52008PC0098




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.2.2008

KUMM(2008) 98 finali

2008/0049 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita' sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita' tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita' huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita'.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta' l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE ta’ l-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE ta' l-14 ta’ Mejju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/26/KE tas-16 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/14/KE tal-11 ta’ Mejju 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4] ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE, 2000/26/KE u 2005/14/KE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Direttiva kkodifikata.

ê 72/166/KEE (adattat)

2008/0049 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(Test b’rilevanza Ö għaż-ŻEE Õ)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA ’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 95(1) Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Ö Filwaqt li jaġixxu Õ skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

Billi:

ê (adattat)

(1) Id-Direttiva 72/166/KEE tal-Kunsill ta’ l-24 t’April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà[7], it-tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur[8], it-tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE ta’ l-14 ta’ Mejju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur[9] u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (Ir-raba’ Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-vetturi)[10] ġew emendati kemm-il darba,[11] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dawn l-erba’ Direttivi għandhom jiġu kkodifikati kif ukoll id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/14/KE tal-11 ta’ Mejju 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, Ö 88/357/KEE, Õ 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur[12].

ê 2005/14/KE Premessa 1 (adattat)

(2) Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur) hi ta’ importanza speċjali għaċ-ċittadini Ewropej, kemm għal dawk li għandhom polza ta’ assigurazzjoni kif ukoll għall-vittmi ta’ inċident. Ö Għandha wkoll importanza ewlenija Õ għal impriżi ta’ assigurazzjoni billi tikkostitwixxi parti importanti tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja, Ö konklużi Õ fil-Komunità. Assigurazzjoni ta’ vetturi b’mutur għandha wkoll impatt fuq il-moviment liberu ta’ persuni u vetturi. Għaldaqstant l-iżvilupp u l-ikkonsolidar Ö tas-suq intern fir-rigward ta' l- Õassigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji tal-Komunità għandu jkun għan ewlieni.

ê 84/5/KEE Premessa 2 (adattat)

(3) Kull Stat Membru Ö għandu Õ jieħu l-miżuri kollha Ö neċessarji Õ biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu hi koperta b’assigurazzjoni. Il-limitu tar-responsabbiltà koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet Ö ta' dinil-kopertura Õ għandhom jiġu determinati fuq il-bażi ta’ dawk il-miżuri.

ê 2005/14/KE Premessa 4 (adattat)

(4) Sabiex tiġi eskluża kwalunkwe interpretazzjoni ħażina possibbli tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u jkun iktar faċli li tikseb assigurazzjoni li tkopri vetturi li għandhom Ö reġistrazzjoni Õ temporanja, id-definizzjoni ta’ territorju fejn il-vettura hi normalment ibbażata għandha tirreferi għat-territorju ta’ l-Istat li l-vettura għandha l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni tiegħu, kemm jekk tkun pjanċa permanenti kif ukoll temporanja.

ê 2005/14/KE Premessa 5 (adattat)

(5) Ö Waqt li jkun osservat Õ il-kriterju ġenerali tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni biex jiġi determinat it-territorju li fih il-vettura hi normalment ibbażata, għandha tiġi stabbilita regola speċjali fil-każ ta’ inċidenti kkawżati minn vettura mingħajr pjanċa ta’ reġistrazzjoni jew li għandha pjanċa ta’ reġistrazzjoni li ma tikkorrispondix Ö jew m'għadiex tikkorispondi Õ mal-vettura. F’dan il-każ, għar-raġuni unika li jiġu solvuti l-pretensjonijiet, it-territorju fejn il-vettura hi bbażata għandu jkun ikkunsidrat bħala t-territorju fejn sar l-inċident.

ê 2005/14/KE Premessa 6 (adattat)

(6) Projbizzjoni ta’ kontrolli sistematiċi fuq l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur għandha tapplika għal vetturi li normalment huma bbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor kif ukoll għal dawk Ö li normalment huma bbażati Õ fit-territorju ta’ pajjiż terz iżda li jkunu deħlin mit-territorju ta’ Stat Membru Ö ieħor Õ. Huma biss kontrolli li mhumiex sistematiċi, ma jiddiskriminawx u jiġu mwettqa bħala parti minn kontroll li mhux immirat esklussivament għall-verifika ta’ assigurazzjoni li jistgħu jiġu permessi.

ê 72/166/KEE Premessa 7 (adattat)

(7) It-tneħħija ta’ kontrolli tal-karti ħodor għal vetturi normalment ibbażati fi Stat Membru li jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tista’ tkun effettwata permezz ta’ ftehim bejn Ö l-uffiċċji Õ nazzjonali ta’ l-assiguraturi, fejn kull Ö uffiċċju Õ nazzjonali jiggarantixxi kumpens skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ xi telf jew Ö korriment li jagħti dritt Õ għal kumpens ikkawżat fit-territorju tiegħu minn waħda minn dawk il-vetturi, kemm jekk assigurata u kemm jekk le.

ê 72/166/KEE Premessa 8 (adattat)

(8) Din il-garanzija tippresupponi li l-vetturi bil-mutur Komunitarji kollha li jivjaġġaw fit-territorju tal-Komunità huma koperti b’assigurazzjoni. Il-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru għandha, għalhekk, tipprovdi għall-assigurazzjoni obbligatorja ta’ vetturi kontra Ö responsabilta' Õ ċivili, u l-assigurazzjoni għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Komunità.

ê 72/166/KEE Premessa 9 (adattat)

(9) Is-sistema prevista f’din id-Direttiva tista’ tiġi estiża għal vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż Ö terz Õ li fir-rigward tiegħu l- Ö uffiċċju Õ nazzjonali ta’ l-Istati Membri jkunu kkonkludew ftehim simili.

ê 2005/14/KE Premessa 7 (adattat)

(10) Ö Kull Õ Stat Membru Ö għandu jkun jista’ Õ jaġixxi b’deroga mill-obbligu ġenerali li tinħareġ assigurazzjoni fir-rigward ta’ vetturi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi pubbliċi jew privati. F'Każ ta' inċidenti kkawżati minn tali vetturi, l-Istat Membru li jkun qed juża d-deroga għandu jinnomina awtorità jew korp sabiex jikkumpensa għad-dannu lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati fi Stat Membru ieħor. Ö Għandu Õ jiġi żgurat li kumpens xieraq jitħallas mhux biss lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawn il-vetturi meta jkunu f’pajjiż ieħor iżda wkoll lill-vittmi ta’ inċidenti li jseħħu fl-Istat Membru fejn il-vettura hi normalment ibbażata, sew jekk huma jew m’humiex residenti fit-territorju tiegħu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-lista ta’ persuni eżentati mill-assigurazzjoni obbligatorja u l-awtoritajiet u l-korpi responsabbli mill-kumpens ta’ vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn tali vetturi hi kkomunikata lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni.

ê 2005/14/KE Premessa 8 (adattat)

(11) Ö Kull Õ Stat Membru Ö għandu jkun jista' Õ jaġixxi b’deroga mill-obbligu ġenerali li tinħareġ assigurazzjoni fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ vetturi jew ċerti vetturi li għandhom pjanċa speċjali. F’dak il-każ, l-Istati Membri l-oħra jistgħu jeżiġu, fid-dħul għat-territorju tagħhom, karta ħadra valida jew kuntratt ta’ assigurazzjoni tal-fruntieri, sabiex jiżguraw il-provediment ta’ kumpens lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawk il-vetturi fit-territorji tagħhom. Iżda, billi t-tneħħija ta’ kontrolli tal-fruntieri fi ħdan il-Komunità tfisser li m’għadux aktar possibli li tiġi żgurata li l-vetturi li qed jaqsmu l-fruntiera huma koperti mill-assigurazzjoni, kumpens għal vittmi ta’ inċidenti kkawżati f’pajjiż ieħor ma jistax jiġi garantit. Għandu jiġi żgurat li l-kumpens dovut jingħata mhux biss lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawk il-vetturi meta barra minn pajjiżhom, iżda wkoll lil vittmi ta’ inċidenti kkawżati fl-Istat Membru fejn il-vettura hi Ö normalment Õ ibbażata. Għal dan l-għan, Stati Membri għandhom jittrattaw lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawk il-vetturi bl-istess mod bħal vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li mhumiex assigurati. Tassew, kumpens għal vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li mhumiex assigurati għandhom jitħallsu mill-korp ta’ Ö indenniz Õ ta’ l-Istat Membru fejn seħħ l-inċident. Fejn isir ħlas lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li huma soġġetti għad-deroga, il-korp Ö ta' indennizz Õ għandu jkollu pretensjoni kontra l-korp ta’ l-Istat Membru fejn il-vettura hi bbażata. Wara Ö ċertu Õ perjodu ta’ mill-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ din Ö il-possibilta' ta' Õ deroga, Ö u filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi miksuba minnha, il-Kummissjomi għandha, jekk xieraq Õ tippreżenta proposti għas-sostituzzjoni jew it-tħassir tagħha bil-għan tiġi emendata jew imħassra.

ê 2005/14/KE Premessa 10 (adattat)

(12) L-obbligi ta’ l-Istati Membri li jiggarantixxu assigurazzjoni li tkopri mill-inqas ċerti ammonti minimi tikkostitwixxi element importanti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-vittmi. L-ammont minimu Ö ta' kopertura Õ għal dannu personali għandu jkun ikkalkolat b’mod li l-vittmi kollha li soffrew dannu serju jkunu kumpensati b’mod sħiħ u ġust, filwaqt li jittieħed kont tal-frekwenza baxxa ta’ inċidenti li jinvolvu numru ta’ vittmi Ö u n-numru zgħir ta' inċidenti li fihom numru ta' vittmi Õ jsofru danni serji ħafna matul l-istess inċident. Ammont minimu Ö ta' kopertura Õ għal kull vittma għal kull pretensjoni Ö għandhom jiġu stabbiliti Õ. Sabiex tiġi faċilitata l-introduzzjoni ta’ dawn l-ammonti minimi, għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni. Ö Madanakollu, perjodu ta’ tranżizzjoni li jdum inqas minn dan iż-żmien għandu jiġi stabbilit li fih Õ l-Istati Membri għandhom iżidu l-ammonti Ö minimi Õ għal mill-inqas nofs il-livelli fi żmien tletin xahar mid-data ta’ l-implimentazzjoni.

ê 2005/14/KE Premessa 11 (adattat)

(13) Sabiex jiġi żgurat li l-ammont minimu ta’ kopertura ma jonqosx tul iż-żmien, għandha Ö tiġi stabbilita Õ klawżola ta’ reviżjoni perjodika billi jintuża bħala punt ta’ referenza l-Indiċi Ewropew ta’ Prezzijiet tal-Konsumaturi (EICP), ippubblikat mill-Eurostat, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 li jikkonċerna indiċijiet armonizzati ta’ prezzijiet tal-konsumaturi[13]. Ir-regoli ta’ proċedura li jirregolaw tali reviżjoni jeħtieġ li jiġu Ö stipulati wkoll Õ.

ê 84/5/KEE Premessa 6 (adattat)

(14) Huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni għall-korp li jiggarantixxi li l-vittma ma tibqax mingħajr kumpens meta l-vettura li kkaġunat Ö il-pretensjoni Õ tkun mingħajr assigurazzjoni jew ma tkunx identifikata. Huwa importanti li jiġi previst li l-vittma ta’ dan l-inċident għandha tkun tista’ tapplika direttament lil dak il-korp bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt. Madanakollu, Stati Membri għandhom jingħataw il-possibiltà li japplikaw ċerti esklużjonijiet limitati fir-rigward ta’ ħlas ta’ kumpens minn dak il-korp u li jipprovdu li kumpens għal ħsara lil propjetà kkaġunata minn vettura mhux identifikata jista’ jkun limitat jew eskluż Ö minħabba Õ perikolu ta’ frodi.

