52008PC0073

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0073 finali - CNS 2008/0034 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 13.2.2008

KUMM(2008) 73 finali

2008/0034 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il- kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembre 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea[3]. Ir-Regolament l-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 3605/93 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tar-Regolament kkodifikat.

ê 3605/93 (adattat)

2008/0034 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu Ö 104(14) Õ tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Wara li kkunsidra l-opinjoni ta’ Bank Ċentrali Ewropew[7]

Billi:

ê

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea[8] ġie emendat kemm-il darba[9] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

ê 3605/93 Premessa 1 (adattat)

2. It-tifsira ta’ “gvern”, “żbilanċ” u “investiment” huma mniżżla fil-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv b’referenza għas-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA) Ö mibdula mis-Sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunita' (adottata bir-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru [2223/96] tal-[25 ta' Ġunju 1996] dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunita' u minn hawn 'il quddiem imsejħa 'ESA 95') Õ[10]. Jenħtieġ li jkun hemm tifsiriet ċari b’referenza għall-kodiċijiet ta’ klassifikazzjoni ta' l-ESA Ö 95 Õ. Dawn it-tifsiriet jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni fil-kuntest ta’ l-armonizzazzjoni meħtieġa fl-istatistika nazzjonali jew għal raġunijiet oħra.

ê 3605/93 Premessa 2 u 475/2000 Premessa 2 (adattat)

3. It-tifsira ta’ “dejn” Ö stabbilita Õ fil-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv trid tkun aktar wiesgħa b’referenza għall-kodiċijiet ta’ klassifikazzjoni Ö ta' l-ESA 95. Fil-każ ta’ derivati finanzjarji, kif definiti fl-ESA 95, ma hemm l-ebda valur nominali identiku għal dak ta’ strumenti oħra ta’ dejn. Għalhekk, derivati finanzjarji ma għandhomx jiġu inklużi ma' l-obbligazzjonijiet li jiffurmaw id-dejn tal-gvern għall-għanijiet tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv Õ.

ê 351/2002 Premessa 3 (adattat)

4. Ö Skond l-ESA, Õ flussi ta Ö l-imgħax Õ taħt kuntratti ta’ tpartit u ftehim ta’ forward rate (FRAs) Ö għandhom jiġu kklassifikati fil- Õ kont finanzjarju Ö u jeħtieġu Õ trattament speċifiku Ö rigward Õ id-data trasmessa taħt il-proċedura ta’ Ö l-iżbilanċ Õ eċċessiv.

ê 475/2000 Premessa 3 (adattat)

5. Ö L- Õ -ESA 95 tipprovdi definizzjoni dettaljata tal-prodott gross domestiku bil-prezzijiet korrenti tas-suq, li tixraq għall-kalkolu tal-proporzjonijiet ta’ l-iżbilanċ tal-gvern għall-prodott gross domestiku u tad-dejn tal-gvern għall-prodott gross dometiku msemmi fl-Artikolu 104 tat-Trattat.

ê 475/2000 Premessa 4 (adattat)

6. In-nefqa konsolidata fuq Ö l- Õ imgħax tal-gvern hija indikatur importanti għas-sorveljanza tas-sitwazzjoni ta’ l-istimi fl-Istati Membri. Nefqa fuq l-imgħax hija fiha nfisha marbuta intrinsikament mad-dejn tal-gvern. Id-dejn tal-gvern li jrid jiġi rappurtat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri irid ikun konsolidat fis-settur tal-gvern. Il-livelli tad-dejn tal-gvern u tan-nefqa fuq l-imgħax għandhom ikunu konsistenti bejn xulxin. Il-metodoloġija ta' l-ESA 95 (punt [1.58]) tagħraf illi, għal ċerti tipi ta’ analiżi, l-aggregati konsolidati huma iktar sinifikanti minn ċifri grossi ġenerali.

ê 3605/93 Premessa 4

7. Skond kif jgħid il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv, il-Kummissjoni jenħtiġielha li tagħti dettalji ta’ statistika sabiex jintużaw f’dik il-proċedura.

