52008DC0766

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Ir-rikavat mill-kriminalità organizzata . jiġi żgurat li "il-kriminalità ma tirrendix" /* KUMM/2008/0766 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.11.2008

KUMM(2008) 766 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Ir-rikavat mill-kriminalità organizzata Jiġi żgurat li "il-kriminalità ma tirrendix"

WERREJ

1. DAĦLA 3

2. GĦALFEJN NIFFOKAW FUQ IR-RIKAVAT MILL-KRIMINALITÀ ? 3

3. KWISTJONIJIET ATTWALI MAL-QAFAS LEGALI TAL-UE 4

3.1. Il-qafas legali eżistenti u l-implimentazzjoni difettuża tiegħu 4

3.2. Tfassil mill-ġdid tal-qafas legali tal-UE 5

3.3. Każ għal aktar dispożizzjonijiet legali 6

4. KOOPERAZZJONI FOST L-AWTORITAJIET NAZZJONALI 7

4.1. Twaqqif ta’ Uffiċċji nazzjonali għall-Irkupru tal-Assi 7

4.2. Twaqqif ta’ Uffiċċji effettivi għall-Irkupru tal-Assi 8

4.3. Koordinazzjoni bejn l-AROs – ir-rwol tal-Europol u l-Eurojust 9

5. KOOPERAZZJONI INERNAZZJONALI – ASPETTI TA’ PAJJIŻI TERZI 10

6. MIŻURI TA’ SOSTENN MHUX LEĠIŻLATTIVI 10

6.1. Għodod ġodda biex jiġu identifikati r-rikavati mill-kriminalità b’mod aktar effettiv 10

6.2. Tisħiħ tal-investigazzjonijiet finanzjarji u l-analiżi kriminali finanzjarja 10

6.3. Żamma tal-istatistika regolari u komparabbli għall-konfiski 11

7. KONKLUŻJONI – GĦAXAR PRIJORITAJIET STRATEĠIĊI 11

1. DAĦLA

Din il-Komunikazzjoni tiffoka fuq il-konfiska u l-irkupru tar-rikavat mill-kriminalità fl-Unjoni Ewropea[1].

Jeżistu proċeduri legali differenti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jiġi kkonfiskat ir-rikavat mill-kriminalità. Kundizzjoni minn qabel hi li jkun hemm aġenziji nazzjonali effettivi inkarigati biex isibu l-assi u jiġu kkonfiskati b’suċċess, kif ukoll għall-kooperazzjoni internazzjonali.

L-Unjoni Ewropea tista’ tipprovdi valur miżjud billi

1. tagħmel il-qafas legali tal-UE aktar koerenti u tkompli ttejbu,

2. tippromwovi l-koordinazzjoni, l-iskambju tal-informazzjon u l-kooperazzjoni fost l-aġenziji nazzjonali,

3. tassisti fil-ħolqien ta’ għodod ġodda relatati mal-identifikazzjoni u t-traċċi tal-assi,

4. tiffaċilita l-infurzar tal-mandati għall-iffriżar u l-konfiska,

5. tiffaċilita l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi permezz tar-ratifika tal-konvenzjonijiet u l-promozzjoni tal-ftehimiet biex jitqassmu l-assi.

6. tassisti lill-imsieħba biex jiżviluppaw inizzjattivi ġodda permezz ta’ programmi ffinanzjati tal-UE.

2. GĦALFEJN NIFFOKAW FUQ IR-RIKAVAT MILL-KRIMINALITÀ ?

Sabiex jiġu mfixxkla attivitajiet ta’ kriminalità hu essenzjali li l-kriminali jiġu mċaħħda mir-rikavat mill-kriminalità. Il-gruppi organizzati ta’ kriminalità qed jibnu netwerks internazzjonali fuq skala kbira u qed jiġġeneraw qligħ sostanzjali mid-diversi attivitajiet kriminali. Qed isir ħasil ta’ flus u r-rikavat mill-kriminalità qed jerġa’ jiġi injettat fl-ekonomija legali.

L-effikaċja tas-sistemi nazzjonali kontra l-ħasil tal-flus u l-kooperazzjoni internazzjonali f’dan il-qasam huma ta’ importanza kbira. Madanakollu, anke meta r-rikavat mill-kriminalità jkun ġie maħsul b’suċċess, l-assi tal-kriminali organizzati jistgħu xorta jibqgħu jiġu identifikati permezzz tal-intelliġenza u l-investigazzjoni finanzjarja, jinqabdu u jiġu rkuprati

Il-konfiska u l-irkupru tal-assi tal-kriminali hi mezz ferm effettiv kif tkun miġġielda l-kriminalità li essenzjalment hi xprunata mill-profitti[2]. Il-konfiska ma tippermettix li l-ġid mill-kriminalità jista’ jintuża’ biex jiffinanzja attivitajiet oħra kriminali, jipperikola l-fiduċja fis-sistemi finanzjarji u jikkorrompi lis-soċjetà leġittima. Il-konfiska għandha effett deterrenti billi ssaħħaħ il-fehma li “l-kriminalità ma tirrendix”[3]. Din tista’ tgħin biex jitneħħew ix-xempji ta’ eżempji negattivi mill-komunitajiet lokali. F’ċerti każi miżuri għall-ikkonfiskar tar-rikavat mill-kriminalità jippermettu li jiġu mmirati dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fi ħdan organizzazzjonijiet kriminali li rarament jiġu investigati u mħarrka.

