|
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 279/12 |
L-Istrateġija għall-ibgħad reġjuni: Kisbiet u Prospettivi fil-Ġejjieni
P6_TA(2008)0210
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2008 dwar l-Istrateġija għall-ibgħat reġjuni: Kisbiet u Prospettivi fil-Ġejjieni (2008/2010(INI))
(2009/C 279 E/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2007 bl-isem “Strateġija għall-ibgħad reġjuni: kisbiet u prospettivi” (COM(2007)0507), tat-12 ta' Mejju 2004 (COM(2004)0343) u tat-23 ta' Awissu 2004 (COM(2004)0543) bl-isem “Sħubija msaħħa għall-ibgħad reġjuni”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 229 paragrafu 2 tat-Trattat KE li se jiġi sostitwit mill-Artikoli 349 u 355 dwar l-operat tal-Unjoni Ewropea wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar l-ispeċifiċitajiet tal-ibgħad reġjuni u l-Artikolu 107, paragrafu 3, punt a), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-14 ta' Diċembru 2007, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tat-XIII–il Konferenza tal-Presidenti tal-ibgħad reġjuni ffirmata f'Madeira fil-5 ta' Ottubru 2007, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2000 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 299, paragrafu 2: l-ibgħad reġjuni tal-Unjoni Ewropea (1), il-pożizzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi fil-qasam tal-agrikoltura favur l-ibgħad reġjuni tal-Unjoni (2), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2005 dwar sħubija msaħħa għall-ibgħad reġjuni (3). |
|
— |
wara li kkonsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0158/2008), |
|
A. |
iqis li l-gżejjer Azores, il-gżejjer Kanari, il-Guadeloupe, Madeira, il-Martinique u La Réunion huma kkaratterizzati mill-akkumulazzjoni ta' żvantaġġi permanenti u intensi 'mod partikolari d-distanza mill-kontinent Ewropew, l-insularità jew l-għeluq, il-klima u t-topografija diffiċli u ċ-ċokon tas-swieq, |
|
B. |
billi Saint-Martin u Saint-Barthélemy li huma amministrattivament u politikament separati mill-Guadalope, jidhru huma speċifikament imsemmija fl-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar l-operat tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat KE kif emendat mit-Trattat ta' Liżbona) bħala l-ibgħad reġjuni ġodda (RUP), |
|
C. |
billi l-istruttura tal-ekonomiji tal-ibgħad reġjuni hija kkaratterizzata minn rabta stretta mal-agrikoltura u mas-sajd, li jikkostitwixxu attività li flimkien mas-servizzi ta' attività ekonomika (b'mod partikolari s-servizzi turistiċi), jirrapreżentaw sorsi importanti ta' impjieg f'dawn ir-reġjuni, |
|
D. |
billi l-ibgħad reġjuni huma dipendenti, mil-lat soċjoekonomiku, mir-riżorsi tas-sajd taz-zoni ekonomiċi esklussivi tagħhom (ZEE), u billi z-zoni tas-sajd jippreżentaw fraġilità kbira mil-lat bijoloġiku, |
|
E. |
billi l-ambjent ġeografiku immedjat tal-ibgħad reġjuni joffri opportunità ta' suq limitat ħafna, filwaqt li s-swieq tal-ibgħad reġjuni huma partikolarment attraenti għall-pajjiżi terzi ġirien kollha, |
|
F. |
billi l-ibgħad reġjuni jinsabu f'pożizzjoni ta' dipendenza assoluta fuq il-mezzi ta' trasport, u billi l-ispejjeż addizzjonali marbutin mat-trasport ta' persuni u oġġetti, in-nuqqas ta' frekwenza jew l-abbandun totali, il-livell għoli ta' tariffi, id-diffikultajiet biex jitwaqqaf jew biex jinżamm mezz ta' trasport fuq livell reġjonali, jikkostitwixxu ostakoli kbar għall-iżvilupp tal-ekonomija jew tal-aċċessibilità tal-ibgħad reġjuni, |
