52008PC0039

Proposta għal direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità (test b’rilevanza ŻEE) (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0039 finali - COD 2008/0022 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 31.1.2008

KUMM(2008) 39 finali

2008/0022 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ […]

dwar il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità

(test b’rilevanza ŻEE)

(VERżJONI KKODIFIKATA)

(PREżENTATA MILL-KUMMISSJONI)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni ta’ l-ewwel Direttiva tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1968 dwar il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 68/151/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Direttiva kkodifikata.

Proposta għal

ê 68/151/KEE (adattat)

2008/0022 (COD)

Ö DIRETTIVA …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Õ

ta’

dwar il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu Ö 48 Õ tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 44(2) Õ (ġ) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Programm Ġenerali għat-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment[5], u b'mod partikolari t-Titolu VI tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Ö Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[7], Õ

Billi:

ê

(1) L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tad-9 ta’ marzu 1968 dwar il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità[8] ġiet emendata kemm –il darba b’mod sostanzjali[9]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 68/151/KEE premessi 1 u 2 (adattat)

(2) Il-kordinazzjoni ta' disposizzjonijiet nazzjonali dwar l-iżvelar, il-validità ta' obbligi li jkunu daħlu għalihom il-kumpaniji Ö limitati b'azzjonijiet jew għandhom xort'oħra responsabbiltà limitata Õ u n-nullità tagħhom hija ta' importanza speċjali, partikolarment għall-iskop ta' protezzjoni ta' l-interessi ta' terzi persuni.

ê 68/151/KEE premessa 4

(3) Id-dokumenti bażiċi tal-kumpanija għandhom jiġu żvelati sabiex partijiet terzi jkunu jistgħu jaċċertaw il-kontenut tagħhom u tagħrif ieħor dwar il-kumpanija, speċjalment dettalji tal-persuni li huma awtorizzati li jorbtu l-kumpanija.

ê 2003/58/KE premessa 6 (adattat)

(4) Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti u formalitajiet essenzali stabbiliti bil-liġi nazzjonali ta' l-Istati Membri, kumpaniji għandhom ikunu jistgħu jagħżlu biex jippreżentaw id-dokumenti u partikolaritajiet obbligatorji tagħhom permezz ta' stampat jew mezzi elettroniċi.

ê 2003/58/KE premessa 7

(5) Partijiet interessati għandhom ikunu jistgħu jiksbu mir-reġistru kopja ta' dawn id-dokumenti u partikolaritajiet permezz ta' stampat jew mezzi elettroniċi.

ê 2003/58/KE premessa 8

(6) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-gazzetta nazzjonali, nominata għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti u partikolaritajiet obbligatorji, f'forma stampata jew f'forma elettronika, jew biex jipprovdu għal żvelar b'mezzi ugwalment effettivi.

ê 2003/58/KE premessa 9 (adattat)

(7) Aċċess ‘l hinn mill-fruntieri għal informazzjoni fuq kumpaniji għandu Ö jiġi faċilitat Õ billi jippermettu, b'żieda ma' żvelar obbligatorju li jsir f'waħda mil-lingwi li tkun permessa mill-Istat Membru tal-kumpanija, reġistrazzjoni volontarja b'lingwi addizzjonali tad-dokumenti u partikolaritajiet meħtieġa. Partijiet terzi li jaġixxu in bona fede għandhom ikunu jistgħu joqogħdu fuq dawk it-traduzzjonijiet.

ê 2003/58/KE premessa 10 (adattat)

(8) Huwa xieraq li jiġi kjarifikat li l-istqarrija tal-partikolaritajiet obbligatorji stipulati Ö f’din id- Õ Direttiva għandha tkun inkluża fl-ittri u formoli ta' l-ordni kollha, sew jekk ikunu f'forma stampata jew bl-użu kull mezz ieħor. Fl-isfond ta' l-iżviluppi teknoloġiċi, ikun xieraq ukoll li Ö jkun previst Õ li dawn l-istqarrijiet jitqiegħdu fuq il-website ta' kull kumpanija.

ê 68/151/KEE premessa 5

(9) Il-protezzjoni ta' terzi għandha tiġi assigurata b'disposizzjonijiet li jirrestrinġu sa fejn l-iktar possibbli r-raġunijiet li għalihom obbligi aċċettati f'isem il-kumpanija ma jkunux validi.

