52008PC0074

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma' l-Iraq /* KUMM/2008/0074 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 8.2.2008

KUMM(2008) 74 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma' l-Iraq

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta' l-Iraq skond il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1483(2003). Fl-Artikoli 2 u 10 tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għamel arranġamenti speċifiċi dwar pagament għal esportazzjonijiet Iraqini ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali u dwar l-immunità minn proċedimenti legali għal xi assi Iraqini rispettivament.

2. Permezz tar-Riżoluzzjoni 1790 tat-18 ta' Diċembru 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda, inter alia , li dawn l-arranġamenti speċifiċi għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2008 u stqarr l-intenzjoni tiegħu li jistħarreġ l-arranġament speċifiku dwar l-immunità minn proċedimenti legali sa mhux aktar tard mil-15 ta' Ġunju 2008. Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat f'dan is-sens.

3. Huwa wkoll xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi armonizzat ma' l-iżviluppi riċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet fir-rigward ta' l-identifikazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà għall-ksur u l-ġuriżdizzjoni.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma' l-Iraq

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2008/…/CFSP li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP dwar l-Iraq[1],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skond ir-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma' l-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96[2] għamel arranġamenti speċifiċi dwar ħlasijiet għal żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali esportati mill-Iraq, filwaqt li l-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament għamel arranġamenti speċifiċi dwar l-immunità mill-proċedimenti legali ta' xi assi Iraqini. L-arranġament speċifiku dwar l-immunitajiet applika sal-31 ta' Diċembru 2007. L-arranġament speċifiku dwar il-ħlasijiet għadu japplika.

(2) Ir-Riżoluzzjoni 1790(2007) tal-Kunsill tas-Sigurà tan-NU u l-Pożizzjoni Komuni 2008/…/CFSP jipprovdu li l-arranġamenti speċifiċi għandhom it-tnejn jiġu applikati sal-31 ta' Diċembru 2008. Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat f'dan is-sens.

(3) Huwa wkoll xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi armonizzat ma' l-iżviluppi riċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet fir-rigward ta' l-identifikazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà għall-ksur u l-ġuriżdizzjoni. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità jitqies li jiġbor fih it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dak it-Trattat.

(4) Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandu b'dan ikun emendat kif ġej:

4. L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-dħul kollu mill-bejgħ u l-esportazzjoni ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali mill-Iraq, kif elenkati fil-lista ta' l-Anness I, għandu, sa mit-22 ta' Mejju 2003, ikun depożitat fil-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Riżoluzzjoni 1483 (2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u, b'mod partikolari, l-paragrafi 20 u 21 tagħha.”

5. Għandu jiġi inserit l-Artikolu 4a li ġej:

“Artikolu 4a

Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(3) u 4(4) m'għandha twassal għall-ebda tip ta' responsabbiltà min-naħa ta' persuni naturali jew ġuridiċi jew entitajiet ikkonċernati, jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom ikunu jiksru din il-projbizzjoni.”

6. L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1. B'deroga mill-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri indikati fil-websajts elenkati fl-Anness V jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a) il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew ta' arbitraġġ stabbilit qabel it-22 ta' Mejju 2003 jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew ta' arbitraġġ li tkun ingħatat qabel dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu se jiġu użati b'mod esklussiv sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b'tali rahan jew rikkonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) jekk il-pretensjoni tiġi sodisfatta, dan ma jkunx bi ksur tar-Regolament (KE) Nru 3541/92; kif ukoll

(d) ir-rikonoxximent tar-rahan jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

2. Fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha, il-fondi, ir-riżorsi ekonomiċi u d-dħul mir-riżorsi ekonomiċi ffriżati bis-saħħa ta' l-Artikolu 4 għandhom jiġu rilaxxati biss sabiex jiġu ttrasferiti lejn il-Fond ta' l-Iżvilupp għall-Iraq miżmum mill-Bank Ċentrali ta' l-Iraq taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1483 (2003).”

7. L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

3. Għandha tkun projbita l-parteċipazzjoni, xjentement jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li jevitaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 jew li jinkoraġġixxu l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3.

4. Kull informazzjoni li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament qed jiġu jew kienu evitati għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti indikati fil-websajts elenkati fil-lista fl-Anness V, u, permezz ta' dawn l-awtoritajiet, b'mod dirett jew indirett, għandha tkun mgħarrfa l-Kummissjoni.”

8. L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

5. Bla ħsara għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtaġġ, ir-riżervatezza u s-sigriet professjonali u għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 284 tat-Trattat, il-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a) jipprovdu immedjatament kull informazzjoni li tiffaċilita l-ħarsien ta' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artiklu 4, lill-awtoritajiet kompetenti indikati fil-websajts elenkati fl-Anness V, fl-Istati Membri li fihom huma residenti jew fejn jinsabu, u, b'mod dirett jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b) jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti indikati fil-websajts elenkati fl-Anness V f’kull verifika ta’ din l-informazzjoni.

6. Kull informazzjoni mogħtija jew milqugħa skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet milqugħa.”

9. Għandu jiġi inserit l-Artikolu 15a li ġej:

“Artikolu 15a

7. L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 ta' dan ir-Regolament u jidentifikawhom fi, jew permezz, tal-websajts elenkati fl-Anness V.

8. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom qabel il-15 ta' Marzu 2008 u għandhom jgħarrfuha b'kull emenda sussegwenti.”

10. L-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fi ħdan it-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha;

(b) abbord kull inġenju ta' l-ajru jew bastiment li jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c) għal kull persuna fit-territorju tal-Komunità jew barra minnu, li hija ċittadin ta' Stat Membru;

(d) għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' Stat Membru; kif ukoll

(e) għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fil-Komunità.”

11. Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3. L-Artikoli 2 u 10 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2008.”

12. L-Anness V għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

“ANNESS V

Websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

A. Websajt li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti

(għandha timtela mill-Istati Membri)

IL-BELĠJU

IL-BULGARIJA

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

ID-DANIMARKA

IL-ĠERMANJA

L-ESTONJA

L-IRLANDA

IL-GREĊJA

SPANJA

FRANZA

L-ITALJA

ĊIPRU

IL-LATVJA

IL-LITWANJA

IL-LUSSEMBURGU

L-UNGERIJA

MALTA

L-OLANDA

L-AWSTRIJA

IL-POLONJA

IL-PORTUGALL

IR-RUMANIJA

IS-SLOVENJA

IS-SLOVAKKJA

IL-FINLANDJA

L-IŻVEZJA

IR-RENJU UNIT

B. Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

Direttorat A. Pjattaforma ta’ Kriżi u Koordinazzjoni tal-Politika fir-rigward tal-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni

Unità A.2. Ġestjoni tal-Kriżijiet u Bini tal-Paċi

CHAR 12/106

B-1049 Brussels

Tel. (32-2) 295 5585

Faks (32-2) 299 0873.”

[1] ĠU L … , … 2008, p. .. .

[2] ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, tal-20.12.2006, p. 1).