u r-relazzjoni bejn is-sistemi ta' l-ETV, it-tagħlim li jissokta matul il-ħajja, is-suq tax-xogħol u l-ekonomija, is-sett ta' l-indikaturi huwa organizzat bħala katina koerenti li tirrifletti l-għanijiet, il-kontributi, il-proċessi u r-riżultati tat-taħriġ. Huwa jikkonsisti minn żewġ indikaturi ġenerali, erba' indikaturi ta' rinforzar reċiproku li jwasslu tagħrif dwar il-produzzjoni u r-riżultati tat-taħriġ meta mqabbla mal-prijoritajiet tal-politika. Dan huwa kkomplementat b'żewġ indikaturi tal-kuntest li jagħtu tagħrif rilevanti tal-kuntest sabiex jippermetti l-valutazzjoni tal-kisbiet, u żewġ elementi ta' deskrizzjoni li jagħtu tagħrif ulterjuri kwalitattiv dwar fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta' l-ETV. Apparti l-elementi li jiddeskrivu, l-indikaturi kollha huma bbażati fuq data kwantifikata u konsegwentament jistgħu jappoġġjaw il-valutazzjoni tal-kisbiet meta mqabbla ma' l-għanijiet definiti. 2008/0069 (COD) Proposta ghal RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 149(4) u l-Artikolu 150(4) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[20], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[21], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[22], Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[23], Billi: (1) It-tranżizzjoni lejn ekonomija bbażata fuq l-għarfien (Il-Kunsill Ewropew ta' Liżbona 2000) tirrikjedi modernizzazzjoni u titjib kontinwu ta' edukazzjoni vokazzjonali u sistemi (ETV) tat-taħriġ b'reazzjoni għall-bidla mgħaġġla fl-ekonomija u s-soċjetà, sabiex ikunu jistgħu jgħinu biex iżidu l-kapaċità ta' impjieg u l-inklużjoni soċjali u jtejbu l-aċċess għat-tagħlim li jissokta matul il-ħajja. (2) Il-Kunsill Ewropew ta' Barcelona fl-2002 stipula l-mira li jagħmel lis-sistemi ta' l-Ewropa ta' taħriġ u edukazzjoni referenza dinjija tal-kwalità sa l-2010. (3) Il-Linjigwida Integrati ta' Liżbona għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi 2005-08 jappellaw lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw sistemi aċċessibbli ta' tagħlim li jissokta matul il-ħajja li jirreaġixxu għall-bidliet dejjem jinbidlu ta' l-ekonomija u s-soċjetà bbażati fuq l-għarfien. L-adattament u l-bini tal-kapaċitajiet tas-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ huma bżonnjużi sabiex itejbu r-relevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol. Għalhekk l-għanijiet stabbiliti fil-politika ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom progressivament jikkomplementaw lil dawk tal-politika tas-suq tax-xogħol sabiex jgħaqqdu l-koeżjoni soċjali u l-kompetittività. (4) Wara r-Reżoluzzjoni tal-Kunsill[24] dwar il-Promozzjoni tal-Kooperazzjoni Ewropea Msaħħa fl-ETV (il-Proċess ta' Kopenħagen'), u bħala riżultat tal-ħidma kooperattiva sussegwenti bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-imsieħba soċjali, iż-ŻEE u l-EFTA u l-pajjiżi kandidati dwar il-prijorità ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità, ġie żviluppat Qafas Komuni ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità (minn issa 'l quddiem "QKAK"), li jieħu f'kunsiderazzjoni l-esperjenza eżistenti u l-'prassi t-tajba' fil-pajjiżi differenti li qed jieħdu sehem. (5) Skond ir-rapport interim konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, dwar il-Programm ta' Ħidma ta' l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010 (2004)[25], "il-QKAK għall-ETV" (bħala parti mis-segwitu għall-proċess ta' Kopenħagen) u "l-iżvilupp ta' sett miftiehem ta' standards, proċeduri u linjigwida għall-assigurazzjoni tal-kwalità"[26] (b'koinċidenza mal-proċess ta' Bologna u bħala parti mill-programm ta' ħidma dwar l-għanijiet ta' sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ) għandhom