|
G. |
billi f'dawn l-aħħar tliet snin, l-ibgħad reġjuni kienu involuti direttament f'riformi komunitarji importanti relatati mal-prospettivi finanzjarji, tal-politika reġjonali 2007-2013, tal-Fond Ewropew għas-Sajd, tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, tal-għajnuniet tal-Istat, tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq (CMO) taz-zokkor u tal-banana, tal-Programmi POSEI għall-agrikoltura u s-sajd, u billi dawn l-iżviluppi kienu ħafna drabi mimlijin konsegwenzi għall-dawn ir-reġjuni, |
|
H. |
billi l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, li għandhom ikunu koerenti mal-impenji internazzjonali, li kuljum isiru aktar ristretti minħabba l-globalizzazzjoni speċjalment mill-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq, jikkuntrastaw mal-intervenzjonijiet speċifiċi implimentati favur l-ibgħad reġjuni, |
|
I. |
billi r-responsabilità relatata mal-ibgħad reġjuni naqset ħafna minn meta l-Unjoni Ewropea kibret minn 12 għal 27 Stat Membru, |
|
J. |
billi d-dehra tal-ibgħad reġjuni ħafna drabi titqabbel mad-dehra ta' reġjuni dipendenti fuq approprijazzjonijiet komunitarji jew nazzjonali, mingħajr ma jkun iġġustifikat l-impatt pożittiv ta' dawn il-finanzjamenti, hija ftit bilanċjata mill-valur miżjud reali li huma jagħtu lill-UE f'termini ambjentali, kulturali jew ġeostrateġiċi, kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-ispazju, li l-vantaġġi pożittivi tagħhom ma jidhrux immedjatament, |
|
K. |
billi l-ibgħad reġjuni jirrappreżentaw pożizzjonijiet prezzjużi avvanzati tal-Ewropa fil-qalba tal-Karibew viċin il-Mercosur, qrib l-Afrika fl-oċean Indjan u fl-oċean Atlantiku li grazzi għalihom l-UE tista' tikklejmja l-ewwel spazju marittimu mondjali li jikkonsisti f'25 miljun km2 taż-ŻEE rikk f'riżorsi ta' kull xorta, |
Kisbiet tas-sħubija msaħħa għall-ibgħad reġjuni
|
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li tliet snin wara l-pubblikazzjoni ta' dokumenti politiċi ambizzjużi, bħall-komunikazzjonijiet imsemmija dwar “is-sħubija msaħħa għall-ibgħad reġjuni”, il-Kummissjoni qed tippreżenta komunikazzjoni ġdida dwar dan is-suġġett; |
|
2. |
Jitlob b'kunsiderazzjoni għall-firxa tal-oqsma trattati u tal-komplessità tal-politiki kkonċernati, li tinżamm l-Unjoni tal-ibgħad reġjuni fi ħdan id-DĠ għall-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni, u li l-istaff tagħha jissaħħaħ sabiex ikunu garantiti l-mezzi indispensabbli għas-segwitu tal-missjonijiet tal-Unjoni; |
|
3. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-komunikazzjoni dwar il-bilanċ partikolarment pożittiv tal-azzjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li diversi miżuri li din tal-aħħar tikkonforma magħhom iwieġbu parzjalment għall-esiġenzi tal-ibgħad reġjuni (b'mod partikolari fis-setturi tat-trasport u tal-aċċessibilità, tar-riċerka, tas-sajd u tal-koperazzjoni reġjonali) u li bl-ebda mod ma tissemma d-diffikulta li wieħed jiltaqa' magħha u l-isforzi mwettqa mill-ibgħad reġjuni, pereżempju fil-kuntest tat-tiġdid tal-iskemi ta' għajnuniet tal-Istat; |
|
4. |