ê 84/5/KEE Premessa 7

(15) Huwa fl-interess ta’ vittmi li l-effetti ta’ ċerti klawsoli ta’ esklużjoni jkunu limitati għar-relazzjoni bejn l-assiguratur u l-persuna reponsabbli għall-inċident. Madanakollu, fil-każ ta’ vetturi misruqa jew akkwistati b’vjolenza, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw li kumpens għandu jitħallas mill-korp imsemmi hawn fuq.

ê 84/5/KEE Premessa 8

(16) Sabiex jitnaqqas il-piż finanzjarju fuq dak il-korp, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ ċerti eċċessi meta l-korp jipprovdi kumpens għal ħsara lil proprjetà kkaġunata minn vetturi mhux assigurati jew, meta approprjat, vetturi misruqa jew akkwistati b’vjolenza.

ê 2005/14/KE Premessa 12 (adattat)

(17) Il-possibiltà li tillimita jew teskludi kumpens Ö leġittimu tal-vittmi Õ abbażi li l-vettura mhux identifikata m’għandhiex tapplika fejn il-korp Ö ta' indennizz Õ ħallas kumpens għal danni personali konsiderevoli lil kwalunkwe vittma ta’ inċident fejn saret ħsara lill-proprjetà. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċess sal-limitu stabbilit Ö f’din id- Õ Direttiva li għalih il-vittma tal-ħsara lill-proprjetà jista’ jkun responsabbli. Il-kondizzjonijiet għal danni personali li għandhom jiġu kkunsidrati sinifikanti għandhom jiġu determinati mill-leġiżlazzjoni nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istat Membru fejn sar l-inċident. Meta jkun qed jistabbilixxi dawn il-kondizzjonijiet, l-Istat Membru għandu jikkunsidra Ö , inter alia, Õ jekk id-dannu kienx jeħtieġ kura fi sptar.

ê 90/232/KEE Premessa 9 (adattat)

(18) Fil-każ ta’ inċċident Ö ikkawżat Õ minn vettura mhux assigurata, il-vittma hija meħtieġa f’ċerti Stati Membri li tagħti prova li l-parti responsabbli ma tkunx tista’, jew tiċħad, li tħallas kumpens qabel ma jkun jista jagħmel talba lill-korp Ö li jħallas kumpens leġittimu lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi mhux assigurati jew mhux identifikati Õ. Ö Madankollu, Õ dan il-korp jinsab f’qagħda aħjar mill-vittma li jieħu azzjoni kontra kwalunkwe parti responsabbli. Għalhekk, għandu jkun Ö stabbilit li dan il-korp ma jkunx jista’ Õ jeħtieġ li l-vittma, jekk għandu jkun ikkumpensat, għandu jistabbilixxi li l-parti responsabbli ma tkunx tista’ jew tiċħad li tħallas.

ê 90/232/KEE Premessa 10

(19) Fil-każ ta’ disgwid bejn il-korp li hemm referenza dwaru hawn fuq u l-assiguratur ta’ responsabbiltà ċivili dwar min minnhom għandu jagħti l-kumpens lill-vittma ta’ l-inċident, l-Istati Membri, biex jevitaw xi dewmien fil-pagament tal-kumpens lill-vittma, għandhom jassiguraw li wieħed minn dawn il-partijiet ikun iddikjarat bħala li huwa responsabbli fil-prima istanza għall-pagament tal-kumpens sakemm il-kwistjoni tkun risolta.

ê 90/232/KEE Premessa 4

(20) Il-vittmi ta’ l-inċidenti bil-vetturi tal-mutur għandhom ikunu ggarantiti trattament komparabbli irrispettivament ta’ fejn fil-Komunità jseħħu l-inċidenti.

ê 84/5/KEE Premessa 9 (adattat)

(21) Il-membri tal-familja tal-persuna assigurata, tax-xufier jew ta’ xi persuna oħra responsabbli għandhom jingħataw protezzjoni paragunabbli għal dik ta’ Ö vittmi Õ terzi, fi kwalunkwe każ fir-rigward tal-korrimenti personali tagħhom.

ê 2005/14/KE Premessa 16 (adattat)

(22) Danni personali u ħsara lill-proprjetà mġarrba minn dawk li jkunu mexjin, ċiklisti u dawk li jużaw it-triq mingħajr muturi, li s-soltu huma l-partijiet l-iżjed dgħajfa f’inċident, għandhom jiġu koperti mill-assigurazzjoni obbligatorja tal-vettura involuta fl-inċident fejn dawn il-persuni jkunu intitolati għall-kumpens skond il-liġi ċivili nazzjonali. Din id-dispożizzjoni ma tippreġudikax ir-responsabbiltà Ö ċivili Õ jew Ö il-livell ta' indennizz Õ għad-danni f’inċident speċifiku, Ö skond il- Õleġiżlazzjoni nazzjonali.

ê 2005/14/KE Premessa 15 (adattat)

(23) L-inklużjoni fil-kopertura ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalunkwe passiġġier fil-vettura hi kisba kbira tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Dan l-għan jitqiegħed fil-periklu jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew kwalunkwe klawżola kuntrattwali f’ Ö polza Õ ta’ assigurazzjoni teskludi l-passiġġieri milli jkunu assigurati minħabba li kienu jafu jew misshom kienu jafu li s-sewwieq tal-vettura kien taħt l-influwenza Ö ta' alkoħol Õ jew ta’ Ö droga Õ fil-ħin ta’ l-inċident. Il-passiġġier normalment mhux f’pożizzjoni li jivvaluta sew il-livell ta’ Ö intossikazzjoni Õ tas-sewwieq. L-għan li tiskuraġġixxi persuni milli jsuqu meta jkunu taħt l-influwenza ta’ Ö alkoħol jew ta' xi droga Õ ma jintlaħaqx billi jitnaqqas il-livell ta’ kopertura ta’ l-assigurazzjoni għall-passiġġieri f'vetturi bil-mutur Ö li kellhom inċident Õ. Il-kopertura ta’ dawn il-passiġġieri taħt l-assigurazzjoni obbligatorja tal-vettura ma tippreġudikax kwalunkwe responsabbiltà li jista’ jkollhom skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, lanqas il-livell ta’ Ö indennizz għad- Õ danni f’inċident speċifiku.

ê 2005/14/KE Premessa 17 (adattat)

(24) Xi impriżi ta’ assigurazzjoni jinserixxu fil-polzi ta’ assigurazzjoni Ö tagħhom Õ klawżola li għandha l-effett li l- Ö polza Õ tiġi kkanċellata jekk il-vettura Ö assigurata Õ tibqa’ barra mill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn dak speċifikat. Din il-prattika toħloq kunflitt mal-prinċipju stabbilit f’ din id-Direttiva, skond liema l-assigurazzjoni obbligatorja ta’ vetturi bil-mutur għandha tkopri, abbażi ta’ Ö premium Õ wieħed, it-territorju kollu tal-Komunità. Għandu għalhekk jiġi speċifikat li l-kopertura ta’ l-assigurazzjoni għandha tibqa’ valida tul l-iskadenza kollha tal-kuntratt, irrispettivament jekk il-vettura tibqax fi Stat Membru ieħor għal perjodu partikolari, mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi.

ê 90/232/KEE Premessa 6 (adattat)

(25) Il-poloz kollha ta’ l-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi Ö bil-mutur Õ għandhom ikopru it-territorju kollu tal-Komunità.

ê 90/232/KEE Premessa 7 (adattat)

(26) Fl-interess tal-parti assigurata, kull polza ta’ l-assigurazzjoni għandha tiggarantixxi għal premium wieħed, f’kull Stat Membru, il-kopertura meħtieġa mil-liġi tiegħu jew il-kopertura meħtieġa bil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ fejn il-vettura tkun normalment ibbażata, meta dik il-kopertura tkun akbar.

ê 2005/14/KE Premessa 18 (adattat)

(27) Għandhom jittieħdu passi biex isir iktar faċli Ö sabiex Õ tinkiseb kopertura ta’ assigurazzjoni għal vetturi impurtati minn Stat Membru għal ieħor, anke jekk il-vettura għadha mhix reġistrata fl-Istat Membru destinatarju. Ö Għandha tingħata Õ deroga temporanja mir-regola ġenerali li tiddetermina l-Istat Membru fejn jinsab ir-riskju. Għal perjodu ta’ tletin ġurnata mid-data ta’ meta l-vettura hi kkunsinjata, magħmula disponibbli jew mibgħuta lix-xerrej, l-Istat Membru destinatarju għandu jkun ikkunsidrat li jkun l-Istat Membru fejn jinsab ir-riskju.

ê 2005/14/KE Premessa 19 (adattat)

(28) Kwalunkwe persuna li tixtieq tagħmel kuntratt ġdid ta’ assigurazzjoni ta’ vettura bil-mutur ma’ assiguratur ieħor għandha tkun f’pożizzjoni li tiġġustifika r-rendikont ta’ pretensjonijiet tagħha taħt il- Ö polza Õ l-qadima. Persuni li għandhom poloz ta’ assigurazzjoni għandu jkollhom id-dritt li jitolbu f’kull ħin stqarrija li tikkonċerna l-pretensjonijiet, jew in-nuqqas ta’ pretensjonijiet, li jinvolvu l-vettura jew vetturi koperti mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni mill-inqas matul il-ħames snin preċedenti tar-relazzjoni kuntrattwali. L-impriża ta’ assigurazzjoni, jew kwalunkwe korp li jista’ jkun ġie maħtur minn Stat Membru biex jipprovdi Ö servizzi ta' Õ assigurazzjoni obbligatorja jew jipprovdi tali stqarrijiet, għandu jipprovdi din l-istqarrija lil persuna li għandha polza ta’ assigurazzjoni fi żmien ħmistax-il jum mit-talba.

ê 2005/14/KE Premessa 20

(29) Sabiex tiġi żgurata protezzjoni dovuta għall-vittmi ta’ inċidenti ta’ vettura bil-mutur, l-Istati Membri m’ għandhomx jippermettu li impriżi ta’ assigurazzjoni jserrħu fuq eċċessi kontra l-parti li ġarrbet id-danni.

ê 2005/14/KE Premessa 21 (adattat)

(30) Id-dritt li tinvoka kuntratt ta’ assigurazzjoni u li tagħmel pretensjoni direttament kontra l-intrapriza ta’ assigurazzjoni hija ta’ importanza kbira għall-protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti ta’ vetturi bil-mutur. Sabiex jiġi faċilitat ħlas ta’ pretensjonijiet effiċjenti u malajr u sabiex jiġu evitati safejn hu possibbli proċeduri legali għaljin, Ö għandha jkun stabbilit Õ dritt Ö ta’ azzjoni diretta kontra l-intrapriza ta’ assigurazzjoni li tkopri l-persuna responsabbli kontra responsabbiltà ċivili Õ għal vittmi ta’ kwalunkwe inċident ta’ vettura bil-mutur.

ê 2005/14/KE Premessa 22 (adattat)

(31) Sabiex tiġi msaħħa l-protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti ta’ vetturi bil-mutur, proċedura ta’“ Ö offerta ta' indennizz Õ raġunata” għandha tiġi estiża għal kull tip ta’ inċidenti b’vetturi bil-mutur. Din l-istess proċedura għandha tapplika wkoll mutatis mutandis fejn l-inċident hu mħallas mis-sistema ta’ l-uffiċċji nazzjonali ta’ l-assiguraturi.