ê 2103/2005 Premessa 2

8. Ir-rwol tal-Kummissjoni, bħala awtorità statistika, f’dak il-kuntest huwa speċifikament eżerċitat mill-Eurostat, f’isem il-Kummissjoni. Bħala d-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja, l-Eurostat huwa meħtieġ jesegwixxi l-kompiti tiegħu skond il-prinċipji ta’ imparzjalità, affidabbiltà, rilevanza, attwalità fin-nefqa, kunfidenzjalità statistika u trasparenza, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/281/KE tal-21 ta’ April 1997 dwar ir-rwol ta’ l-Eurostat rigward il-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja[11]. L-implementazzjoni mill-awtoritajiet statistiċi nazzjonali u Komunitarji tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji għandha ssaħħaħ il-prinċipju ta’l-indipendenza professjonali, l-adegwatezza tar-riżorsi u l-kwalità ta’ data statistika.

ê 3605/93 Premessa 5 (adattat)

9. Jenħtieġ li jkun hemm regoli dettaljati biex jitħejjew fil-ħin u regolarment ir-rapporti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ dwar l-iżbilanċi tagħhom, ippjanati u attwali, u ta’ kemm ikun id-dejn tagħhom,

ê 3605/93

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Tifsiriet

ê 475/2000 Art. 1 punt 1 (adattat)

Artikolu 1

1. Għall-għanijiet tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv u ta’ dan ir-Regolament, it-termini mogħtija fil-paragrafi Ö 2 sa 6 Õ huma definiti skond is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (minn Ö hawn Õ “il quddiem imsejħa l-“ESA 95”), adottata bir-Regolament (KE) Nru [2223/96]. Il-kodiċijiet ta’ bejn il-parentesi jirreferu għall-ESA 95.

ê 475/2000 Art. 1 punt 1 (adattat)

è1 351/2002 Art. 1 punt 1

è2 351/2002 Art. 1 punt 2

2. “Gvern” tfisser is-settur tal-gvern ġenerali (S.13), jiġifieri l-“gvern ċentrali” (S.1311), gvern statali (S.1312), gvern lokali (S.1313) u fondi ta’ sigurta soċjali (S.1314), bl-esklużjoni ta’ Ö ħidmiet Õ kummerċjali, kif definiti fl- ESA 95.

It-tħollija barra ta’ Ö ħidmiet Õ kummerċjali tfisser illi s-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkomprendi biss dawk l-unitajiet istituzzjonali li jipproduċu servizzi mhux tas-suq bħala l-attivitá ewlenija tagħhom.

3. “Żbilanċ Ö tal-gvern Õ (bilanċ favorevoli)” tfisser is-self missellef nett (self misluf nett) (è1 EDP B.9 ç) tas-settur “gvern ġenerali” (S.13), kif definit fl- ESA 95. L-imgħax kompriż fl-isbilanċ tal-gvern huwa l-imgħax (è2 EDP D.41 ç), kif definit fl-ESA 95.

4. “Investiment tal-gvern” tfisser il-formazzjoni ta’ kapital gross fiss (P.51) fis-settur tal-“gvern ġenerali” (S.13), kif definit fl-ESA 95.

5. “Dejn tal-gvern” tfisser id-dejn totali gross bil-valur nominali li jifdal fl-aħħar tas-sena tas-settur “gvern ġenerali” (S.13), minbarra dawk l-obbligazzjonijiet li l-assi finanzjarji korrespondenti tagħhom huma miżmuma mis-settur gvern ġenerali (S.13).

Id-dejn tal-gvern jinbena bl-obbligazzjonijiet tal-gvern ġenerali fil-kategoriji li ġejjin: muniti u depożiti (AF.2); sigurtajiet oħra għajr ishma, minbarra derivati finanzjarji (AF.33) u self (AF.4), kif definiti fl-ESA 95.

Il-valur nominali ta’ obbligazzjonijiet li jibqgħu fl-aħħar tas-sena huwa l-valur fuq il-wiċċ.

Il-valur nominali ta’ obbligazzjonijiet magħquda ma’ indiċi jikkorrespondi għall-valur fuq il-wiċċ tagħha aġġustat bil-bidla relatata ma’ l-indiċi fil-valur tal-kapital prinċipali milħuq sa l-aħħar tas-sena.

Obbligazzjonijiet denominati f’muniti barranin, jew skambjati minn munita barranija permezz ta’ ftehim kontrattwali Ö għal Õ munita barranija oħra jew iktar għandhom jiġu konvertiti f’dawn il-muniti barranin Ö l-oħra bir-rata miftiehma f'dawn il- Õ kuntratti u għandhom Ö jinqalbu fil- Õ munita nazzjonali Ö fuq Õ bażi tar-rata ta’ kambju rappreżentattiva tas-suq li tipprevali fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull sena.