ê 68/151/KEE premessa 6 (adattat)

(10) Huwa meħtieġ, sabiex tiġi assigurata ċertezza fil-liġi dwar relazzjonijiet bejn il-kumpanija u terzi, u wkoll bejn membri, Ö li jiġu limitati Õ il-każijiet li fihom tista' tinqala' n-nullità u l-effett retroattiv ta' dikjarazzjoni ta' nullità, u biex jiġi ffissat limitu ta' żmien qasir li fih terzi persuni jistgħu jagħmlu oġġezzjoni għal kull dikjarazzjoni bħal dik.

ê

(11) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ê 68/151/KEE (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Ö Kapitolu 1 Õ

Ö Kamp t'applikazzjoni Õ

Artikolu 1

Il-miżuri ta' kordinazzjoni preskritti b'din id-Direttiva għandhom japplikaw għal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar it-tipi ta' kumpaniji li ġejjin:

- Fil-Belġju :

de naamloze vennootschap, | la société anonyme, |

de commanditaire vennootschap op aandelen | la société en commandite par actions, |

de personenvennootschap met beperkte aansprakelijkheid; | la société de personnes à responsabilité limitée; |

ê 2006/99/KE Anness Pt A.1 (adattat)

- Fil-Bulgarija:

акционерно дружество, дружество с ограничена отговорност, командитно дружество с акции;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II, p. 338

- Fir-Repubblika Ċeka :

společnost s ručením omezeným, akciová společnost;

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 1(c)

- Fid-Danimarka :

aktieselskab, kommanditaktieselskab, anpartsselskab;

ê 68/151/KEE

- Fil-Ġermanja :

die Aktiengesellschaft, die Kommanditgesellschaft auf Aktien, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II, p. 338

- Fl-Estonja :

aktsiaselts, osaühing;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1972

- Fl-Irlanda :

companies incorporated with limited liability;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1979

- Fil-Greċja :

ανώνυμη εταιρία, εταιρία περιωρισμένης ευθύνης, ετερόρρυθμη κατά μετοχές εταιρία;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985

- Fi Spanja :

la sociedad anonima, la sociedad comanditaria por acciones, la sociedad de responsabilidad limitada;

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 1(a)

- Fi Franza :

la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée, la société par actions simplifiée;

ê 68/151/KEE

- Fl-Italja :

società per azioni, società in accomandita per azioni, società a responsabilità limitata;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II, p. 338

- F'Ċipru :

δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση, ιδιωτικές εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση;

- Fil-Latvja :

akciju sabiedrība, sabiedrība ar ierobežotu atbildību, komanditsabiedrība;

- Fil-Litwanja :

akcinė bendrovė, uždaroji akcinė bendrovė;

ê 68/151/KEE (adattat)

- Fil-Lussemburgu :

la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II, p. 338

- Fl-Ungerija :

részvénytársaság, korlátolt felelősségű társaság;

- F'Malta :

kumpanija pubblika/public limited liability company, kumpanija privata/private limited liability company;

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 1(b)

- Fl-Olanda :

de naamloze vennootschap, de besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994

- Fl-Awstrija :

die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschraenkter Haftung;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II, p. 338

- Fil-Polonja :

spółka z ograniczoną odpowiedzialnością, spółka komandytowo-akcyjna, spółka akcyjna;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985

- Fil-Portugall :

a sociedade anonima de responsabilidade limitada, a sociedade em comandita por acções, a sociedade por quotas de responsabilidade limitada;

ê 2006/99/KE Anness pt.A.1 (adattat)

- Fir-Rumanija:

societate pe acţiuni, societate cu răspundere limitată, societate în comandită pe acţiuni;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II, p. 338

- Fis-Slovenja :

delniška družba, družba z omejeno odgovornostjo, komaditna delniška družba;

- Fis-Slovakkja :

akciová spoločnosť, spoločnosť s ručením obmedzeným'.

