21.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 15/64


Il-Ħamis, 23 ta' Ottubru 2008
Ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità

P6_TA(2008)0520

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz għal regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati mal-prospetti u r-reklami u għall-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 dwar l-użu minn dawk li joħorġu titoli ta' pajjiżi terzi ta' standards nazzjonali ta' kontabilita ta' ċertu pajjiżi terzi u l-istandards ta' rappurtar finanzjarji internazzjonali biex jippreparaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati

2010/C 15 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (1), b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (2), b'mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali ta' kontabilita (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skont id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

wara li kkunsidra l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 li temenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li timplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati ma prospectuses u riklami,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 dwar l-użu minn dawk li joħorġu titoli ta' pajjiżi terzi ta' standards nazzjonali ta' kontabilita ta' ċertu pajjiżi terzi u l-istandards ta' rappurtar finanzjarji internazzjonali biex jippreparaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5)

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2007 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 dwar l-istandards tal-kontabilità li bi qbil magħhom titfassal l-informazzjoni storika li jkun fihom il-Prospetti dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu minn entitajiet ta' pajjiżi terzi li joħorġu t-titoli ta' informazzjoni ppreparata skont standards tal-kontabilità rikonoxxuti internazzjonalment (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Fir-rigward tal-abbozz għal regolament u l-abbozz għal deċiżjoni

1.

Jinnota l-progress miksub mill-Kummissjoni fl-eliminazzjoni tar-rekwiżiti ta' rikonċiljazzjoni għall-entitatjiet tal-UE li joħorġu t-titoli f'pajjiżi terzi; jagħraf il-passi li ttieħdu lejn ir-rikonoxximent tal-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati ta' Kontabilità tal-US (US GAAP) u l-Istandards ta' Rappurtar Finanzjarju Internazzjonali (IFRS) kif adottati mill-UE;

2.

Huwa tal-fehma li l-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati ta' Kontabilità ta' pajjiżi terzi (pajjiżi terzi GAAP) għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-IFRS kif adottat skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jekk l-investituri jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu deċiżjoni simili irrispettivament minn jekk ikunux ġew ipprovduti b'rendikonti finanzjarji bbażati fuq l-IFRS jew fuq il-GAAP ta' pajjiż terz u jekk l-assigurazzjoni u l-infurzar tal-verifika fuq il-livelli ta' entità humiex biżżejjed biex l-investituri joqogħdu fuqhom;

3.

Iqis li r-regolaturi għandhom iżommu djalogu attiv għaddej mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti tal-IFRS u jsaħħu l-koperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni;

4.

Jinnota li l-IFRS maħruġa mill-Bord ta' Standards ta' Kontabilità Internazzjonali (IASB) jipprovdu bażi soda biex ir-regolaturi jaħdmu fuq il-konverġenza tal-istandards tal-kontabilità globalment; huwa tal-fehma li l-applikazzjoni dinjija tal-istandards tal-kontabilità aċċettati tista' ttejjeb it-trasparenza u t-tqabbil tar-rendikonti finanzjarji, u b'hekk toffri benefiċċji sostanzjali kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-investituri;

5.

Jemmen li l-ħolqien tal-konverġenza tal-istandards tal-kontabilità jikkostitwixxi kompitu importanti, però jenfasizza li l-għan aħħari jrid ikun li kull ġurisdizzjoni tadotta l-IFRS filwaqt li tirrispetta l-qafas demokratiku u legali tagħha;

6.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 li jipprovdi għad-definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz; jenfasizza li r-Regolament (KE) Nru 1569/2007 jeħtieġ li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tippermetti l-emittenti Komunitarji jużaw l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat;

7.

Jinnota li l-Istati Uniti biss tirrikonoxxi r-rapporti finanzjarji skont l-IFRS kif maħruġa mill-IASB; jirrikonoxxi madankollu li l-Istati Uniti jippermettu li jkun hemm perjodu ta' tranżizzjoni qasir li matulu rendikonti finanzjarji preparati taħt l-IFRS kif adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jiġu aċċettati wkoll mingħajr il-ħtieġa ta' rikonċiljazzjoni;

8.

