20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 66/82


Talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Hans-Peter Martin

P6_TA(2008)0089

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2008 dwar it-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Hans-Peter Martin (2007/2215(IMM))

(2009/C 66 E/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Hans-Peter Martin, imressqa mir-Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika ta' l-Awstrija fl-24 ta' Settembru 2007, u mħabbra fis-seduta plenarja fis-27 ta' Settembru 2007,

wara li sema' lil Hans-Peter Martin skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u ta' l-10 ta' Lulju 1986 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 57 tal-Bundesverfassungsgesetz ta' l-Awstrija,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0071/2008),

1.

jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Hans-Peter Martin;

2.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika ta' l-Awstrija.


(1)  Kawża 101/63, Wagner/Fohrmann u Krier, Ġabra 1964, p. 383, u Kawża 149/85, Wybot/Faure u oħrajn, Ġabra 1986, p. 2391.