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 1(d)

- Fil-Finlandja :

yksityinen osakeyhtiö/privat aktiebolag,julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994

- Fl-Isvezja :

aktiebolag;

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1972

- Fir-Renju Unit :

companies incorporated with limited liability;

ê 68/151/KEE (adattat)

Kapitolu 2

Pubbliċità

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw żvelar obbligatorju minn kumpaniji Ö msemmija fl-Artikolu 1 Õ ta' l-inqas id-dokumenti u dettalji li ġejjin:

(a) Id-dokument ta' kostituzzjoni, u l-istatuti jekk huma jinsabu f'dokument separat;

(b) Kull emenda għad-dokumenti msemmija f'(a), magħduda kull estensjoni ta' kemm ilha l-kumpanija;

(ċ) Wara kull emenda tad-dokument ta' kostituzzjoni jew ta' l-istatuti, it-test komplet tad-dokument jew statuti kif emendati sal-lum;

(d) Il-ħatra, it-tmiem ta' kariga u d-dettalji tal-persuni li sew bħala korp kostitwit skond liġi u sew bħala membri ta' kull korp bħal dak:

(i) huma awtorizzati li jirrappreżentaw il-kumpanija fit-trattattivi ma' terzi u fi proċedimenti legali; għandu jidher mill-iżvelar sew jekk il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw il-kumpanija jistgħux jagħmlu hekk waħedhom jew jekk għandhomx jaġixxu flimkien;

(ii) jieħdu parti fl-amministrazzjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpanija.

(e) Għall-inqas darba fis-sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt, fejn d-dokument ta' kostituzzjoni jew l-istatuti jsemmu kapital awtorizzat, kemm-il darba kull żieda fil-kapital sottoskritt teħtieġ emenda ta' l-istatuti;

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 2(a)

(f) Id-dokumenti ta' l- accounting għal kull sena finanzjarja, li huma meħtieġa li jkunu ppubblikati skond id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE[10], 83/349/KEE[11], 86/635/KEE[12] u 91/674/KEE[13];

ê 68/151/KEE

(ġ) Kull trasferiment taċ-ċentru tal-kumpanija;

(h) L-istralċ tal-kumpanija;

(i) Kull dikjarazzjoni ta' nullità tal-kumpanija mill-qrati;

(j) Il-ħatra ta' stralċjarji, dettalji dwarhom, u s-setgħat rispettivi tagħhom, kemm-il darba dawn is-setgħat huma espressament u esklussivament meħuda minn liġi jew mill-istatuti tal-kumpanija;

(k) It-terminazzjoni ta' l-istralċ u, fi Stati Membri meta tħassir mir-reġistru jinvolvi konsegwenzi legali, il-fatt ta' kull tħassir bħal dak.

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 3

Artikolu 3

1. F'kull Stat Membru, għandu jinfetaħ fajl fir-reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali jew reġistru tal-kumpaniji, għal kull waħda minn dawk il-kumpaniji rreġistrati fih.

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 3 (adattat)

Ö 2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, «b'mezzi elettroniċi» għandha tfisser li l-informazzjoni tintbagħat fil-bidu u jirċevuha fid-destinazzjoni tagħha permezz ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża kompressjoni diġitali) u ħażna ta' data, u tkun trasmessa totalment, imwassla u jkunu rċevuha b'mod li jkun stabbilit mill-Istati Membri bil-wajer, bir-radju b'mezzi ottiċi jew b'mezzi oħra elettromanjetiċi. Õ

3. Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li għandhom ikunu żvelati skond l-Artikolu 2 għandhom jinżammu fil-fajl, jew jiddaħħlu fir-reġistru; is-suġġett tan-notamenti fir-reġistru għandhom f'kull każ jidhru fil-fajl.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l- filing mill-kumpaniji, kif ukoll minn persuni jew korpi oħra meħtieġa li jagħmlu jew jgħinu biex isiru n-notifiki, tad-dokumenti u partikolaritajiet li għandhom ikunu żvelati skond l-Artikolu 2 ikunu jistgħu jsiru permezz ta' mezzi elettroniċi. B'żieda ma' dan, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-kumpaniji kollha, jew ċerti kategoriji, li jippreżentaw dawn id-dokumenti u partikolarijiet kollha, jew ċerti tipi tagħhom, b'mezzi elettroniċi.

Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 li jkunu ppreżentati , permezz ta' stampat jew b'mezzi elettroniċi, għandhom jinżammu fil-fajl, jew jiġu annotati fir-reġistru, f'forma elettronika. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li jkunu ppreżentati permezz ta' stampat jinbidlu bir-reġistru f'forma elettronika.

Id-dokumenti u partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 li kienu ppreżentati sal-31 ta' Diċembru 2006 ma Ö għandhomx ikunu meħtieġa liÕ jinbidlu awtomatikament f'forma elettronika mir-reġistru. L-Istati Membri għandhom b'danakollu jiżguraw li jinbidlu f'forma elettronika mir-reġistru meta jirċievu applikazzjoni biex jiżvelaw b'mezzi elettroniċi li jkunu ntbagħtu skond Ö il-miżuri Õ adottati biex idaħħlu fis-seħħ il-paragrafu 4.