Jinnota li l-intervenzjonijiet tal-Fondi strutturali jkomplu jikkontribwixxu bil-kbir għall-iżvilupp tal-ibgħad reġjuni; jixtieq madanakollu li l-miżura tal-livell ta' koeżjoni miksuba f'dawn ir-reġjuni tkun inkisbet grazzi għal indikaturi oħra milli mill-Prodott Gross Domestiku tagħhom biss meta mqabbla mal-medja komunitarja u li l-politika ta' koeżjoni tkun ikkombinata aħjar ma' politiki komunitaji oħrajn, b'mod transversali, sabiex jitkabbru s-sinerġiji; jitlob li l-Kummissjoni tkun iktar flessibbli u tadatta aħjar il-politiki attwali u futuri tagħha għar-realtajiet tal-ibgħad reġjuni, fuq il-bażi tal-Artikolu 299 (2) tat-Trattat KE; |
|
5. |
Jikkunsidra r-riżultati sodisfaċenti miksuba fil-qafas tal-POSEI (agrikoltura u sajd) u tat-tkabbir taz-zokkor, rum u banana; jixtieq li jkun hemm kunsiderazzjoni konkreta tal-konsegwenzi finanzjarji li jistgħu jirriżultaw għal dawn il-prodotti agrikoli fin-negozjati internazzjonali li għaddejjin bħalissa u fl-azzjonijiet imnidija mill-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq; jibqa' attent għall-approċċ tar-reviżjoni intermedja tal-POSEI u għall-valutazzjoni tal-iskemi fiskali divrenzjati; |
|
6. |
Jappoġġja l-fatt li l-ispeċifiċitajiet tal-ibgħad reġjuni jeħtieġu strateġija bbażata fuq politiki u miżuri li la huma suġġetti għal kriterji tranżitorji u lanqas għal żvilupp temporanju tal-ġid, li huma adattati għall-bżonnijiet differenti ta' kull wieħed mir-reġjuni, miżuri li jaffaċċjaw l-iżvantaġġi permanenti li huma suġġetti għalihom dawn ir-reġjuni; |
|
7. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex, b'kunsiderazzjoni għall-ispeċifiċitajiet u d-differenzi bejn l-ibgħad reġjuni, min-naħa l-waħda, u tal-irwol li dawn għandhom fil-politika marittima Ewropea integrata, min-naħa l-oħra, tintegra fil-pjan tagħha miżuri ta' għajnuna lis-setturi tas-sajd ta' dawn ir-reġjuni; iqis li l-Kummissjoni għandha tiggarantixxi lill-flotot tas-sajd tal-ibgħad reġjuni diskriminazzjoni pożittiva fl-aċċess għar-riżorsi tas-sajd li jeżistu matul il-kosti tagħhom u tissalvagwardja b'attenzjoni partikolari n-natura sostenibbli tas-sajd artiġjanali; |
Fażi ta' maturazzjoni tas-sħubija msaħħa għall-ibgħad reġjuni
|
8. |
Jiddispjaċih li l-proposti mressqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-fażi ta' maturazzjoni li jikkonċernaw il-biċċa l-kbira tal-miżuri diġà eżistenti jew li waslu biex jintemmu (in-Netwerk Transewropew tat-Trasport, in-Network Transewropew tal-Enerġija, is-Seba Programm ta' Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Programm ta' Qafas għall-Innovazzjoni u għall-Kompetittività jew għall-Politika Reġjonali); jistenna li jiġu ċċarati l-mezzi konkreti u operazzjonali offruti lill-ibgħad reġjuni għall-iżvilupp ta' dawn l-opportunitajiet; |
|
9. |
Jinsab imħasseb dwar l-importanza dejjem tikber li l-Kummissjoni tagħti lill-istrumenti ta' evalwazzjoni tal-politiki u l-istrumenti komunitarji favur l-ibgħad reġjuni kif ukoll lill-istima tal-effetti kwantitattivi tal-iżvantaġġi ta' dawn ir-reġjuni bil-għan li tiġi żviluppata metodoloġija ta' kumpens għal spejjeż addizjonali marbuta mal-ibgħad reġjuni; |
|
10. |
jixtieq li din it-tendenza għall-kunsiderazzjoni ta' ġustifikazzjonijiet iktar u iktar matematiċi tal-miżuri ma tikkostitwixix skuża biex terġa tiġi applikata parti mill-politika tal-UE mmirata għall-ibgħad reġjuni tagħha, jew biex jiġu skoraġġiti l-parteċipanti ewlenin istituzzjonali u ekonomiċi tal-ibgħad reġjuni li qed jimponu kundizzjonijiet diffiċli ħafna biex jintlaħqu; |
|
11. |
Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' interess muri mid-DĠ għall-Kummerċ biex jiġu kkunsidrati speċifiċitajiet tal-ibgħad reġjuni waqt in-negozjati tal-APE u jitlob immedjatament lill-Kummissjoni biex tkompli tfittex kompromess li jirrispetta l-interessi tal-ibgħad reġjuni kkonċernati fil-qafas tal-ftehimiet definittivi li se jiġu konklużi mal-pajjiżi ACP; |
|
12. |
Jixtieq li l-Kummissjoni tiġġustifika l-intenzjoni reali tagħha biex tiffaċilita l-inklużjoni reġjonali ta' ibgħad reġjuni biex tingħata konsistenza lill-'pjan ta' azzjoni għal ’viċinat-kbir’ li hija kienet wegħdet fl-2004; |
|
13. |
Jinsab imħasseb dwar ċerti miżuri proposti mill-Kummissjoni fil-qasam tat-trasport, partikolarment dwar l-evalwazzjoni tal-bżonnijiet speċifiċi jew il-kunsiderazzjonijiet għall-esternalitajiet ambjentali; jerġa jtenni l-bżonn ta' trattament differenti għall-ibgħad reġjuni dwar dan is-suġġett speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-inklużjoni tal-avjazzjoni ċivili fis-sistema Ewropea ta' skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (Skema ta' Kummerċ ta' Emmissjonijiet, ETS) sabiex ma jerġgħux jiġu applikati l-isforzi mwettqa bħala kumpens għall-iżvantaġġ tagħhom għall-aċċessibilità; |
|
14. |
Iqis li l-intervenzjonijiet komunitarji għandhom jipproduċu l-effett ta' katalizzatur tal-inizjattiva għall-iżvilupp, li għandu jibda mill-ibgħad reġjuni, speċjalment fil-kuntest tas-sħubijiet pubbliċi/privati, ċentri ta' eċċellenza bbażati fuq setturi li jivvalutaw l-aħjar punti tagħhom u l-aħjar kompetenzi tekniċi tagħhom, bħall-immaniġġjar tal-iskart, l-enerġiji li jiġġeddu, l-awto-suffiċjenza tal-enerġija, il-bijodiversità, il-mobilità tal-istudenti, ir-riċerka fil-qasam tal-klima jew l-immaniġġjar tal-kriżijiet; |
|
15. |
15 Ifakkar li diversi azzjonijiet u programmi li għandhom jiġu segwiti u mnidija mmirati għall-ibgħad reġjuni, huma suxxettibbli li jwasslu għal kontribuzzjonijiet sinifikanti għal prijoritajiet komunitarji u internazzjonali stabbiliti speċjalment f'oqsma bħall-bidla fil-klima, il-ħarsien tal-bijodiversità, l-enerġiji li jiġġeddu, is-saħħa fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, l-ikel, id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u produttivi; jilqa' b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni speċjalment tal-programm NET-BIOME (NETworking dwar ir-riċerka dwar il-Biodiversità tropikali u subtropikali fl-Ibgħad Reġjuni u Territorji tal-Ewropa b'appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli) li jikkostitwixxi eżempju sinifikanti tal-potenzjal tal-ibgħad reġjuni fil-qasam tar-riċerka xjentifika; madanakollu, jistaqsi lilu nnifsu dwar il-fatt li minkejja l-kwantità ta' proġetti li għaddejjin u l-iskala tal-potenzjal tal-ibgħad reġjuni, l-inklużjoni ta' dawn tal-aħħar fi ħdan l-Ispazju Ewropew għar-Riċerka għadha dgħajfa ħafna; |
|
16. |
Jitlob li l-isforzi li saru sa issa maħsuba għar-reġjuni ultraperiferiċi jkunu segwiti sabiex tikber l-introduzzjoni ta' mezzi lokali ta' riċerka bl-ogħla potenzjal min-naħa l-waħda u li jkun iffaċilitat u mgħejjun l-iżvilupp ta' universitajiet attraenti, effettivi, li għandhom mezzi suffiċjenti u aħjar mill-universitajiet attwali x'imkien ieħor fit-territorju tal-Unjoni min-naħa l-oħra; |
Dibattitu dwar il-futur tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-ibgħad reġjuni
|
17. |
Jifraħ lill-Kummissjoni għall-inizjattiva tagħha għat-tnidija ta' dibattitu dwar il-futur tal-istrateġija favur l-ibgħad reġjuni, f'forma ta' konsultazzjoni pubblika li r-riżultati tagħha se jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' proposta ġdida qabel l-2009; |