Fil-preżent in-numru globali ta’ każi ta’ konfiska fl-UE hu relattivament limitat u l-ammonti rkuprati mill-kriminalità organizzata huma modesti, speċjalment jekk jiġu mqabbla mad-dħul stmat tal-gruppi organizzati ta’ kriminalità. Għaldaqstant hemm bżonn li jkun hemm użu akbar tal-proċeduri tal-konfiska.

3. KWISTJONIJIET ATTWALI MAL-QAFAS LEGALI TAL-UE

Erba’ Deċiżjonijiet Qafas tal-UE qed jiġu implimentati fuq livelli nazzjonali bil-għan li jiġi żgurat approċċ komuni għall-konfiska. Tlieta minnhom iqajmu l-kwistjonijiet tal-implimentazzjoni.

3.1. Qafas legali eżistenti u l-implimentazzjoni tal-mudelli tiegħu

Id-Deċiżjoni Qafas 2001/500/JHA[4] armonizzat uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-konfiska u s-sanzjonijiet kriminali għall-ħasil tal-flus. Globalment dan it-test iddaħħal pjuttost tajjeb f’bosta Stati Membri.

Id-Deċiżjoni Qafas 2003/577/JHA[5] tapplika l-prinċipju ta’ għarfien reċiproku għall-mandati tal-iffriżar tal-proprjetà jew tal-evidenza. Jeżisti dewmien sinifikanti fit-transpożizzjoni tal-Istati Membri. Hemm ftit informazzjoni disponibbli dwar l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiżguraw li l-assi jew l-evidenza li tkun tinsab fi Stat Membru tista' tiġi ffriżata fuq il-bażi ta' deċiżjoni li tittieħed minn awtorità ġudizzjarja fi Stat Membru ieħor u tiġi trażmessa b'mod dirett mal-awtorità ġudizzjarja li tiġi eżegwita permezz ta' ċertifikat speċifiku. Jidher li ċ-ċertifikat li jitlob l-eżekuzzjoni tal-mandati għall-iffriżar hu pjuttost diffiċli biex jitlesta u ma jinkludix l-oqsma kollha neċessarji. Għaldaqstant, l-awtortajiet ġudizzjarji għandhom it-tendenza li jerġgħu jużaw il-formoli standard tal-assistenza legali reċiproka. Jekk din ix-xejra tkompli, din id-Deċiżjoni Qafas ma tkunx laħqet għal kollox l-għanijiet tagħha.

Id- Deċiżjoni Qafas 2005/212/JHA[6] għandha l-għan li tiżgura li l-Istat Membru jintroduċi regoli effettivi dwar il-konfiska, inklużi regoli dwar il-provi fir-rigward tas-sors tal-assi kkonċernati. Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Diċembru 2007[7] wera li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jieħduha bil-mod biex iwettqu l-miżuri li jippermettu li jkun hemm konfiska aktar mifruxa. Jidher li d-dispożizzjonijiet tat-test mhumiex ċari u jwasslu għal-transpożizzjoni frammentarja. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Qafas tipprovdi għal kriterji alternattivi għall-konfiska estiża. De facto din setgħet irristrinġiet l-ambitu tal-għarfien reċiproku. L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jeżegwixxu biss il-mandati ta’ konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor jekk ikunu bbażati fuq l-istess kriterju(i) għall-konfiska applikat/i mill-Istat Membru li jkun qed jirċievi.

Id-Deċiżjoni Qafas 2006/783/JHA[8] tapplika l-prinċipju ta’ għarfien reċiproku għall-mandati tal-ffriżar tal-proprjetà jew tal-evidenzaMeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn il-kriterji li ssemmew qabel għall-konfiska estiża u d-dispożizzjonijiet dwar l-għarfien reċiproku tal-mandati ta’ konfiskaTaħt id-dispożizzjonijiet tal-aħħar, waħda mid-deċiżjonijiet biex jitħalla jsir in-nuqqas ta’ rikkonoxximent jew in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni għal mandat ta’ konfiska hi li din tkun taqa’ barra mill-ambitu tal-għażla(għażliet) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/212/JHA adottat mill-Istat li jkun qed jeżegwixxi fil-leġiżlazzjoni nazzjonaliBarra minn hekk, id-Deċiżjoni Qafas 2006/783/ JHA tidher li tapplika biss għal mandati ta’ konfiska fil-qafas tal-proċeduri kriminaliGħalhekk il-mandati ta’ konfiska bbażati fuq proċeduri ċivili ta’ konfiska jew fuq l-użu estiż tas-setgħat ta’ tassazzjoni mhux neċessarjament għandhom jiġu eżegwiti fl-Istati Membri kollha. Din il-kwistjoni tar-rikonoxximent reċiproku hi ferm rilevanti, minħabba li dawn il-proċeduri qegħdin dejjem jiżdiedu, speċjalment f'pajjiżi b'liġijiet komuni, u qed juru biċ-ċar li huma għodod effettivi ħafna biex jiġi attakkat ir-rikavat tal-attivitajiet mill-kriminalità organizzata. Għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat id-dewmien possibli fit-transpożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Minbarra dan t'hawn fuq, it-Tieni Protokol[9] l għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej[10] , li għandhom jidħlu fis-seħħ sal-aħħar tal-2008, jipprovdi għal miżuri ta' konfiska kif ukoll għall-kooperazzjoni operattiva mal-Istati membri fil-ġlieda kontra l-frodi u l-ħasil tal-flus inkluża l-konfiska. Il-proposta għal Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat Ewropew għall-Provi biex jinkisbu oġġetti, dokumenti u dejta li jintużaw fi kwistjonijiet kriminal[11]i, li għandhom jiġu adottati formalment sal-aħħar tal-2008, jipprovdu regoli dwar is-segwitu tal-mandati tal-iffriżar abbażi tad-Deċiżjoni Qafas 2003/577/JHA. Din tinkludi wkoll ċerti dispożizzjonijiet għall-Protokoll tal-2001 għall-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali[12].