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 3

4. Kopja tad-dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew kull parti minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 ikollha tkun disponibbli meta japplikaw għaliha. Applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lir-reġistru permezz ta' stampat jew mezzi elettroniċi skond kif jagħżel l-applikant.

Kopji kif hemm riferenza għalihom fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu disponibbli mir-reġistru permezz ta' stampat jew b'mezzi elettroniċi kif jagħżel l-applikant. Dan għandu japplika fil-każ tad-dokumenti u partikolaritajiet kollha, ippreżentati. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk id-dokumenti u partikolaritajiet kollha, jew ċerti tipi tagħhom, jiġux ippreżentati permezz ta' stampat jew qabel data li tista' ma tkunx aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006 għandhom ikunu disponibbli mir-reġistru permezz ta' mezzi elettroniċi jekk perjodu speċifiku jkun skada bejn id-data ta' meta jkun ġie ppreżentat u d-data ta' l-applikazzjoni li tkun ippreżentata lir-reġistru. Perjodu speċifikat bħal dan ma jistax ikun anqas minn 10 snin.

Il-prezz biex tinkiseb kopja ta' dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew uħud minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2, sew jekk permezz ta' stampat u sew jekk permezz ta' mezzi elettroniċi, m’għandux ikun aktar mill-prezz amministrattiv tagħhom.

Kopji stampati pprovduti għandhom ikunu ċertifikati bħala «kopji veri», kemm-il darba l-applikant ma jkunx jeħtieġ din iċ-ċertifikazzjoni. Kopji stampati pprovduti m’għandhomx ikunu ċertifikati bħala «kopji veri», kemm-il darba l-applikant b'mod espliċitu ma jitlobx din iċ-ċertifikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni ta' kopji elettroniċi jiggarantixxu sew l-awtentiċità ta' l-oriġini tagħhom kif ukoll l-integrità tal-kontenut tagħhom, permezz ta' l-anqas firma elettronika avvanzata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14].

5. Żvelar ta' dokumenti u partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandu jsir minn pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali nominata għal dak l-iskop minn Stat Membru, jew tat-test kollu jew ta' parti mit-test, jew permezz ta' riferenza għad-dokument li jkun ġie depożitat fil-fajl jew annotat fir-reġistru. Il-gazzetta nazzjonali maħtura għal dak l-iskop tista' tinżamm f'forma elettronika.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jibdlu l-pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali b'mezzi ugwalment effettivi, li jinvolvu ta' l-anqas l-użu ta' sistema li biha l-informazzjoni żvelata jista' jkun hemm aċċess għaliha b'ordni kronoloġiku permezz ta' bażi elettronika ċentrali.

6. Id-dokumenti u partikolaritajiet jistgħu jingħataw lil ħaddieħor mill-kumpannija lill-partijiet terzi biss wara li jkunu ġew żvelati skond il-paragrafu 5, kemm-il darba l-kumpannija ma tagħtix prova li l-partijiet terzi kienu jafu biha.

Madankollu, rigward transazzjonijiet li jsiru qabel is-16-il jum wara li jiġu żvelati, id-dokumenti u partikolaritajiet għandhom jingħataw lil partijiet terzi li jkunu taw prova li kien impossibbli għalihom li jkunu jafu bihom.

7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw kull diskrepanza f'dak li jkun żvelat skond il-paragrafu 5 u dak li jidher fir-reġistru jew fajl.

Madankollu, f'każi ta' diskrepanza, it-test żvelat skond il-paragrafu 5 jista' ma jingħatax lil partijiet terzi; dawn il-partijiet terzi jistgħu minkejja dan jafdaw fuqha, kemm-il darba l-kumpannija ma ġġibx provi li kellhom informazzjoni tat-testi depositati fil-fajl jew imdaħħla fir-reġistru.

Partijiet terzi jistgħu, b'żieda ma' dan, dejjem jafdaw fuq kull dokument u partikolarità li dwaru l-formalitajiet ta' żvelar għadhom ma ġewx kompluti, bla ħsara fejn il-fatt li ma jkunx hemm żvelar jikkawża li jkunu bla effett.

