|
20.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 66/1 |
Politika Ewropea tat-trasport sostenibbli
P6_TA(2008)0087
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar politika Ewropea tat-trasport sostenibbli li tqis il-linji politiċi Ewropej dwar l-enerġija u l-ambjent (2007/2147(INI))
(2009/C 66 E/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza maħruġa wara l-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007, rigward l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew ta' “Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill Ewropew (2007-2009)” bl-isem “Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa” (7224/1/07), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Komunikazzjoni dwar politika Ewropea għall-portijiet” (COM(2007)0616), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Lejn Netwerk tal-ferroviji li jagħti prijorità lill-merkanzija” (COM(2007)0608), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Pjan ta' azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija” (COM(2007)0607), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “L-aġenda ta' l-UE fil-qasam tat-trasport: Intejbu l-effiċjenza, l-integrazzjoni u s-sostenibbiltà tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa” (COM(2007)0606), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bl-isem “Lejn kultura ġdida għall-mobilità urbana” (COM(2007)0551), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar strumenti bbażati fuq is-suq għal skopijiet ta' ambjent u ta' politiki relatati (COM(2007)0140), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Qafas regolatorju kompetittiv tal-karozzi għas-Seklu 21 — Pożizzjoni tal-Kummissjoni għar-Rapport finali tal-Grupp ta' Livell Għoli CARS 21 — Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp ta' l-UE u l-Istrateġija ta' l-Impjiegi” (COM(2007)0022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Riżultati tar-reviżjoni ta' l-Istrateġija Komunitarja għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief” (COM(2007)0019), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Limitazzjoni tal-Bidla Globali fil-Klima għal 2 gradi Celsius — It-triq 'il quddiem għall-2020 u lil hinn” (COM(2007)0002), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Politka dwar l-Enerġija għall-Ewropa” (COM(2007)0001), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Pjan Direzzjonali għall-Enerġija li Tiġġedded — Enerġiji li jiġġeddu fis-seklu 21: nibnu futur aktar sostenibbli” (COM(2006)0848), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Rapport ta' Progress dwar il-Bijokarburanti: Rapport dwar il-progress miksub fl-użu tal-bijokarburanti u karburanti oħra minn sorsi rinnovabbli fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea” (COM(2006)0845), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Pjan ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal” (COM(2006)0545), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Inżommu lill-Ewropa miexja — Il-Mobilità Sostenibbli għall-kontinent tagħna — Reviżjoni f'nofs il-perjodu tal-White Paper ta' l-2001 tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Trasport” (COM(2006)0314), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar l-Istrateġija Komunitarja biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u mill-vetturi kummerċjali ħfief (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa — Is-soluzzjoni għall-mobilità sostenibbli (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar inżommu l-Ewropa miexja — mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-5 ta' Settembru 2006 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (5) (Direttiva Eurovignette), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Ambent, is-Saħħa Pubblika u l-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0014/2008), |
|
A. |
billi l-iżvilupp sostenibbli — objettiv ta' l-UE li japplika għal kulħadd — huwa maħsub li jġib miegħu titjib kontinwu fil-kwalità tal-ħajja u fil-ġid tal-pjaneta tagħna għall-ġenerazzjonijiet ta' issa u dawk futuri, |
|
B. |