ikunu l-ogħla prijoritajiet għall-Ewropa". (6) F'Mejju 2004[27] l-Kunsill ta' l-Edukazzjoni ħaddan l-istrateġija QKAK u stieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, sabiex jippromwovuha fuq bażi volontarja, flimkien mal-partijiet interessati rilevanti. (7) It-twaqqif tan-Netwerk Ewropew dwar Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Vokazzjonali (minn issa 'l quddiem "NEAK-ETV")[28] jipprovdi pjattaforma Ewropea li tippermetti segwitu xieraq għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-2004 tal-Communiqué ta' Helsinki, u jiffaċilita kooperazzjoni sostenibbli madwar il-pajjiżi kollha. (8) Fl-2006, il-Communiqué ta' Helsinki enfasizzat il-ħtieġa ta' żvilupp u implimentazzjoni ulterjuri ta' l-għodda Ewropej komuni mmirati speċifikament lejn l-ETV, billi (…) tirfed fuq il-prinċipji li huma s-sisien ta' QKAK, kif imsemmi fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Mejju 2004 dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità fl-ETV, sabiex tiġi promossa kultura ta' titjib tal-kwalità u parteċipazzjoni usa' fin-netwerk NEAK-ETV. (9) Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità (minn issa 'l quddiem "il-Qafas") bħala strument ta' referenza sabiex jgħin lill-Istati membri jippromwovu u jissorveljaw it-titjib kontinwu tas-sistemi tagħhom ta' l-ETV bbażati fuq referenzi Ewropej komuni, li jkompli jibni fuq il-QKAK u jiżviluppah b'mod ulterjuri. Il-Qafas għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità fl-ETV u għat-trasparenza u l-konsistenza miżjuda ta' l-iżviluppi tal-politika ta' l-ETV fost l-Istati Membri, u permezz ta' hekk jippromwovi l-fiduċja reċiproka, il-mobilità tal-ħaddiema u ta' min qed jitgħallem, u t-tagħlim li jissokta matul il-ħajja. (10) Il-Qafas għandu jinkludi ċiklu ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' titjib ta' l-ippjanar, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni/il-valutazzjoni u r-reviżjoni ta' l-ETV, appoġġjat minn kriterji komuni tal-kwalità, elementi indikattivi li jiddeskrivu u indikaturi. Il-proċessi ta' monitoraġġ, inkluża amalgamazzjoni ta' mekkaniżmi interni u esterni ta' valutazzjoni, għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri bħala xierqa sabiex jidentifikaw il-qawwa tas-sistemi, il-proċessi u l-proċeduri u l-oqsma li jridu jittejbu. Il-Qafas għandu jinkludi l-użu ta' għodda ta' kejl sabiex jagħtu evidenza ta' l-effettività. (11) Il-Qafas għandu jiġi applikat kemm fil-livelli tas-sistema ta' l-ETV kif ukoll fil-livelli tal-fornitur. Huwa jagħti strateġija sistematika għall-kwalità , u jkopri u jikkollega l-livelli u l-operaturi rilevanti u għandu jagħmel enfasi qawwija fuq il-monitoraġġ u t-titjib tal-kwalità , filwaqt li jamalgama l-evalwazzjoni interna u esterna, ir-reviżjoni u l-proċess għat-titjib, appoġġjati mill-kejl. Il-Qafas għandu jkun bażi għal żvilupp ulterjuri permezz tal-kooperazzjoni fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali. (12) Billi tipprevedi mezzi konkreti għall-appoġġ ta' kultura ta' evalwazzjoni u ta' titjib tal-kwalità fil-livelli kollha, din ir-Rakkomandazzjoni tikkontribwixxi għall-użu tal-politika u l-prassi bbażati fuq l-evidenza, bħala bażi għall-politiki aktar effiċjenti u imparzjali, skond il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 2006 dwar l-effiċjenza u l-imparzjalità fis-sistemi Ewropej ta' Edukazzjoni u t-Taħriġ[29]. (13) Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-"Prinċipji għal Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ" li huma inklużi fl-Anness 3 tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim li jissokta matul il-ħajja (minn issa 'l quddiem l-QEK)[30]. Għalhekk il-Qafas għandu jappoġġja l-implimentazzjoni tal-QEK. Għandu jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni ta' strumenti Ewropej oħra, bħalma huma s-Sistema Ewropea tal-Kredits għall-ETV (minn issa 'l quddiem SEKETV)[31], u l-prinċipji komuni Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni għat-tagħlim mhux formali u dak informali[32]. (14) Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà msemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat sa tali punt li l-għan ikun li jappoġġa u jissupplimenta l-azzjoni ta’ l-Istati Membri billi jiffaċilita aktar kooperazzjoni bejniethom biex tiżdied it-trasparenza ta' l-ETVu għall-promozzjoni tal-mobilità u t-tagħlim li jissokta matul il-ħajja. (15) Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità msemmi f’dak l-Artikolu minħabba li ma tissostitwixxix u lanqas ma tiddefinixxi s-sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tal-kwalità. Il-Qafas ma jippreskrivix sistema jew strateġija partikolari ta' kwalità, iżda jagħti prinċipji komuni, kriterji ta' kwalità, elementi indikattivi li jiddeskrivu u indikaturi li jistgħu jgħinu sabiex jivverifikaw u jtejbu sistemi eżistenti u l-forniment. PERMEZZ TA' DAN JIRRAKKOMANDAW LI L-ISTATI MEMBRI: 1. jużaw u jiżviluppaw aktar il-Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità, il-kriterji tal-kwalità, l-elementi indikativi li jiddeskrivu u l-indikaturi ta' referenza kif stipulat fl-Annessi 1 u 2, sabiex ikomplu jtejbu, jirriformaw u jiżviluppaw is-sistemi tagħhom ta' l-ETV, jappoġġjaw l-istrateġiji ta' tagħlim li jissokta matul il-ħajja u l-implimentazzjoni tal-QEK u jippromwovu kultura ta' titjib tal-kwalità fil-livelli kollha; 2. ifasslu strateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità mhux aktar tard mill-2010, li jinvolvi l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati relevanti l-oħra kollha skond il-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali. Din għandha tinkludi l-identifikazzjoni ta' numru ta' indikaturi komuni sabiex jiġi vvalutat u ssoreveljat il-progress u għall-appoġġ tar-reviżjoni; 3. jieħdu sehem attiv fin-NEAK-ETV bħala bażi għal aktar żvilupp tal-prinċipji komuni, il-kriterji u l-indikaturi ta' referenza, il-linjigwida u l-għodda għat-titjib tal-kwalità fl-ETV fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, kif xieraq; 4. jaħtru Punt Nazzjonali ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità (minn issa 'l quddiem PNRAK) li jlaqqa' flimkien il-korpi relevanti eżistenti u jinvolvi l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati kkonċernati kollha fil-livelli nazzjonali u reġjonali, sabiex jiżgura s-segwitu ta' inizjattivi u xandir effiċjenti tat-tagħrif. Dawn il-punti ta' referenza għandhom: - iżommu firxa wiesgħa ta' partijiet interessati infurmata dwar l-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew; - jipprovdu appoġġ attiv għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Ħidma tan-Netwerk Ewropew; - jieħdu inizjattivi konkreti sabiex jippromwovu żvilupp ulterjuri tal-Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità fil-kuntest nazzjonali. 5. iwettqu reviżjoni tal-proċess ta' l-implimentazzjoni kull tliet snin. Ir-revviżjonijiet nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għal reviżjoni Ewropea li għandha tiġi organizzata mill-Kummissjoni. IĦADDNU L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI: 1. tappoġġja lill-Istati Membri fit-twettiq tad-doveri msemmija hawn fuq, b'mod partikolari billi tiffaċilita l-kooperazzjoni u t-tagħlim reċiproku, l-ittestjar u l-iżvilupp ta' materjal ta' gwida, u tagħti informazzjoni dwar kwalità fl-ETV madwar il-pajjiżi kollha ta' l-UE. 2. tiżviluppa r-rwol tan-NEAKETV fil-kontribut ta' l-iżvilupp tal-politika f'dan il-qasam permezz