3.2. Tfassil mill-ġdid tal-qafas legali tal-UE

Fl-aħħar nett, it-testi legali eżistenti huma biss parzjalment transposti. Uħud mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet Qafas mhumiex ċari ħafna bir-riżultat li t-tanspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali mhijiex kompluta. Nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-kriterji għall-konfiska estiża min-naħa waħda, u d-dispożizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tal-mandati ta’ konfiska fi Stat Membru ieħor min-naħa l-oħra, jistgħu jaffettwaw bil-kbir ir-rikonoxximent reċiproku. Jeżistu kwistjonijiet rilevanti bir-rikonoxximent reċiproku tal-mandati tal-iffriżar u tal-konfiska bbażati fuq proċeduri ċivili tal-konfiska jew l-użu estiż tas-setgħat tassattivi. Hu essenzjali li jkunu qed jitħaddmu mekkaniżmi prattiċi u effettivi biex jiġu ffriżati u kkonfiskati l-assi minn barra l-pajjiż. [ Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkunsidrat tfassil mill-ġdid tal-qafas legali eżistenti tal-UE Eżerċizzju bħal dan għandu jkun konformi mal-politiki tal-UE ta’ simplifikazzjoni u regolamenti aħjar u għandu jtejjeb iċ-ċarezza u l-koerenza tat-testi eżistenti.

3.3. Każ għal aktar dispożizzjonijiet legali

Minbarra t-fassil mill-ġdid tal-qafas legali eżistenti, il-Kummissjoni għandha tesplora l-possibiltà biex testendi ċerti kunċetti legali u tintroduċi regoli ġodda sabiex iżżid il-possibiltajiet għall-konfiska. Madanakollu, minħabba li miżura ta’ konfiska (eż ir-revoka tar-responsabbilità tal-prova) jistgħu jaffettwaw id-drittijiet fundamentali (bħalma hu d-dritt għall-proprjetà u d-dritt ta’ mezzi adegwati għar-rikors) approċċ ibbilanċjat hu meħtieġ u jeħtieġ li jiġu pprovduti salvagwardji xierqa. L-ideat li ġejjin, li huma bbażati fuq il-prassi tal-Istati Membri, jistgħu jitqiesu għad-diskussjoni. :

3.3.1. Konfiska mingħajr kundanna kriminali (konfiska ċivili)

Skont il-biċċa l-kbira tal-ġuriżdizzjonijiet tal-Istati Membri il-konfiska hi sanzjoni marbuta mal-kundanna kriminali. Madankollu, strument legali ġdid jista’ jintroduċi mumenti meta l-konfiska issir mingħajr ma jkun hemm kundanna minn qabel (b’hekk titrażloka r-Rakkomandazzjonijiet tal-FATF 3[13] f’leġiżlazzjoni tal-UE. Pereżempju:

(i) Fejn hemm suspett li l-assi huma rikavat minn kriminalità serja, minħabba l-isproporzjon tiegħu mad-dħul iddikjarat tal-proprjetarju u minħabba l-fatt li hu/hi għandu/ha kuntatti regolari ma’ kriminali magħrufa. F’din iċ-ċirkostanza tista' tinfetaħ kawża quddiem il-qorti ċivili (li tista' tordna l-konfiska tal-assi) ibbażata fuq l-assunzjoni, tal-bilanċ tal-probabbiltajiet, li l-assi jistgħu jkunu ġejjin minn rikavat tal-kriminalità F’dawn il-każi r-responsabbilità tal-provi tkun bil-maqlub u l-allegat kriminali għandu jagħti prova tal-oriġini leġittimi tal-assi.

(ii) Meta l-persuna ssuspettata minn ċerti reati serji tkun mietet, maħruba għal ċertu perjodu ta’ żmien jew inkella ma tkunx disponibbli għall-prosekuzzjoni.

(iii) F’ċerti każi, meta l-flus kontanti jiġu kkonfiskati mill-awtoritajiet tad-dwana bi ksur tar-Regolament tal-KE dwar il-Kontroll ta’ Flus Kontanti[14]. Deċiżjoni amministrattiva tista’ tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet biex iżommu l-ammonti li jkunu aktar minn EUR 10 000 li ma kinux ġew iddikjarati meta ddaħlu jew inħarġu mill-UE. Madankollu, jekk dawn l-ammonti jkun jeħtieġ li jiġu kkonfiskati (pereżempju bħala rikavat mill-evażjoni tat-taxxa) jkun meħtieġ mandat tal-qorti Minħabba li mhux kull Stat Membru tal-UE jieħu passi kriminali kontra l-evażjoni tat-taxxa, dan jista’ jkun każ aktar ta’ konfiska ċivili.