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 4

Artikolu 4

1. Dokumenti u partikolaritajiet li għandhom jiġu żvelati skond l-Artikolu 2 għandhom jiġu stipulati u ppreżentati f'waħda mil-lingwi li jistgħu jintużaw skond ir-regoli tal-lingwa applikabbli fl-Istati Membri li fihom il- fajl li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 3(1) jinfetaħ.

2. B'żieda ma' l-iżvelar obbligatorju li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 3, Stati Membri għandhom jippermettu li dokumenti u partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 jiġu żvelati volontarjament skond l-Artikolu 3 f'kull lingwa uffiċjali tal-Komunità.

L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li t-traduzzjoni ta' dawn id-dokumenti u partikolaritajiet tkun ċertifikata.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess minn partijiet terzi għat-traduzzjonijiet żvelati volontarjament.

3. B'żieda ma' dan l-iżvelar obbligatorju li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 3, u l-iżvelar volontarju previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, Stati Membri jistgħu jippermettu li d-dokumenti u partikolaritajiet relatati li jkunu żvelati, skond l-Artikolu 3, f'kull lingwa oħra.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li t-traduzzjoni ta' dawn id-dokumenti u partikolaritajiet ikunu ċertifikati.

4. Fil-każi ta' diskrepanza bejn id-dokumenti u partikolaritajiet żvelati fil-lingwi uffiċjali tar-reġistru u traduzzjonijiet żvelati volontarjament, din ta' l-aħħar tista' ma tkunx fdata minn terzi persuni. Terzi persuni jistgħu minkejja dan joqogħdu fuq it-traduzzjonijiet żvelati volontarjament, kemm-il darba l-kumpannija tagħti provi li partijiet terzi ma kellhomx informazzjoni tal-verżjoni li kienet bla ħsara għall-isvelar obbligatorju.

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 5

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-ittri u l-formoli ta' l-ordnijiet, jekk ikunu f ’forma stampata jew jużaw kull mezz ieħor, għandhom jiddikjaraw il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a) l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat ir-reġistru li fih il-fajl imsemmi fl-Artikolu 3 jinżamm, flimkien man-numru tal-kumpannija f'dak ir-reġistru;

(b) il-forma legali tal-kumpannija, il-lokalità ta' l-uffiċċju reġistrat tagħha u, fejn hu xieraq, il-fatt li l-kumpannija qed ixxolji.

Fejn, f'dawn id-dokumenti, issir riferenza tal-kapital tal-kumpannija, ir-riferenza għandha tkun għal kapital sottoskritt u mħallas.

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l- websites tal-kumpannija jkun fihom ta' l-anqas il-partikolaritajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu u, jekk applikabbli, ir-riferenza għall-kapital sottoskritt u mħallas.

ê 68/151/KEE

Artikolu 6

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi liema persuni għandho m iwettqu l-formalitajiet ta' l-iżvelar.

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 6

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali xierqa ta' l-anqas fil-każ ta':

(a) nuqqas li jiżvelaw dokumenti ta' l- accounting kif meħtieġ fl-Artikolu 2(f);

(b) ommissjoni minn dokumenti kummerċjali jew minn kull website ta' kumpannija tal-partikolaritajiet previsti fl-Artikolu 5.

ê 68/151/KEE

Kapitolu 3

Validità ta' obbligi li kumpanija tkun daħlet għalihom

Artikolu 8

Jekk, qabel kumpanija li qed tiġi ffurmata akkwistat personalità legali, twettqet azzjoni f'isimha u l-kumpanija ma tassumix l-obbligi li joħorġu minn dik l-azzjoni, il-persuni li aġixxew għandhom, mingħajr limitu, ikunu responsabbli għalihom flimkien u separatament, kemm-il darba mhux miftiehem xort'oħra.

Artikolu 9

It-tkomplija tal-formalitajiet ta' l-iżvelar tad-dettalji dwar il-persuni li, bħala organu tal-kumpanija, huma awtorizzati biex jirrappreżentawha għandha tikkostitwixxi ostakolu għal kull irregolarità fil-ħatra tagħhom li wieħed għandu joqgħod fuqha fil-konfront ta' terzi kemm-il darba l-kumpanija tipprova li dawk it-terzi kellhom konoxxenza tagħha.

