52008PC0065(02)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija /* KUMM/2008/0065 finali - AVC 2008/0027 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 11.2.2008

KUMM(2008) 65 finali

2008/0027 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Skond it-termini ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ l-2005 ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, għandu jintlaħaq qbil dwar l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju mar-Repubblika tal-Libanu permezz ta’ protokoll ma' dan il-Ftehim. L-istess Artikolu jipprevedi proċedura simplifikata, li permezz tagħha l-protokoll għandu jkun konkluż mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat. Din il-proċedura hija bla ħsara għall-kompetenzi tal-Komunità nnifisha.

Fit-23 ta’ Ottubru 2006 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja tali protokoll mal-Libanu fid-dawl ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007. In-negozjati ddewmu minħabba r-restrizzjonijiet esperjenzati mill-amministrazzjoni Libaniża u t-talba tagħha għal kjarifika anki lil hinn mill-ambitu tal-protokoll qabel ma wrew li jaqblu fil-prinċipju mat-test. Matul dawn in-negozjati ġie konkluż li mhu se tiżdied l-ebda konċessjoni addizzjonali kummerċjali fir-rigward ta' l-agrikoltura, il-prodotti agrikoli pproċessati u prodotti ta’ ħut ipproċċesati mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni eżistenti.

Il-proposti mehmuża huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-protokoll negozjat mal-Libanu jinsab mehmuż. L-aktar dispożizzjoni importanti tal-protokoll hija fir-rigward ta’ l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Libanu u l-inklużjoni ta’ l-ilsna uffiċjali ġodda ta’ l-UE.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex jadotta l-proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll.

Il-Parlament Ewropew ser jissejjaħ biex jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310, flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fit-23 ta' Ottubru 2006 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tinnegozja protokolli li jemendaw il-ftehimiet konklużi bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u pajjiżi terzi, bħal ma hu l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra,[1] sabiex titqies l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda ma' l-Unjoni Ewropea.

(2) Sussegwentement, intemmu n-negozjati mal-Libanu.

(3) L-Artikolu 8(2) tal-Protokoll innegozjat mal-Libanu jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

(4) Suġġett għall-possibbiltà tal-konklużjoni tiegħu aktar tard, il-Protokoll għandu jigi ffirmat f’isem il-Komunità u jiġi applikat b’mod provviżorju,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) awtorizzata/i biex tiffirma/jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija. It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mill-ewwel ta' Jannar 2007, suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu aktar tard.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

2008/0027 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra, kien iffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-[...]

(2) Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat għan-nom tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija.

It-test tal-Protokoll jinsab anness ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

PROTOKOLL

mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u r-Repubblika tal-Libanu fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRETTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

minn hawn 'il quddiem msejħa “Stati Membri tal-KE” rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Komunità” rappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea, fuq naħa

u r-REPUBBLIKA TAL-LIBANU

minn hawn 'il quddiem “il-Libanu”

fuq in-naħa l-oħra

BILLI l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra[2], minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”, kien iffirmat fi Brussell fis-1 ta’ April 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006.

BILLI t-Trattat dwar l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-Att dwar dan kien iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007;

BILLI fl-1 ta' Marzu 2003 daħal fis-seħħ Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu[3];

BILLI, skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, l-adeżjoni tal-Partijiet Kontraenti l-ġodda fil-Ftehim Ewro-Mediterranju jrid ikun hemm qbil dwarha bil-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju;

BILLI saru konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 22 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju biex jiġi żgurat li kienu tqiesu l-interessi reċiproċi tal-Komunità u tar-Repubblika tal-Libanu;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija b'dan isiru Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra, u għandhom, bl-istess mod kif għamlu l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, jadottaw u jqisu t-testi tal-Ftehim kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri.