ê 2005/14/KE Premessa 24 u 2000/26/KE Premessa 16(a) (adattat)

(32) Skond l-Artikolu 11(2) moqri flimkien ma’ l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat- 22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l- Ö eżekuzzjoni Õ ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali[14], il-partijiet danneġġjati jistgħu jiftħu proċeduri legali kontra Ö assiguraturi Õ kontra r-responsabbiltà ċivili fl-Istat Membru fejn huma domiċiljati.

ê 2000/26/KE Premessa 5 (adattat)

(33) Is-sistema ta’ Ö uffiċċju Õ tal-karta ħadra tassigura l-pagament malajr Ö tal-pretensjonijiet Õ fil-pajjiż ta’ min ikun sofra korriment, anki meta l-parti l-oħra tkun ġejja minn pajjiż Ewropew differenti.

ê 2000/26/KE Premessa 11 u 12 (adattat)

(34) Il-parti li tkun sofriet telf jew korriment bħala riżultat ta’ inċident ta’ vettura bil-mutur li jidħol fil-kamp Ö ta' applikazzjoni Õ ta’ din id-Direttiva u li jseħħ fi Stat għajr dak tar-residenza tagħha Ö għandha tkun Õ intitolata għal Ö indennizz Õ fl-Istat Membru tar-residenza kontra rappreżentant għall-pretensjonijiet maħtur Ö f'dan l-Istat Membru Õ mill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-parti responsabbli. Din is-soluzzjoni tkun tiffaċilita li l-ħsara sofruta mill-partijiet li jsofru danni barra mill-Istat Membru tar-residenza tagħhom ikunu ttrattati bi proċeduri familjari għalihom.

ê 2000/26/KE Premessa 13 (adattat)

(35) Din is-sistema ta’ rappreżentanti għall-pretensjonijiet fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti danneġġjata ma taffetwa Ö bl-ebda mod Õ la s-sustanza tal-liġi li għandha tkun applikata f’kull każ individwali u lanqas il-kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni.

ê 2000/26/KE Premessa 14

(36) L-eżistenza ta’ dritt ta’ azzjoni diretta kontra impriża ta’ assigurazzjoni għal parti li tkun sofriet telf jew korriment hija supplement loġiku għall-ħatra ta’ dawn ir-rappreżentanti u aktar minn hekk ittejjeb il-pożizzjoni legali tal-partijiet li jsofru danni f’inċidenti ta’ vetturi bil-mutur li jseħħu barra mill-Istat Membru tar-residenza ta’ dik il-parti.

ê 2000/26/KE Premessa 15 (adattat)

(37) Għandha ssir dispożizzjoni sabiex l-Istat Membru ta’ fejn l-impriża ta’ l-assigurazzjoni tkun awtorizzata ġġiegħel lill-impriża taħtar rappreżentanti għall-pretensjonijiet li jkunu jew residenti jew stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn inċidenti bħal dawn u li jieħdu l-azzjoni approprjata biex iħallsu l-pretensjonijiet f’isem u għall-impriża ta’ assigurazzjoni, inkluż il-pagament ta’ kumpens għal dan. ir-rappreżentant Ö għall-pretensjonijiet Õ għandu jkollu poteri suffiċjenti biex jirrappreżenta l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ persuni li jsofru danni minn inċidenti bħal dawn, kif ukoll biex jirrappreżenta l-impriża ta’ assigurazzjoni quddiem awtoritajiet nazzjonali inklużi, meta approprjat, quddiem il-qrati, sa kemm dan ikun kompatibbli mar-regoli tal-liġi privata internazzjonali dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni.

ê 2000/26/KE Premessa 16

(38) L-attivitajiet tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet mhumiex biżżejjed sabiex jagħtu ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ l-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet danni jekk ir-regoli tal-liġi privata internazzjonali dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni ma jkunux jipprovdu dan.

ê 2000/26/KE Premessa 17 (adattat)

(39) Il-ħatra ta’ rappreżentanti responsabbli għall- Ö pretensjonijiet Õ għandha tkun waħda mill-kundizzjonijiet għal aċċess għal u t-tkomplija ta’ l-attività ta’ assigurazzjoni mniżżla Ö fil-parti Õ 10 tal-punt A ta’ l-Anness ta' l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta' Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja[15], ħlief għar-responsabbiltà Ö ċivili Õ tat-trasportatur Ö u l-kundizzjonijiet għall-ezerċizzju ta' din l-attivita' Õ; dik il-kundizzjoni għandha għalhekk tkun koperta b’awtorizzazzjoni uffiċjali waħda maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru ta’ fejn l-impriża ta’ assigurazzjoni tistabbilixxi l-uffiċju prinċipali tagħha, kif speċifikat fit-Titolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE Ö tat-18 ta' Ġunju 1992, Õ dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja)[16]. Dik il-kundizzjoni għandha wkoll tkun applikabbli għal impriżi ta’ assigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità li jkunu akkwistaw awtorizzazzjoni li tagħtihom aċċess għall-attività ta’ assigurazzjoni fi Stat Membru tal-Komunità.

ê 2000/26/KE Premessa 18 (adattat)

(40) Minbarra li wieħed jassigura li impriża ta’ assigurazzjoni jkollha rappreżentant fl-Istat Ö ta' residenza tal- Õparti li ssofri danni, huwa xieraq li jkun iggarantit id-dritt speċifiku tal-parti danneġġjata li jkollha l-pretensjoni tagħha ttrattata minnufih. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm inklużi fil-liġi nazzjonali pieni finanzjarji Ö sistematiċi u effettivi Õ jew amministrattivi ekwivalenti xierqa — bħal ma huma inġunzjonijiet flimkien ma’ multi amministrattivi, rappurtar lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza fuq bażi regolari, kontrolli fuq il-post, pubblikazzjoni fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali u fl-istampa, is-sospensjoni ta’ l-attivitajiet tal-kumpannija (il-projbizzjoni ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ġodda għal perijodu speċifiku), ħatra ta’ rappreżentant speċjali ta’ l-awtoritajiet ta’ sorveljanza responsabbli li jikkontrolla li dak in-negozju jkun immexxi skond il-liġijiet ta’ l-assigurazzjoni, it-tneħħija ta’ l-awtorizzazzjoni għal dan it-tip ta’ negozju, sanzjonijiet li għandhom ikunu imposti fuq diretturi u impjegati tat-tmexxija — fil-każ li l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ir-rappreżentant tagħha jonqsu milli jwettqu l-obbligu tagħhom li jagħmlu offerta ta’ kumpens f’limitu ta’ żmien raġonevoli. Din m’għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni ta’ kull miżura oħra, speċjalmenet taħt il-liġi ta’ sorveljanza, li tista’ tkun meqjusa xierqa. Madanakollu, hija kundizzjoni li r-responsabbiltà u l-ħsara Ö mġarba Õ ma jkunux kontestati, sabiex l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun tista’ tagħmel offerta rraġunata fil-limitu ta’ żmien preskritt. L-offerta Ö ta' kumpens Õ raġunata għandha tkun bil-miktub u jkun fiha l-bażi li fuqu ġew stmati r-responsabbiltà u l-ħsara.

ê 2000/26/KE Premessa 19 (adattat)

(41) Minbarra dawk is-sanzjonijiet, huwa xieraq li Ö ssir dispożizzjoni li permezz tagħha Õ għandu jkun pagabbli imgħax fuq l-ammont ta’ kumpens offert mill-impriża ta’ assigurazzjoni jew mogħti minn qorti lill-parti danneġġjata meta l-offerta ma tkunx saret fil-limitu ta' żmien stabbilit. Jekk l-Istati Membri jkollhom regoli nazzjonali eżistenti li jkopru l-ħtiġiet għal imgħax fuq pagamenti tard din id-dispożizzjoni tista’ tkun implimentata b’referenza għal dawn ir-regoli.

ê 2000/26/KE Premessa 20 u 2005/14/KE Premessa 23 (adattat)

(42) Il-partijiet danneġġjatibħala riżultat ta’ inċidenti minn vetturi bil-mutur kultant ikollhom id-diffikultà li jistabbilixxu l-isem ta’ l-impriża ta’ assigurazzjoni li tipprovdi assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur li jkunu involuti f’inċident. Sabiex ikun iktar faċli għal Ö dawn il-persuni Õ li jiksbu kumpens, iċ-ċentri ta’ informazzjoni stabbiliti Ö għal dan il-għan għandhom ikunu jistgħu jipprovdu Õ informazzjoni dwar kwalunkwe inċident b’vettura bil-mutur.

ê 2000/26/KE Premessa 21 (adattat)

(43) Fl-interess ta’ dawn il-partijiet danneġġjati, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċentri ta’ informazzjoni biex jassiguraw li din l-informazzjoni tkun disponibbli mingħajr dewmien. Dawn iċ-ċentri ta’ informazzjoni għandhom ukoll jagħmlu informazzjoni dwar ir-rappreżentanti għall-pretensjonijiet disponibbli lill-partijiet danneġġjati. Huwa meħtieġ li dawn iċ-ċentri jikkooperaw ma’ xulxin u jirrispondu malajr Ö għat-talbiet Õ għal informazzjoni dwar rappreżentanti għall-pretensjonijiet magħmula minn ċentri Ö ta' informazzjoni Õ fi Stati Membri oħrajn. Jidher li huwa xieraq li dawn iċ-ċentri jiġbru informazzjoni dwar id-data ta’ terminazzjoni Ö effettiva Õ tal-kopertura ta’ assigurazzjoni imma mhux dwar l-iskadenza tal-validità oriġinali tal-polza jekk it-tul tal-kuntratt ikun estiż minħabba Ö nuqqas ta' Õ kanċellazzjoni.

ê 2000/26/KE Premessa 22

(44) Għandha ssir dispożizzjoni speċifika fir-rigward ta’ vetturi (per eżempju, vetturi tal-gvern jew tal-militar) li jidħlu fl-eżenzjonijiet mill-obbligu li jkunu assigurati kontra responsabbiltà ċivili.

ê 2000/26/KE Premessa 23 (adattat)

(45) Il-parti danneġġjata jista’ jkollha interess leġittimu li tkun infurmata dwar l-identità tas-sid jew tax-xufier normali jew Ö tad-detentur iddikjarat tal- Õ vettura, per eżempju jekk hu Ö jista' Õ jakkwista kumpens biss minn dawk il-persuni minħabba li l-vettura ma tkunx assigurata kif xieraq jew li l-ħsara teċċedi is-somma assigurata, Ö f'liema każ Õ din l-informazzjoni għandha wkoll tkun ipprovduta.

ê 2000/26/KE Premessa 24 (adattat)

(46) Ċerta Ö data Õ pprovduta, per eżempju l-isem u l-indirizz tas-sid jew tax-xufier normali tal-vettura u n-numru tal-polza ta’ assigurazzjoni jew tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, jikkostitwixxu Ö data Õ personali fis-sens tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ Ö persuni fiżiċi Õ fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ Ö data Õ personali u dwar il-moviment liberu ta’ Ö din id-data Õ[17]. L-ipproċessar ta’ Ö din id-data Õ li huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandu għalhekk ikun konformi Ö mad-dispożizzjonijiet Õ nazzjonali meħuda skond id-Direttiva 95/46/KE. L-isem u l-indirizz tax-xufier normali għandhom ikunu kkomunikati biss jekk il-leġislazzjoni nazzjonali tipprovdi għal komunikazzjoni bħal din.