|
18. |
Jinsisti madanakollu li dan id-dibattitu ma għandux ikun limitat biss għall-kwistjonijiet imsemmija (il-bidla fil-klima, l-iżvilupp demografiku u t-tmexxija tal-flussi migratorji; l-agrikoltura, il-politika marittima), anke jekk dawn it-temi huma inevitabbli u jqis li d-dibattitu għandu neċessarjament jinkludi l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Liżbona għall-ibgħad reġjuni; |
|
19. |
Jitlob b'insistenza li l-iskop tal-Artikolu 299, paragrafu 2 tat-Trattat KE (minbarra l-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar l-operat tal-Unjoni Ewropea) li huwa l-bażi tal-politika tal-Unjoni Ewropea favur l-ibgħad reġjuni tagħha u l-pilastru li fuqu hija bbażata l-kunsiderazzjoni mogħtija lilhom mis-servizzi tal-Kummissjoni, jiġu inklużi fl-aġenda tad-dibattiti biex dawn tal-aħħar jingħataw l-ambitu ġuridiku, istituzzjonali u politiku li qed jitolbu; |
|
20. |
Jenfasizza l-importanza tas-servizzi pubbliċi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-ibgħad reġjuni, speċjalment fis-setturi tat-trasport bl-ajru u bil-baħar, tal-posta, tal-enerġija u tal-komunikazzjonijiet; |
|
21. |
Jitlob li jkunu adottati b'urġenza l-miżuri maħsuba għall-ġlieda kontra n-natura persistenti tal-qgħad, tal-faqar u tal-inugwaljanzi fit-tqassim tad-dħul fl-ibgħad reġjuni li f'dan ir-rigward għandhom marbuta magħhom l-ogħla rati fl-UE; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri li se jwettqu l-implimentazzjoni tal-klawsola passarella tal-Artikolu 355, paragrafu 6 tat-Trattat dwar l-operat tal-Unjoni Ewropea; |
|
23. |
Iqis li l-ibgħad reġjuni huma opportunità għall-Unjoni Ewropea fir-riflessjoni tagħha li għaddejja bħalissa dwar it-tibdil fil-klima, kif ukoll dwar l-osservazzjoni tal-perikli, il-prevenzjoni tal-ħsara, ir-reazzjoni għall-katastrofi u l-preservazzjoni tal-ekosistemi; jitlob f'dan ir-rigward, li l-Kunsill jadotta kemm jista' jkun malajr il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondi ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea li jipprevedi direttament l-ispeċifiċità tal-ibgħad reġjuni; jixtieq ukoll li l-proposti tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tar-reazzjoni tal-UE f'każ ta' katastrofi, jisfruttaw ukoll l-għarfien espert marbut mal-lokalizzazzjoni ġeografika ta' dawn ir-reġjuni; |
|
24. |
Jixtieq li l-politika futura komuni tal-immigrazzjoni tagħti attenzjoni speċjali għas-sitwazzjoni tal-ibgħad reġjuni li kollha huma fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea, imdawrin b' pajjiżi terzi inqas żviluppati li huma sottomessi għal pressjoni migratorja qawwija ħafna flimkien ma' tkabbir demografiku li ħafna drabi hu ogħla mill-medja fl-Unjoni Ewropea li qed iwassal għal tensjonijiet ekonomiċi u soċjali preokkuppanti f'dawn ir-reġjuni; |
|
25. |
Jitlob li l-appoġġ komunitarju għall-agrikoltura tal-ibgħad reġjuni, li huwa trattat b'mod iktar konċiż minn temi oħrajn, iżda ikun is-suġġett ta' riflessjonijiet fil-fond dwar l-identifikazzjoni ta' theddidiet reali, dwar il-bżonn li l-komunità lokali tkun awtosuffiċjenti, dwar il-livell tad-dħul tal-bdiewa, dwar l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi għall-promozzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom, dwar l-importanza tad-dimensjoni ambjentali u dwar il-kunsiderazzjoni tal-impatt tal-ftuħ kummerċjali implimentat mill-APE u mill-ftehimiet futuri ta' skambju ħieles li qed ikunu nnegozjati bħalissa ma' diversi reġjuni tal-Amerika Latina; |