ta' proposti u inizjattivi konkreti; 3. tissorvelja l-azzjoni meħuda bħala reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni u tirrapporta, tliet snin wara l-adozzjoni tagħha, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba u l-implikazzjonijiet għall-futur, inkluża, jekk jeħtieġ, reviżjoni possibbli għal din ir-Rakkomandazzjoni. Magħmula fi Brussel, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS 1 IL-QAFAS EWROPEW TA' REFERENZA TA' ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ KRITERJI TAL-KWALITÀ U ELEMENTI INDIKATTIVI LI JIDDESKRIVU[33] Dan l-anness jipprovdi kriterji tal-kwalità komuni u elementi indikattivi li jiddeskrivu bħala appoġġ għall-Istati Membri, kif xieraq, waqt l-implimentazzjoni tal-Qafas[34]. Kriterji ta' Kwalità | Elementi indikattivi tal-kwalità fil-livell ta' sistema | Elementi indikattivi li jiddeskrivu fil-livell ta' fornitur ta' l-ETV | L-ippjanar jirrifletti viżjoni strateġika komuni għall-partijiet relevanti u jinkludi miri/għanijiet espliċiti, azzjonijiet u indikaturi. | Il-miri/l-għanijiet ta' l-ETV huma deskritti fuq firxa medja u twila ta' żmien, u huma konnessi mal-miri Ewropej Il-partijiet interessati relevanti jipparteċipaw fl-istipular tal-miri u l-għanijiet ta' l-ETV fil-livelli kollha Il-miri huma stabbiliti u ssorveljati permezz ta' indikaturi speċifiċi (kriterji ta' suċċess) Il-mekkaniżmi u l-proċeduri ġew stabbiliti sabiex jidentifikaw ħtiġijiet tat-taħriġ. Politika ta' informazzjoni hija maħsuba sabiex tiżgura revelazzjoni ta' riżultati/effetti ta' kwalità soġġetta għar-rekwiżiti nazzjonali/reġjonali ta' protezzjoni tad-data Ġew definiti standards u linjigwida għall-għarfien, il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' kompetenzi ta' individwi | Miri/għanijiet Ewropej, nazzjonali u reġjonali tal-politka ta' l-ETV huma riflessi fil-miri lokali stabbiliti mill-fornituri ta' l-ETV Il-miri/l-għanijiet u l-iskopijiet huma stabbiliti u ssorveljati Issir konsultazzjoni kontinwa mal-partijiet interessanti rilevanti sabiex tidentifika l-ħtiġijiet lokali/individwali speċifiċi Ġew espliċitament allokati responsabilitajiet fil-ġestjoni tal-kwalità u l-iżvilupp Hemm involviment bikri ta' l-istaff fl-ippjanar, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp tal-kwalità Il-fornituri jippjanaw inizjattivi kooperattivi ma' fornituri oħra ta' l-ETV Il-partijiet interessati rilevanti jieħdu sehem fil-proċess ta' analiżi tal-ħtiġijiet lokali Il-fornituri għandhom karta espliċita u trasparenti ta' min jitgħallem stabbilita u titwaqqaf sistema tal-kwalità | Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni huma mfassla f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati u jinkludu prinċipji espliċiti | Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni huma stabbiliti f'kooperazzjonji ma' l-imsieħba soċjali, il-fornituri ta' l-ETV u partijiet interessati rilevanti oħra fil-livelli differenti Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni jinkludu konsiderazzjoni tar-riżorsi obbligati, il-kapaċità ta' l-utenti u l-għodda u l-linjigwida meħtieġa bħala appoġġ Il-linjigwida u l-istandards tfasslu għall-implimentazzjoni f'livelli differenti Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni jinkludu appoġġ speċifiku għat-taħriġ ta' l-għalliema u dawk li qed iħarrġu Ir-responsabilitajiet tal-fornituri ta' l-ETV fil-proċess ta' implimentazzjoni huma espiċitament deskritti u magħmla trasparenti Jitfassal qafas nazzjonali u/jew reġjonali ta' assigurazzjoni tal-kwalità u jinkludi linjigwida u standards tal-kwalità fil-livell ta' fornitur sabiex jipprovdi titjib kontinwu u awtoregolazzjoni | Riżorsi huma alineati/assenjati internament bil-ħsieb li jinkisbu l-miri stabbiliti fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni Kollaborazzjonijiet bi sħab li huma relevanti u inklussivi huma appoġġjati espliċitament għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet ippjanati Il-pjan strateġiku għall-iżvilupp tal-kompetenza ta' l-istaff jispeċifika l-ħtiġijiet għat-taħriġ ta' l-għalliema u ta' dawk li qed iħarrġu L-istaff iwettqu taħriġ regolari u jiżviluppaw kooperazzjoni mal-partijiet interessati esterni relevanti għall-appoġġ tal-bini kapaċitajiet u t-titjib tal-kwalità, u għat-tisħiħ tal-prestazzjoni | Evalwazzjoni tar-riżultati u l-proċessi titwettaq regolament u hija appoġġjata minn kejl | Imfassla metodoloġija għall-evalwazzjoni, li tkopri evalwazzjoni interna u esterna Isir qbil u jiġi deskritt b'mod ċar l-involviment tal-partijiet interessati fil-monitoraġġ u l-proċess ta' evalwazzjoni L-istandards nazzjonali/reġjonali u l-proċessi għat-titjib u l-assigurazzjoni tal-kwalità huma relevanti u proporzjonati għall-ħtiġijiet tas-settur Is-sistemi huma soġġetti għall-awtoevalwazzjoni u r-reviżjoni esterna Jiġu implimentati sistemi ta' twissija bikrija Jiġu applikati l-indikaturi tal-prestazzjoni Iseħħ il-ġbir, relevanti, regolari u koerenti tad-data, sabiex jitkejjel is-suċċess u jidentifika oqsma li jistgħu jittejbu Jitfasslu metodoloġiji xierqa tal-ġbir tad-data, pereżempju kwestjonarji u indikaturi/metrika | Titwettaq perjodikament awtovalutazzjoni/awtoevalwazzjoni skond ir-regolamenti/l-oqfsa nazzjonali u reġjonali jew fuq inizjattiva tal-fornituri ta' l-ETV L-evalwazzjoni u r-reviżjoni jkopru proċessi u riżultati/effetti ta' l-edukazzjoni inkluż il-valutazzjoni tas-sodisfazzjon tal-klijent kif ukoll tal-prestazzjoni ta' l-istaff L-evalwazzjoni u r-reviżjoni jinkludu mekkaniżmi adattati u effettivi li jinvolvu l-partijiet interessati interni u esterni, bħalma huma managers, għalliema, studenti, ġenituri, min jimpjega, imsieħba soċjali u awtoritajiet lokali L-istupular ta' standards ta' referenza kif ukoll l-indikaturi komparattivi jintużaw għat-tagħlim reċiproku u t-titjib tal-prestazzjoni | Reviżjoni | Jiġu definiti fil-livelli kollha l-proċeduri, il-mekkaniżmi u l-istrumenti għat-twettiq tar-reviżjonijiet Jiġu riveduti kontinwament proċessi u jitfasslu pjanijiet ta' azzjoni għall-bidla Jiġu żviluppati sistemi b'mod kostanti Jitħeġġeġ u jiġi appoġġjat l-istipular ta' standards ta' referenza għall-appoġġ tat-tagħlim reċiproku L-informazzjoni dwar ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni tkun disponibbli pubblikament | Tinġabar ir-reazzjoni ta' min qed jitgħallem dwar l-ambjent tat-tagħlim u dwar l-esperjenza u tintuża sabiex isservi ta' informazzjoni għal azzjonijiet ulterjuri L-informazzjoni dwar ir-riżultati tar-reviżjoni issir disponibbli b'mod wiesgħa u b'mod pubbliku Il-proċeduri dwar ir-reazzjoni u r-reviżjoni huma parti minn proċess strateġiku ta' tagħlim fl-organizzazzjoni Ir-riżultati/l-effetti tal-proċess ta' l-evalwazzjoni huma diskussi, mal-partijiet interessati relevanti u jiġu stabbiliti pjanijiet adattati ta' azzjoni | ANNESS 2 SETT TA' REFERENZA TA' INDIKATURI TAL-KWALITÀ GĦALL-ETV Dan l-anness jipprovdi sett komprensiv ta' indikaturi għall-appoġġ ta' l-evalwazzjoni, il-monitoraġġ u t-titjib tal-kwalità tas-sistemi u/jew il-fornituri ta' l-ETV. Is-sett ta' indikaturi se jiġi żviluppat aktar permezz tal-kooperazzjoni Ewropea fuq bażi bilaterali u/jew multilaterali, li tibni fuq data Ewropea u reġistri nazzjonali. Indikatur | Tip ta' indikatur | Loġika tal-politika | Applikabbli għal | Indikaturi Globali għal Assigurazzjoni tal-Kwalità | Nru 1 Relevanza tas-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità għall-fornituri ta' l-ETV a) proporzjon tal-fornituri li japplikaw sistemi interni