Artikolu 10

1. Atti magħmula mill-organi tal-kumpanija għandhom jorbtuha anki jekk dawk l-atti mhumiex fl-għanijiet tal-kumpanija, kemm-il darba dawk l-atti ma jeċċedux is-setgħat li l-liġi tagħti jew tħalli li jingħataw lil dawk l-organi.

Iżda, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-kumpanija m'għandhiex tkun marbuta meta dawk l-atti huma barra l-għanijiet tal-kumpanija, jekk hija tipprova li l-parti terza kienet taf li l-att kien barra dawk l-għanijiet jew li ma setgħatx in vista taċ-ċirkustanzi ma kienx jaf bihom; l-iżvelar ta' l-istatuti m'għandux ikun fih innifsu prova suffiċjenti ta' dawn.

2. Il-limiti fuq is-setgħat ta' l-organi tal-kumpanija, li joħorġu mill-istatuti jew minn deċiżjoni ta' l-organi kompetenti, ma jistax wieħed joqgħod fuqhom fil-konfront ta' terzi, anki jekk huma ġew żvelati.

3. Jekk il-liġi nazzjonali tiddisponi li awtorità biex tirrappreżenta kumpanija tista', b'deroga mir-regoli legali li jirregolaw is-suġġett, tiġi mogħtija mill-istatuti lil persuna waħda jew diversi persuni li jaġixxu flimkien, dik il-liġi tista' tiddisponi li disposizzjoni bħal dik fl-istatuti jista' wieħed joqgħod fuqha fil-konfront ta' terzi bil-kondizzjoni li din tirrelata għas-setgħa ġenerali ta' rappreżentazzjoni; il-kwistjoni jekk dik id-disposizzjoni jistax wieħed joqgħod fuqha fil-konfront ta' terzi għandha tiġi regolata bl-Artikolu 3.

Kapitou 4

Nullità tal-kumpanija

Artikolu 11

Fl-Istati Membri kollha li l-liġijiet tagħhom ma jiddisponux għal kontroll preventiv, amministrattiv jew ġudizzjarju, fiż-żmien tal-formazzjoni ta' kumpanija, id-dokument ta' kostituzzjoni, l-istatuti tal-kumpanija u kull emenda għal dawk id-dokumenti għandhom jiġu mfassla u ċċertifikati fil-forma legali xierqa.

ê 68/151/KEE (adattat)

Artikolu 12

1. Il-liġijiet ta' l-Istati Membri jistgħu jiddisponu għan-nullità ta' kumpaniji biss fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) in-nullità għandha tiġi ordnata b'deċiżjoni ġudizzjarja;

(b) in-nullità tista' tiġi ordnata Ö biss fil-każijiet msemmijin fil-punti (i) sa (vi): Õ

(i) li ebda dokument kostituzzjonali ma ġie esegwit jew li r-regoli ta' kontroll preventiv jew il-formalitajiet legali rikjesti ma ġewx imħarsa;

(ii) li l-għanijiet tal-kumpanija mhumiex skond il-liġi jew huma kontra l-politika pubblika;

(iii) li d-dokument kostituzzjonali jew l-istatuti ma jiddikjarawx l-isem tal-kumpanija, l-ammont tas-sottoskrizzjonijet individwali ta' kapital, l-ammont totali tal-kapital sottoskritt jew l-għanijiet tal-kumpanija;

(iv) nuqqas ta' tħaris tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-ammont minimu ta' kapital li għandu jitħallas;

(v) l-inkapaċità tas-soċji fundaturi kollha;

(vi) li, kontra l-liġi nazzjonali li tirregola l-kumpanija, in-numru ta' soċji fundaturi huwa inqas minn tnejn.

Barra mir-raġunijiet ta' nullità msemmijin qabel, kumpanija ma għandhiex tkun suġġetta għal xi kawża ta' nuqqas ta' eżistenza, nullità assoluta, nullità relattiva jew dikjarazzjoni ta' nullità.

ê 68/151/KEE

Artikolu 13

1. Il-kwistjoni jekk deċiżjoni ta' nullità dikjarata minn qorti tal-ġustizzja jistax wieħed joqgħod fuqha fil-konfront ta' terzi għandhiex tiġi regolata mill-Artikolu 3. Meta l-liġi nazzjonali tagħti s-setgħa lil parti terza li tikkontesta d-deċiżjoni, hija tista' tagħ mel dan fi żmien sitt xhur min-notifika pubblika tad-deċiżjoni li tingħata mill-qorti.

