3.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/129


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ir-raġunijiet għad-differenza bejn l-inflazzjoni perċepita u l-inflazzjoni reali

(2009/C 27/27)

Nhar is-17 ta' Jannar 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 29(2), tar-Regolament ta' Proċedura, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Ir-raġunijiet għad-differenza bejn l-inflazzjoni perċepita u l-inflazzjoni reali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni nhar it-3 ta' Ġunju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur O. Derruine.

Matul l-446 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fid-9 u l-10 ta' Lulju 2008 (seduta tad-9 ta' Lulju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'125 vot favur u 2 astensjonijiet.

1.   Rakkomandazzjonijiet

1.1

Kif diġà ġie rrakkomandat mill-Kumitat, “L-istatistiċi relatati mas-salarji (jew mad-dħul) għandhom ta' l-inqas jinqasmu fi kwintili sabiex jiġi evalwat aħjar l-impatt tal-politika tas-salarji fuq l-istabbiltà tal-prezzijiet” (1). Il-punt 4.3.3 juri d-differenzi fil-profili tal-konsum skond id-dħul. Barraminhekk, il-propensità marġinali għall-konsum tvarja wkoll. Għaldaqstant huwa importanti li nkunu nistgħu nidentifikaw liema grupp ta' dħul igawdi minn liema żieda fil-paga (f'persentaġġ). Mingħajr din l-informazzjoni, il-politika monetarja tista' tirreaġixxi b'mod mhux xieraq għaż-żidiet fil-pagi u s-salarji.

1.1.1

B'żieda ma' dan, b'segwitu ta' l-eżempju ta' l-istudju mwettaq mill-Bank Nazzjonali tal-Belġju (2), il-Kummissjoni Ewropea u/jew il-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jippubblikaw ċifri ta' l-anqas darba fis-sena dwar l-impatt ta' l-inflazzjoni fuq ix-xiri mid-djar privati skond il-livell tad-dħul.

1.1.2

Il-gżejjer ta' l-Ewropa kollha għandu jkollhom servizzi statistiċi u l-indiċi tal-prezzijiet fil-livell lokali li jippermettu l-kejl oġġettiv ta' l-ispejjeż addizzjonali imposti mill-istatus ta' gżira. Għal dan il-għan is-servizzi statistiċi tagħhom għandhom jiżviluppaw metodoloġija ta' evalwazzjoni komuni.

1.2

B'mod simili, l-Istati Membri u l-Eurostat għandhom jintalbu jagħmlu użu aħjar mid-data li jiġbru dwar il-prezzijiet sabiex jipproduċu indiċi dettaljati li jaqsmu ż-żidiet fil-prezzijiet skond il-kategorija tal-katina tad-distribuzzjoni u l-kategorija tal-prodotti, bi klassifikazzjoni skond jekk humiex fl-iktar livell baxx, medju jew għoli. Il-biża' hu li l-prodotti fl-inqas livell, partikularment il-prodotti ta' l-ikel, għaddew mill-ogħla żidiet fil-prezzijiet. Tqabbil tad-data tal-prezzijiet fuq livell internazzjonali li nġabret mill-istituzzjonijiet inkarigati mill-kalkolu ta' l-inflazzjoni jista' jgħinna nwieġbu l-mistoqsijiet li tqajmu fil-punt 1.4. Il-KESE jistaqsi wkoll jekk jistax ikun utli li nikkunsidraw l-iżvilupp ta' indiċi tal-prezzijiet għall-persuni mdaħħla fl-età.

1.3

Il-Kumitat jittama li l-ħidma li qed titwettaq mill-Eurostat għall-iżvilupp ta' metodi rigorużi għall-inkorporazzjoni ta' bidliet fl-ispejjeż tad-djar privati fl-indiċi ta' l-inflazzjoni tiġi ffinalizzata malajr u tipproduċi proposti operattivi sabiex jitressqu lill-imsieħba ekonomiċi u soċjali involuti. B'mod ġenerali, il-Kumitat jitlob li jiġi assoċjat mar-reviżjonijiet metodoloġiċi ta' l-HICP ta' l-Eurostat.

1.4

Il-Kummissjoni Ewropea għandha teżamina t-tendenzi simultanji fl-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur, il-prezzijiet tal-produzzjoni u l-prezzijiet ta' l-importazzjoni, billi huwa sorprendenti li l-prezzijiet ta' importazzjoni ta' ċerti indikaturi waqgħu ħafna iżda dan ma nħassx mill-konsumatur aħħari. Ikun inaċċettabbli jekk il-konsumaturi jaċċettaw prezzijiet għoljin iż-żejjed bla bżonn minħabba nuqqas ta' informazzjoni essenzjali. Dan jista' jkollu impatt ħażin fuq il-munita unika, u jkun ta' ħsara għar-reputazzjoni tagħha, ħsara li ma tistax tiġi indirizzata.