3.3.2. Creating a new criminal offence for owning "unjustified" assets

Jeżistu proċeduri legali differenti fl-Istati Membri (il-konfiska kriminali, il-konfiska ċivili, l-użu tas-setgħa tal-awtoritajiet tat-taxxa), li kollha għandhom l-istess għan li jikkonfiskaw r-rikavat mill-kriminalità. F’ċerti Stati Membri, fin-nuqqas ta’ kundanna kriminali preċedenti, tista’ ma ssirx il-konfiska.

Offiża ġdida kriminali għas-sjieda ta’ assi "mhux iġġustifikati" tista’ tiġi introdotta sabiex tattakka r-rikavat mill-kriminalità f’każi fejn l-assi ma jkunux ipproporzjonati mad-dħul iddikjarat ta’ sidhom u hu/hi għandu/għandha kuntatti regolari ma’ kriminali magħrufa. Id-differenza fil-każ taħt (i) hawn fuq hi li l-proċedura ssir f'qorti kriminali u li r-responsabbiltà tal-prova ma tkunx kompletament maqluba[15].

3.3.3. Żgurar ta’ għarfien reċiproku tal-mandati ta’ iffriżar u konfiska

Approċċ alternattiv jikkonsisti fl-iżgurar ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ mandati ta’ iffriżar u ta’ konfiska mill-Istat Membru anke meta dawk il-mandati jkunu bbażati fuq proċeduri li jistgħu ma jkunux applikabbli fl-Istat li jeżegwixxi (eż il-proċedura ta’ konfiska ċivili, il-proċeduri bbażati fuq l-użu estiż tas-setgħat ta’ tassazzjoni). Madanakollu, għandu jiġi rrikonoxxut li tali każi ta’ rikonoxximent reċiproku jistgħu jitolbu kundizzjonijiet supplimentari.

3.3.4. Estensjoni tal-ambitu tal-konfiska mandatorja

Il-konfiska mandatorja tista’ tiġi introdotta wara l-kundanna għal ċerti offiżi kriminali serji li minnhom il-gruppi organizzati ta’ kriminalità jkunu kisbu profitti sostanzjali. Il-lista ta’ offiżi stabilita fid-Deċiżjoni Qafas dwar il-Konfiska Estiża tista’ tintuża’ bħala bażi u tiġi estiża biex tkun tinkludi offiżi oħra.

3.3.5. Infurzar tal-obbligi biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kontijiet tal-bank

Tfassil mill-ġdid jista’ jipprovdi l-opportunità biex fil-qafas legali ġdid jiġu inklużi d-dispożizzjonijiet diġà msemmija fil-Protokoll tal-2001, li għadu ma ġiex irratifikat minn għadd suffiċjenti ta' pajjiżi u li għadu ma daħalx fis-seħħ. Il-Protokoll jipprevedi li l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu dettalji tal-kontijiet tal-bank u operazzjonijiet konnessi mal-bank ta’ persuni identifikati u jistgħu ma jkunux jiddependu fuq regoli dwar sigrieti tal-banek bħala mezz biex jirrifjutaw li jikkooperaw f’dan il-kuntest. L-infurzar ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jista’ jgħin bil-kbir biex jiġu intraċċati l-assi fl-Istati Membri l-oħra. Is-sostituzzjoni tal-Protokoll ma’ dispożizzjonijiet fil-qafas legali ġdid dwar il-konfiska jista’ jippermetti lill-Kummissjoni biex tħaffef ir-ritmu fl-isforzi sabiex twettaqhom bis-sħiħ.

4. KOOPERAZZJONI FOST L-AWTORITAJIET NAZZJONALI

Ir-rikavat mill-kriminalità qed jiġi akkwistat dejjem aktar f’pajjiżi minbarra dawk fejn l-organizzazzjoni kriminali normalment topera jew fejn issir kundanna kriminali. Dan jagħmilha diffiċli biex ikun identifikat ir-rikavat mill-kriminalità u l-qbid. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-iskambju rapidu tal-informazzjoni huma essenzjali sabiex tiġi massimizzata l-possibiltà għall-konfiska tar-rikavat mill-kriminalità.

4.1. Twaqqif ta’ Uffiċċji nazzjonali għall-Irkupru tal-Assi

L-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi (AROs) jiffaċilitaw l-intraċċar tal-assi kriminali, jieħdu sehem fi proċeduri ta’ konfiska, jiżguraw il-ġestjoni proprja tal-assi kkonfiskati u jaġixxu bħala punt ta’ kuntatt għal attivitajiet ta’ konfiska fuq livell nazzjonali.