L-EWWEL KAPITOLU: EMENDI GĦAT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU, INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Artikolu 2 (Regoli ta’ Oriġini)

Il-Protokoll 4 għandu jkun emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 18(4) huwa mibdul b’dan li ġej:

Iċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġa b'mod retrospettiv għandhom ikunu annotati b'waħda minn dawn il-frażijiet li ġejjin:

BG "ИЗДАДЕН ВПОСЛЕДСТВИЕ"

ES "EXPEDIDO A POSTERIORI"

CS "VYSTAVENO DODATEČNĔ"

DA "UDSTEDT EFTERFØLGENDE"

DE "NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT"

ET "VÄLJA ANTUD TAGASIULATUVALT"

EL "ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ"

EN "ISSUED RETROSPECTIVELY"

FR "DÉLIVRÉ A POSTERIORI"

IT "RILASCIATO A POSTERIORI"

LV "IZSNIEGTS RETROSPEKTĪVI"

LT "RETROSPEKTYVUSIS IŠDAVIMAS"

HU "KIADVA VISSZAMENŐLEGES HATÁLLYAL"

MT "MAĦRUĠ RETROSPETTIVAMENT"

NL "AFGEGEVEN A POSTERIORI"

PL "WYSTAWIONE RETROSPEKTYWNIE"

PT "EMITIDO A POSTERIORI"

RO "EMIS A POSTERIORI"

SL "IZDANO NAKNADNO"

SK "VYDANÉ DODATOČNE"

FI "ANNETTU JÄLKIKÄTEEN"

SV "UTFÄRDAT I EFTERHAND"

AR [pic]"

2. L-Artikolu 19(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

(…)

Il-kopja (duplicate) maħruġa b'dan il-mod trid tiġi annotata b'waħda minn dawn il-kelmiet li ġejjin:

BG "ДУБЛИКАТ"

ES "DUPLICADO"

CS "DUPLIKÁT"

DA "DUPLIKAT"

DE "DUPLIKAT"

ET "DUPLIKAAT"

EL "ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ"

EN "DUPLICATE"

FR "DUPLICATA"

IT "DUPLICATO"

LV "DUBLIKĀTS"

LT "DUBLIKATAS"

HU "MÁSODLAT"

MT "DUPLIKAT"

NL "DUPLICAAT"

PL "DUPLIKAT"

PT "SEGUNDA VIA"

RO "DUPLICAT"

SL "DVOJNIK"

SK "DUPLIKÁT"

FI "KAKSOISKAPPALE"

SV "DUPLIKAT"

AR [pic]"

3 L-Anness V huwa mibdul b’dan li ġej:

Verżjoni bil-Bulgaru

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera n° .. …(1).) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial . …(2).

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení …(1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v …(2).

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. ... (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i ... (2).

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. ...(1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte ...(2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. ...(1)) deklareerib, et need tooted on ...(2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ΄αριθ. ... (1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής ... (2).

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No ... (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of ... (2) preferential origin.

Verżjoni bil-Franċiż

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière n° ...(1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle ... (2)).

Verżjoni bit-Taljan

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n… (1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni bil-Latvjan

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. …(1)), deklarē, ka, iznemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no …(2).

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinès liudijimo Nr …(1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra(2) preferencinès kilmés prekés.

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: …(1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes …(2) származásúak.

Verżjoni bil-Malti

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru …(1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali …(2).

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. ... (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële ... oorsprong zijn (2).

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr …(1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają …(2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni bil-Portugiż

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira n°. ...(1)), declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial ...(2).

Verżjoni bir-Rumen

Exportatorul produselor ce fac ojiectul acestui document (autorizația vamalâ nr. …(1)) declará cá, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențialā …(2).

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia … (1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o ... (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja ... alkuperätuotteita (2).

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. ... (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande ... ursprung (2).

Verżjoni bl-Għarbi

[pic]

…………………………………………………………..(3)

(Il-post u d-data )

…………………………………………………………..(4)

(Il-firma ta’ l-esportatur, kif ukoll, l-isem tal-persuna li ttiffirma d-dikjarazzjoni għandhom ikunu indikati b’mod ċar)

(1) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela’ minn esportatur approvat, in-numru ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-esportatur approvat għandu jitniżżel f’dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt.

(2) L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra ta’ l-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b’mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu "CM".