1.5

Minkejja li huwa konxju tad-diffikultajiet li jiffaċċja l-Eurostat fil-ġbir tad-data, il-Kumitat jistaqsi jekk huwiex possibbli li tiġi ppubblikata data dwar il-konsum tad-djar privati iktar malajr. Bħalissa ddum tliet snin sabiex tidher id-data (b'hekk iċ-ċifri għall-2005 ma ġewx ippubblikati qabel l-2008!). Ċerta data (partikularment dwar it-tqassim tad-dħul) ilha ma tiġi aġġornata mill-2001. Barraminhekk, fil-kuntest tar-rata tat-tibdil soċjali, jaf ikun aħjar jekk il-perijodu bejn is-servejs jiqsar (bħalissa huwa sitt snin).

1.6

Fl-aħħarnett, il-KESE jirrakkomanda l-appoġġ għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-NGOs li jipprovdu l-informazzjoni għall-konsumaturi u jgħinuhom jagħmlu l-għażliet li kulma jmur qed isiru iktar diffiċli billi t-tekniki tal-kummerċjalizzazzjoni u l-pakketti tas-servizzi qegħdin isiru iktar u iktar sofistikati.

2.   Introduzzjoni

2.1

Sa mit-tnedija tagħha (il-parità tar-rati tal-kambju stabbiliti fl-1999, l-introduzzjoni tal-karti u l-muniti ta' l-euro fl-2002 għall-ewwel membri ta' l-Unjoni Monetarja) il-munita unika ilha s-suġġett ta' kull kritika possibbli: filwaqt li l-euro għall-ewwel ma tteħidtx bis-serjetà minħabba d-diprezzament tiegħu kontra l-muniti dinjija ewlenin, iż-żieda fil-valur tiegħu tul dawn l-aħħar tliet snin wassal għall-biża' dwar il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej barra mill-Ewropa. Bosta gvernijiet żiedu ma' din il-kritika sabiex jiġbdu l-attenzjoni mill-iżbalji ta' politika tagħhom stess. Minoranza żgħira saħansitra taw it-tort lill-munita unika, almenu parzjalment, għan-nuqqas ta' konverġenza ġenwina bejn il-pajjiżi fiż-żona ta' l-euro, li wassal għal sejħat sabiex pajjiżhom jirtira miż-żona ta' l-euro.

2.2

L-istatistiċi dwar l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur armonizzati (HICP) jindikaw li l-inflazzjoni ħadet sabta 'l isfel b'mod konsiderevoli matul it-tielet fażi ta' tħejjija ta' l-Unjoni Monetarja Ewropea (EMU) u din żammet livell storikament baxx minn dak iż-żmien, probabilment għax it-tqabbil aktar faċli tal-prezzijiet qanqal il-kompetizzjoni u llimita l-għoli tal-prezzijiet. Madankollu, il-biċċa l-kbira ta' l-Ewropej jemmnu li l-euro huwa responsabbli għad-diffikultajiet li tgħaddi minnhom l-ekonomija nazzjonali tagħhom u li l-bidla għall-munita unika ħolqot pressjonijiet ta' inflazzjoni li naqqsulhom il-poter ta' l-akkwist. Barraminhekk, xi wħud huma favur li jerġgħu jibdew jintwerew il-prezzijiet biż-żewġ muniti, li jkun pass lura għal dawk li huma favur l-integrazzjoni Ewropea. Minn hekk tirriżulta n-nuqqas ta' fiduċja fl-euro u, aktar minn hekk, ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Għalhekk, filwaqt li f'Settembru ta' l-2002, 59 % ta' l-Ewropej kienu jemmnu li l-munita unika kienet “globalment vantaġġuża” kontra 29 % tax-xettiċi (stħarriġ ta' l-Ewrobarometru, 2006). Erba' snin wara, l-entużjażmu li tqajjem minn waħda mill-akbar inizjattivi politiċi Ewropej f'dawn l-aħħar 20 sena naqas aktar u aktar, b'81.4 % taċ-ċittadini kollha jikkunsidraw li l-euro ġab miegħu żieda fil-prezzijiet.

2.3

Sa ma daħal l-euro, il-perċezzjoni tal-konsumaturi dwar l-inflazzjoni kienet tikkorrispondi globalment ma' dik ta' l-HICP. (Harmonised Index of Consumer Prices). Dan ma baqax il-każ mis-sena 2002 'l hawn u bl-akbar diverġenza fl-2003 li wara naqset xi ftit. Mis-sena 2006, il-varjazzjoni reġgħet żdiedet. Mill-aħħar tas-sena 2004, l-inflazzjoni perċepita saret stabbli f'livell ogħla minn dak irreġistrat fl-2001.

Image

2.4

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li daħlu fl-UE fl-2004, l-inflazzjoni reali żdiedet fi żmien l-adeżjoni — fil-fatt sa mill-2003 — bħala riżultat tat-tassazzjoni indiretta u tal-prezzijiet amministrati, l-aktar fl-agrikoltura. Wara dan, din reġgħet waqgħet f'għadd ta' pajjiżi. Imma l-inflazzjoni perċepita żdiedet b'mod aktar mgħaġġel. Ir-Repubblika Ċeka hija l-uniku pajjiż fejn l-inflazzjoni perċepita hi anqas mill-inflazzjoni reali skond data mil-bidu ta' l-2008.