Jenfasizza li ċertu pajjiżi terzi ma stqarrux b'mod ċar u pubblikament meta se japplikaw l-IFRS għall-emittenti domestiċi tagħhom;

9.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 u din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jilqa' l-pjanijiet direzzjonali li ġew ippreżentati reċentement minn ċerti pajjiżi terzi sabiex jaqilbu għall-IFRS. jitlob lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja l-progress ta' dawk il-pjanijiet direzzjonali mħabbra pubblikament bil-għan li jitneħħa r-rikonoxximent ta' ekwivalenza meta jintlaħqu d-dati predeterminati tal-bidla;

11.

Jinnota li saru proposti sabiex tiġi żviluppata governanza tal-IASB;

12.

Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport tal-Kummissjoni tat-22 ta' April 2008 dwar il-progress li qed isir fl-eliminazzjoni ta' rekwiżiti ta' rikonċiljazzjoni u għall-isforzi magħmula minn dawk li jistipulaw l-istandards tal-kontabilitá (accounting standard setters) f'pajjiżi terzi biex dawn jikkonformaw mal-IFRS;

13.

Jipproponi li jimmodifika l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni kif ġej:

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

MODIFIKA

Modifika 1

Abbozz ta' regolament — Att li jemenda

Premessa 3

(3)

Għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz mal-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz.

(3)

Għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz mal-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz. Ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 jirrikjedi wkoll li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun tali li l-emittenti Komunitarji jiġu permessi li jużaw l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat.

Modifika 2

Abbozz ta' regolament — Att li jemenda

Premessa 6

(6)

Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju 2008 u fi …. rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP tal-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.

(6)

Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju u f'Ottubru 2008 rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP tal-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel u l-Indja fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.

Modifika 3

Abbozz ta' regolament — Att li jemenda

Premessa 7

(7)

Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB ikkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-IFRS ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP tal-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.

(7)

Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB ikkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-IFRS kif maħruġ mill-IASB ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP tal-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.

Modifika 4

Abbozz ta' regolament — Att li jemenda

Premessa 12a (ġdida)

 

(12a)

Il-Gvern Indjan u l-Istitut Indjan tal-Akkawntants Ikkwalifikati ħadu impenn pubbliku f'Lulju 2007 li se jadottaw l-IFRS sal-31 ta' Diċembru 2011 u qed jieħdu miżuri effikaċi biex jiżguraw it-tranżizzjoni għall-IFRS, f'waqtha u sħiħa, sa dik id-data.

Modifika 5

Abbozz ta' regolament — Att li jemenda

Artikolu 1 — punt 1

Regolament (KE) Nru 809/2004

Artikolu 35 — paragrafu 5 A

5A.   L-emittenti ta' pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għal obbligu, skond l-Anness I, punt 20.1; l-Anness IV, punt 13.1; l-Anness VII, punt 8.2; l-Anness X, punt 20.1 jew l-Anness XI, punt 11.1, li jerġgħu jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara dik id-data, jew għal obbligu skond l-Anness VII, punt 8.2.bis; l-Anness IX, punt 11.1; jew l-Anness X, punt 20.1.bis, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji tal-kontabbiltà li permezz tagħhom tkun tfasslet it-tali informazzjoni, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ippreparata skond il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kanada jew ir-Repubblika tal-Korea.

5A.   L-emittenti ta' pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għal obbligu, skont l-Anness I, punt 20.1; l-Anness IV, punt 13.1; l-Anness VII, punt 8.2; l-Anness X, punt 20.1 jew l-Anness XI, punt 11.1, li jerġgħu jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabe is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara dik id-data, jew għal obbligu skond l-Anness VII, punt 8.2.bis; l-Anness IX, punt 11.1; jew l-Anness X, punt 20.1.bis, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji tal-kontabilità li permezz tagħhom tkun tfasslet tali informazzjoni, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ippreparata skont il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kanada, ir-Repubblika tal-Korea jew ir-Repubblika tal-Indja .