2. Nullità għandha tfisser l-istralċ tal-kumpanija, kif ukoll jista' jfisser xoljiment.

3. Nullità ma tistax fiha nnifisha tolqot il-validità ta' xi obbligu li bih tkun intrabtet kumpanija jew li oħrajn jkunu ntrabtu magħha, bla ħsara għall-konsegwenzi ta' l-istralċjar tal-kumpanija.

4. Il-liġijiet ta' kull Stat Membru jistgħu jiddisponu għall-konsegwenzi ta' nullità fejn jidħlu membri tal-kumpanija.

5. Id-detenturi ta' azzjonijiet ta' kapital għandhom jibqgħu obbligati jħallsu l-kapital miftiehem li jkun sottoskritt minnhom iżda li jkun għadu ma ġiex imħallas, safejn obbligi li jsiru ma' kredituri hekk jeħtieġu.

Kapitolu 5

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 14

ê 68/151/KEE (adattat)

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet Ö essenzjali Õ fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

ê 2003/58/KE Art. 1, pt. 3

Artikolu 15

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa l-1 ta' Jannar 2012, rapport, flimkien ma' proposta, jekk ikun xieraq, għall-emenda ta' din id-direttiva fl-isfond ta' l-esperjenza miksuba meta japplikawha, bl-iskopijiet tagħha u bl-iżviluppi teknoloġiċi osservati dak il-ħin.

ê

Artikolu 16

Id-Direttiva 68/151/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 17

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum w ara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 68/151/KEE

Artikolu 18

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ê

ANNESS I

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 16)

Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE (ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8) |

Anness I, punt III.H ta' l-Att ta' Adeżjoni 1972 (ĠU L 73, 27.3.1972, p. 89) |

Anness I, Punt III.C ta' l-Att ta' Adeżjoni 1979 (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 89) |

Anness I, punt II.D ta' l-Att ta' Adeżjoni 1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 157) |

Anness I, punt XI.A ta' l-Att ta' Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 194) |

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/58/KE (ĠU L 221 ta’ l-4.9.2003, p. 13) |

Anness II, punt II.4.A ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 338) |

Direttiva 2006/99/KE tal-Kunsill (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137) | punt A.1 ta' l-Anness biss |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 16)

Directive | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

68/151/KEE | 11 ta’ Novembru 1969 |

2003/58/KE | 30 ta’ Diċembru 2006 |

2006/99/KE | 1 ta' Jannar 2007 |

_____________

ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 68/151/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2 | Artikolu 2 |

Artikolu 3(1) | Artikolu 3(1) |

Artikolu 3(2) | Artikolu 3(3) |

Artikolu 3(3) | Artikolu 3(4) |

Artikolu 3(4) | Artikolu 3(5) |

Artikolu 3(5) | Artikolu 3(6) |

Artikolu 3(6), l-ewwel u t-tieni subparagrafu | Artikolu 3(7), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |

Artikolu 3(7) | Artikolu 3(7), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 3(8) | Artikolu 3(2) |

Artikolu 3a | Artikolu 4 |

Artikolu 4 | Artikolu 5 |

Artikolu 5 | Artikolu 6 |

Artikolu 6 | Artikolu 7 |

Artikolu 7 | Artikolu 8 |

Artikolu 8 | Artikolu 9 |

Artikolu 9 | Artikolu 10 |

Artikolu 10 | Artikolu 11 |

Artikolu 11, sentenza tal-bidu | Artikolu 12, sentenza tal-bidu |

Artikolu 11, punt 1 | Artikolu 12, punt (a) |

Artikolu 11, punt 2, sentenza tal-bidu | Artikolu 12, punt (b), sentenza tal-bidu |

Artikolu 11, punt 2, punti (a) sa (f) | Artikolu 12, punt (b), punti (i) sa (vi) |

Artikolu 12 | Artikolu 13 |

Artikolu 13, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu | __ |

Artikolu 13 ir-raba' subparagrafu | Artikolu 14 |

__ | Artikolu 17 |

__ | Artikolu 15 |

__ | Artikolu 16 |

__ | Artikolu 17 |

__ | Anness I |

__ | Anness II |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness I, parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU 2, 15.1.1962, p. 36/62.

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU C [...], [...], p. [...].

[8] ĠU L 65 14.3.1968 p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/99/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137).

[9] Ara l-Anness I, Parti A.

[10] ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

[11] ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

[12] ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

[13] ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7.

[14] ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.