2.5

Jekk nieħdu l-każ tas-Slovenja li hija l-ewwel fost dawk il-pajjiżi li adottaw il-munita unika, insibu wkoll li l-inflazzjoni perċepita żdiedet ħafna fl-2007 bl-introduzzjoni tal-karti u l-muniti ta' l-euro u l-istennijiet taż-żidiet fil-prezzijiet matul is-sentejn qabel il-bidla “ħejjew it-triq” għal din iż-żieda.

Image

2.6

Dawn id-dubji dwar is-saħħa ta' l-euro jikkuntrastaw mal-verdett pożittiv tal-pajjiżi kemm Ewropej kif ukoll non-Ewropej: skond l-FMI (Fond Monetarju Internazzjonali) is-sehem ta' l-euro fir-riżervi internazzjonali żdied b'madwar 18 % fl-1999 għal madwar 25 % fl-2004. Dan is-suċċess huwa saħansitra akbar fl-ekonomiji li għadhom qed jiżviluppaw. Il-fatt li 37 % tat-transazzjonijiet tal-kambju dinjin kollha u bejn 41 % u 63 % tal-pagamenti għall-importazzjoni/esportazzjoni huma kollha denominati bl-euro, jixhdu s-suċċess tiegħu.

2.7

L-għan ta' din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja huwa li tispjega t-tendenzi ta' l-inflazzjoni kif ukoll ir-raġunijiet għad-differenza persistenti bejn l-inflazzjoni perċepita mill-pubbliku ġenerali u l-inflazzjoni reali u, fejn xieraq, tressaq xi rakkomandazzjonijiet.

3.   It-tendenzi tal-prezzijiet fiż-żona ta' l-euro u fit-tliet pajjiżi li mhux membri fiha

3.1

Għal ħafna Ewropej, l-euro ġab miegħu żieda fil-prezzijiet. Imma kieku dak kien il-każ, kien ikun hemm differenza fl-inflazzjoni tal-pajjiżi fiż-żona ta' l-euro u dik fi bnadi oħra. Madankollu, il-bidla fil-prezzijiet fiż-żona ta' l-euro kienet simili għal dik fit-tliet pajjiżi (id-Danimarka, ir-Renju Unit, l-Isvezja) li f'dak iż-żmien ma kellhomx il-munita unika.

3.1.1

Il-matriċi ta' korrelazzjoni jindika safejn il-movimenti fil-prezzijiet huma, minn naħa, simili bejn iż-żona ta' l-euro u t-tliet pajjiżi l-oħra u wkoll bejn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi. Iċ-ċifri ta' kull kaxxa jvarjaw bejn 0 (l-ebda korrelazzjoni) u 1 (korrelazzjoni perfetta).

Matriċi ta' korrelazzjonijiet, 2000-2002

 

Żona ta' l-euro

Danimarka

Svezja

Renju Unit

Żona ta' l-euro

1.00

0.52

0.67

0.67

Danimarka

 

1.00

0.35

0.47

Svezja

 

 

1.00

0.47

Renju Unit

 

 

 

1.00

Matriċi ta' korrelazzjonijiet, 2002-2004

 

Żona ta' l-euro

Danimarka

Svezja

Renju Unit

Żona ta' l-euro

1.00

0.29

0.78

0.80

Danimarka

 

1.00

0.34

0.40

Svezja

 

 

1.00

0.75

Renju Unit

 

 

 

1.00

Sors: Eurostat; kalkoli proprji

3.1.2

Il-korrelazzjoni bejn l-inflazzjoni taż-żona ta' l-euro u dik tar-Renju Unit u l-Isvezja żdiedet wara d-dħul ta' l-euro. Fid-Danimarka ġara l-kontra. Madankollu, il-korrelazzjoni bejn il-prezzijiet Daniżi u Ingliżi tiġi fix-xejn u l-korrelazzjoni mal-prezzijiet Svediżi tibqa' stabbli imma aktar dgħajfa.

3.1.3

Huwa fatt impressjonanti wkoll li tinnota li, b'eċċezzjoni tad-Danimarka mar-Renju Unit, il-korrelazzjoni ta' dawn it-tliet pajjiżi li ma adottawx l-euro hija aktar b'saħħitha maż-żona ta' l-euro milli bejniethom.

3.2

Dan juri li l-movimenti tal-prezzijiet fiż-żona ta' l-euro ma jistgħux jiġu attribwiti għall-euro peress li dawn kienu l-istess fil-pajjiżi li ma adottawx il-munita unika.