ta' assigurazzjoni tal-kwalità definiti mil-liġi/b'inizjattiva proprja b) proporzjon mill-fornituri akkreditati ta' l-ETV | Indikatur tal-kuntest/kontribut | Promozzjoni ta' kultura ta' titjib fil-kwalità fil-livell ta' fornitur ta' l-ETV Żieda tat-trasparenza tal-kwalità tat-taħriġ Titjib tal-fiduċja reċiproka fil-forniment tat-taħriġ | TVI[35] TVS[36] | Nru 2 Investiment fit-taħriġ ta' l-għalliema u min qed iħarreġ: a) proporzjon mill-għalliema u min qed iħarreġ li jieħdu sehem f'taħriġ ulterjuri b) ammont ta' fondi investiti | Indikatur tal-Kontribut/Proċess | Promozzjoni tas-sjieda ta' l-għalliema u min iħarreġ tal-proċess ta' l-iżvilupp tal-kwalità fl-ETV Titjib tal-kapaċità ta' reazzjoni ta' l-ETV għall-evoluzzjoni tad-domanda tas-suq tax-xogħol Żieda tal-kapċità individwali tat-tagħlim tal-bini tal-kapaċitajiet Titjib tal-kisbiet ta' min qed jitgħallem | TVI TVS | Indikatur | Tip ta' indikatur | Loġika tal-politika | Applikabbli għal | Indikaturi li jappoġġjaw għanijiet ta' kwalità fil-politiki ta' l-ETV | Nru 3 Rata ta' parteċipazzjoni fil-programmi ta' l-ETV Numru ta' parteċipanti fil-programmi ta' l-ETV, skond it-tip ta' programm u l-kriterji individwali[37] | Indikatur tal-Kontribut/il-Produzzjoni/il-Proċess | Kisba ta' informazzjoni bażika fil-livelli ta' sistema u ta' fornitur dwar l-attraenza ta' l-ETV Appoġġ tal-mira għaż-żieda ta' l-aċċess għall-ETV inklużi gruppi soċjalment żvantaġġati | TVI[38] TVS TMĦ (It-Tagħlim li Jissokta Matul Il-Ħajja): perċentwali tal-popolazzjoni ammessa ġo programmi formali ta' l-ETV | Nru 4 Rata ta' tlestija fil-programmi ta' l-ETV Numru ta' programmi li tlestew b'suċċess/li ġew abbandunati, skond it-tip tal-programm u l-kriterji individwali. | Indikatur tal-produzzjoni/ Indikatur tar-Riultat | Kisba ta' l-informazzjoni bażika dwar kisbiet edukattivi u l-kwalità tal-proċessi ta' taħriġ Kalkolu ta' rati ta' rtirar imqabbla mar-rata tal-parteċipazzjoni Appoġġ tat-tlestija b'suċċess bħala wieħed mill-għanijiet ewlenin għall-kwalità fl-ETV Appoġġ ta' forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi soċjalment żvantaġġati | TVI TVS (meta relevanti) | Indikatur | Tip ta' indikatur | Loġika tal-politika | Applikabbli għal | Nru 5 Rata ta' pożizzjonar fil-programmi ta' l-ETV a) destinazzjoni ta' dawk li jitgħallmu l-ETV f'6-12-36 xahar wara t-tlestija tat-taħriġ skond it-tip tal-programm u l-kriterji individwali; b) proporzjon minn dawk li jitgħallmu li huma impjegati f'6-12-36 xahar wara t-tlestija tat-taħriġ skond it-tip tal-programm u l-kriterji individwali. | Indikatur tar-Riżultat | Appoġġ tal-kapaċità ta' impjieg Titjib tar-reattività ta' l-ETV għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol Appoġġ ta' forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi soċjalment żvantaġġati | TVI (inkluż tagħrif dwar destinazzjoni ta' dawk li jirtiraw mit-taħriġ) TVS | Nru 6 Utilizzazzjoni ta' ħiliet miksuba fuq il-post tax-xogħol: a) informazzjoni dwar impjieg li nkiseb minn individwi wara t-tlestija tat-taħriġ, skond it-tip tat-taħriġ u l-kriterji individwali b) rata ta' sodisfazzjoni ta' individwi u min jimpjega bil-ħiliet/il-kompetenzi miksuba | Indikatur tar-Riultat (taħlita ta' data kwalitattiva u kwantitattiva) | Żieda fil-kapaċità ta' impjieg Titjib tar-reattività ta' l-ETV għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol Appoġġ ta' forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi soċjalment żvantaġġati | TVI TVS | Indikatur | Tip ta' indikatur | Loġika tal-politika | Applikabbli għal | Informazzjoni tal-Kuntest | Nru 7 Rata ta' qagħad[39] skond kriterji individwali | Indikatur tal-kuntest | Informazzjoni ta' l-isfond għat-teħid tad-deċijonijiet tal-politika fil-livell ta' sistema