Modifika 6

Abbozz ta' regolament — Att li jemenda

Artikolu 1a (ġdid)

 

Artikolu 1a (ġdid)

Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja, bl-għajnuna teknika tas-CESR, l-isforzi magħmula minn pajjiżi terzi biex joqorbu lejn l-adozzjoni tal-IFRS u żżomm għaddej djalogu attiv mal-awtoritajiet matul il-proċess ta' konverġenza. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar il-progress f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat ta' Titoli Ewropej (ECS) matul l-2009.

Modifika 7

Abbozz ta' regolament — Att li jemenda

Artikolu 1b (ġdid)

 

Artikolu 1b (ġdid)

Dati mħabbra pubblikament għall-bidla lejn l-IFRS minn pajjiżi terzi għandhom iservu ta' dati ta' referenza sabiex titneħħa l-ekwivalenza rikonoxxuta għal pajjiżi terzi bħal dawn.

14.

Jipproponi li jemenda l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kummissjoni kif ġej:

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

MODIFIKA

Modifika 8

Abbozz ta' deċiżjoni

Premessa 5

(5)

Għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz mal-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz.

(5)

Għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz mal-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz. Ir-Regolament (KE) 1569/2007 jirrikjedi wkoll li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun tali li l-emittenti Komunitarji jiġu permessi li jużaw l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat.

Modifika 9

Abbozz ta' deċiżjoni

Premessa 7

(7)

Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju 2008 u … rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP tal-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada u l-Korea t'Isfel fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.

(7)

Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju 2008 u f'Ottubru 2008 rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP tal-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel u l-Indja fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.

Modifika 10

Abbozz ta' deċiżjoni

Premessa 8

(8)

Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB kkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skond l-IFRS ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP tal-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.

(8)

Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB kkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skond l-IFRS kif maħruġ mill-IASB ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP tal-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.

Modifika 11

Abbozz ta' deċiżjoni

Premessa 13a (ġdid)

 

(13a)

Il-Gvern Indjan u l-Istitut Indjan tal-Akkawntants Ikkwalifikati ħadu impenn pubbliku f'Lulju 2007 li se jadottaw l-IFRS sal-31 ta' Diċembru 2011 u qed jieħu miżuri effikaċi biex jiżguraw it-tranżizzjoni għall-IFRS, f'waqtha u sħiħa, sa dik id-data.

Modifika 12

Abbozz ta' deċiżjoni

Artikolu 1 — paragrafu 1 — parti introduttorja

Mill-1 ta' Jannar 2009, minbarra l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, emittent ta' pajjiż terz għandu jitħalla jipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati tiegħu skont l-istandards li ġejjin:

Mill-1 ta' Jannar 2009, minbarra l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, l-istandards li ġejjin se jitiqiesu ekwivalenti għall-IFRS adodatti skont ir-Regolament (EK) Nru 1606/2002 rigward ir-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta' nofs is-sena:

Modifika 13

Abbozz ta' deċiżjoni

Artikolu 1 — paragrafu 2

Qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012, emittent ta' pajjiż terz għandu jitħalla jipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta' kull sitt xhur tiegħu skond il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew il-Kanada jew ir-Repubblika tal-Korea.

Qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012, emittent ta' pajjiż terz għandu jitħalla jipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta' kull sitt xhur tiegħu skond il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew il-Kanada, ir-Repubblika tal-Korea jew ir-Repubblika tal-Indja .

Modifika 14

Abbozz ta' deċiżjoni

Artikolu 1a ġdid

 

Artikolu 1 a

Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja, bl-għajnuna teknika tas-CESR, l-isforzi magħmula minn pajjiżi terzi biex joqorbu lejn l-IFRS u żżomm għaddej djalogu attiv mal-awtoritajiet matul il-proċess ta' konverġenza. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar il-progress f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ECS) matul l-2009.

Modifika 15

Abbozz ta' deċiżjoni

Artikolu 1b ġdid

 

Artikolu 1 b

Dati mħabbra pubblikament minn pajjiżi terzi fir-rigward tal-bidla lejn l-IFRS għandhom iservu ta' dati ta' referenza sabiex titneħħa l-ekwivalenza rikonoxxuta għal dawk il-pajjiżi terzi.

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(2)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(3)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0527.