3.3

It-tabella li ġejja turi t-12-il kategorija ewlenin ta' prodotti u servizzi (skond il-funzjoni tal-konsum individwali tad-djar privati) li jiġu kkunsidrati fil-kalkolu ta' l-HICP, tindika wkoll il-weighting rispettiva tagħhom u r-ritmu ta' aċċelerazzjoni fil-prezzijiet fis-sentejn ta' qabel u wara l-euro. F'dan il-livell il-konklużjoni hija li tlieta biss mill-kategoriji kollha juru żieda ċara fil-prezzijiet: ix-xorb alkoħoliku u t-tabakk (li għalihom l-għoli fil-prezzijiet jista' jiġi spjegat b'taxxi tad-dazju ogħla) is-saħħa u t-trasport. Fl-istess ħin, huwa minnu li tqassim iktar dettaljat taċ-ċifri juri aċċelerazzjoni fil-prezzijiet f'ċerti oqsma (per eżempju, l-inflazzjoni fil-prezz tal-kiri b'+1.5 % bejn l-2000 u l-2002 għal 2 % bejn l-2002 u l-2004).

Żona ta' l-euro

2000-2002

2002-2004

Żieda fil-prezz

Weighting medju 2000-2004

cp00 Prodotti kollha HICP

2.31

1.99

 

 

cp01 Prodotti ta' l-ikel u xorb non-alkoħoliku

4.47

1.50

Image

157.91

cp02 Xorb alkoħoliku, tabakk u narkotiċi

3.11

5.42

Image

39.71

cp03 Ilbies u żraben

0.64

-0.09

Image

75.87

cp04 Djar, ilma, elettriku, gass u karburanti oħrajn

2.81

2.19

Image

154.96

cp05 Għamajjar, tagħmir għad-djar u manutenzjoni rikorrenti tad-dar

1.68

1.12

Image

79,84

cp06 Saħħa

1.59

4,93

Image

36.04

cp07 Trasport

1.49

2.51

Image

153.67

cp08 Komunikazzjoni

-5.07

-0.73

Image

28.23

cp09 Divertiment u Kultura

1.22

0.10

Image

98.10

cp10 Edukazzjoni

3.46

3.49

Image

9.21

cp11 Lukandi, Ħwienet tal-Kafè u Ristoranti

3.69

3.23

Image

91.25

cp12 Prodotti u servizzi oħra

2.86

2.53

Image

75.25

Sors: Eurostat; kalkoli proprji

4.   Raġunijiet għad-differenza bejn l-inflazzjoni perċepita u osservata

4.1   Spjegazzjonijiet soċjo-ekonomiċi

4.1.1

L-introduzzjoni ta' l-euro ħabtet max-xhur li ġew wara l-11 ta ' Settembru u li ċċajpru bi klima ta' nuqqas ta' sigurtà globali, inkluża dik ekonomika. Dis-sitwazzjoni ħraxet bit-tnaqqis fl-attività ekonomika, perijodu li kkuntrasta bil-kbir mas-snin ta' l-1999 u l-2000, snin ta' tkabbir eċċezzjonali.

4.1.2

Spjegazzjoni waħda għad-differenza persistenti bejn l-inflazzjoni perċepita u l-inflazzjoni reali tinsab f'taħlita ta' bosta fatturi: il-frekwenza ta' xiri ta' prodotti u servizzi differenti mdaħħlin fil-kalkolu ta' l-HICP; il-bidla fil-prezzijiet rispettivi tagħhom, l-importanza li jingħataw mill-konsumaturi.

4.1.2.1

It-tabella li ġejja tipprova tagħti stampa oġġettiva ta' dawn il-fatturi billi tqassam l-eżempji kollha ta' l-HICP f'ħames “familji”: il-prodotti u s-servizzi li jinxtraw regolarment (talinqas darba fix-xahar), dawk li jinxtraw inqas frekwenti u dawk li l-frekwenza tax-xiri tagħhom tvarja skond l-individwi u ċ-ċirkostanzi. Għall-ewwel żewġ kategoriji ssir distinzjoni wkoll skond jekk il-prodott jew is-servizz huwiex soġġett għal kompetizzjoni qawwija nazzjonali jew internazzjonali.

4.1.2.2

Mit-tabella jidher ċar li globalment, il-prezzijiet ta' l-indikaturi li jkollhom kompetizzjoni dgħajfa żdiedu ħafna aktar malajr mill-inflazzjoni medja matul is-snin 2000-2007 (+2.12 %). It-tabella tikkonferma wkoll li l-prezzijiet ta' prodotti li jinxtraw inqas spiss u li jkunu soġġetti għal kompetizzjoni qawwija, kellhom sehem importanti biex jimmoderaw l-inflazzjoni (+0.37 %), kif ukoll jispjegaw parti kbira mill-inflazzjoni (b'weighting ta' 27 %, eżatt wara l-grupp “xiri regolari/kompetizzjoni dgħajfa” b'34 %).