Fil-preżent tali uffiċċji ma jeżistux fl-Istati Membri kollha[16] u hemm differenzi kbar fl-istruttura, is-setgħat u l-prassi tagħhom. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali f’dan il-qasam issir l-aktar permezz tan-netwerk informali CARIN (infurzar tal-liġi u esperti ġudizzjarji dwar il-konfiska u l-irkupru tal-assi. [17]

F’Diċembru 2007 kienet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/JHA dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċju għall-Irkupru tal-Assi fl-Istati Membri,[18] abbażi tal-esperjenza b’suċċess ta’ CARIN. Din għandha l-għan li tiżgura li sat-18 ta’ Diċembru 2008, l-Istati Membri jistabbilixxu jew ikunu ppjanaw l-Uffiċċji għall-irkupru tal-Assi li ser jaġixxi bħal punt ta’ kuntatt nazzjonali għal attivitajiet relatati mal-konfiska. Permezz ta’ kooperazzjoni akbar, dawn l-uffiċċji ser jippromwovu l-aktar intraċċar wiesa’ mal-UE għal assi li jkunu ġejjin mill-kriminalità. B’mod partikolari l-AROs għandhom ikunu jistgħu jikkooperaw b’mod effettiv mal-Unitajiet tal-Intelliġenza Finanzjarja u mal-awtoritajiet ġudizzjarji. F’dan ir-rigward, it-taħriġ għandu dejjem ikun ipprovdut aktar lill-awtoritajiet ġudizzjarji li jittrattaw l-intraċċar u l-konfiska tal-assi.

4.2. Twaqqif ta’ Uffiċċji effettivi għall-Irkupru tal-Assi

Fi ftit taż-żmien l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu liema huma l-aktar mezzi prattiċi biex jitwaqqfu l-AROs fuq livell nazzjonali, is-setgħat tagħhom biex jintraċċaw u jiffriżaw l-assi b'mod effiċjenti, u l-possibbiltà tal-iskambju tad-dejta.

Biex isostnu dawn l-isforzi, f’Marzu 2008 saret Konferenza pan-Ewropea ta’ livell għoli dwar l-AROs [19] . Il-konklużjonijiet tal-konferenza ser ikunu sostnuti mill-promozzjoni tal-aħjar prassi u l-assitenza lill-Istati Membri, l-aktar fuq rikjesta billi tiġi organizzata żjara fuq il-post mill-esperti fl-2009 u l-2010. Ibbażat fuq il-konklużjonijiet u x-xogħol ta’ CARIN, l-aktar rakkomandazzjonijiet rilevanti biex jitwaqqfu AROs effettivi huma dawn li ġejjin:

4.2.1. Struttura tal-AROs

L-AROs għandu jkollhom struttura multidixxiplinarja li tkun tikkonsisti f’esperti tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet ġudizzjarji, l-awtoritajiet tat-taxxa, l-awtoritajiet tal-ħarsien soċjali, id-dwana u servizzi oħra relatati. Dawn ir-rappreżentanti għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat soliti tagħhom u jkunu jistgħu jgħaddu informazzjoni lill-AROs mingħajr ma jkunu marbuta bis-sigriet professjonali. L-AROs għandu jkollhom ir-riżorsi xierqa u għandhom jipprovdu post ċentrali għat-talbiet kollha ta’ assistenza li jidħlu minn pajjiżi oħra. Għandhom jiġbru l-istatistika rilevanti kollha dwar l-iffriżar u l-konfiska tal-assi. Fejn l-AROs ma jamministrawx b’mod dirett l-assi kkonfiskati, għandhom almenu jiġbru l-informazzjoni dwar l-assi ffriżati mill-awtoritajiet li jamministrawhom.

4.2.2. Skambju ta’ informazzjoni bejn l-AROs

L-AROs għandhom jiskambjaw l-informazzjoni b'mod rapidu, possibbilment fil-limitu taż-żmien previst fid-Deċiżjoni Qafas 2006/960/JHA[20]. Il-possibbiltajiet legali għal kull ARO biex b’mod spontanju tiskambja l-informazzjoni għandhom ikunu analizzati aktar. L-informazzjoni li tista’ tinkiseb minn kull ARO mingħajr ma jkun hemm ħtieġa li titlob l-assistenza reċiproka legali għandha tiġi ċċarata. Għandhom jiġu riveduti ċ-ċertifikati għat-talbiet tal-eżekuzzjoni tal-mandati u l-iffriżar u konfiska fi Stat Membru ieħor, kif ukoll il-formoli għal għajnuna legali reċiproka, sabiex ikunu ta’ użu eħfef għall-utenti. Għandha tiġi pprovduta gwida dettaljata dwar kif għandhom jimtlew il-formoli. Għandu jiġi stabbilit mezz sikur u standardizzat ta’ komunikazzjoni bejn l-AROs.

4.2.3. Poteri li għandhom jingħataw lill-AROs

L-AROs għandu jkollhom aċċess għad-databases kollha rilevanti[21] biex jiġu identifikati u intraċċati l-assi, inkluża informazzjoni finanzjarja (idealment għal reġistru ċentrali ta’ kont bankarju fuq livell nazzjonali), u għandu jkollhom poteri ta’ forza biex tinkiseb tali informazzjoni. Dawn għandu jkollhom il-poteri li jiffriżaw l-assi b’mod proviżorju (eż. għal mill-anqas 72 siegħa) sabiex jipprevjenu d-diżintegrazzjoni tar-rikavat mill-kriminalità mill-mument meta jiġu identifikati l-assi sal-eżekuzzjoni tal-mandati tal-qorti għall-iffriżar u l-konfiska. Għandhom ukoll ikunu jistgħu jwettqu investigazzjonijiet konġunti ma’ awtoritajiet oħrajn.

Teżisti prassi differenti fl-Istati Membri fir-rigward ta’ fejn imorru l-assi kkonfiskati u rkuprati[22]. Hija xewqa kbira li tkun promossa prassi li tkun tat prova tal-effikaċja tagħha fuq livell nazzjonali.