billi madwar terz tat-total tal-konsum ta' enerġija fl-UE25 huwa marbut mas-settur tat-trasport, esklużi t-tbaħħir u linji tal-pajpijiet, u billi t-trasport fit-toroq, li jakkonta għal 83 %, huwa l-mezz ta' trasport li juża l-akbar volum ta' enerġija, |
|
C. |
billi s-settur tat-trasport jakkonta għal 70 % tat-talba għaż-żejt fl-UE 25; billi s-settur jiddependi fuq il-fjuwils fossili għal 97 % tal-forniment tiegħu, u b'hekk jibqa' biss 2 % għall-elettriċità (li ħafna minnha hija ġġenerata b'mod nukleari) u biss daqs 1 % għall-bijofjuwils, |
|
D. |
billi fis-snin riċenti l-effiċjenza fl-enerġija ta' metodi ta' trasport differenti ttejjbet ħafna u billi dan ippermetta li l-emissjonijiet tas-CO2 korrispondenti kull km tnaqqsu b'mod sostanzjali; billi dan it-titjib, madankollu, qed ikun bilanċjat mill-effetti ta' domanda li dejjem qed tikber fis-settur tat-trasport, |
|
E. |
għallhekk, billi l-emissjonijiet fis-settur tat-trasport, meta kkunsidrat kollu, qed ikomplu jiżdiedu: fl-2005 biss, is-settur tat-trasport kien responsabbli għal 24,1 % tat-total ta' l-emmissjonijiet ta' gassijiet b' effett serra (CO2, CH4, N2O) fl-EU 27 u skond previżjonijiet tal-Kummissjoni, it-talba tiegħu għall-enerġija se tiżdied b'mill-anqas 30 % minn issa sa l-2030, |
|
F. |
billi l-emissjonijiet ta' ħsara li qed jipproduċi t-trasport fit-toroq naqsu bħala riżultat ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi u sforzi estensivi ta' l-industrija tal-karozzi; billi r-riżultat intlaħaq b'mod speċifiku permezz ta' l-introduzzjoni ta' konvertituri katalitiċi, filtri tal-partiċelli fini, u teknoloġiji oħra li għenu fit-tnaqqis ta' l-NOx u ta' l-emissjoni ta' partiċelli li jniġġsu b'medja ta' 30 % u 40 % fl-aħħar ħmistax-il sena; billi, minkejja li sar dan it-titjib, il-miri tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżultaw mill-ftehima volontarja tal-manifatturi tal-karozzi intlaħqu biss parzjalment, |
|
G. |
billi t-traffiku urban jiġġenera 40 % ta' l-emissjonijiet tas-CO2 u 70 % ta' emissjoni oħra li jniġġsu minn vetturi u billi l-konġestjoni fit-toroq, kkonċentrata l-aktar fil-bliet il-kbar, tfisser spiża għall-UE ta' madwar 1 % tal-Prodott Gross Domestiku, |
|
H. |
billi 70 % tal-proġetti prijoritarji tat-trasport trans-Ewropej approvati fl-2004 jirrigwardaw it-trasport bil-ferrovija u bil-baħar, li huma rikonoxxuti bħala l-modi ta' trasport li l-anqas iniġġsu, |
|
I. |
billi fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew msemmija hawn fuq, l-UE impenjat ruħa sew u b'mod unilaterali li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra b'mill-anqas 20 % meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990, |
|
1. |
Jemmen li l-mobilità kienet waħda mill-akbar kisbiet u sfidi ta' l-aħħar seklu u li trasport sostenibbli għandu jsib bilanċ ġust bejn interessi differenti u spiss f'kunflitt, filwaqt li jfittex li jirrikonċilja l-mobilità, dritt bażiku li jgawdi ċ-ċittadin, l-importanza tas-settur tat-trasport f'termini ekonomiċi u ta' impjiegi, ir-responsabilità għall-ambjent lokali u globali u d-dritt taċ-ċittadini għas-sikurezza, għall-kwalità tal-ħajja u għas-saħħa; |
|
2. |
Jenfasizza li s-settur tat-trasport ukoll irid jilħaq il-miri ta' l-UE fit-tnaqqis tal-konsum taż-żejt u ta' l-emmissjonijiet tal-gassijiet li joħolqu l-effett ta' serra b'mill-anqas 20 % meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990 sa l-2020; |
|
3. |
Jenfasizza l-importanza tas-settur tat-trasport għall-impjiegi, it-tkabbir u, l-innovazzjoni u jikkunsidra li l-mobilità sikura u bi prezz li jista' jintlaħaq għandha tkun sine qua non ta' l-istil ta' ħajja tagħna; għalhekk jemmen — rigward il-prijorità li għandha tingħata lill-mobilità sostenibbli mil-lat ambjentali — li x'aktarx li ċ-ċittadini jappoġġaw miżuri li jiggarantixxu l-mobilità tagħhom fuq perjodu ta' żmien twil (6); |
|
4. |
Huwa ta' l-opinjoni li sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' trasport sostenibbli fl-Ewropa f'termini enerġetiċi u ambjentali, huwa neċessarju li jkunu kkombinati medda ta' linji politiċi li jappoġġjaw u jikkoreġu lil xulxin, u b'hekk ikun żgurat l-involviment ta' aktar u aktar partijiet interessati li jirrappreżentaw is-settur tat-trasport, il-gvern u ċ-ċittadini; huwa konvint li biss bl-applikazzjoni tal-kombinazzjoni t-tajba ta' miżuri jkun possibbli li jkunu mitigati l-effetti kuntrarji ta' azzjonijiet individwali u ċ-ċittadini jikkonvinċu rwieħhom li jaċċettaw dawk l-azzjonijiet; |
