52008PC0145

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta' l-ikel, enżimi ta' l-ikel u sostanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel /* KUMM/2008/0145 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 11.3.2008

KUMM(2008) 145 finali

2006/0143 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta' l-ikel, enżimi ta' l-ikel u sostanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel

(preżentata mill-Kummissjoni)

2006/0143 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KEdwaril-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta' l-ikel, enżimi ta' l-ikel u sostanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel

1. IL-KUNTEST

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2006) 0423 finali - 2006/0143 (COD): | 28 ta' Lulju 2006. |

Id-data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 25 ta' April 2007. |

Id-data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 10 ta' Lulju 2007. |

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: Data tal-ftehim politiku | 24 ta' Ottubru 2007. 7 ta' Diċembru 2007. |

Id-data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 10 ta' Marzu 2008. |

2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Bħala parti mill-isforzi mwettqa biex tittejjeb il-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq il-bażi tal-kunċett "mir-razzett għal fuq il-mejda", fil-White Paper dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li taġġorna u tlesti l-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward ta’ l-addittivi u l-ħwawar ta' l-ikel kif ukoll li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' l-enżimi ta' l-ikel.

Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura li s-suq intern jiffunzjona b'mod xieraq, filwaqt li tiżgura wkoll livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fir-rigward ta' l-addittivi, l-enżimi u l-ħwawar ta' l-ikel.

Sabiex tagħmel dan, hija għandha l-għan li tistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni uniformi li tkun ċentralizzata, effettiva, rapida u trasparenti u li tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tar-riskji mwettqa mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (EFSA) u fuq sistema ta' ġestjoni tar-riskji li fiha l-Kummissjoni tieħu azzjoni fi ħdan il-qafas ta' proċedura ta' kumitat regolatorju (komitoloġija). Din tassenja lill-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjonjiet xjentifiċi ta’ l-EFSA, il-kompitu li toħloq, iżżomm u taġġorna lista ġenerali tal-Komunità għal kull kategorija ta' sustanzi konċernati. L-inklużjoni ta' sustanza f'waħda minn dawn il-listi tfisser li l-użu tagħha ġie awtorizzat, b'mod ġenerali, għall-operaturi kollha fil-Komunità.

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

3.1. Kumment ġenerali

Il-Kummissjoni tappoġġja l-pożizzjoni komuni hekk kif adottata mill-Kunsill fl-10 ta' Marzu 2008. Din hija konformi ma’ l-għanijiet u l-approċċ meħud mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni u tirrifletti l-prinċipji ta' diversi proposti mill-Parlament Ewropew.

3.2. Emendi magħmula mill-Parlament Ewropew mill-ewwel qari

Emendi aċċettati mill-Kummissjoni u li huma konformi mal-pożizzjoni komuni:

Rigward l-iskop għar-Regolament propost dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni, il-pożizzjoni komuni (l-Artikolu 1) tiċċara li din ma tapplikax għal sostanzi li jagħtu t-togħma bid-duħħan fi ħdan ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Din tkopri l-emenda 12 magħmula mill-Parlament Ewropew (PE) matul l-ewwel qari.

Rigward il- kunfidenzjalità, il-pożizzjoni komuni tikkjarifika li l-informazzjoni kollha relatata mas-sigurtà ta' sostanza, inkluż data tossikoloġika, studji ta' sigurtà u data mhix proċessata, ma għandhiex tkun kunfidenzjali (premessa 16). Din il-bidla tinkludi l-kunsiderazzjonijiet ta' l-emenda 8 mill-PE.

Il-pożizzjoni komuni (l-Artikolu 6(3)) tikkjarifika li l- limitu għall-opinjoni ta' l-EFSA jista' jiġi estiż anki meta l-applikanti ppreżentaw informazzjoni addizzjonali fuq inizjattiva tagħhom, imma dan għandu jiġi estiż għal ċirkostanzi eċċezzjonali skond l-Artikolu 10. Din il-bidla hija koerenti ma' l-emenda 25 tal-PE.

L-Artikoli 8, 10 u 12 (3) fil-pożizzjoni komuni ġew modifikati biex isaħħu t- trasparenza u dawn il-bidliet ikopru l-emendi 27, 28 u 32 tal-PE.

Il-Premessi 21, 22, 23 u 24 u l-Artikoli 7 u 14 fil-pożizzjoni komuni ġew modifikati sabiex jintroduċu l-pożizzjoni regolatorja bi skrutinju u biex jallinjaw b'mod ġenerali r-Regolament propost mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE li jemenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet huma koerenti ma' l-emendi 34, 35, 36 u 37 tal-PE dwar dan is-suġġett, madankollu d-differenza hija li l-pożizzjoni komuni tinkludi l-użu tal-limitar tal-perjodi ta' żmien f'xi każijiet. Dan l-aspett ma kienx rifless fil-proposta emendata tal-Kummissjoni apparti mill-proċedura ta' urġenza li kienet introdotta għal każijiet ta' riskju partikolari għas-saħħa tal-bniedem.