ta' l-ETV | TVI TVS | Nru 8 Prevalenza ta' gruppi vulnerabbli: a) perċentwali ta' parteċipanti fl-ETV kklassifikati bħala gruppi żvantaġġati (f'reġjun definit jew f'żona mmirata) skond l-età u s-sess; b) rata ta' suċċess ta' gruppi żvantaġġati skond l-età u s-sess | Indikatur tal-kuntest | Informazzjoni ta' l-isfond għat-teħid tad-deċijonijiet tal-politika fil-livell ta' sistema ta' l-ETV Appoġġ ta' l-aċċess għall-ETV għall-gruppi soċjalment żvantaġġati Appoġġ ta' forniment adattat ta' taħriġ għal gruppi soċjalment żvantaġġati | TVI TVS | Indikatur | Tip ta' indikatur | Loġika tal-politika | Applikabbli għal | Nru 9 Mekkaniżmi għall-identifikar tal-ħtiġijiet tat-taħriġ fis-suq tax-xogħol: a) Informazzjoni dwar mekkaniżmi stabbiliti biex jidentifikaw il-bidliet fid-domanda fil-livelli differenti b) evidenza ta' l-utilità tagħhom | Indikatur tal-kuntest/kontribut (informazzjoni kwalitattiva) | Titjib tar-reattività ta' l-ETV għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol Appoġġ tal-kapaċità ta' impjieg | TVI TVS | Nru 10 Skemi użati għall-promozzjoni ta' aċċess aħjar għall-ETV a) Informazzjoni dwar skemi eżistenti fil-livelli differenti; b) evidenza ta' l-utilità tagħhom | Indikatur tal-proċess (informazzjoni kwalitattiva) | Promozzjoni ta' l-aċċess għall-ETV inkluż għall-gruppi soċjalment żvantaġġati Appoġġ tal-forniment adattat tat-taħriġ | TVI TVS | [1] 19 ta' Diċembru 2002 (ĠU 2003/C 13/02) [2] Adottata f'Kopenħagen fid-29 u t-30 ta' Novembru 2002 [3] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, 18 ta' Mejju 2004 [4] Għal dettalji ulterjuri ara http://communities.trainingvillage.gr/quality [5] Għall-iskopijiet tar-Rakomandazzjoni, id-definizzjonijiet li japplikaw huma bbażati fuq il-Glossarju ta' Cedefop dwar il-Kwalità tat-Taħriġ (dokument ta' ħidma, Novembru 2003) http://communities.trainingvillage.gr/quality [6] NEŻKETV twaqqaf f'Ottubru 2005 mill-Kummissjoni Ewropea wara opinjoni favorevoli tal-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Vokazzjonali. Il-membri tiegħu nħatru mill-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi ta' l-EFTA u z-ZEE u l-Imsieħba Soċjali Ewropej, skond proċedura espliċita [7] Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi parteċipanti, in-NEAKETV jorbot fuq punti ta' referenza ta' assigurazzjoni tal-kwalità li twaqqfu sabiex jagħtu sostenn attiv għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tan-Netwerk u sabiex iqajmu għarfien/iżommu l-partijiet interessati relevanti informati dwar l-attivitajiet tan-Netwerk. Punti ta' referenza bħal dawn huma bbażati fuq/ilaqqgħu korpi relevanti fil-livell nazzjonali u jikkoordinaw ma' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati relevanti u jinvolvuhom [8] Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' frar 2006 dwar kooperazzjoni Ewropea ulterjuri fl-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla, 2006/143/KE, ĠU L 64/60 ta' l-4.3.2006. [9] Rakomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar mobilità transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għall-skopijiet ta' edukazzjoni u taħriġ: Il-Karta Ewropea tal-Kwalità għal Mobilità, ĠU L 394/5, 30.12.2006, (2006/961/KE) [10] Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew dwar il-Kwalifikazzjonijet għat-tagħlim tul il-ħajja, COM(2006) 479 finali, Brussell, 5.9.2006 [11] Dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni 'Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali; sistema għat-trasferiment, l-akkumulazzjoni u l-għarfien ta' riżultati tat-tagħlim fl-Ewropa'; SEC(2006)1431 tal-31 ta' Ottubru 2006 [12] Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar prinċipji komuni Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, 