ê 2000/26/KE Premessa 25 (adattat)

(47) Huwa meħtieġ li ssir dispożizzjoni għal korp Ö ta' indennizz Õ li lilu l-parti li tkun sofriet danni tkun tista’ tapplika meta l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun naqset milli taħtar rappreżentant jew li tkun manifestament qed Ö tittardja Õ l-pagament ta’ pretensjoni jew meta l-impriża ta’ assigurazzjoni ma tkunx tista’ tiġi identifikata biex tiggarantixxi li l-parti danneġġjata ma tibqax mingħajr il-kumpens li għalih tkun intitolata. L-intervent ta’ korp ta’ Ö indennizz Õ għandu jkun limitat għal każijiet individwali rari meta l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun naqset milli tkun konformi mad-doveri tagħha anki jekk ikun hemm l-effett diswassivÖ tas-sanzjonijiet sussegwenti Õ.

ê 2000/26/KE Premessa 26 (adattat)

(48) Ir-rwol meħud minn korp ta’ Ö indennizz Õ hu dak li jwettaq Ö il-pretensjoni Õ fir-rigward ta’ xi telf jew korriment sofrut mill-parti danneġġjata biss fil-każijiet li jistgħu jkunu objettivament iddeterminati u għalhekk il-korp ta’ Ö indennizz Õ għandu jillimita l-attività tiegħu li jivverifika li offerta għal kumpens tkun saret skond il-limiti ta' żmien u l-proċeduri stipulati, mingħajr ma ssir stima tal-merti.

ê 2000/26/KE Premessa 27 (adattat)

(49) Persuni ġuridiċi li Ö , skond il-liġi, Õ huma surrogati lill-parti ddanneġġjata fil-pretensjonijiet tagħha kontra l-persuna responsabbli għall-inċident jew ta’ l-impriża ta’ assikurazzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar (bħal ma huma, per eżempju, impriżi oħra ta’ assigurazzjoni jew korpi ta’ sigurtà soċjali) m’għandhomx ikunu intitolati li jippreżentaw pretensjoni korrispondenti lill-korp ta’.

ê 2000/26/KE Premessa 28 (adattat)

(50) Ö Huwa meħtieġ li Õ l-korp ta’ indennizz għandu jkollu d-dritt ta’ surroga safejn hu jkun indennizza l-parti danneġġjata. Sabiex tkun iffaċilitata l- Ö azzjoni Õ tal-korp ta’ indennizz kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni meta din tkun naqset li taħtar rappreżentant jew tkun manifestament Ö ittardjat Õ fil-pagament ta’ pretensjoni, il-korp ta' indennizz fl-Istat tal-parti danneġġjata għandu jgawdi Ö wkoll minn Õ dritt awtomatiku għal ħlas lura b’surroga fid-drittijiet tal-parti danneġġjata min-naħa tal-korp korrispondenti fl-Istat ta’ fejn l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun stabbilita. Dan il-korp hu l-iżjed addattat biex jibda l-proċeduri Ö ta' rikors Õ kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni.

ê 2000/26/KE Premessa 29 (adattat)

(51) Anki jekk l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-pretensjoni kontra korp ta’ indennizz tkun Ö waħda sussidjarja Õ, il-persuna danneġġjata m’għandhiex tkun obbligata li tippreżenta t-talba tagħha Ö għal indennizz Õ lill-persuna responsabbli għall-inċident qabel ma tippreżentaha lill-korp ta’ indennizz. F’dan il-każ il-parti danneġġjata għandha tkun almenu fl-istess pożizzjoni bħal fil-każ ta’ Ö talba Õ kontra l-fond ta’ garanzija.

ê 2000/26/KE Premessa 30 (adattat)

(52) Din is-sistema tista’ tibda tiffunzjona permezz ta’ ftehim bejn il-korpi ta’ indennizz stabbiliti jew approvati mill- Ö Istati Membri Õ li jiddefinixxi l-funzjonijiet u l-obbligi tagħhom u l-proċeduri għal ħlas lura.

ê 2000/26/KE Premessa 31 (adattat)

(53) Meta jkun impossibbli li jkun identifikat l-assiguratur ta’ vettura, għandha ssir dispożizzjoni sabiex id-debitur finali fir-rigward ta’ ħsarat li għandhom jitħallsu lill-parti danneġġjata huwa l-fond ta’ garanzija li jipprovdi Ö għal dan il-għan Õ li jinsab fl-Istat Membru fejn il-vettura li mhijiex assigurata, li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident, tkun normalment ibbażata. Meta jkun impossibbli li tkun identifikata l-vettura, għandha ssir dispożizzjoni sabiex id-debitur finali jkun il-fond ta’ garanzija li jipprovdi Ö għal dan il-għan Õ li jinsab fl-Istat Membru li fih seħħ l-inċident.

ê

(54) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ê 72/166/KEE (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I

Ö Dispożizzjonijiet Ġenerali Õ

Artikolu 1

Ö Definizzjonijiet Õ

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva,:

1) “vettura”: tfisser kull vettura bil-mutur intiża għal vjaġġi bl-art u mmexxija minn qawwa mekkanika, imma li ma timxix fuq il-linji, u kull karru, kemm jekk agganċjat u kemm jekk le;

2) “il-partiÖ danneġġjata Õ”: tfisser kull persuna intitolata għal kumpens fir-rigward ta’ telf jew Ö korriment Õ ikkawżati minn vetturi;

3) “Ö l-uffiċċju Õ nazzjonali ta’ l-assiguraturi”: tfisser organizzazzjoni professjonali li tkun ikkonstitwita skond ir-Rakommandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar 1949 mis-Sub-Kumitat għat-Trasport bit-Triq tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u li tiġbor flimkien impriżi ta’ l-assigurazzjoni li, fi Stat, huma awtorizzati li Ö jwettqu Õ negozju Ö fil-qasam ta' Õ l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur kontra r-responsabbiltà ċivili;

4) “territorju li fih il-vettura normalment tkun ibbażata” tfisser:

ê 2005/14/KE Art. 1 punt 1(a)

(a) it-territorju ta’ l-Istat li tiegħu l-vettura għandha l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni, irrispettivament jekk il-pjanċa hijiex permanenti jew temporanja; jew

ê 72/166/KEE (adattat)

(b) fil-każijiet meta l-ebda reġistrazzjoni ma tkun meħtieġa għal tip ta’ vettura imma l-vettura jkollha pjanċa ta’ l-assigurazzjoni, jew sinjal li jiddistingwiha analogu għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni, it-territorju ta’ l-Istat li fih il-pjanċa jew is-sinjal ikunu maħruġa; jew

(ċ) fil-każijiet meta la l-pjanċa tar-reġistrazzjoni u lanqas Ö is-sinjal Õ li jiddistingwiha ma tkun meħtieġa għal ċerti tipi ta’ vetturi, it-territorju ta’ l-Istat li fih Ö id-detentur huwa domiċiljat Õ; jew

ê 2005/14/KE Art. 1 punt 1(b) (adattat)

(d) f’każijiet fejn il-vettura m’ għandhiex pjanċa ta’ reġistrazzjoni jew għandha pjanċa li ma tikkorrispondix mal-vettura u kienet involuta f’inċident, it-territorju ta’ l-Istat fejn l-inċident seħħ, Ö sabiex titħallas Õ il-pretensjoni kif previst Artikolu 2(a) Ö jew fl-Artikolu 10 Õ;

ê 72/166/KEE (adattat)

(5) “karta ħadra”: tfisser iċ-ċertifikat internazzjonali ta’ l-assigurazzjoni maħruġ f’isem Ö uffiċċju Õ nazzjonali skond ir-Rakkomandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar 1949 mis-Sub-kumitat tat-Trasport bit-Triq tal-Kumitat għat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti;

ê 2000/26/KE (adattat)

(6) “impriża ta” assigurazzjoni”: tfisser impriża li tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 73/239/KEE;

(7) “stabbiliment”: tfisser l-uffiċċju prinċipali, l-aġenzija jew il-fergħa ta’ impriża ta’ assigurazzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE[18];

ê 72/166/KEE (adattat)

è1 72/430/KEE Art. 1

è2 Rettifika 72/430/KEE (ĠU L 75, 23.3.1973, p. 30)

Artikolu 2

Ö Kamp ta’ applikazzjoni Õ

Id-dispożizzjonijietta’ l-Artikoli Ö 4, 6, 7 u 8 jirrigwardaw vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru Õ:

(a) è1 Wara li ftehim ikun ġie konkluż è2 bejn Ö l-uffiċċju Õ ç nazzjonali ta’ assiguraturi permezz tal-kondizzjonijiet li dwarhom kull Ö uffiċċju Õ nazzjonali jiggarantixxi t-twettiq, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja, ta’ Ö pretensjonijiet Õ fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tiegħu, ikkaġunati minn vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kemm jekk dawk il-vetturi jkunux assigurati jew le; ç

(b) mid-data stabbilita mill-Kummissjoni, malli hi tkun aċċertat f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri li ftehim bħal dan ikun ġie konkluż;

(ċ) għat-tul ta’ dak il-ftehim.

Artikolu 3

Ö Obbligu ta’ assigurazzjoni għall-vetturi Õ

Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu Ö 5 Õ, jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu jkun kopert minn assigurazzjoni.

Il-ħsara koperta u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi Ö tal- Õ miżuri Ö msemmijin fl-ewwel subparagrafu Õ.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jassigura li l-kuntratt ta’ l-assigurazzjoni jkopri wkoll:

(a) skond il-liġi fis-seħħ fl-Istati Membri l-oħra, kull telf jew Ö korriment Õ ikkawżat fit-territorju ta’ dawk l-Istati;

(b) kull telf jew Ö korriment Õ soffert minn ċittadini ta’ Stati Membri tul vjaġġ dirett bejn żewġ territorji li fihom it-Trattat ikun fis-seħħ, jekk ma jkun hemm l-ebda Ö uffiċċju Õ nazzjonali ta’ l-assiguraturi responsabbli għat-territorju li jkun qed jinqasam; f’dak il-każ, it-telf jew Ö korriment Õ għandha tkun koperta skond il-liġijiet Ö nazzjonali Õ dwar l-assigurazzjoni obbligatorja fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura tkun normalment ibbażata.

ê 2005/14/KE Art. 2

L-assigurazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkopri b’mod obbligatorju kemm il-ħsara lill-proprjetà kif ukoll id-danni personali.

ê 2005/14/KE Art. 1 punt 2 (adattat)

Artikolu 4

Ö Kontrolli ta' l- assigurazzjoni Õ

L-Istati Membri għandhom jastjenu milli jagħmlu kontrolli ta' l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi bbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u fir-rigward ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz li jkunu deħlin fit-territorju tagħhom mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.Ö Madankollu Õ, jistgħu Ö jwettqu Õ kontrolli mhux sistematiċi ta' l-assigurazzjoni sakemm mhumiex diskriminatorji u huma Ö mwettqa Õ bħala parti minn kontroll mhux immirat esklussivament għal verifika ta’ l-assigurazzjoni.

ê 72/166/KEE (adattat)

Artikolu 5

Ö Deroga ta’ l-obbligazzjonijiet għal assigurazzjoni tal-vetturi Õ

1. Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga ta’ l-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti persuni fiżiċi jewÖ ġuridiċi Õ, pubbliċi jew privati; il-lista ta’ dawn il-persuni għandha titfassal mill-Istat ikkonċernat u Ö tiġi Õ kkomunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

ê 2005/14/KE Art. 1 punt 3(a)(i) (adattat)

Stat Membru li jidderoga b’dan il-mod għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li l-kumpens Ö għat-telf u l-korriment Õ ikkawżat fit-territorju tiegħu jew fit-territorju ta’ Stati Membri oħra Ö huwa effettivament Õ ta’ tali persuni.