4.3. Koordinazzjoni bejn l-AROs – Ir-rwol tal-Europol u l-Eurojust

Il-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-AROs ser tiddetermina l-eżekuzzjoni b’suċċess tal-mandati ta’ iffriżar u l-konfiska. Ladarda l-AROs jiġu maħturin jew stabbiliti fl-Istati Membri kollha, l-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu sostnuti u kkoordinati sabiex jiffaċilitaw l-iskambju mgħaġġel ta’ intelliġenza tal-post u tas-sjieda tal-assi tal-kriminali.

Għandu jiġi kkunsidrat li tali koordinazzjoni tingħata lill-Eurojust, li l-Uffiċju tal-Assi Kriminali tiegħu diġà kellu suċċess konsiderevoli fl-assistenza tal-investigaturi finanzjarji. Fl-2007, l-uffiċju appoġġja 133 investigazzjoni biex jiġi intraċċat ir-rikavat mill-kriminalità u pprovda lill-AROs b’għarfien espert. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jinvolvu aktar lill-Eurojust sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tal-mandati tal-iffriżar u tal-konfiska. Fl-2007, 30 minn aktar minn 1000 każ ittrattat mill-Eurojust kellhom x’jaqsmu ma’ dan il-qasam.

5. KOOPERAZZJONI INERNAZZJONALI – ASPETTI TA’ PAJJIŻI TERZI

Il-konfiska tar-rikavat hi kwistjoni globali peress li l-kriminali jibqgħu jakkwistaw assi leġittimi kemm fl-UE u f’reġjuni oħra fid-dinja. Għandha tkun żviluppata kooperazzjoni internazzjonali mill-qrib dwar kwistjonijiet ta’ konfiska mhux biss fl-UE, iżda wkoll ma’ pajjiżi terzi. L-istrumenti legali eżistenti tal-UE ma jindirizzawx biżżejjed dawn l-aspetti.

Madanakollu, numru ta’ Konvenzjonijiet internazzjonali jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-konfiski ta’ rikavat sabiex tkun promossa l-kooperazzjoni internazzjonali għall-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat. L-aktar rilevanti huma l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali - UN Convention against Transnational Organized Crime ("UNTOC"), il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni - t he UN Convention against Corruption ("UNCAC") u l-Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Konfiska ("il-konvenzjonijiet ta’ Strasburgu"). Għadd ta’ dispożizzjonijiet importanti ta’ dawn il-konvenzjonijiet għadhom mhumiex inkorporati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Il-Kummissjoni għandha tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li l-UE u l-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw dawn il-Konvenzjonijiet mingħajr dewmien u jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex jagħmlu l-istess.

Qed jittieħdu wkoll inizzjattivi għall-irkupru tal-assi u l-konfiska f’diversi fora internazzjonali bħalma huma l-G8, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji.

Il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-konfiska mhux dejjem tkun sodisfaċenti minħabba livelli differenti ta’ rieda għall-kooperazzjoni. Hu meħtieġ li tkun promossa kooperazzjoni aktar attiva ma’ pajjiż terzi, l-aktar billi jkunu promossi ftehimiet għall-qsim l-assi, inklużi ftehimiet marbuta mal-konfiska tal-valur, u d-disseminazzjoni tal-aħjar prassi. Ir-Rakkomandazzjoni 38 tat-Task Force għal Azzjoni Finanzjarja (FATF) u n-nota interpretattiva tagħha jħeġġu lill-pajjiżi biex jistipulaw ftehimiet għall-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-qbid u l-konfiska, inkluż it-qassim tal-assi konfiskati. Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2005 tinkludi dispożizzjonijiet simili. Il-Kummissjoni tista’ tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prassi fost l-Istati Membri f’dan il-qasam.

6. MIŻURI TA’ SOSTENN MHUX LEĠIŻLATTIVI

6.1. Għodod ġodda biex isostnu b’aktar effikaċja l-proċeduri ta’ konfiska

Sabiex jiġu ffaċilitati t-talbiet relatati mal-identifikazzjoni u l-intraċċar tal-assi kull ARO għandu jkollu aċċess għal reġistri ċentralizzati fuq livell nazzjonali. Fejn dawn ir-reġistri ma jkunux jeżistu, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jistabbilixxuhom.

Għandhom jiġu esplorati wkoll mezzi li jtejbu d-disponibbiltà tal-informazzjoni għall-mandati pendenti ta’ iffriżar u ta’ konfiska fl-Unjoni inkluż il-ħolqien ta’ lista. Din għandha ttejjeb is-sorveljanza tal-progress globali tal-proċeduri tal-iffriżar u tal-konfiska u li tikseb statistika fil-ħin meħtieġ biex mandati bħal dawn ikunu jistgħu jiġu eżegwiti.

6.2. Tisħiħ tal-investigazzjonijiet finanzjarji u l-analiżi kriminali finanzjarja

Dawn huma fil-qalba tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-promozzjoni ta’ użu aktar wiesa' tal-investigazzjoni finanzjarja u l-analiżi kriminali finanzjarja[23] bħala teknika tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri kollha tal-UE għandha tagħti spinta lill-identifikazzjoni u l-intraċċar tar-rikavat.

Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Europol u għadd ta’ Stati Membri fuq proġett li jikkonsisti fit-twaqqif ta’ sensiela ta’ standards komuni ta’ taħriġ minimu għal investigaturi finanzjarji (li jkopri tmien oqsma ta’ għarfien u ħiliet), sistema ta’ akkreditazzjoni mifruxa mal-UE kollha, u li jiġi pprovdut taħriġ fl-Istat Membru bbażat fuq dawk l-istandards. Ċerti ċentri nazzjonali ta' eċċellenza qed jipproduċu l-pakketti ta' taħriġ rilevanti. Hu mistenni li fl-2009 jkun hemm l-ewwel riżultati.

6.3. Żamma tal-istatistika regolari u komparabbli tal-konfiski

Għandha tkun disponibbli aktar statistika u ta’ kwalità aħjar tal-assi iffriżati jew ikkonfiskati Id-dejta disponibbli hi ferm limitata, l-aktar minn databases nazzjonali jew permezz ta’ rapporti reċiproċi ta’ evalwazzjoni dwar il-konformità kontra l-ħasil tal-flus li kienet ippubblikata mill-FATF, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Kumitat Moneyval tal-Kunsill tal-Ewropa.

Taħt il-Pjan ta’ Azzjoni 2006-2010 dwar l-Istatisitiċi tal-Kriminalità, għaddeja ħidma biex tiġi żviluppata metodoloġija għall-ġbir tal-istatistika dwar il-Ħasil tal-Flus li titqabbel fost l-Istati Membri. Din il-metodoloġija tipprevedi l-ġabra ta’ informazzjoni dwar l-assi ffriżati, ikkonfiskati u rkuprati li ġejjin mill-kriminalità. L-istatistika li toħroġ tista’ wkoll tkun ta’ kontribut għall-valutazzjoni tal-effikaċja tar-reġimi ta’ konfiska tal-pajjiżi.

7. KONKLUŻJONI – GĦAXAR PRIJORITAJIET STRATEĠIĊI

Li l-kriminalità tkun miġġielda b’mod effettiv ifisser li l-kriminali jridu jintlaqtu fil-laħam il-ħaj. L-ikkonfiskar u l-irkupru tar-rikavat għandhom il-mira fuq ir-riżorsi tagħhom u huma parti essenzjali mill-istrateġija aktar wiesgħa tal-UE

Hemm bżonn li jsir aktar biex jiġi sottolinjat l-ikkonfiskar bħala wieħed mill-aktar mezzi effettivi biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata. Il-punti ta’azzjoni segwenti għandhom l-għan li jiżguraw li l-UE tkompli żżomm l-ogħla standards f’dan il-qasam:

7. Tfassil mill-ġdid tal-qafas legali tal-UE għandu jtejjeb iċ-ċarezza u l-koerenza, kif ukoll jestendi aktar il-kunċetti legali eżistenti u jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda.

8. Il-Istati Membri għandhom ikomplu t-transpożizzjoni tal-qafas legali eżistenti u jimplimentaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 007/845/JHA billi jfasslu jew jistabbilixxu Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi li jkunu jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni b’mod rapidu, ikollhom poteri xierqa u jaħdmu fuq il-bażi tal-aħjar prassi.

9. Ostakli prattiċi għall-proċeduri ta’ konfiska fl-Istati Membri għandhom jitneħħew. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiddiskutu fuq il-bażi ta’ studju tal-Kummissjoni li jivvaluta l-effikaċja tal-prassi tal-Istati Membri lejn tmiem l-2008 bil-għan li jiġu promossi prassi li jkunu taw prova li huma effettivi fuq livell nazzjonali.

10. L-Uffiċċji tal-Irkupru tal-Assi tal-UE għandhom jiltaqgħu regolarment fi ħdan pjattaforma informali sabiex jiġi żgurat skambju effettiv ta’ informazzjoni, koordinazzjoni u kooperazzjoni . Il-Europol hu mħeġġeġ li jeżerċita rwol ta’ koordinatur fost Uffiċċji nazzjonali għall- Irkupru tal-Assi.

11. Tista’ tiġi żviluppata u implimentata sistema biex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-Uffiċċji tal-Irkupru tal-Assi tal- UE (possibilment ibbażati fuq l-evalwazzjoni mill-pari).

12. Il-Eurojust għandu jkun involut mill-qrib fl-iffaċilitar tal-kooperazzjoni fuq livell ġudizzjarju u jippromwovi għarfien reċiproku fi kwistjonijiet ta’ ikkonfiskar, kif ukoll fil-faċilitazzjoni tal-interazzjoni bejn l-Uffiċċji tal-Irkupru tal-Assi u l-awtoritajiet ġudizzjarji.

13. Programm komuni ta’ taħriġ tal-UE għall-investigaturi finanzjarji jista’ jiġi żviluppat u implimentat bħala prijorità. L-Istati membri għandhom jikkunsidraw li jżidu r-riżorsi ddedikati għall-analiżi finanzjarja tal-kriminalità u tal-investigazzjonijiet finanzjarji fuq livell nazzjonali.

14. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw statisitiċi aħjar dwar l-assi li jkunu ffriżati, ikkonfiskati u rkuprati. Din id-dejta għandha titqabbel bejn il-pajjiżi. L-istatistiċi għandhom jgħinu fl-effikaċja tas-sistemi ta’ valutazzjoni li jintużaw.

15. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Uffiċċji tal-Irkupru tal-Assi fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi biex jidentifikaw u jintraċċaw l-assi fit-territorju tagħhom, possibbilment billi jorganizzaw reġistri ċentralizzati.

16. Il-Europol, il-Eurojust u l-Istati Membri jistgħu jikkooperaw biex itejbu d-disponibbiltà tal-informazzjoni, inkluż il-ħolqien ta’ lista, dwar mandati ta’ iffriżar u ta’ irkupru li għadhom pendenti fl-Unjoni Ewropea.

[1] Il-Komunikazzjoni tiffoka fuq laqgħat informali tal-esperti li saru mill-Kummissjoni, il-kuntatti mal-awtoritajiet fl-Istati Membri, il-konklużjonijiet tal-konferenza pan-Ewropea dwar l-Uffiċċji ta’ Rkupru tal-Assi u l-abbozz tal-konklużjonijiet ta’ studju tal-Kummissjoni fuq il-konfiska fl-Istati Membri (li għadu ma ġiex ippubblikat).

[2] Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tat-12-13 ta’ Ġunju 2007 talab lill-Istati Membri biex "iżidu l-isforzi fl-aspetti finanzjarji tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet, pereżempju fir-rigward tal-qbid tal-assi ".

[3] Studju tal-2007 dwar il-kummerċ illeċitu tad-droga mill-Uffiċju Intern tar-Renju Unit wera li l-konfiska hi kkunsidrata mill-kriminali bħala deterrent serju.

[4] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/500/JHA tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u r-rikavat mill-kriminalità, ĠU L 182 tal-5.7.2001, p. 1.

[5] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/577/JHA tat-22 ta' Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw il-proprjetà jew l-evidenza

[6] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/JHAJHAJHA tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta' Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità

[7] Ir-Rapport tal-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-24 ta' Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Strumenti u Oġġetti Relatati mal-Kriminalità (2005/212/JAI), COM (2007) 805.

[8] Id-Deċiżjoni Qafas 2006/783/JHA tas-6 ta' Ottubrub 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għall-mandati ta' konfiska ĠU L 328 tal-24.11.2006, p. 59.

[9] It-Tieni Protokoll imfassal abbażi tal-Artikolu K.3. tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ĠU C 221, tad-19.7.1997, p. 12.

[10] Il-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ĠU C 316 tas-27.11.1995, p.49.

[11] Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-Mandat Ewropew għall-Provi biex jinkisbu oġġetti, dokumenti u dejta li jintużaw fil-proċedimenti fi kwistjonijiet kriminali, COM(2003) 688 finali tal-14.11.2003.

[12] L-Att tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2001, li skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jistabbilixxi l-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ĠU C 326, tal-21.11.2001.

[13] Ir-Rakkomandazzjoni 3 tar-Rakkomandazzjonijiet għal Task Force għal Azzjoni Finanzjarja 40 tinkoraġġixxi lill-pajjiżi li jikkunsidraw miżuri ta’ konfiska “mingħajr il-ħtieġa ta’ kundanna kriminali jew li jkunu jeħtieġu imputat biex jippruvaw l-oriġini legali tal-proprjetà li allegatament tkun responsabbli għall-kundanna”.

[14] Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli ta' flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Komunità, ĠU L 309 tal-25.11.2005, p. 9.

[15] Din it-tip ħdid ta’ offiża kriminali kienet introdotta fi Franza u wriet li hi ferm effettiva.

[16] AROs li jifunzjonaw bis-sħiħ jeżistu biss fl-Awstrija, il-Belġju, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Olanda u r-Renju Unit.

[17] CARIN, hui sostnut mill-Kummissjoni u mill-Europol, u jinkludi esperti minn 40 pajjiż, inklużi 26 Stat Membru tal-UE. L-għan tiegħu hu l-iskambju tal-aħjar prassi u t-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fi kwistjonijiet transkonfinali.

[18] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/JHAJHAJHA tas-6 December 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji ta’ Irkupru tal-Asssi tal-Istati Membri fil-qasam tal-intraċċar u l-identifikazzjoni tar-rikavat mill-kriminalità, u minn oġġetti oħra relatati mal-kriminalità, ĠU L 332 tat-18.12.2007, p. 103.

[19] Organizzata mill-Europol, il-gvernijiet tal-Awstrija u l-Belġju u appoġġjata mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-Programm ta’ finanzjament "Il-prevenzjoni mill-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità" (http://ec.europa.eu/justice_home/funding/isec/funding_isec_en.htm).

[20] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/JHA tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligenza bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 386 tat-18.12.2006, p. 89.

[21] Kemm databases miftuħa u kemm magħluqa, bħal ma huma r-Reġistru tal-Artijiet, ir-Rekords tal-Kumpaniji, ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi, il-Kundanni u d-databases mill-istituzzjonijiet finanzjarji, il-pulizija, l-awtoritajiet tat-taxxa, l-aġenziji tal-benessri soċjali, eċċ

[22] Pereżempju, fir-Renju Unit, l-assi jinqasmu bejn l-awtoritajiet li jkunu kkontribwixxew għall-irkupru tagħhom, filwaqt li fl-Italja ħafna drabi jingħataw lill-NGOs biex isir użu soċjali minnhom.

[23] Bejn l-2002 u l-2005 il-Kummissjoni ffinanzjat diversi proġetti għat-titjib ta’ dawn it-tekniki.