9175/04 EDUC 101 SOC 220 18 ta' Mejju 2004 [13] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar Linjigwida għall-politika ta’ l-impjieg ta’ l-Istati Membri (2005/600/KE), ĠU L 205/21, 6.8.2005 [14] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, il-Politika tal-Koeżjoni tat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi: Linjigwida Strateġiċi tal-Komunità 2007-2013, COM (2005) 0299, 5.7.2005. [15] Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali [16] Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ [17] "Gwida Ewropea dwar l-Awtovalutazzjoni għall-fornituri ta' l-ETV", Cedefop, Settembru 2003 [18] "Manwal Ewropew ta' Reviżjoni Inter Pares għall-ETV inizjali", Gutknecht-Gmeiner, Maria; Lassnigg, Lorenz; Stöger, Eduard; de Ridder, Willem; Strahm, Peter; Strahm, Elisabeth; Koski, Leena; Stalker, Bill; Hollstein, Rick; Alluli, Giorgio; Kristensen, Ole Bech (Vjenna, Ġunju 2007) [19] "Reviżjoni Inter Pares Estiża" (EAC/32/06/13m LE-78CQAF), www.peer-review-education.net ; "Reviżjoni Inter Pares Estiża" (EAC/32/06/13m LE-78CQAF), www.peer-review-education.net [20] ĠU C , , p. . [21] ĠU C , , p. . [22] ĠU C , , p. . [23] ĠU C , , p. . [24] 19 ta' Diċembru 2002 (ĠU 2003/C 13/02). [25] "Il-kisba taż-Żona Ewropea ta' l-Edukazzjoni Ogħla". Communiqué mill-Konferenza tal-Ministri responsabbli għall-edukazzjoni ogħla, Berlin, 19 ta' Settembru 2003. [26] "Edukazzjoni u Taħriġ 2010": is-suċċess ta' l-Istrateġija ta' Liżbona jiddependi minn riformi urġenti - Rapport interim konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma dettaljat dwar is-segwitu ta' l-objettivi tas-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa, 26 ta' Frar 2004. [27] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, 28 ta' Mejju 2004 [28] In-Netwerk Ewropew dwar Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-ETV twaqqaf f'Ottubru 2005 mill-Kummissjoni Ewropea wara l-opinjoni favorevoli tal-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Vokazzjonali. Il-membri tiegħu nħatru mill-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi ta' l-EFTA u ż-ŻEE u l-Imsieħba Soċjali Ewropej, skond proċedura espliċita [29] Kunsill Ewropew 23-24 ta’ Marzu 2006, Konklużjonijiet tal-Presidenza; Komunikazzjoni u Konklużjoni tal-Kunsill dwar "Effiċjenza u imparżjalità fis-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ' COM (2006)481 u ĠU 2006/c 298/03. [30] ĠU C […], […], p. […] [31] Dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni 'Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali; sistema għat-trasferiment, l-akkumulazzjoni u l-għarfien ta' riżultati tat-tagħlim fl-Ewropa'; SEC (2006) 1431 - 31 ta' Ottubru 2006. [32] Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar prinċipji komuni Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, 9175/04 EDUC 101 SOC 220 18 ta' Mejju 2004 [33] Għall-iskopijiet tar-Rakomandazzjoni, id-definizzjonijiet li japplikaw huma bbażati fuq il-Glossarju ta' Cedefop dwar il-Kwalità tat-Taħriġ (dokument ta' ħidma, Novembru 2003) http://communities.trainingvillage.gr/quality. [34] Sett speċifiku ieħor ta' indikaturi tal-kwalità huwa deskritt fid-dettall fl-Anness 2. [35] Taħriġ Vokazzjonali Inizjali [36] Taħriġ Vokazzjonali Ssuktat [37] Minbarra informazzjoni bażika dwar is-sess u l-età, iridu jiġu applikati kriterji soċjali oħra, eż. persuni li jħallu l-iskola minn kmieni, l-ogħla kisba ta' l-edukazzjoni, migrant, minorità etnika, persuni b'diżabilità, tul ta' impjieg, eċċ [38] Jeħtieġ perjodu ta' 6 ġimgħat ta' taħriġ qabel ma student jitqies bħala parteċipant [39] Definizzjoni skond ILO u OECD: individwi 15-74 mingħajr xogħol, li qed ifittxu b'mod attiv ix-xogħol u huma lesti li jibdew jaħdmu