Kategoriji ta' indikaturi

Grad tal-Kompetizzjoni

% tkabbir annwali 2000-7

kontribut għall-HICP

Weighting fl-HICP

Xiri regolari

dgħajfa

2.34

0.92

339.4

qawwija

2.00

0.06

28.8

Xiri mhux regolari

dgħajfa

2.91

0.51

204.7

qawwija

0.37

0.26

269.1

Varjabbli

-

2.38

0.37

157.88

HCPI

 

2.12

2.12

1 000.00

Sors: Eurostat, kalkoli proprji

4.1.2.3

Ir-rwol ta' xiri mhux regolari b'kompetizzjoni qawwija jirrifletti t-tendenzi tal-kummerċ internazzjonali u tal-bidliet strutturali tiegħu. Fl-1995, żewġ terzi mill-importazzjoni ta' prodotti manifatturati importati minn pajjiżi barra ż-żona ta' l-euro ġew minn pajjiżi bi prezzijiet għoljin. Fl-2005, is-sehem tagħhom niżel għal 50 %. Dan it-tnaqqis huwa dovut għar-Renju Unit, għall-Ġappun u għall-Istati Uniti filwaqt li s-sehem ta' l-ekonomiji li qed jiżviluppaw u, ftit inqas tal-pajjiżi membri ġodda, kiber. Il-bidliet fir-rati tal-kambju setgħu wkoll inkoraġġew/żammew lura r-relazzjonijiet kummerċjali ma' l-imsieħba fiż-żona ta' l-euro.

Sehem tal- (gruppi ta') pajjiżi fl-importazzjoni taż-żona ta' l-euro

 

Pajjiżi bi prezzijiet ogħla

li minnhom

Pajjiżi bi prezzijiet baxxi

li minnhom

l-Istati Uniti

il-Ġappun

ir-Renju Unit

iċ-Ċina

L-Istati Membri l-ġodda

1995

65.7

16.1

10.7

20.3

34.3

5

8

1997

65.2

17.7

9.6

21.2

34.8

5.8

8.4

1999

64.1

18.4

9.8

19.6

35.9

6.3

9.8

2001

60.2

18.1

8.5

18.6

39.8

7.9

11.6

2003

55.1

15.1

7.8

16.6

44.9

11

14

2005

50.7

13.9

6.7

15

49.3

14.8

13.1

bidla 1995-2005

-15.0

-2.2

-4.0

-5.3

15.0

9.8

5.1

Sors: Bank Ċentrali Ewropew, Bulletin ta' kull xahar, Awissu 2006

4.1.3

Il-prezzijiet kienu ħafna inqas stabbli mill-2002 'l hawn milli fis-snin qabel l-introduzzjoni tal-karti u l-muniti ta' l-euro.

Image

4.1.4

Il-livell tad-dħul tal-familji jispjega l-perċezzjoni tagħhom fir-rigward tal-bidla fil-prezzijiet. Barraminhekk, il-perċezzjonijiet differenti tal-popolazzjoni jistgħu jissaħħu biż-żieda tan-numru ta' persuni li jgħixu waħidhom u li għandhom salarju/dħul wieħed biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż kollha. Is-sitwazzjoni hi b'mod speċjali diffiċli fejn ikun hemm it-tfal, għal dawk bi dħul baxx, għal dawk in-nies bi ftit kwalifiki, għan-nisa (li għadhom ibatu minn diskriminazzjoni fejn jidħlu salarji u impjiegi) u għal persuni b'kuntratti tax-xogħol flessibbli.

Image

Image

4.1.5

Ta' min jinnota li l-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi li jiffurmaw l-HICP jistgħu jinbidlu minn sena għal oħra biex jirriflettu titjib fil-kwalità tagħhom, mingħajr ma jinbidel il-prezz. Imma, billi l-indiċi ma jqisx bidla bħal din, dik tkun irreġistrata bħala tnaqqis fil-prezz fl-indiċi (anke jekk, dan ma jeskludix li l-prodott/servizz hekk kif kien qabel ma jkunx aktar disponibbli fis-suq għall-konsumaturi. B'hekk it-tnaqqis fil-prezz għandu mnejn ikun mhux ħlief teoretiku mingħajr ma jikkorrispondi mas-sitwazzjoni reali). Skond il-BĊE, il-piż fl-ispejjeż tal-prodotti li l-kwalità tagħhom tipikament tittejjeb ħafna u aktar spiss huwa stmat għal madwar 8-9 % ta' l-HICP globali. Eżempji ta' dan jinkludu l-karozzi, il-kompjuters u ċ-ċellulari.

4.1.6

Hemm bżonn ukoll infakkru fil-prattika ta' xi bejjiegħa bl-imnut u xi kumpaniji li meta qalbu għall-użu tal-karti u l-muniti ta' l-euro, qarrbu l-prezzijiet lejn l-għoli (kiri), minkejja li xi spejjeż supplementari xorta jistgħu jkunu ġustifikati bit-tikkettar, eċċ. jew mill-fatt li xi għoli fil-prezzijiet ma kellux riperkussjonijiet diretti għax il-bejjiegħa ppreferew “jolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda” billi jistennew li tidħol l-euro. L-Eurostat jemmen li l-kontribut tal-bidla għall-euro jgħodd għal bejn 0.12 u 0.29 % ta' l-HICP globali taż-żona ta' l-euro fl-2002.