ê 72/166/KEE (adattat)

Għandu jinnomina b’mod partikolari awtorità jew korp fil-pajjiż fejn it-telf jew Ö korriment Õ isseħħ li jkun responsabbli Ö sabiex jindennizza Õ l-partijiet Ö danneġġjati Õ skond Ö il-kondizzjonijiet stabbiliti fil- Õ liġijiet ta’ dak l-Istat f’każijiet meta l-Artikolu 2 punt (a) ma jkunx applikabbli.

ê 2005/14/KE Art. 1 punt 3(a)(ii)

Għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-lista ta’ persuni eżentati mill-assigurazzjoni obbligatorja u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli għall-kumpens.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista.

ê 72/166/KEE (adattat)

2. Ö Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga ta’ l-Artikolu 3 fir-rigward ta’ Õ ċerti tipi ta’ vetturi jew ċerti vetturi li jkollhom pjanċa speċjali; il-lista Ö tagħhom Õ għandha titfassal mill-Istat ikkonċernat u tiġi kkomunikata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

ê 2005/14/KE Art. 1 punt 3(b) (adattat)

F’dak il-każ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li vetturi kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu huma trattati bl-istess mod bħal vetturi li għalihom l-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-Artikolu 3 ma ġiex sodisfatt.

Il-korp ta’ Ö indennizz, Õ imsemmi fl-Artikolu 10(1), ta’ l-Istat Membru fejn seħħ l-inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija previst fl-Artikolu 10(1) fl-Istat Membru fejn il-vettura hi normalment ibbażata.

Ö Mill-11 ta’ Ġunju 2010 Õ l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta’ dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat dawn ir-rapporti, għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposti dwar is-sostituzzjoni jew it-tħassir ta’ din id-deroga.

ê 72/166/KEE (adattat)

Artikolu 6

Ö L-uffiċċju nazzjonali ta’ l-assiguraturi Õ

Kull Stat Membru għandu jassigura li, meta inċident fit-territorju tiegħu jkun ikkawżat minn vettura li normalment hija bbażata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l- Ö uffiċċju Õ nazzjonali ta’ l-assiguraturi għandu, mingħajr preġudizzju għall-obbligu msemmi fl-Artikolu 2 (a), jikseb informazzjoni:

(a) dwar it-territorju li fih il-vettura tkun normalment ibbażata, u dwar Ö in-numru Õ tar-reġistrazzjoni tagħha, jekk ikun hemm;

(b) safejn ikun possibli, dwar id-dettalji ta’ l-assigurazzjoni tal-vettura, kif dawn normalment jidhru fuq il-karta ħadra u li jkunu fil-pussess Ö tad-detentur Õ tal-vettura, safejn dawn id-dettalji huma meħtieġa mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura normalment tkun ibbażata.

Kull Stat Membru għandu wkoll jassigura li l- Ö uffiċċju Õ jikkomunika din l-informazzjoni msemmija Ö f’punti (a) u (b) Õ lill- Ö uffiċċju Õ nazzjonali ta’ l-Istat li fit-territorju tiegħu l-vettura Ö msemmija fl-ewwel subparagrafu Õ tkun normalment ibbażata.

Kapitolu 2

Ö Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’pajjiż terz Õ

Artikolu 7

Ö Miżuri nazzjonali li jikkonċernaw vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’pajjiż terz Õ

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jassigura li l-vetturi Ö kollha li huma Õ normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż Ö terz Õ li jidħlu fit-territorju li fih it-Trattat jkun fis-seħħ m’għandhomx jintużaw fit-territorju tiegħu sakemm xi telf jew Ö korriment Õ ikkawżata minn dawk il-vetturi ma tkunx koperta, skond il-ħtiġiet tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri varji dwar l-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi, fit-territorju li fih it-Trattat ikun fis-seħħ.

Artikolu 8

Ö Dokumentazzjoni li tikkonċerna vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’pajjiż terz Õ

1. Kull vettura normalment ibbażata fit-territorju ta’ pajjiż Ö terz Õ għandha, qabel ma tidħol fit-territorju li fih it-Trattat ikun fis-seħħ, Ö għandha jkollha Õ jew karta ħadra valida jew ċertifikat ta’ assigurazzjoni tal-fruntiera li jistabbilixxi li l-vettura hi assigurata skond l-Artikolu 7.

Madankollu, vetturi normalment ibbażati f’pajjiż Ö terz Õ għandhom ikunu ittrattati bħal vetturi normalment ibbażati fil-Komunità jekk l- Ö uffiċċju Õ nazzjonali ta’ l-Istati Membri Ö kollha Õ jiggarantixxu flimkien, kull wieħed skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali proprja tiegħu dwar assigurazzjoni obbligatorja, sodisfazzjon ta’ Ö pretensjonijiet Õ fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom ikkaġunati Ö mill-użu ta' Õ dawn il-vetturi.

2. Malli jkun ġie aċċertat, b’kooperazjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, li l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jkunu ġew Ö adottati Õ, il-Kummissjoni għandha tiffissa d-data li minnha u t-tipi ta’ vetturi li dwarhom l-Istati Membri m’għandhomx aktar jeħtieġu l-produzzjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu.

ê 2005/14/KE Art. 2 (adattat)

Kapitolu 3

Ö Ammonti minimi ta' kopertura ta' l-assigurazzjoni obbligatorja Õ

Artikolu 9

Ö Ammonti minimi Õ

1. Mingħajr preġudizzju għal garanziji għola li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-assigurazzjoni Ö msemmija fl-Artikolu 3 Õ tkun obbligatorja mill-inqas fir-rigward ta’ l-ammonti li ġejjin:

(a) fil-każ ta’ dannu personali, ammont minimu kopert ta’ EUR 1 000 000 għal kull vittma jew EUR 5 000 000 għal kull pretensjoni, ikun x’ikun in-numru ta’ vittmi;

(b) fil-każ ta’ ħsara lill-proprjetà, EUR 1 000 000 għall kull pretensjoni, ikun x’ikun in-numru ta’ vittmi.

Jekk hemm bżonn, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu ta’ tranżizzjoni Ö li jibqa sejjer sa’ mhux iktar tard mill-10 ta’ Ġunju 2012 Õ, li fih jadattaw l-ammonti minimi tagħhom koperti għall-ammonti previsti Ö fl-ewwel sentenza Õ.

L-Istati Membri li jistabbilixxu dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni u jindikaw it-tul Ö ta' dan il- Õ perjodu.

Ö Madanakollu, sa’ mhux iktar tard mill-10 ta’ Diċembru 2008 Õ, l-Istati Membri għandhom iżidu l-garanziji għal mill-inqas nofs tal-livelli previsti Ö fl-ewwel sentenza Õ.

2. Kull ħames snin Ö mill-11 ta’ Ġunju 2005 Õ jew fl-aħħar tal-perjodu ta’ tranżizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, l-ammonti msemmija f’dak il-paragrafu għandhom jiġu riveduti skond l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (EICP), kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95[19].

L-ammonti għandhom jiġu aġġustati awtomatikament. Tali ammonti għandhom jiżdiedu bil-bidla perċentewali indikata mill-EICP għall-perjodu rilevanti, jew aħjar, il-ħames snin qabel ir-reviżjoni Ö msemmija fl-ewwel subparagrafu Õ, u Ö mqarba lejn l-eqreb unita' Õ sa multiplu ta’ EUR 10 000.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-ammonti aġġustati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Kapitolu 4

Ö Il-kumpens fir-rigward ta’ kwalunkwe telfa jew korriment ikkawżat minn vettura mhux identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-Artikolu 3 ma ġiex sodisfatt Õ

Artikolu 10

Ö Korp inkarigat għall-għoti ta' kumpens Õ

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp bil-kompitu li jipprovdi kumpens, mill-inqas sal-limiti ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni għal ħsara lill-proprjetà jew danni persunali kkawżati minn vettura mhix identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-Artikolu 3 ma ġiex sodisfatt.

L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jqisu kumpens minn dan il-korp bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju u d-dritt li jipprovdu għall-ħlas ta’ pretensjonijiet bejn il-korp u l-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident u assiguraturi oħra jew korpi ta’ siġurta soċjali meħtieġa li jikkumpensaw il-vittma fir-rigward ta’ l-istess Ö pretensjoni Õ. Iżda, l-Istati Membri ma jistgħux iħallu l-korp jagħmel il-ħlas għall-kumpens kondizzjonali jekk il-vittma tistabbilixxi b’xi mod li l-persuna responsabbli ma tistax jew tirrifjuta li tħallas.

2. Il-vittma tista’ fi kwalunkwe każ tapplika direttament lill-korp li, abbażi ta’ informazzjoni provduta Ö fuq talba tal-korp mill-vittma Õ, għandu jkun obbligat li jagħtiha risposta raġunata dwar il-ħlas ta’ kwalunkwe kumpens.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-ħlas ta’ kumpens minn dak il-korp fir-rigward ta’ persuni li daħħlu volontarjament fil-vettura li kkawżat Ö it-telf jew il-korriment Õ meta l-korp jista’ juri li kienu jafu li Ö l-vettura Õ ma kinitx assigurata.

3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu l-ħlas ta’ kumpens mill-korp fil-każ ta’ ħsara lil proprjetà Ö kkawżata Õ minn vettura mhix identifikata.

Madankollu, fejn il-korp ħallas kumpens għal danni personali sinifikanti lil kwalunkwe vittma ta’ l-istess inċident fejn ħsara lill-proprjetà ġiet ikkawżata minn vettura mhix identifikata, l-Istati Membri ma jistgħux jeskludu l-ħlas ta’ kumpens għal danni lill-proprjetà fuq il-bażi li l-vettura mhix identifikata. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċess ta’ mhux iktar minn EUR 500 li għalih il-vittma ta’ tali ħsara lill-proprjetà jista’ jkun responsabbli.

Il-kondizzjonijiet li fihom danni personali għandhom jiġu kkunsidrati sinifikanti għandhom jiġu stabbiliti skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istat Membru fejn seħħ l-inċident. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, inter alia, jekk id-dannu kienx jeħtieġ kura l-isptar.

4. Kull Stat Membru għandu japplika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tiegħu għall-ħlas ta’ kumpens mill-korp, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe prattika oħra li hi iktar favorevoli għall-vittma.

ê 90/232/KEE (adattat)

Artikolu 11

Ö Tilwim Õ

Fil-każ ta’ Ö tilwim Õ bejn il-korp li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 10(1) u l-assiguratur tar-responsabbiltà ċivili dwar min minnhom għandu jagħti l-kumpens lill-vittma, l-Istati Membri, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa hekk li wieħed minn dawn il-partijiet ikun iddikjarat bħala li huwa responsabbli fil-prima istanza għall-pagament tal-kumpens mingħajr dewmien lill-vittma.

Jekk fl-aħħar ikun deċiż li l-parti l-oħra kellha tħallas l-ammont kollu jew parti Ö mill- Õ kumpens, dik il-part l-oħra għandha Ö tħallas lura Õ kif xieraq lill-parti li tkun għamlet il-pagament.