(3) Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tinsab fid-dokument innifsu.

(4) F’każijiet fejn l-esportatur m’għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.

IT-TIENI KAPITOLU: DISPOżIZZJONIJIET TRANżIZZJONALI

Artikolu 3 (Provi ta' l-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva)

1. Il-provi ta’ oriġini maħruġa kif suppost mil-Libanu jew minn Stat Membru ġdid skond ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom għandhom ikunu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi taħt dan il-Protokoll, sakemm:

(a) l-akkwist ta’ tali oriġini jagħti trattament ta’ tariffa preferenzjali fuq il-bażi ta’ miżuri ta’ tariffi preferenzjali li jinsabu f’dan il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jew fis-Sistema Komunitarja ta’ Preferenzi Ġeneralizzati;

(b) il-prova ta' l-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data ta' l-adeżjoni;

(c) il-prova ta' l-oriġini tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta' erba' xhur mid-data ta' l-adeżjoni.

Meta prodotti ġew dikjarati għall-importazzjoni fil-Libanu jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta’ adeżjoni, skond ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejn il-Libanu u dak l-Istat Membru ġdid f'kull żmien, il-prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament skond dawn il-ftehimiet jew arranġamenti tista’ wkoll tkun aċċettata sakemm tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali f’perjodu ta’ erba' xhur mid-data ta’ adeżjoni.

2. Il-Libanu u l-Istati Membri l-ġodda huma awtorizzati li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom ingħata l-istatus ta’ “esportaturi approvati” fil-qafas ta’ ftehimiet preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom sakemm:

(a) tali dispożizzjoni tkun stipulata wkoll fil-ftehim konkluż qabel id-data ta’ l-adeżjoni bejn il-Libanu u l-Komunità; kif ukoll

(b) l-esportaturi approvati japplikaw ir-regoli ta' l-oriġini fis-seħħ f’dak il-ftehim.

Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jinbidlu, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ l-adeżjoni, b’awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skond it-termini tal-Ftehim.

3. It-talbiet ta' verifika sussegwenti tal-provi ta' oriġini maħruġa taħt il-ftehimiet preferenzjali dwar il-kummerċ ħieles jew arranġamenti awtonomi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' hawn fuq jistgħu jitressqu mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Libanu jew ta' l-Istati Membri l-ġodda u għandhom ikunu aċċettati minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara li tintbagħat il-prova ta' oriġini in kwistjoni.

Artikolu 4 (Prodotti fi tranżitu)

1. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu japplikaw għal merkanzija esportata mil-Libanu lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew minn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda lejn il-Libanu, li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 u li fid-data ta’ l-adeżjoni huma fi triqithom jew qed jinħażnu temporanjament, f’maħżen fid-dwana jew f’żona ħielsa fil-Libanu jew f’dak l-Istat Membru ġdid.

2. Trattament preferenzjali jista’ jingħata f’każijiet bħal dawn, soġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jimporta, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ adeżjoni, tal-prova ta’ oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jesporta.

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 5

Ir-Repubblika tal-Libanu timpenja ruħha li ma tressaq l-ebda pretensjoni, talba jew referenza u lanqas tibdel jew tirtira xi konċessjoni skond il-GATT 1994, l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII dwar dan it-tkabbir tal-Komunità.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju.

Artikolu 7

1. Dan il-Protokoll irid ikun approvat mill-Komunità, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika tal-Libanu skond il-proċeduri tagħhom stess.

2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti li jirreferi għalihom il-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

2. Dan il-Protokoll għandu japplika provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll inkiteb f’żewġ kopji f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet kontraenti u kull test huwa ugwalment awtentiku.

Artikolu 10

It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li huma parti integrali minnu, kif ukoll it-test ta' l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi miegħu huma mfassla bil-Bulgaru u r-Rumen u huma t-tnejn awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu japprova dawn it-testi.

GĦALL-ISTATI MEMBRI...

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA...

GĦAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU

[1] ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.

[2] ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.

[3] ĠU L 262, 30.9.2002, p. 2.