Obbligazzjonijiet denominati fil-munita nazzjonali u skambjati permezz ta’ ftehimijiet kontrattwali Ö għal munita barranija Õ għandhom jiġu konvertiti fil-munita barranija bir-rata miftiehma f’dawn il-kuntratti u għandhom jinqalbu fil-munita nazzjonali Ö fuq Õ bażi tar-rata rappreżentattiva tal-kambju tas-suq kif tipprevali fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull sena.

Obbligazzjonijiet denominati f’munita barranija u skambjati permezz ta’ ftehim kontrattwali Ö għal munita nazzjonali Õ għandhom jiġu konvertiti fil-munita nazzjonali skond ir-rata miftiehma f’dawn il-kuntratti.

ê 475/2000 Art. 1 punt 1 (adattat)

6. Ö “ Õ Prodott gross domestiku Ö ” Õ ifisser il-prodott grossdomestiku fil-prezzijiet kurrenti tas-suq (PGD mp) (B.1*g), kif definit fl-ESA 95.

ê 2103/2005 Art. 1 punt 1

Artikolu 2

1. L-iżbilanċ ippjanat tal-gvern u ċ-ċifri tal-livell ta ’ dejn tal-gvern iffissru dawk iċ-ċifri stabbiliti għas-sena kurrenti mill-Istati Membri. Huma għandhom ikunu l-previżjonijiet uffiċjali l-iktar reċenti, b’kont meħud tad-deċiżjonijiet l-iktar reċenti dwar il-b udget u ta’ l-iżviluppi u l-prospetti ekonomiċi. Huma għandhom ikunu prodotti fl-iqsar żmien possibbli qabel l-iskadenza tat-terminu perentorju għar-rappurtar.

2. Iċ-ċifri attwali ta’ l-iżbilanċ tal-gvern u tal-livell ta’ dejn tal-gvern ifissru r-riżultati stmati, provviżorji, semi-finalizzati jew finali għal sena li tkun għaddiet. Id- data ppjanata flimkien mad- data attwali għandhom jiffurmaw serje kronoloġika konsistenti fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-kunċetti.

ê 3605/93

KAPITOLU II

Regoli u pubblikazzjoni ta’ rapporti

Artikolu 3

ê 2103/2005 Art. 1 punt 2 (adattat)

1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ l-iżbilanċi ppjanati u attwali tal-gvern u l-livelli ta’ dejn tal-gvern Ö tagħhom Õ darbtejn fis-sena, l-ewwel darba qabel l-1 ta’ April tas-sena kurrenti (sena n) u t-tieni darba qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena n.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ liema Awtoritajiet Nazzjonali jkunu responsabbli għar-rappurtar fil-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv.

2. Qabel l-1 ta’ April tas-sena n, l-Istati Membri:

(a) għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ l-iżbilanċ ippjanat tal-gvern tagħhom għas-sena n , stima aġġornata ta’ l-iżbilanċ attwali tal-gvern tagħhom għas-sena n–1 u l-iżbilanċi attwali tal-gvern tagħhom għas-snin n–2 , n–3 u n–4 ;

(b) għandhom fl-istess waqt jipprovdu lill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ d- data ppjanata minnhom għas-sena n u d- data attwali għas-snin n–1 , n–2 , n–3 u n–4 ta’ l-iżbilanċi korrispondenti fl-estimi fil-kontijiet pubbliċi tagħhom skond id-definizzjoni mogħtija l-aktar prominenza f’pajjiżhom u skond iċ-ċifri li jispjegaw it-transizzjoni bejn l-iżbilanċ fl-estimi fil-kontijiet pubbliċi u l-iżbilanċ tal-gvern tagħhom għas-sub-settur S.1311;

(ċ) għandhom fl-istess waqt jipprovdu lill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ d- data attwali tagħhom għas-snin n–1 , n–2 , n–3 u n–4 tal-bilanċi operattivi korrispondenti tagħhom u biċ-ċifri li jispjegaw it-transizzjoni bejn il-bilanċi operattivi ta’ kull sub-settur tal-gvern u l-iżbilanċ tal-gvern tagħhom għas-sub-setturi S.1312, S.1313 u S.1314;

(d) għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ il-livell ippjanat minnhom tad-dejn tal-gvern fl-aħħar tas-sena n u l-livelli tagħhom tad-dejn attwali tal-gvern fl-aħħar tas-snin n–1 , n–2 , n–3 u n–4 ;

(e) għandhom fl-istess waqt jipprovdu lill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ, għas-snin n–1 , n–2 , n–3 u n–4, iċ-ċifri li jispjegaw il-kontribut ta’ l-iżbilanċ tal-gvern u fatturi oħra rilevanti għall-varjazzjoni fil-livell tad-dejn tal-gvern tagħhom għal kull subsettur.

3. Qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena n, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ:

(a) l-iżbilanċ ippjanat tal-gvern aġġornat minnhom għas-sena n u l-iżbilanċi attwali tal-gvern tagħhom għas-snin n–1 , n–2 , n–3 u n–4 u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti punti (b) u (ċ) tal-paragrafu 2;

(b) il-livell ippjanat tad-dejn tal-gvern aġġornat minnhom fl-aħħar tas-sena n u l-livelli tad-dejn attwali tal-gvern tagħhom fl-aħħar tas-snin n–1 , n–2 , n–3 u n–4 , u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti punt (e) tal-paragrafu 2.

ê 3605/93 (adattat)

4. Iċ-ċifri ta’ l-iżbilanċ ippjanat tal-gvern kif rappurtat lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ skond il-paragrafi 2 u 3 għandhom jintwerew fil-munita nazzjonali u skond is-snin ta’ l-estimi.

Iċ-ċifri ta’ l-iżbilanċ attwali tal-gvern u Ö tal-livell tad- Õ dejn attwali tal-gvern kif rappurtati lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ skond il-paragrafi 2 u 3 għandhom jintwerew fil-munita nazzjonali u skond is-snin kalendarji, ħlief għall-istimi aġġornati għas-sena n -1, li tista’ tintwera skond is-snin ta’ l-estimi.

Meta is-sena ta’ l-estimi ma tkunx taqbel mas-sena kalendarja, l-IstatiMembri għandhom ukoll jirrappurtaw lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ ċ-ċifri tagħhom tad-dejn attwali tal-gvern u kemm kien id-dejn attwali tal-gvern għas-sentejn ta’ l-estimi qabel is-sena kurrenti ta’ l-estimi.

ê 3605/93 (adattat)

è1 475/2000 Art. 1 punt 3

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom, skond il-proċedura Ö stabbilita Õ fl-Artikolu 3(1), (2) u (3), jagħtu lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ iċ-ċifri tan-nefqa tal-gvern tagħhom f’investimenti è1 u nefqa fuq l-imgħax (konsolidata) ç.

ê 3605/93 (adattat)

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ tbassir dwar il-prodott gross domestiku tagħhom għas-sena n u l-ammont attwali tal-prodott gross domestiku tagħhom għas-snin n -1, n -2, n -3 u n -4, fl-istess żmien kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).

ê 2103/2005 Art. 1 punt 3 (adattat)

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ, hekk kif issir disponibbli, b’kull reviżjoni Ö ewlenija Õ fiċ-ċifri, li jkunu diġà rappurtati, ta’ l-iżbilanċ u tad-dejn attwali u ppjanati tal-gvern.

2. Ir-reviżjonijiet Ö ewlenien Õ fiċ-ċifri attwali ta’ l-iżbilanċ u tad-dejn diġà rappurtati għandhom jiġu dokumentati adegwatament. F’kull każ, ir-reviżjonijiet li bihom jiġu maqbuża l-valuri ta’ referenza kif speċifikati fil-Protokoll Ö dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv Õ, jew ir-reviżjonijiet li jfissru li d- data ta’ Stat Membru ma għadhomx jaqbżu l-valuri ta’ referenza, għandhom jiġu rappurtati u dokumentati adegwatament.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw id-data attwali ta’ l-iżbilanċ u tad-dejn u data oħra tas-snin ta’ qabel rappurtati lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ skond l-Artikoli 3 sa 6.

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4 (adattat)

KAPITOLU III

Kwalità tad- data

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha regolarment tivvaluta l-kwalità kemm tad-data attwali rappurtata mill-Istati Membri kif ukoll tal-kontijiet tas-settur tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata, miġbura skond l-ESA 95 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “kontijiet tal-gvern”). Il-kwalità tad- data attwali tfisser konformità mar-regoli tal-kontabbiltà, kompletezza, affidabbiltà, puntwalità, u konsistenza tad- data statistika. Il-valutazzjoni Ö ser Õ tiffoka fuq oqsma speċifikati fl-inventarji ta’ l-Istati Membri bħad-delimitazzjoni tas-settur tal-gvern, il-klassifikazzjoni tat-transazzjonijiet u Ö ta' l-obbligazzjonijiet Õ tal-gvern, u ż-żmien ta’ reġistrazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat), fil-pront kemm jista’ jkun, l-informazzjoni statistika rilevanti mitluba għall-ħtiġijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tad-data, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità statistika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 Ö [12] Õ.