Kapitolu 5

Ö Kategoriji speċifiċi ta’ vittmi, klawsoli ta’ esklużjoni, premium wieħed, vetturi li jintbagħtu minn Stat Membru għall-ieħor Õ

Artikolu 12

Ö Kategoriji speċifiċi ta’ vittmi Õ

1. Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1), l-assigurazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3 għandha tkopri r-responsabbiltà għal Ö danni personali Õ tal-passiġġieri Ö kollha, għajr ix- Õ xufier, Ö ikkawżati Õ mill-użu ta’ vettura.

ê 84/5/KEE

2. Il-membri tal-familja tal-persuna assigurata, ix-xufier jew kull persuna oħra li hi responsabbli taħt il-liġi ċivili fil-każ ta’ inċident, u li r-responsabbilità tagħha hija koperta mill-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 m’għandhiex tiġi eskluża mill-assigurazzjoni fir-rigward tal-korrimenti personali tagħha minħabba dik ir-relazzjoni.

ê 2005/14/KE Art. 4 punt 2 (adattat)

L-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 għandha tkopri danni personali u ħsara lill-proprjetà mġarrba minn dawk li jkunu mexjin, ċiklisti u dawk li jużaw it-triq mingħajr mutur li, bħala konsegwenza ta’ inċident fejn vettura b’mutur tkun involuta, huma intitolati għal kumpens skond il-liġi ċivili nazzjonali.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju kemm għar-responsabbiltà ċivili kif ukoll għall-ammont ta’ Ö kumpens Õ.

ê 84/5/KEE (adattat)

Artikolu 13

Ö Klawsola ta’ esklużjoni Õ

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri Ö kollha Õ neċessarji biex Ö jiżgura li l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 titqies nulla fir-rigward ta’ pretensjonijiet minn partijiet terzi li kienu vittmi ta’ inċident, Õ kull dispożizzjoni statutorja jew kull klawsola kuntrattwali li tinstab fil-polza ta’ l-assigurazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3 Ö u Õ li teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:

(a) persuni li ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni espressa jew impliċita għal dan,

(b) persuni li ma jkollhomx liċenzja li tippermettilhom isuqu l-vettura kkonċernata,

(ċ) persuni li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tekniċi statutorji li jikkonċernaw il-kondizzjoni u s-sigurtà tal-vettura kkonċernata;

Madanakollu d-dispożizzjoni jew il-klawsola msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (a) tista’ tiġi invokata kontra persuni li minn jeddhom daħlu fil-vettura li kkaġunat il-ħsara jew il-korriment, meta l-assiguratur jista’ Ö juri Õ li dawn kienu jafu li l-vettura kienet misruqa.

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla — fil-każ ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom — li ma japplikawx id-dispożizzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu jekk u sakemm il-vittma tkun tista’ takkwista kumpens għall-ħsara li saritilha minn korp ta’ sigurtà soċjali.

2. Fil-każ ta’ vetturi misruqa jew ottenuti bi vjolenza, l-Istati Membri jistgħu jistabilixxu li l-korp speċifikat fl-Artikolu 10(1) iħallas kumpens minflok l-assiguratur skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; meta l-vettura tkun normalment ibbażata fi Stat Membru ieħor, dak il-korp ma jkun jista’ jagħmel ebda Ö rikors Õ kontra xi korp f’dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri li, fil-każ ta’ vetturi misruqa jew ottenuti bi vjolenza, jipprovdu li l-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) għandu jħallas kumpens, jistgħu jiffissaw fir-rigward ta’ ħsara lil proprjetà eċċess ta’ mhux aktar minn EUR 250 li għalih il-vittma tista’ tkun reponsabbli.

ê 2005/14/KE Art. 4 punt 1 (adattat)

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe dispożizzjoni statutorja jew klawżola kuntrattwali f’polza ta’ assigurazzjoni li teskludi passiġġier minn tali kopertura fuq il-bażi li kien jaf jew imissu kien jaf li s-sewwieq tal-vettura kien taħt l-influwenza ta’ l-alkoħol jew ta’ kwalunkwe Ö droga Õ fil-ħin ta’ l-inċident, għandu jitqies bħala null fir-rigward tal-pretensjonijiet ta’ tali passiġġier.

ê 90/232/KEE (adattat)

L-Artikolu 14

Ö Premium wieħed Õ

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-poloz kollha ta’ l-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili li toriġina mill-użu ta’ vetturi:

ê 2005/14/KE Art. 4 punt 3 (adattat)

(a) Ö jagħtu Õ kopertura, abbażi ta’ premium wieħed u matul l-iskadenza kollha tal-kuntratt, fit-territorju kollu tal-Komunità, inkluż għal kwalunkwe perjodu meta l-vettura tibqa’ fl-Istati Membri l-oħra matul it-terminu tal-kuntratt; u

ê 90/232/KEE (adattat)

(b) jiggarantixxu, fuq l-istess bażi ta’ l-istess premium wieħed, f’kull Stat Membru, il-kopertura meħtieġa mil-liġi tiegħu jew il-kopertura meħtieġa mil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ fejn il-vettura tkun normalment ibbażata, meta dik Ö ta' l-aħħar Õ tkun akbar.

ê 2005/14/KE Art. 4 punt 4 (adattat)

Artikolu 15

Ö Vettura mibgħuta minn Stat Membru wieħed għal ieħor Õ

1. B’deroga mit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 88/357/KEE, fejn vettura hi mibgħuta minn Stat Membru wieħed għal ieħor, l-Istat Membru fejn jinsab ir-riskju għandu jiġi kkunsidrat l-Istat Membru destinatarju, minnufih mill-aċċettazzjoni ta’ kunsinna mix-xerrej għal perjodu ta’ tletin ġurnata, anke jekk il-vettura ma ġietx Ö uffiċċjalment Õ reġistrata fl-Istat Membru destinatarju.

2. Fil-każ li l-vettura hi involuta f’inċident matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta ma kinitx assigurata, il-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) fl-Istat Membru destinatarju għandu jkun responsabbli għall-kumpens previst fl-Artikolu 9.

Kapitolu 6

Ö Stqarrija, eċċessi, azzjoni diretta Õ

Artikolu 16

Ö Stqarrija li għandha x’taqsam mal-pretensjonijiet tar-responsabbiltà ta’ parti terza Õ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li min ikollu polza ta’ assigurazzjoni jkollu d-dritt li jitlob f’kull ħin stqarrija li għandha x’taqsam mal-pretensjonijiet tar-responsabbiltà ta’ parti terza li jinvolvu vettura jew vetturi koperti minn kuntratt ta’ assigurazzjoni mill-inqas fil-ħames snin preċedenti tar-relazzjoni kuntrattwali, jew man-nuqqas ta’ tali pretensjonijiet.

L-impriża ta’ assigurazzjoni, jew korp li jista’ jkun maħtur minn Stat Membru biex jipprovdi Ö servizzi ta' Õ assigurazzjoni obbligatorja jew jipprovdi tali stqarrijiet, għandhom jipprovdu din l-istqarrija lill-persuna li għandha polza ta’ assigurazzjoni fi ħmistax-il jum mit-talba.

Artikolu 17

Ö Eċċessi Õ

L-impriżi ta’ assigurazzjoni m’għandhomx iserrħu fuq eċċessi kontra l-parti li ġarrbet ħsara f’inċident safejn l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 hi kkonċernata.

Artikolu 18

Ö Dritt dirett ta’ azzjoni Õ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li ġarrbu ħsara f’inċidenti kkawżati minn vettura koperta mill-assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 għandhom dritt dirett ta’ azzjoni kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkopri l-persuna responsabbli kontra responsabbiltà ċivili.

Kapitolu 7

Ö Ħlas ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn kwalunkwe inċident kkawżat minn vettura koperta minn assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 Õ

Artikolu 19

Ö Proċedura għall-ħlas ta’ pretensjonijiet Õ

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 22 għall-ħlas ta’ pretensjonijiet li Ö jirriżultaw Õ minn kwalunkwe inċident kkawżat minn vettura koperta minn assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.

Fil-każ ta’ Ö pretensjonijiet Õ li jistgħu jiġu mħallsa mis-sistema ta’ uffiċċji nazzjonali ta’ l-assiguraturi previsti fl-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istess proċedura bħal fl-Artikolu 22.

Sabiex tiġi applikata din il-proċedura kwalunkwe referenza għal impriża ta’ assigurazzjoni għandha tiġi mifhuma bħala referenza għall-uffiċċji nazzjonali ta’ l-assiguraturi.

ê 2000/26/KE (adattat)

Artikolu 20

Ö Dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw l-indennizz tal-partijiet li jsofru danni minħabba inċident li jseħħ fi Stat Membru minbarra dak tar-residenza tagħhom Õ

1. L-objettiv Ö ta’ l-Artikoli 20 sa 26 Õ huwa li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal partijiet li jsofru danni intitolati għal kumpens fir-rigward ta’ Ö kull Õ telf jew korriment li jirriżulta minn inċidenti li jseħħu fi Stat Membru minbarra dak l-Istat Membru tar-residenza tal-parti danneġġjata u li jkunu kkawżati mill-użu ta’ vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru.

Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni ta’ pajjiżi terzi dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-liġi privata internazzjonali, Ö dawn id-dispożizzjonijiet Õ għandhom ukoll japplikaw għal partijiet danneġġjati li huma residenti fi Stat Membru u intitolati għal indennizz fir-rigward ta’ Ö kull Õ telf jew korriment li jirriżulta minn inċidenti li jseħħu f’pajjiżi terzi li l- Ö uffiċċju Õ nazzjonali ta’ l-assiguraturi tagħhom ikunu issieħbu fis-sistema tal-karta ħadra kull meta dawn l-inċidenti jkunu kkawżati mill-użu ta’ vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru.

2. L-Artikoli 21 u 24 għandhom ikunu applikabbli biss fil-każ ta’ inċidenti kkawżati mill-użu ta’ vettura:

(a) assigurata permezz ta’ stabbiliment fi Stat Membru minbarra l-Istat tar-residenza tal-parti danneġġjata; u

(b) normalment ibbażata fi Stat Membru minbarra l-Istat tar-residenza tal-parti danneġġjata.

Artikolu 21

Rappreżentanti għall-pretensjonijiet

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-impriżi kollha ta’ assigurazzjoni li jkopru r-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, minbarra r-responsabbiltà Ö ċivili Õ ta’ trasportaturi, jaħtru rappreżentanti Ö responsabbli għall-ħlas tal- Õ pretensjonijiet f’kull Stat Membru barra minn dak li fih ikunu rċevew l-awtorizzazzjoni uffiċjali tagħhom.

Ir-rappreżentant għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-pagament tal-pretensjonijiet li joriġinaw minn inċident fil-każijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 20(1).

Ir-rappreżentant tal-pretensjonijiet għandu jkun residenti jew stabbilit fl-Istat Membru ta’ fejn hu jkun maħtur.

2. L-għażla ta’ rappreżentant tagħha għall-pretensjonijiet għandha tkun fid-diskrezzjoni ta’ l-impriża ta’ assigurazzjoni.

L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu resrizzjoni fuq din l-għażla.

3. Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet jista’ jaħdem għal impriża ta’ assigurazzjoni waħda jew aktar.

4. Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet għandu, fir-rigward ta’ dawn il-pretensjonijiet, jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa inkonnessjoni mal-pagament tal-pretensjonijiet u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jinnegozja l-pagament tal-pretensjonijiet.

Il-ħtieġa li jkun maħtur rappreżentant għall-pretensjonijiet m’għandhiex tippreġudika d-dritt tal-parti danneġġjata jew ta’ l-impriża tagħha ta’ assigurazzjoni li tibda proċeduri diretti kontra l-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew l-impriża ta’ l-assigurazzjoni tagħha.