Emendi mhux inkorporati fil-pożizzjoni komuni, imma li minkejja dan huma aċċettati mill-Kummissjoni fil-proposta emendata jew soġġetti għal tibdil fil-kliem:

Il-PE ikkjarifika fl-emenda 1 li l-livell għoli ta' ħarsien ta' l-ambjent irid jiġi żgurat ukoll fl-insegwiment tal-politiki tal-Komunità. Dan il-prinċipju huwa diġà inkluż fil-Liġi Ġenerali ta' l-Ikel (ir-Regolament (KE) Nru 178/2002) u l-emenda ġiet aċċettata fil-proposta emendata tal-Kummissjoni.

L-emendi tal-PE 3, 9, 10, 19, u 21 isaħħu l-provvediment ta' trasparenza u ta' informazzjoni, li kienu diġà prinċipji sottostanti tal-proposta tal-Kummissjoni; għalhekk ġew emendati fil-proposta emendata.

L-emenda 22 tal-PE iżżid iż-żmien għall-EFSA biex tagħti l-opinjoni tagħha, minn sitta għal disa' xhur. Dan ġie aċċettata fil-proposta emendata.

L-emendi 2 u 6 huma prinċipalment editorjali u l-emendi 4 u 5 jiċċaraw rispettivament li l-kriterji stabbiliti minn kull liġi ta' l-ikel settorjali trid tiġi sodisfatta għall-awtorizzazzjoni tas-sostanza u li l-valutazzjoni xjentifika tas-sostanza trid tkun indipendenti. Dawn l-emendi ġew adottati mill-Kummissjoni fil-proposta emendata.

3.3. Dispożizzjonijiet ġodda introdotti mill-Kunsill

Kuntrarju għall-PE, il-Kunsill żamma limitu għall-Kummissjoni ta' 9 xhur biex tippreżenta abbozz ta' miżura biex taġġorna l-lista tal-Komunità, wara li nħarġet l-opinjoni ta' l-EFSA. Madankollu, biex jiġi ċċarat il-bżonn ta' dan il-perjodu ta' żmien, il-Kunsill introduċa fil-pożizzjoni komuni tiegħu l-premessa 9 li tispeċifika li l-perjodu ta' disa' xhur huwa meħtieġ, f'xi każijiet, għall-Kummissjoni biex tiżgura konsultazzjoni adegwata tal-partijiet interessati. Dan iż-żmien ċertament jista' jkun iqsar li jiddependi fuq in-natura ta' l-abbozz tal-miżura. Il-premessa 10 tal-pożizzjoni komuni tiċċara aktar il-limiti taż-żmien tal-proċedura. Dawn l-emendi huma skond il-proposta tal-Kummissjoni u jistgħu jiġu aċċettati.

Il-pożizzjoni komuni tiċċara aktar (premessa 12) li l-fatturi leġittimi l-oħra li jridu jiġu kkunsidrati matul id-deċiżjoni ta' l-immaniġġjar tar-riskju għall-inklużjoni jew le ta' sostanza fil-lista tal-Komunità, jinkludu fatturi ta' soċjetà, ekonomiċi, tradizzjonali, etiċi u ambjentali u l-fattibbiltà tal-kontrolli. Dawn il-fatturi huma diġà msemmija fil-Liġi Ġenerali ta' l-Ikel, għalhekk it-tennija tagħhom fir-Regolament propost tirrinforza l-proposta inizjali u tista' tiġi aċċettata mill-Kummissjoni.

Għadd ta' bidliet fl-Artikoli 2, 3, 6 u 9 huma prinċipalment editorjai u jiċċaraw aspetti prattiċi tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni u r-rwol ta' l-atturi differenti. Xi bidliet fl-Artikoli 12 u 15 huma ta' natura teknika u jżidu preċiżjoni mar-Regolament propost. Dawn il-bidliet huma konsistenti ma' l-ispirtu tal-proposta u jistgħu jiġu aċċettati.

4. KONKLUżJONI

Il-Kummissjoni jidhrilha li l-pożizzjoni komuni tirrifletti għal kollox l-elementi ewlenin tal-proposta inizjali u l-ispirtu ta' bosta mill-emendi tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari.

Il-Kummissjoni għaldaqstant taqbel mal-pożizzjoni komuni hekk kif adottata mill-Kunsill b'unanimità.