4.1.7

Fl-aħħarnett, xi ġrajjiet iżolati, mingħajr rabta mal-munita unika, ħabtu mal-bidla għall-euro u setgħu kkontribwew għal żieda fl-inflazzjoni perċepita. Dawn jinkludu ż-żieda kbira fil-prezz taż-żejt (+35 % bejn Diċembru 2001 u April 2002) u fil-ħsad fqir marbut max-xitwa qalila fl-Ewropa u li wkoll laqtet l-ekonomiji barra ż-żona ta' l-euro.

4.2   Spjegazzjonijiet psikoloġiċi

4.2.1

Il-konsumaturi jistgħu jkunu aktar sensittivi għall-għoli fil-prezzijiet milli għat-tnaqqis fil-prezzijiet, hu x'inhu l-prodott konċernat, u din is-sensittività setgħat ħraxet bil-qabża fid-dlam li kienet tirrappreżenta l-munita unika l-ġdida, min-nuqqas ta' fiduċja mnissla min-numru akbar ta' prezzijiet differenti mwaħħlin għall-istess oġġett wara l-bidla għall-euro u mid-daqs ta' l-ispejjeż marbuta mal-prodotti u s-servizzi li jkunu għolew fil-prezz (kiri, prodotti ta' l-ikel, petrol).

4.2.2

Peress li l-ispejjeż tad-dar għas-sidien bħalissa huma esklużi mill-qoffa ta' l-HICP, iż-żidiet qawwija fil-prezzijiet tal-proprjetà f'xi pajjiżi jistgħu jispjegaw id-differenza bejn l-inflazzjoni perċepita u l-inflazzjoni reali.

4.2.3

Huwa minnu wkoll li l-konsumaturi li jikkonvertu l-prezz ta' l-euro fil-munita nazzjonali ta' qabel ta' xi prodott li jkunu beħsiebhom jixtru, jirreferu għall-prezz li kien fis-seħħ qabel ma daħal l-euro. Dan jagħti lok għal distorsjoni billi l-prezz ta' qabel ma jkunx għadu jgħodd minħabba l-inflazzjoni (3).

4.2.4

Ta' min jinnota wkoll il-konfużjoni li ta' spiss issir minn ħafna konsumaturi, u saħansitra osservaturi, bejn il-bidla fil-poter ta' l-akkwist u l-istennijiet dejjem jikbru fejn jidħol il-livell ta' l-għajxien. Ħafna indiċi jimmiraw li juru li l-istennijiet fil-livell ta' l-għajxien tal-konsumaturi huma ħafna aktar stimulati minn qabel b'bidliet spissi fit-teknoloġija, id-dehra ta' prodotti jew servizzi ġodda (li għandhom it-tendenza li “jiżdiedu” mal-konsum ta' kuljum), marketing dejjem aktar sofistikata u tixrid mgħaġġel ħafna ta' livelli ta' konsum minħabba l-pressjoni soċjali. B'hekk ix-xiri, per eżempju, ta' GPS li jiżdied ma' konsum ieħor jew tal-ħxejjex li huma maħsulin minn qabel u mħejjija bil-lest, jagħtu l-impressjoni li jżidu l-piż fuq il-poter ta' l-akkwist iżda fil-fatt il-pressjoni fuq il-baġit tal-familji sseħħ minħabba l-istennijiet li jogħlew iktar malajr mid-dħul.

4.3   Spjegazzjonijiet metodoloġiċi

4.3.1

L-għan hawnhekk m'huwiex li niddubitaw il-validità ta' l-HICP li joqgħod fuq l-osservazzjoni u r-rapporti ta' kull xahar mill-uffiċċji nazzjonali ta' l-istatistika ta' aktar minn 700 prodott u servizz rappreżentattivi, li jikkorrispondi ma' kważi 1.7 miljun osservazzjoni f'180 000 post ta' bejgħ (points of sale) fix-xahar.

4.3.2

Madankollu, huwa importanti li niftakru li l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsum jirriżulta minn ċerti konvenzjonijiet, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' (1) l-għażla tal-prodotti u s-servizzi li jservu bħala indikaturi u li ser jintużaw sabiex jiġi kompilat l-indiċi u (2) il-weighting ta' kull wieħed minn dawn l-indikaturi.