5. Rappreżentanti għall-pretensjonijiet għandu jkollhom poteri biżżejjed biex jirrappreżentaw l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ partijiet danneġġjati fil-każijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 20(1) u li jissodisfaw it-talbiet tagħhom Ö għal indennizz Õ bis-sħiħ.

Għandhom ikunu kapaċi li jeżaminaw każijiet fil-lingwa/lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tar-residenza tal-parti danneġġjata.

ê 2005/14/KE Art. 5 punt 2 (adattat)

6. Il-ħatra ta’ rappreżentant għall-pretensjonijiet m’ għandhiex fiha nnifisha tikkostitwixxi l- ftuħ ta’ fergħa fis-sens tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 92/49/KEE u r-rappreżentant għall-pretensjonijiet m’ għandux jitqies bħala stabbiliment fis-sens tat-tifsira ta’ l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 88/357/KEE jew - Ö bħala Õ stabbiliment fis-sens tat-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

ê 2000/26/KE (adattat)

Artikolu 22

Ö Proċedura għall-indennizz Õ

L-Istati Membri għandhom joħolqu obbligu, sostenut b’pieni finanzjarji Ö effettivi u sistematiċi xierqa Õ jew amministrattivi ekwivalenti, sabiex, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-parti danneġġjata tkun ippreżentat il-pretensjoni tagħha għal indennizz jew direttament jew lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha,

(a) l-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha jkunu meħtieġa jagħmlu offerta għal indennizz Ö raġunata Õ f’każijiet meta r-responsabbiltà ma tkunx ikkontestata u l-ħsarat ikunu ġew ikkwantifikati; jew

(b) l-impriża ta’ assigurazzjoni li lilha tkun ġiet indirizzata Ö t-talba Õ għal indennizz jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha jkunu meħtieġa jipprovdu tweġiba rraġunata għal punti magħmula Ö fit-talba Õ f’każijiet meta r-responsabbiltà tkun miċħuda jew ma tkunx ġiet iddeterminata b’mod ċar jew il-ħsarat ma jkunux ġew ikkwantifikati kompletament.

L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet biex jassiguraw li, meta l-offerta ma tkunx saret fil-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur, għandu jkun pagabbli imgħax fuq l-ammont ta’ indennizz offert mill-impriża ta’ assigurazzjoni jew mogħti mill-qorti lill-parti danneġġjata.

Artikolu 23

Ċentri ta’ informazzjoni

1. Sabiex persuna danneġġjata jkollha l-possibbiltà li tfittex indennizz, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova ċentru ta’ informazzjoni responsabbli:

(a) għaż-żamma ta’ reġistru li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(i) in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur normalment ibbażati fit-territorju ta’ l-Istat inkwistjoni;

(ii) in-numri tal-poloz ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ dawk il-vetturi għar-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A ta’ l-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, apparti mir-responsabbiltà Ö ċivili Õ ta’ trasportaturi, u meta l-perjodu ta’ validità tal-polza jkun skada, ukoll id-data tat-terminazzjoni tal-kopertura ta’ l-assigurazzjoni;

(iii) l-impriżi ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ vetturi għar- riskji klassifikati fil-klassi 10 tal-punt A ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, minbarra r-responsabbiltà Ö ċivili Õ tat-trasportaturi, u rappreżentanti għall-pretensjonijiet maħtura minn dawn l-impriżi ta’ assigurazzjoni skond l-Artikolu 21 ta' din id-Direttiva li l-ismijiet tagħhom għandhom ikunu nnotifikati liċ-ċentru ta’ informazzjoni skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(iv) il-lista ta’ vetturi li, f’kull Stat Membru, jibbenefikaw mid-deroga għall- Ö obbligu ta' Õ kopertura ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili skond l-Artikolu 5(1) u (2);

(v) rigward il-vetturi previsti fil-punt (iv):

- l-isem ta’ l-awtorità jew tal-korp innominat skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) bħala responsabbli għall-kumpens lill-partijiet danneġġjati f’każijiet meta l-proċedura prevista fl-Artikolu 2(2)(a) ma tkunx applikabbli, jekk il-vettura tibbenifika mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1);

- l-isem tal-korp li jkopri l-vettura fl-Istat Membru fejn normalment tkun ibbażata jekk il-vettura tibbenifika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(2);

(b) jew għal koordinazzjoni tal-ġabra u t-tixrid ta’ dik Ö id-data Õ;

(ċ) u għall-assistenza tal-persuni intitolati biex isiru jafu Ö bid-data Õ msemmija fil-punti (a) (i) sa (v).

Ö Id-data Õ taħt il-punti (a)(i) u (iii) għandha tinżamm għal perjodu ta’ seba’ snin wara t-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vettura jew it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni.

2. L-impriżi ta’ assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a)(iii) għandhom jinnotifikaw liċ-ċentri ta’ informazzjoni ta’ l-Istati Membri kollha, bl-isem u l-indirizz tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet li huma jkunu ħatru skond l-Artikolu 21 f’kull Stat Membru.

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-parti danneġġjata tkun intitolata għal perjodu ta’ seba snin wara l-inċident biex takkwista mingħajr dewmien miċ-ċentru ta’ informazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ fejn għandha r-residenza, ta’ l-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata jew ta’ l-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident, din Ö id-data Õ li ġejja:

(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-impriża ta’ assigurazzjoni;

(b) in-numru tal-polza ta’ assigurazzjoni; u

(ċ) l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet ta’ l-impriża ta’ assigurazzjoni fl-Istat tar-residenza tal-parti danneġġjata.

Iċ-ċentri ta’ informazzjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin.

4. Iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jipprovdi lill-parti danneġġjata bl-isem u l-indirizz tas-sid jew ix-xufier tas-soltu jew Ö id-detentur tal- Õ vettura jekk il-parti danneġġjata jkollha interess leġittimu fl-akkwist ta’ din l-informazzjoni. Għall-iskopijiet ta’ din id-dispożizzjoni, iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu Ö jindirizza Õ partikolarment:

(a) l-impriża ta’ assigurazzjoni, jew

(b) l-aġenzija tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

Jekk il-vettura tibbenifika mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1), iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jinforma lill-parti danneġġjata, bl-isem ta’ l-awtorità jew tal-korp innominat skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) bħala responsabbli biex tikkumpensa l-partijiet danneġġjati meta l-proċedura prevista fl-Artikolu 2(a) ma tkunx applikabbli.

Jekk il-vettura tibbenifika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(2), iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jinforma lill-parti danneġġjata bl-isem tal-korp li jkopri l-vettura fil-pajjiż fejn normalment tkun ibbażata.

ê 2005/14/KE Art. 4 punt 5 (adattat)

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom Ö imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 Õ, iċ-ċentri ta’ informazzjoni jipprovdu l-informazzjoni speċifikata Ö f’dawk il-paragrafi Õ lil kwalunkwe parti involuta fi kwalunkwe inċident tat-traffiku kkawżat minn vettura koperta mill-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.

ê 2000/26/KE (adattat)

6. L-ipproċessar Ö tad-data Õ personali li tirriżulta mill-paragrafi Ö 1 sa 5 Õ għandu jitwettaq skond il-miżuri nazzjonali meħuda skond id-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 24

Il-Korpi ta’ indennizz

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova korp ta’ indennizz responsabbli biex jipprovdi kumpens lill-partijiet danneġġjati fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(1).

Dawn il-partijiet danneġġjati jistgħu jippreżentaw Ö talba Õ lill-korp ta’ Ö indennizz Õ fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom:

(a) jekk, fi żmien tliet xhur mid-data meta l-parti danneġġjata tkun ippreżentat it-talba tagħha għal indennizz lil impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet, l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha ma jkunux ipprovdew tweġiba raġunata għal punti magħmula Ö fit-talba Õ; jew

(b) jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun naqset milli taħtar rappreżentant għall-pretensjonijiet fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti danneġġjata skond l-Artikolu 20(1). F’dan il-każ, il-partijiet danneġġjati ma jistgħux jippreżentaw Ö talba Õ lill-korp ta’ indennizz jekk huma jkunu ppreżentaw talba għal indennizz direttament lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident u jekk ikunu rċevew tweġiba rraġunata fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni Ö tat-talba Õ.

Il-partijiet li jsofru d-danni ma jistgħux madanakollu jippreżentaw Ö talba Õ lill-korp ta’ indennizz jekk huma jkunu ħadu azzjoni legali direttament kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni.

Il-korp ta’ indennizz għandu jieħu azzjoni fi żmien xahrejn mid-data meta l-parti danneġġjata tippreżenta Ö talba Õ għal indennizz lilu imma għandu Ö jwaqqaf l-intervent tiegħu Õ jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni, jew ir-rappreżentant tagħha għall-pretensjonijiet Ö tagħha Õ, sussegwentament Ö jagħti Õ tweġiba rraġunata Ö għat-talba Õ.

Il-korp ta’ indennizz għandu immedjatament jinforma:

(a) lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha kkawża l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet;

(b) lill-korp ta’ indennizz fl-Istat Membru ta’ l-istabbiliment ta’ l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza;

(ċ) jekk magħrufa, lill-persuna li tkun ikkaġunat l-inċident,

li jkunu irċevew Ö talba Õ mill-parti danneġġjata u li Ö ser jagħti tweġiba Õ fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoniÖ ta' din it-talba Õ.

Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jittrattaw il-kumpens minn dan il-korp bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju u d-dritt li jipprovdu għall-pagament ta’ pretensjonijiet bejn dak il-korp u l-persuna jew persuni li kkawżaw l-inċident u l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew korpi tas-sigurtà soċjali oħrajn meħtieġa li jikkumpensaw lill-parti danneġġjata fir-rigward ta’ l-istess inċident. Madanakollu, l-Istati Membri ma jistgħux jippermettu li l-korp jagħmel il-ħlas ta’ indennizz suġġett għal xi kundizzjonijiet barra minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, b’mod partikolari l-istabbiliment mill-parti danneġġjata b’tali mod li l-persuna responsabbli ma tkunx tista’ jew tirrifjuta li tħallas.

2. Il-korp ta’ indennizz li jkun ta' indennizz lill-parti danneġġjata fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu għandu jkun intitolat Ö jitlob Õ rimborż tas-somma mħallsa bħala indennizz mill-korp ta’ Ö indennizz Õ fl-Istat Membru ta’ l-istabbiliment ta’ l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza.

Dan il-korp ta’ l-aħħar għandu jkun surrogat Ö fid-drittijiet tal- Õ parti danneġġjata kontra l-persuna li kkawżat l-inċident jew l-impriża ta’ assikurazzjoni tagħha safejn il-korp ta’ indennizz fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti danneġġjata jkun ipprovda indennizz għat-telf jew għall-korriment subit.

Kull Stat Membru huwa obbligat li jirrikonoxxi din is-surrogazzjoni kif prevista minn kull Stat Membru ieħor.

3. Dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ:

(a) wara li jkun ġie konkluż ftehim bejn il-korpi ta’ indennizz stabbiliti jew approvati mill-Istati Membri rigward il-funzjonijiet tagħhom u l-obbligi u l-proċeduri għal rimborż;

(b) mid-data ffissata mill-Kummissjoni, malli hi tkun aċċertat il-kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri li dan il-ftehim ikun ġie konkluż.