“Informazzjoni dwar l-istatistika” imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun limitata għall-informazzjoni strettament meħtieġa biex tiġi kontrollata l-konformità mar- regoli ta’ l-ESA. B’mod partikolari, informazzjoni dwar l-istatistika tfisser:

(a) data minn Kontijiet Nazzjonali;

(b) inventarji;

(ċ) tabelli ta’ notifika ta’ l-EDP;

(d) kwestjonarji u kjarifiki addizzjonali relatati man-notifiki.

Il-format tal-kwestjonarji għandu jiġi definit mill-Kummissjoni (l-Eurostat) wara konsultazzjoni tal-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-“CMFB”).

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4

3. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwalità tad- data attwali rappurtata mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jindirizza l-valutazzjoni ġenerali tad- data attwali rappurtata mill-Istati Membri fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-kontabbiltà, tal-kompletezza, ta’ l-affidabbiltà, tal-puntwalità, u tal-konsistenza tad- data .

Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) b ’inventarju dettaljat tal-metodi, proċeduri u sorsi użati sabiex tinġabar id- data ta’ l-iżbilanċ u tad-dejn attwali u tal-kontijiet tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata.

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4 (adattat)

2. L-inventarji għandhom jitħejjew skond linji gwida adottati mill-Kummissjoni (l-Eurostat) wara konsultazzjoni mas- Ö CMFB Õ.

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4

3. L-inventarji għandhom jiġu aġġornati wara reviżjonijiet fil-metodi, fil-proċeduri u fis-sorsi adottati mill-Istati Membri sabiex tinġabar id-data statistika tagħhom.

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-inventarji tagħhom pubbliċi.

5. Il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jistgħu jiġu ttrattati fiż-żjarat imsemmija fl-Artikolu 11.

Artikolu 10

1. Fl-eventwalità ta ’ dubbju rigward l-implementazzjoni korretta tar-regoli ta’ kontabbiltà ta’ l-ESA 95, l-Istat Membru konċernat għandu jitlob kjarifika mill-Kummissjoni (l-Eurostat). Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha minnufih teżamina l-kwistjoni u tikkomunika l-kjarifika tagħha lill-Istat Membru konċernat u, meta xieraq, lis-CMFB.

2. Għal każijiet li, fil-fehma tal-Kummissjoni jew ta’ l-Istat Membru konċernat, ikunu komplessi jew ta’ interess ġenerali, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tieħu deċiżjoni wara li tikkonsulta lis-CMFB. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tagħmel id-deċiżjonijiet pubbliċi, flimkien ma’ l-opinjoni tas-CMFB, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relattivi għall-kunfidenzjalità ta’ l-istatistika tar-Regolament (KE) Nru 322/97.

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4 (adattat)

Artikolu 11

1. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tiżgura djalogu permanenti ma’ l-awtoritajiet statistiċi ta’ l-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni (l-Eurostat) Ö għandha Õ twettaq fl-Istati Membri kollha żjarat regolari ta’ djalogu, kif ukoll żjarat metodoloġiċi eventwali.

2. Iż-żjarat ta’ djalogu huma maħsuba sabiex jirrevedu d-data rappurtata, sabiex jiġu eżaminati kwistjonijiet metodoloġiċi, sabiex jiġu diskussi proċessi u sorsi statistiċi deskritti fl-inventarji, u sabiex tiġi valutata l-konformità mar-regoli tal-kontabbiltà. Iż-żjarat ta’ djalogu għandhom jintużaw sabiex jiġu identifikati riskji jew problemi potenzjali dwar il-kwalità tad-data rappurtata.

3. Iż-żjarat metodoloġiċi ma għandhomx imorru lil hinn mill-qasam purament statistiku. Dan għandu jiġi rifless fil-kompożizzjoni tad-delegazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12.

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4

Iż-żjarat metodoloġiċi huma maħsuba sabiex jiġu sorveljati l-proċessi u l-kontijiet tal-gvern li jiġġustifikaw id-data attwali rappurtata u sabiex jitfasslu konklużjonijiet dettaljati dwar il-kwalità tad-data rappurtata, kif definit fl-Artikolu 8(1).