|
26. |
Huwa tal-opinjoni li l-ibgħad reġjuni għandhom jitpoġġew fil-qalba tal-politika marittima tal-Unjoni u jinsisti li d-dibattitu dwar din il-kwistjoni jkun b'mod partikolari bbażat fuq l-irwol li huma jistgħu jilagħbu fil-qasam tal-esplojtazzjoni sostenibbli tal-ibħra, l-oċeani u z-zoni kostali, kif ukoll fil-governanza marittima internazzjonali; |
|
27. |
Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-istituzzjonijiet konċernati l-oħra tal-Unjoni biex jiżguraw b'mod effettiv u adegwat il-finanzjament Komunitarju tal-istrateġija tal-Unjoni favur l-ibgħad reġjuni fil-ġejjieni, u l-kumpens għall-iżvantaġġi relattivi tal-ibgħad reġjuni; |
|
28. |
Jirrakkomanda li l-mezzi biex jingħelbu ċ-ċokon tas-swieq lokali, l-ambjent kompetittiv dejjem iktar miftuħ, l-aċċess diffiċli għal żbokk fis-suq kontinentali Ewropew jew fiz-zoni ġeografiċi rispettivi, it-titjib tal-artikolazzjoni tal-finanzjamenti tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali/Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEDER/FED) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali/Strument ta' Finanzjament għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp (FEDER/ICD) għall-proġetti ta' koperazzjoni ma' pajjiżi ġirien, ikunu wkoll oqsma prijoritarji li jsir ħsieb serju dwarhom, kif ukoll dwar il-parteċipazzjoni effettiva tal-ibgħad reġjuni fil-politiki Ewropej tal-innovazzjoni u tal-ġlieda kontra l-frammentazzjoni diġitali, biex ikun garantit aċċess sħiħ għall-popolazzjonijiet ta' dawn ir-reġjuni għall-midja u għall-mezzi ta' komunikazzjoni offruti mit-teknoloġiji l-ġodda, bħal pereżempju l-aċċess għall-broadband internet; |
|
29. |
Jinsisti sabiex is-sħubija indispensabbli għas-suċċess tad-dibattitu ma tkunx limitata biss għall-istituzzjonijiet pubbliċi Ewropej, nazzjonali u lokali iżda jagħtu l-okkazzjoni bħal ma ġara fil-passat biex jiġi inkluż fid-diskussjoni, in-netwerk ekonomiku tal-ibgħad reġjuni kollu li huwa rappreżentat minn organizzazzjonijiet strutturati li jgħixu kuljum l-effetti politiċi Komunitarji fuq it-territorju; jitlob li fil-bidu tal-konferenza konġunta organizzata mill-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-istrateġija Ewropea rigward l-ibgħad reġjuni, li saru fi Brussell fl-14 u l-15 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni tippubblika malajr komunikazzjoni ġdida b'kunsidereazzjoni għall-progress li se jwassal għalih dan id-dibattitu: |
|
30. |
Iqis li l-valutazzjoni tal-assi partikolari tal-ibgħad reġjuni bħala bażijiet militari tal-UE 'l barra mill-kontinent Ewropew, hija l-aħjar strateġija biex ikun garantit żvilupp endoġenu u sostenibbli ta' dawn ir-reġjuni, speċjalment permezz ta' turiżmu li jintegra r-rikkezza storika kollha tagħhom u l-patrimonju kulturali, artistiku u arkitettoniku tagħhom li l-Unjoni Ewropea għandha d-dover li tippreserva; |
*
* *
|
31. |
Jitlob lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat għar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-ibgħad reġjuni kif ukoll lill-President fil-kariga tal-Konferenza tal-presidenti tal-ibgħad reġjuni. |
(1) ĠU C 197, 12.7.2001, p. 197.
(2) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 497.
(3) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 512.