4.3.3

Madankollu, hekk kif turi t-tabella hawn isfel, l-istruttura ta' l-ispejjeż tad-djar privati tinbidel relattivament skond id-dħul tagħhom. Il-varjazzjonijiet l-aktar qawwija jidhru fil-kiri reali tad-djar, li jirrappreżenta spiża ta' ħames jew sitt darbiet iktar għall-20 % tal-familji bl-inqas dħul milli għall-20 % ta' l-iktar għonja, fejn il-proprjetajiet jistgħu jkunu jew mikrijin jew okkupati mis-sidien. Għaldaqstant dawn ikollhom fehma differenti tal-bidliet fil-prezzijiet tal-proprjetà. Il-familji l-aktar foqra jonfqu wkoll 81 % aktar mid-dħul tagħhom fuq l-ikel u x-xorb non-alkoħoliku, u dan jagħmilhom aktar sensittivi għal żidiet fil-prezzijiet ta' dawn il-prodotti ta' l-ikel fis-swieq dinjija. Il-familji aktar sinjuri jonfqu 67 % aktar fuq karozzi ġodda mill-familji fl-ewwel kwintila. Billi fil-perijodu 2000-2008, il-prezzijiet tal-karozzi ġodda nbidlu ħafna aktar bil-mod mill-HICP, dawn il-familji gawdew ħafna minn din it-tendenza pożittiva.

Żona ta' l-euro — HICP = 1000

(2005)

% żieda annwali medja

(2000-2008 HICP = 2.3)

l-1 kwintila

il-5 kwintila

Differenza l-1–l-5 kwintila

Spejjeż ta' konsum medju (PPS)

Weighting fl-HICP

Differenza

cp01 Ikel u xorb non-alkoħoliku

2.5

195

108

80.6

143.3

154.91

11.6

cp02 Xorb alkoħoliku, tabakk u narkotiċi

4.1

29

17

70.6

21.4

40.71

19.3

cp03 Ilbies u żraben (footwear )

1.4

54

62

-12.9

60.3

74.20

13.9

cp04 Djar, ilma, elettriku, gass u karburantioħra

3.1

325

251

29.5

278.9

150.50

-128.4

 li minnhom: cp041 Kiri ta' djar

1.9

134

24

458.3

53.8

63.50

9.7

 cp042 Kiri attribwiti għal kiri tad-djar

-

106

151

-29.8

143.9

 

-

cp05 Għamajjar, tagħmir għad-djar u manutenzjoni rikorrenti tad-dar

1.3

41

69

-40.6

56.8

76.5

19.7

cp06 Saħħa

2.5

31

42

-26.2

35.7

41.67

5.9

cp07 Trasport

2.8

92

146

-37.0

125.6

153.31

27.7

li minnhom : cp071 Xiri ta' vetturi

1.2

23

70

-67.1

48.1

47.93

-0.1

cp08 Komunikazzjoni

-2.7

37

24

54.2

28.6

29.19

0.6

cp09 Divertiment u Kultura

0.6

64

90

-28.9

83.0

94.66

11.7

cp10 Edukazzjoni

4.0

7

10

-30.0

8.7

9.49

0.8

cp11 Lukandi, Ħwienet tal-Kafè u ristoranti

3.2

42

67

-37.3

55.2

93.19

38.0

cp12 Prodotti u servizzi oħra

2.3

85

113

-24.8

102.5

81.67

-20.8

 li minnhom: cp121 attenzjoni personali

1.9

27

25

8.0

26.1

26.36

0.2

 cp125 poloz ta' assigurazzjoni

2.5

44

63

-30.2

55.2

18.60

-36.6

Sors: Eurostat; kalkoli proprji

4.3.3.1

It-tabella li ġejja turi d-differenzi fl-inflazzjoni esperjenzati mill-grupp f'naħat opposti ta' l-ispettru tad-dħul, skond il-profil tal-konsum tagħhom u timmarka d-differenza bejniethom mill-1996. Matul dawn l-aħħar 12-il sena l-inflazzjoni li laqtet l-ifqar djar qabżet dik ta' l-iktar djar għonja b'sitt darbiet. L-oppost ġara tliet darbiet u fi tliet snin ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti.

Image

4.3.3.2

Apparti minn dan l-effett strutturali, jidher li f'perijodi fejn il-prezzijiet ta' l-ikel jiżdiedu malajr l-ifqar djar li jixtru l-marki rħas jew li jixtru fi ħwienet bi skontijiet kbar ser jintlaqtu agħar billi l-materji primi ta' l-ikel jgħoddu għal proporzjon ogħla tal-prezz li jħallas il-konsumatur aħħari (billi s-sehem ta' l-imballaġġ u l-ispejjeż tal-marketing huma inqas).

4.3.3.3

Barraminhekk, l-ifqar djar ma jistgħux inaqqsu l-impatt ta' prezzijiet ogħla fuq il-baġit tagħhom billi r-rata ta' l-iffrankar hija strutturalment baxxa u jsibuha iktar diffiċli li jiksbu l-kreditu. Fil-fatt dawn huma fir-riskju li jaqgħu fin-nassa tad-dejn.

