12.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 271/76


Il-Ħamis, 8 ta’ Mejju 2008
Miżuri ta’ implimentazzjoni (Emenda għall-Artikolu 81)

P6_TA(2008)0190

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar l-emenda għall-Artikolu 81 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni (2008/2027(REG))

2009/C 271 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra mill-President tiegħu tas-27 ta’ Marzu 2008 li permezz tagħha ntbagħtet il-ftehima interistituzzjonali kif approvata mill-Konferenza tal-Presidenti fit-12 ta’ Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 2006/512/KE (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 120(2), 201u 202 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0108/2008),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

TEST PREŻENTI

EMENDA

Emenda 1

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament

Artikolu 81 — paragrafu 4 — punt (a)

(a)

iż-żmien ta’ l-iskrutinju għandu jibda jgħodd meta l-abbozz ta’ miżuri jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha;

(a)

iż-żmien ta’ l-iskrutinju għandu jibda jgħodd meta l-abbozz ta’ miżuri jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha; Fejn japplikaw limiti iqsar ta’ żmien (Artikolu 5a(5)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni) u f’każijiet ta’ urġenza (Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE), il-perjodu taż-żmien għall-iskrutinju għandu jibda jgħodd mid-data meta l-Parlament jirċievi l-abbozz aħħari tal-miżuri ta’ implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi ppreżentati lill-membri tal-kumitat stabbilit skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni mill-president tal-kumitat responsabbli. L-Artikolu 138 ma japplikax f’dan il-każ;


(1)  Testi Adottati, 8.5.2008. P6_TA(2008)0189.