Artikolu 25

Ö Indennizz Õ

1. Jekk ikun impossibbli li tkun identifikata l-vettura jew jekk, fi żmien xahrejn wara l-inċident, ma jkunx possibbli li tkun identifikata l-impriża ta’ assigurazzjoni, il-parti danneġġjata tista’ Ö tagħmel talba Õ għal indennizz lill-korp ta’ indennizz fl-Istat Membru fejn Ö għandha r-residenza tagħha Õ. L-indennizz għandu jkun ipprovdut skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9 u 10. Ö F'dan il-każ, Õ il-korp ta’ Ö indennizz Õ għandu jkollu pretensjoni, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(2):

(a) meta l-impriża ta’ assigurazzjoni ma tkunx tista’ tiġi identifikata, kontra l-fond ta’ garanzija previst fl-Artikolu 10(1) fl-Istat Membru ta’ fejn il-vettura normalment tkun ibbażata;

(b) fil-każ ta’ vettura li ma tkunx identifikata, kontra l-fond ta’ garanzija previst fl-Artikolu 10(1) fl-Istat Membru li fih ikun seħħ l-inċident;

(ċ) fil-każ ta’ vetturi minn pajjiż terz: kontra fond ta’ garanzija previst fl-Artikolu 10(1) fl-Istat Membru li fih ikun seħħ l-inċident.

ê 2000/26/KE Art. 1

2. Dan l-Artikolu għandu japplika għal inċidenti kkawżati minn vetturi minn pajjiżi terzi koperti bl-Artikoli 7 u 8.

ê 2005/14/KE Art. 5 punt 4 (adattat)

Artikolu 26

Korp Ċentrali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiffaċilitaw id-disponibilita’ fi żmien dovut tad-data bażika meħtieġa Ö għall-ħlas Õ tal-pretensjonijiet lill-vittmi, lill-assiguraturi tagħhom jew lir-rappreżentanti legali tagħhom.

Fejn ikun xieraq, din id-data bażika għandha tkun magħmula disponibbli f’forma elettronika f’post għall-ħażna ċentrali f’kull Stat Membru, u tkun aċċessibli mill-partijiet involuti fil-każ fuq talba espressa Ö tagħhom Õ.

ê 2000/26/KE (adattat)

L-Artikolu 27

Il-Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li huma jadottaw fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw l-applikazzjoni tagħhom. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull emenda Ö għad-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu malajr kemm jista’ jkun Õ.

Kapitolu 8

Ö Dispożizzjonijiet finali Õ

Artikolu 28

Ö Dispożizzjonijiet nazzjonali Õ

1. L-Istati Membri jistgħu, skond it-Trattat, iżommu jew idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għal parti danneġġjata mid-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

ê

Artikolu 29

Tħassir

Id-Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE, 2000/26/KE u 2005/14/KE, kif emendati mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A huma mħassrin, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 31

Ö Id-Destinatarji Õ

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

é

ANNESS I

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 29)

Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE (ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1) |

Direttiva tal-Kunsill 72/430/KEE (ĠU L 291, 28.12.1972, p. 162) |

Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE (ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17) | Artikolu 4 biss |

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14) | Artikolu 1 biss |

Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE (ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17) |

Anness I, Punt IX.F ta' l-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 218) |

Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE (ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33) | Artikolu 4 biss |

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14) | Artikolu 2 biss |

Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE (ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33) |

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14) | Artikolu 4 biss |

Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65) |

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14) | Artikolu 5 biss |

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14) |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 29)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

72/166/KEE | 31 ta’ Diċembru 1973 | - |

72/430/KEE | - | 1 ta’ Jannar 1973 |

84/5/KEE | 31 ta’ Diċembru 1987 | 31 ta’ Diċembru 1988 |

90/232/KEE | 31 ta’ Diċembru 1992 | - |

2000/26/KE | 19 ta’ Lulju 2002 | 19 ta’ Jannar 2003 |

2005/14/KE | 11 ta’ Ġunju 2007 | - |

_____________

ANNESS II

Tabella Ta ’ KORRELAZZJONI

Direttiva 72/166/KEE | Direttiva 84/5/KEE | Direttiva 90/232/KEE | Direttiva 2000/26/KE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1, punt 1 sa 3 | Artikolu 1, punt 1 sa 3 |

Artikolu 1, punt 4, l-ewwel inċiż | Artikolu 1, punt 4(a) |

Artikolu 1, punt 4, it-tieni inċiż | Artikolu 1, punt 4(b) |

Artikolu 1, punt 4, it-tielet inċiż | Artikolu 1, punt 4(ċ) |

Artikolu 1, punt 4, ir-raba’ inċiż | Artikolu 1, punt 4(d) |

Artikolu 1, punt 5 | Artikolu 1, punt 5 |

Artikolu 2(1) | Artikolu 4 |

Artikolu 2(2), kliem tal-bidu | Artikolu 2, kliem tal-bidu |

Artikolu 2(2), l-ewwel inċiż | Artikolu 2, punt (a) |

Artikolu 2(2), it-tieni inċiż | Artikolu 2, punt (b) |

Artikolu 2(2), it-tielet inċiż | Artikolu 2, punt (ċ) |

Artikolu 3(1), l-ewwel frażi | Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 3(1), it-tieni frażi | Artikolu 3, it-tieni subparagrafu |

Artikolu 3(2), kliem tal-bidu | Artikolu 3, it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 3(2), l-ewwel inċiż | Artikolu 3, it-tielet subparagrafu, punt (a) |

Artikolu 3(2), it-tieni inċiż | Artikolu 3, it-tielet subparagrafu, punt (b) |

Artikolu 4, kliem tal-bidu | Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4, punt (a), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi | Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi | Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, it-tielet frażi | Artikolu 5(1), ir-raba’ subparagrafu |

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ frażi | Artikolu 5(1), il-ħames subparagrafu |

Artikolu 4, punt (b), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4, punt (b), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi | Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 4, punt (b), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi | Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 4, punt (b), it-tielet subparagrafu, l-ewwel frażi | Artikolu 5(2), ir-raba’ subparagrafu |

Artikolu 4, punt (b), it-tielet subparagrafu, it-tieni frażi | Artikolu 5(2), il-ħames subparagrafu |

Artikolu 5, kliem tal-bidu | Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 5, l-ewwel inċiż | Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu, punt (a) |

Artikolu 5, it-tieni inċiż | Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu, punt (b) |

Artikolu 5, kliem ta’ l-aħħar | Artikolu 6, it-tieni subparagrafu |

Artikolu 6 | Artikolu 7 |

Artikolu 7(1) | Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 7(2) | Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 7(3) | Artikolu 8(2) |

Artikolu 8 | - |

Artikolu 1(1) | Artikolu 3, ir-raba’ subparagrafu |

Artikolu 1(2) | Artikolu 9(1) |

Artikolu 1(3) | Artikolu 9(2) |

Artikolu 1(4) | Artikolu 10(1) |

Artikolu 1(5) | Artikolu 10(2) |

Artikolu 1(6) | Artikolu 10(3) |

Artikolu 1(7) | Artikolu 10(4) |

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |

Artikolu 2(1), it-tieni inċiż | Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |

Artikolu 2(1), it-tielet inċiż | Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (ċ) |

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ l-aħħar | Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 2(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi | Artikolu 13(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi |

Artikolu 2(2) | Artikolu 13(2) |

Artikolu 3 | Artikolu 12(2) |

Artikolu 4 | - |

Artikolu 5 | - |

Artikolu 6 | - |

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu | Artikolu 12(1) |

Artikolu 1, it-tieni subparagrafu | Artikolu 13(3) |

Artikolu 1, it-tielet subparagrafu | - |

Artikolu 1(a), l-ewwel frażi | Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 1(a), it-tieni frażi | Artikolu 12(3), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 2, kliem tal-bidu | Artikolu 14, kliem tal-bidu |

Artikolu 2, l-ewwel inċiż | Artikolu 14, punt (a) |

Artikolu 2, it-tieni inċiż | Artikolu 14, punt (b) |

Artikolu 3 | - |

Artikolu 4 | Artikolu 11 |

Artikolu 4(a) | Artikolu 15 |

Artikolu 4(b), l-ewwel frażi | Artikolu 16, l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4(b), it-tieni frażi | Artikolu 16, it-tieni subparagrafu |

Artikolu 4(ċ) | Artikolu 17 |

Artikolu 4(d) | Artikolu 3 | Artikolu 18 |

Artikolu 4(e), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 19, l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4(e), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi | Artikolu 19, it-tieni subparagrafu |

Artikolu 4(e), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi | Artikolu 19, it-tielet subparagrafu |

Artikolu 5(1) | Artikolu 23(5) |

Artikolu 5(2) | - |

Artikolu 6 | - |

Artikolu 1(1) | Artikolu 20(1) |

Artikolu 1(2) | Artikolu 20(2) |

Artikolu 1(3) | Artikolu 25(2) |

Artikolu 2, kliem tal-bidu | - |

Artikolu 2, punt (a) | Artikolu 1, punt (6) |

Artikolu 2, punt (b) | Artikolu 1, punt (7) |

Artikolu 2, punt (ċ), (d) u (e) | - |

Artikolu 4(1), l-ewwel frażi | Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4(1), it-tieni frażi | Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 4(1), it-tielet frażi | Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 4(2), l-ewwel frażi | Artikolu 21(2), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4(2), it-tieni frażi | Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 4(3) | Artikolu 21(3) |

Artikolu 4(4), l-ewwel frażi | Artikolu 21(4), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4(4), it-tieni frażi | Artikolu 21(4), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 4(5), l-ewwel frażi | Artikolu 21(5), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4(5), it-tieni frażi | Artikolu 21(5), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 4(6) | Artikolu 22 |

Artikolu 4(7) | - |

Artikolu 4(8) | Artikolu 21(6) |

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem tal-bidu | Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem tal-bidu |

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(1) | Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(i) |

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(2) | Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(ii) |

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(3) | Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii) |

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(4) | Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iv) |

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5), kliem tal-bidu | Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), kliem tal-bidu |

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5)(i) | Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), l-ewwel inċiż |

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5)(ii) | Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), it-tieni inċiż |

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 5(2), (3) u (4) | Artikolu 23(2), (3) u (4) |

Artikolu 5(5) | Artikolu 23(6) |

Artikolu 6(1) | Artikolu 24(1) |

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 24(2), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi | Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi | Artikolu 24(2), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 24(3) |

Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu | - |

Artikolu 6a | Artikolu 26 |

Artikolu 7, l-ewwel, it-tieni u it-tielet frażi u kliem tal-bidu | Artikolu 25(1), kliem tal-bidu |

Artikolu 7, punt (a) | Artikolu 25(1), punt (a) |

Artikolu 7, punt (b) | Artikolu 25(1), punt (b) |

Artikolu 7, punt (ċ) | Artikolu 25(1), punt (ċ) |

Artikolu 8 | - |

Artikolu 9 | - |

Artikolu 10(1) sa (3) | - |

Artikolu 10(4) | Artikolu 28(1) |

Artikolu 10(5) | Artikolu 28(2) |

Artikolu 29 |

Artikolu 11 | Artikolu 30 |

Artikolu 12 | Artikolu 27 |

Artikolu 9 | Artikolu 7 | Artikolu 7 | Artikolu 13 | Artikolu 31 |

Anness I |

Anness II |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness I, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C […], […] p. […].

[6] ĠU C […], […] p. […].

[7] ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/14/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14).

[8] ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/14/KE.

[9] ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2005/14/KE.

[10] ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2005/14/KE.

[11] Ara l-Anness I, Parti A.

[12] ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14.

[13] ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[14] ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Ö Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1) Õ.

[15] ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/101/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238).

[16] ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2007/44/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

[17] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[18] ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1.

[19] ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1.