|
5. |
Jikkunsidra li kombinazzjoni ta' politika ta' dan it-tip għandha tikkomprendi b'mod partikulari dan li ġej:
|
|
6. |
Isostni li l-UE u l-Istati Membri jridu jiffukaw l-isforzi tagħhom fuq l-elementi prinċipali tas-sistema, jiġifieri:
|
|
7. |
Jenfasizza l-importanza ta' l-iffirmar mill-Kunsill tal-Protokoll dwar it-Trasport tal-Konvenzjoni Alpina mill-Kunsill f'Diċembru 2006; jenfasizza l-fatt li, minħabba r-ratifika tal-protokoll, jeħtieġ li l-Kummissjoni tniedi minnufih miżuri tanġibbli ta' implimentazzjoni biex tippromwovi t-trasport sostenibbli f'reġjuni sensittivi tal-muntanji u f'żoni b'popolazzjoni għolja; |
|
8. |
Isostni li bl-istess mod għandhom jitħaddmu strumenti bbażati fuq is-suq biex ikunu promossi vetturi b'konsum baxx ta' fjuwil u emissjonijiet baxxi billi, bħala eżempju, isir użu minn eżenzjonijiet fiskali, riformi fid-dazju fuq il-vetturi li jikkunsidraw l-emissjonijiet li jniġġsu u l-effiċjenza tal-fjuwil, inċentivi biex jintremew vetturi li jniġġsu ħafna u jinxtraw karozzi ġodda b'emissjonijiet aktar baxxi; jikkunsidra li dawn huma miżuri importanti li għandhom jgħinu wkoll lill-manifatturi tal-magni biex jirkupraw l-ispejjez ta' konformità ma' l-obbligi imposti taħt il-qafas leġiżlattiv il-ġdid; |
|
9. |
Għalhekk, iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex juru l-istess determinazzjoni li wrew fil-laqgħa tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-8 u tad-9 ta' Marzu 2007 billi:
|
|
10. |
Tappoġġa l-kwistjoni mqajjma mill-Kummissjoni fil-Green Paper msemmija hawn fuq dwar strumenti bbażati fuq is-suq għal skopijiet ta' ambjent u ta' politika relatata, rigward l-għażla li tintuża proċedura ta' koordinazzjoni u skambju ta' esperjenza u ta' l-aħjar prassi sabiex, filwaqt li jkun hemm aktar skrutinju attiv, jkunu promossi riformi nazzjonali tas-sistemi ta' ħlas għat-trasport u ta' taxxi ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu passi biex tilħaq dak il-għan; |
|
11. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex iżidu l-investiment tagħhom fl-infrastruttura u f'sistemi ta' trasport intelliġenti (ITS's), partikularment bil-għan li:
|
|
12. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq, mhux aktar tard minn Ġunju 2008, mudell li jiftiehem, trasparenti u ġeneralment applikabbli għall-evalwazzjoni ta' spejjeż esterni tal-modi kollha ta' trasport, li fuqhom għandhom jiġu bbażati kalkoli ta' tariffi futuri li għandhom jitħallsu għall-użu ta' l-infrastruttura; josserva li, skond id-Direttiva Eurovignette, il-mudell irid ikun akkumpanjat minn analiżi ta' l-impatt ta' l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni għall-modi kollha tat-trasport u minn strateġija biex il-mudell jiddaħħal ftit ftit f'kull mod tat-trasport; u jistieden lill-Kummisjoni, biex, flimkien ma' l-inizjattiva msemmija hawn fuq, tipproduċi proposti leġiżlativi mar-reviżjoni tad-Direttiva ta' l-Eurovignette; |
|
13. |
Huwa konvint li l-problema tal-konġestjoni urbana, li tikkawża 40 % ta' l-emissjonijiet tas-CO2 u 70 % ta' emissjonijiet oħra li jniġġsu minn vetturi, jeħtieġ tkun affrontata b'mod aktar ambizzjuż mingħajr il-ksur tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, billi tkun applikata koperazzjoni madwar l-Ewropa u strateġija ta' koordinazzjoni; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex janalizzaw il-mod li bih l-infrastruttura tat-trasport u t-tariffi applikati fuqha jinfluenzaw l-iżvilupp urban u d-domanda futura għas-servizzi tat-trasport; |
|
15. |
Huwa ta' l-opinjoni li politika effettiva ta' mobilità urbana għandha tkun ibbażata fuq metodu integrat kemm jista' jkun, li jġib flimkien is-soluzzjonijiet l-aktar adattati għal kull problema individwali; jemmen bis-sħiħ li z-zoni urbani għandhom potenzjal ekonomiku sod li joffru aktar linji politiċi ta' trasferiment modali favur it-trasport pubbliku, il-mixi u r-roti; f'dan ir-rigward, jikkkunsidra li hu importanti li jkun hemm iffukar fuq l-innovazzjoni teknoloġika (użu akbar ta' ITS's), sfruttament aħjar ta' l-infrastruttura preżenti, speċjalment permezz ta' miżuri għall-kontroll tad-domanda (tariffi ta' konġestjoni u prezzijiet tat-toroq (road pricing)), u soluzzjonijiet innovattivi għall-aħjar integrazzjoni ta' flussi ta' merkanzija urbana; u, fl-aħħar, modi ġodda kif isir l-aħjar użu ta' karozzi privati u “car-sharing”, “carpooling” u arranġamenti biex isir ix-xogħol mid-dar; |