4.3.3.4

Din is-sejba tapplika wkoll fil-livell ta' l-Istati Membri billi kif turi t-tabella hawn isfel, id-djar jallokaw proporzjonijiet differenti tad-dħul tagħhom lil kategoriji differenti ta' prodotti u servizzi skond il-post ġeografiku tagħhom (per eżempju, l-istatus ta' gżira jfisser spejjeż tat-trasport għoljin) u l-livell ta' żvilupp soċjoekonomiku (il-familji Rumeni u Bulgari jonfqu kważi tliet darbiet mid-dħul tagħhom fuq l-ikel iktar mill-kontropartijiet tagħhom f'pajjiżi oħrajn), eċċ. L-aħħar żewġ kolonni juru l-livell sa fejn l-infiq relattiv ta' kull grupp ta' pajjiżi jew fiż-żona ta' l-euro huma omoġenji (iktar ma jkun baxx il-koeffiċjent tal-varjazzjonijiet, iktar ma tikber l-omoġeneità). Filwaqt li hemm similitaritajiet qawwija bejn il-pajjiżi taż-żona ta' l-euro, dan japplika inqas għal gruppi ta' pajjiżi oħra. Dan juri l-limiti ta' l-HICP li, billi huwa bbażat fuq weightings medji, ma jistax, skond id-definizzjoni tiegħu stess, jirrifletti s-sitwazzjoni speċifika ta' pajjiżi differenti. Fil-kuntest ta' l-implikazzjonijiet għall-politika monetarja u l-inflazzjoni, il-pajjiżi li daħlu fiż-żona ta' l-euro m'għandhomx jissottovalutaw dan il-punt.

 

Żona ta' l-euro

(barra l-Lussemburgu)

3 SM barra ż-żona ta' l-euro

SM ġodda barra ż-żona ta' l-euro

(barra Ċipru, Malta u s-Slovenja)

Ċipru, Malta

Rumanija, Bulgarija

koeffiċjent tal-varjazzjoni bejn dawn il-gruppi

koeffiċjent tal-varjazzjoni fiż-żona ta' l-euro

Djar, ilma, elettriku, gass u karburanti oħra

26.11

30.57

22.86

15.33

25.15

0.23

0.10

Ikel u xorb non-alkoħoliku

14.24

11.06

25.85

18.17

37.88

0.50

0.18

Trasport

12.94

13.82

10.22

15.60

5.73

0.33

0.16

Prodotti u servizzi oħra

10.14

7.65

6.25

6.89

3.07

0.38

0.29

Kultura u divertiment

8.65

12.33

6.98

8.02

3.54

0.40

0.32

Lukandi, ħwienet tal-kafé u ristoranti

6.21

5.27

3.97

7.68

2.34

0.40

0.35

Xorb alkoħoliku, tabakk u narkotiċi

2.61

2.56

3.05

2.32

4.78

0.32

0.40

Għamajjar, tagħmir għad-djar u manutenzjoni rikorrenti tad-dar

5.77

6.34

5.00

8.30

3.39

0.31

0.13

Ilbies u żraben

5.70

4.92

6.02

8.04

4.66

0.23

0.21

Saħħa

3.53

2.12

3.54

3.89

4.07

0.22

0.44

Komunikazzjoni

3.06

2.73

5.21

3.16

4.72

0.29

0.17

Edukazzjoni

1.05

0.63

1.05

2.59

0.66

0.68

0.61

Nota: m'hemm l-ebda data disponibbli għal-Lussemburgu

4.3.4

Bl-istess mod, teżisti differenza kultant konsiderevoli bejn l-istruttura medja ta' l-ispejjeż ta' konsum u l-mod kif l-indikaturi jingħataw weighting fl-HICP. B'hekk, bejn wieħed u ieħor, il-familji taż-żona ta' l-euro nefqu 27.5 % tad-dħul tagħhom fid-djar, l-ilma u l-enerġija u madankollu din is-sezzjoni tgħodd biss għal 16.3 % ta' l-HICP. Is-saħħa u l-assigurazzjoni wkoll ingħataw weighting baxxa. Min-naħa l-oħra, l-HICP tagħti weighting għolja wisq lill-ikel, it-trasport u l-grupp ta' “lukandi, ristoranti u ħwienet tal-kafè”.

Brussell, id-9 ta' Lulju 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar Il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tat-tendenzi fis-swieq finanzjarji, ĠU C 10, 15.1.2008, p. 96, punt 1.14.

(2)  Bank Nazzjonali tal-Belġju L'évolution de l'inflation en Belgique: une analyse de la Banque nationale de Belgique réalisée à la demande du gouvernement fédéral (It-tendenza ta' l-inflazzjoni fil-Belġju: Analiżi mill-Bank Nazzjonali tal-Belġju mwettaq fuq talba tal-Gvern Federali), Revue économique, 2008, p. 17.

(3)  Eżempju: jkolli ħsieb nixtri karozza fl-aħħar ta' l-2002 u niftakar li sena qabel kieku kienet tiswieli 100. 100 illum iservuni bħala referenza imma minn dak iż-żmien, l-inflazzjoni mkejla mill-HICP kienet ta' 2.2 tant li l-prezz li għalih irrid nirreferi mhux 100 imma 102.2. Jekk nagħmel dan fl-2007, il-varjazzjoni tkun aktar kbira għax il-prezz għandu mnejn ikun ta' 114!