Iż-żjarat metodoloġiċi għandhom isiru biss f’każijiet fejn jiġu identifikati riskji sostanzjali jew problemi potenzjali fil-kwalità tad- data , b’mod speċjali fejn dawn jolqtu l-metodi, il-kunċetti u l-klassifikazzjoni applikati għad- data li l-Istati Membri huma obbligati li jirrappurtaw.

4. Meta torganizza żjarat ta’ djalogu u metodoloġiċi, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tittrasmetti l-konklużjonijiet provviżorji tagħha lill-Istati Membri konċernati għall-kummenti tagħhom.

Artikolu 12

1. Meta twettaq żjarat metodoloġiċi fl-Istati Membri, il-Kummissjoni (l-Eurostat) tista ’ titlob l-għajnuna ta’ esperti nazzjonali tal-kontabbiltà, proposti minn Stati Membri oħra fuq bażi volontarja, u ta’ uffiċjali minn dipartimenti oħra tal-Kummissjoni.

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4 (adattat)

Il-lista ta’ esperti tal-kontijiet nazzjonali li minnha l-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ tista’ titlob assistenza, se tkun kostitwita abbażi ta’ proposti mibgħuta lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-rappurtar Ö ta' l-iżbilanċ Õ eċċessiv.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw iż-żjarat metodoloġiċi. Dawn iż-żjarat għandhom ikunu limitati għall-awtoritajiet nazzjonali involuti fir-rappurtar tal-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jiżguraw li s-servizzi tagħhom li jkunu involuti direttament jew indirettament fil-produzzjoni tal-kontijiet u d-dejn tal-gvern, u fejn meħtieġ l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li jkollhom responsabbiltà funzjonali għall-kontroll tal-kontijiet pubbliċi, jipprovdu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew lill-esperti l-oħra msemmija fil-paragrafu (1) bl-għajnuna meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom, ukoll billi jagħmlu disponibbli dokumenti sabiex tiġi ġustifikata d- data attwali rappurtata dwar l-iżbilanċ u d-dejn u l-kontijiet tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata. Ir- records kunfidenzjali tas-sistema statistika nazzjonali għandhom jiġu pprovduti biss lill-Kummissjoni (l-Eurostat).

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ġenerali ta’ l-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġu faċilitati ż-żjarat metodoloġiċi, l-interlokuturi Ö tal-Kummissjoni ( Õ l-Eurostat Ö ) Õ għaż-żjarat metodoloġiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu huma, f’kull Stat Membru, is-servizzi responsabbli għar-rappurtar tal-proċedura Ö ta' l-iżbilanċ Õ eċċessiv.

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4

3. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tiżgura li l-uffiċjali u l-esperti li jipparteċipaw f’dawn iż-żjarat jissodisfaw kull garanzija fir-rigward ta’ kompetenza teknika, indipendenza professjonali u l-osservanza tal-kunfidenzjalità.

Artikolu 13

Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tirrapporta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju dwar il-konklużjonijiet taż-żjarat ta ’ djalogu u metodoloġiċi, inkluż kull kumment dwarhom magħmul mill-Istat Membru konċernat. Dawn ir-rapporti flimkien ma’ kull kumment mill-Istat Membru konċernat, wara li jkunu ġew trasmessi lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, għandhom isiru pubbliċi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97.

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4 (adattat)

KAPITOLU IV

Fornitura ta’ data mill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4

Artikolu 14

1. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi d-data attwali dwar l-iżbilanċ u d-dejn tal-gvern għall-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv, fi żmien tliet ġimgħat wara l-iskadenza tat-termini perentorji tar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 3(1) jew wara r-reviżjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 6(1). Din il-fornitura ta’ data għandha titwettaq permezz ta’ pubblikazzjoni.

2. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) ma għandhiex tittardja l-fornitura tad- data attwali ta’ l-iżbilanċ u d-dejn tal-gvern ta’ l-Istati Membri meta Stat Membru ma jkunx irrapporta d- data proprja tiegħu.

Artikolu 15

1. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) tista ’ tesprimi riżerva dwar il-kwalità tad- data attwali rappurtata mill-Istati Membri. Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru konċernat u lill-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju r-riżerva li jkollha l-ħsieb li tesprimi u tagħmel pubblika. Fejn il-kwistjoni tiġi solvuta wara l-pubblikazzjoni tad- data u tar-riżerva, l-irtirar tar-riżerva għandu jsir pubbliku immedjatament wara.

2. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) tista’ temenda d- data attwali rappurtata mill-Istati Membri u tipprovdi data emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d- data attwali rappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8(1). Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru konċernat u lill-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju d- data emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet ġenerali

ê 2103/2005 Art. 1 punt 4 (adattat)

Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data attwali rappurtata lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ tkun provduta skond il-prinċipji stabbiliti bl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 322/97. F’dan ir-rigward, ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali tkun li jiżguraw konformità tad- data rappurtata ma’ Ö l-Artikolu Õ 1 ta’ Ö dan ir-Regolament Õ u mar-regoli ta’ kontabbiltà ta’ l-ESA 95 li fuqhom tkun ibbażata.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-uffiċjali responsabbli għar-rappurtar tad- data attwali lill-Kummissjoni Ö (l-Eurostat) Õ u tal-kontijiet tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata jaġixxu skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 322/97.

Artikolu 17

Fl-eventwalità ta ’ reviżjoni ta’ l-ESA 95 jew ta’ emenda fil-metodoloġija tagħha deċiża mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni skond ir-regoli ta’ kompetenza u ta’ proċedura stabbiliti fit-Trattat u fir-Regolament (KE) Nru [2223/96], il-Kummissjoni għandha tintroduċi r-referenzi l-ġodda għall-ESA 95 fl-Artikoli 1 u 3 Ö ta’ dan ir-Regolament Õ.

ê

Artikolu 18

Ir-Regolament (KE) Nru 3605/93 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

é

ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 | (ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 475/2000 | (ĠU L 58, 3.3.2000, p. 1) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 351/2002 | (ĠU L 55, 26.2.2002, p. 23) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2103/2005 | (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1) |

_____________

ANNESS II

Tabella Ta ’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 3605/93 | Dan ir-Regolament |

Sezzjoni 1 | Kapitolu I |

Artikolu 1(1) sa (5) | Artikolu 1(1) sa (5) |

Artikolu 2 | Artikolu 1(6) |

Artikolu 3 | Artikolu 2 |

Sezzjoni 2 | Kapitolu II |

Artikolu 4(1) | Artikolu 3(1) |

Artikolu 4(2), l-ewwel sal-ħames inċiż | Artikolu 3(2)(a) sa (e) |

Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 3(3)(a) u (b) |

Artikolu 4(4) | Artikolu 3(4) |

Artikolu 5 | Artikolu 4 |

Artikolu 6 | Artikolu 5 |

Artikolu 7 | Artikolu 6 |

Artikolu 8 | Artikolu 7 |

Sezzjoni 2a | Kapitolu III |

Artikolu 8a(1) | Artikolu 8(1) |

Artikolu 8a(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 8a(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sar-raba’ inċiż | Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu, punti (a) sa (d) |

Artikolu 8(a)(2), it-tielet subparagrafu | Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 8(a)(3) | Artikolu 8(3) |

Artikolu 8b | Artikolu 9 |

Artikolu 8ċ | Artikolu 10 |

Artikolu 8d, l-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza | Artikolu 11(1) |

Artikolu 8d, l-ewwel paragrafu, it-tielet sentenza | Artikolu 11(3), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 8d, it-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza | Artikolu 11(2) |

Artikolu 8d, it-tieni paragrafu, it-tielet sentenza | Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 8d, it-tieni paragrafu, ir-raba’ u l-ħames sentenza | Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 8d, it-tielet paragrafu | Artikolu 11(4) |

Artikolu 8e | Artikolu 12 |

Artikolu 8f | Artikolu 13 |

Sezzjoni 2b | Kapitolu IV |

Artikolu 8g | Artikolu 14 |

Artikolu 8h | Artikolu 15 |

Sezzjoni 2ċ | Kapitolu V |

Artikolu 8i | Artikolu 16 |

Artikolu 8j | Artikolu 17 |

________ | Artikolu 18 |

________ | Artikolu 19 |

________ | Anness I |

________ | Anness II |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness I għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU C [...], [...], p. [...].

[8] ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).

[9] Ara l-Anness I.

[10] Ö ĠU L [310], [30.11.1996], p. [1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1267/2003 (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1)] Õ.

[11] ĠU L 112, 29.4.1997, p. 56.

[12] ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.