|
16. |
Jenfasizza l-importanza ta' miżuri ħfief fl-ilħuq ta' l-għan ta' trasport aktar sostenibbli u jikkunsidra li huwa importanti li għandu jkun possibbli għaċ-ċittadini li jieħdu deċiżjonijiet infurmati rigward il-metodi ta' trasport u l-imġieba fis-sewqan; jistieden sabiex ikun hemm aktar informazzjoni għall-konsumatur u għal aktar edukazzjoni attiva u kampanji ta' promozzjoni li jappoġġaw mezzi aktar sostenibbli ta' trasport u mudelli ta' trasport; |
|
17. |
Jemmen li t-trasport bil-ferrovija — mod li għandu konsum enerġetiku u emissjonijiet tas-CO2 aktar baxxi — għandu potenzjal konsiderevoli li għadu mhux sfruttat mhux biss f'dak li jirrigwarda l-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, imma anki f'dak li jirrigwarda t-trasport tal-passiġġieri fuq vjaġġ qasir u medju; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lill-industrija tal-ferroviji sabiex:
|
|
19. |
Jikkunsidra li, għalkemm il-linji ta' l-ajru naqqsu l-konsum tal-fjuwil tagħhom b'1 % - 2 % għal kull passiġġier kilometru f'dawn l-aħħar għaxar snin u l-emissjonijiet tal-ħoss tnaqqsu ħafna, l-impatt ambjentali globali ta' l-avjazzjoni ċivili żdied minħabba ż-żieda sostanzjali fit-traffiku; għalhekk jistieden sabiex:
|
|
20. |
Jinnota li fit-trasport bl-ajru, it-trasparenza tal-prezz tal-biljett u l-ispejjeż riflessi fil-prezz huma importanti ħafna għall-interess tal-passiġġier u għall-kompetizzjoni ġusta fis-settur tat-trasport, u għalhekk jappoġġja lill-Kummissjoni biex tieħu aktar inizjattivi f'dan ir-rigward; |
|
21. |
Jinnota li l-emissjonijiet min-navigazzjoni qed ikomplu jiżdiedu u jirrakkomanda b'mod partikulari li:
|
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestu fl-immodernizzar tal-faċilitajiet tal-port kemm għall-portijiet tal-baħar ta' l-UE u kemm għal dawk li jinsabu f'passaġġi ta' l-ilma interni, biex ikun possibbli li l-merkanzija u l-passiġġieri jinġarru malajr minn sistema ta' trasport għal oħra, u b'hekk ikun possibbli li jitnaqqas il-konsum ta' l-enerġija fil-qasam tat-trasport; |
|
23. |
Jikkunsidra li huwa essenzjali li jittejjbu l-loġistika, il-fatturi tat-trasport tal-merkanzija, u t-trasport intermodali; għalhekk jappoġġa t-tlestija sħiħa tas-suq intern fit-trasport u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibni mill-aktar fis possibbli fuq il-pjan ta' azzjoni msemmi hawn fuq għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa, waqt li jitqiegħed enfasi partikolari fuq l-iżvilupp tal-kunċett ta' “green corridors”; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestu aktar fir-riċerka fil-qasam tat-trasport, sabiex ikunu żviluppati l-mezzi tat-trasport li huma l-aktar effiċjenti f'termini ta' enerġija u fit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tas-CO2; jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fir-reviżjoni ta' l-2009 tal-qafas finanzjarju plurijennali, iżżid sew l-allokazzjoni finanzjarja globali għar-Riċerka u l-Iżvilupp dwar l-ambjent, l-enerġija u t-trasport; |
|
25. |
Jappoġġja lill-Kummissjoni f'inizjattivi li jgħaqqdu t-trasport sostenibbli u t-turizmu b'mod aktar effettiv, bħal l-użu ta' mezzi tat-trasport li jirrispettaw aktar l-ambjent, bħal per eżempju l-kombinazzjoni ta' l-użu tat-trasport pubbliku u l-użu tar-roti; |
|
26. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri. |
(1) Testi Adottati, P6_TA(2007)0469.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2007)0375.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2007)0345.
(4) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 85.
(5) ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/103/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344).
(6) Ara “Attitudnijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-Politika tat-Trasport ta' l-UE”, Flash Eurobarometer Nru 206b, Politika tat-Trasport ta' l-UE.