Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard u l-attivitajiet ta’ Kontroll dwar mard li jittieħed: ir-riżultati pożittivi minn meta twaqqaf iċ-Ċentru, l-attivitajiet ippjanati għall-futur u l-ħtiġijiet tar-riżorsi {SEG(2008) 2792} /* KUMM/2008/0741 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 13.11.2008 KUMM(2008) 741 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard u l-attivitajiet ta’ Kontroll dwar mard li jittieħed: ir-riżultati pożittivi minn meta twaqqaf iċ-Ċentru, l-attivitajiet ippjanati għall-futur u l-ħtiġijiet tar-riżorsi {SEG(2008) 2792} KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard u l-attivitajiet ta’ Kontroll dwar mard li jittieħed: ir-riżultati pożittivi minn meta twaqqaf iċ-Ċentru, l-attivitajiet ippjanati għall-futur u l-ħtiġijiet tar-riżorsi INTRODUZZJONI Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ĊEPKM) huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE) li ngħatat il-kompitu biex tissorvelja, tevalwa u tikkomunika theddid għas-saħħa tal-bniedem minn mard li jittieħed. Iċ-Ċentru hu bbażat fi Stokkolma u beda jopera f’Mejju 2005. Filwaqt li s-saħħa pubblika tibqa’ primarjament kompetenza ta' Stat Membru fl-UE, iċ-ĊEPKM jagħti appoġġ lill-ħidma tal-aġenziji nazzjonali tal-Ewropa għall-kontroll tal-mard. Iċ-Ċentru jiġbor informazzjoni tal-epidemija minn madwar id-dinja kollha u jagħti appoġġ lis-sistema rapida ta’ twissija madwar l-UE dwar tifqigħ ta’ mard infettiv. Dan jipproduċi statistiċi tal-livell tal-UE u analiżi dwar il-mard infettiv serju kollu. Meta s-sistema ta’ twissija tidentifika tifqigħa ta’ livell sinifikanti tal-UE, jew meta tendenza ta’ tħassib tiġi identifikata fl-istatistiċi, iċ-ĊEPKM tipproduċi b’mod rapidu evalwazzjoni tal-livell ta’ theddid li joħloq problema lis-saħħa pubblika fl-Ewropa. Meta jkun hemm kwistjonijiet li jeħtieġu parir xjentifiku tal-livell tal-UE, iċ-ĊEPKM jiġbor it-tagħrif u l-għerf tal-esperti minn madwar l-Ewropa biex jipproduċi dan. B'talba ta’ Stat Membru, iċ-ĊEPKM jibgħat esperti fil-post b’appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali li jkunu qed jieħdu ħsieb it-tifqigħa. Fl-attivitajiet kollha tiegħu ċ-ĊEPKM jaħdem mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u msieħba oħra bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex jipprevjeni u jikkontrolla l-mard, u biex jikkomunika s-sejbiet tiegħu lill-komunità Ewropea għas-saħħa pubblika u l-pubbliku Ewropew fuq skala usa'. Riżultati minn evalwazzjoni indipendenti tal-attivitajiet taċ-ĊEPKM juru li l-partijiet interessati ewlenin – il-Kummissjoni u l-Istati Membri – jivvalutaw is-servizzi li jipprovdi ċ-Ċentru u jqisuh bħala wieħed li qed jagħti kontribut sinifikanti lill-ġlieda kontra l-mard infettiv. Madankollu, iċ-Ċentru għadu fi stadju bikri tal-iżvilupp tiegħu. Is-servizzi ewlenin li jipprovdi huma bżonnjużi, iżda ma jissodisfawx il-ħtiġijiet u l-aspettattivi kollha tal-partijiet interessati tiegħu. Pereżempju, ħidma estensiva addizzjonali hi meħtieġa biex titjieb il-kwalità u t-tqabbil tad-dejta għas-sorveljanza tal-mard madwar l-UE. Il-ħidma taċ-ĊEPKM dwar il-bini ta’ kapaċità tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri teħtieġ konsolidazzjoni u żvilupp, u l-appoġġ espert li jista’ joffri lill-awtoritajiet individwali nazzjonali bħalissa hu x’aktarx limitat. Barra minn dan, għad baqa’ x’isir dwar il-bini tal-bażi ta’ tagħrif dwar miżuri preventivi effettivi kontra mard infettiv. Fl-2007, il-Bord tat-Tmexxija taċ-ĊEPKM, li jinkludi rappreżentanti mill-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, adotta Programm Strateġiku Multi-Annwali għaċ-Ċentru sal-2013, li jartikola l-kisbiet mistennija sal-2013[1], u r-riżorsi meħtieġa. Għalkemm il-livell ta’ investiment mitlub għal dan il-programm hu sinifikanti, jeħtieġ li jitpoġġa fil-kuntest tal-impatt tal-mard infettiv kemm ekonomiku u dak uman. Kooperazzjoni effettiva tal-livell tal-UE tista’ tgħin biex ittejjeb il-prevenzjoni tal-mard u l-isforzi ta’ kontroll madwar l-Ewropa, tibni t-tħejjija kontra epidemiji serji u tiżgura li aktar tifqigħ ta’ rutina jkun ikkontrollat b’mod rapidu. Għalhekk li tissaħħaħ il-kapaċità tal-livell tal-UE f’dan il-qasam ikun investiment għaqli. 1. L-GħAN TAL-KOMUNIKAZZJONI PREżENTI Din il-komunikazzjoni, flimkien mad-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża, timmira li tipprovdi deskrizzjoni ġenerali ta’ x’għamel iċ-ĊEPKM fl-ewwel tliet snin tal-eżistenza tiegħu u l-pjanijiet tiegħu għall-iżvilupp ġejjieni. Filwaqt li tagħmel dan, il-komunikazzjoni se tiffoka b’mod partikolari, fuq: - Il-prijoritajiet identifikati fil-Programm Strateġiku Multi-Annwali taċ-ĊEPKM għall-2007 – 2013 sabiex iċ-Ċentru jissodisfa l-mandat tiegħu biex isaħħaħ id-difiżi Ewropej kontra mard infettiv. - Il-perspettivi finanzjarji 2007-2013 - Elementi tar-riżultat tal-evalwazzjoni esterna taċ-Ċentru - Il-valur miżjud Ewropew taċ-Ċentru fl-ewwel snin tal-eżistenza tiegħu 2. IL-MANDAT KURRENTI Skont ir-Regolament KE 851/2004 li jistabbilixxi ċ-ĊEPKM, “Il-missjoni taċ-Ċentru għandha tkun li tidentifika, tevalwa, u tikkomunika dwar theddid attwali u li qed jitfaċċa għas-saħħa tal-bniedem minn mard li jittieħed. F'każ ta' tifqigħ ta' mard ta' oriġini mhux magħrufa li jista' jinfirex fi ħdan il-Komunità jew lill-Komunità, iċ-Ċentru għandu jkun imsaħħaħ biex jaġixxi b'inizjattiva tiegħu stess sakemm ikun magħruf is-sors tat-tifqigħa u mbagħad f'kooperazzjoni mal-korpi kompetenti rilevanti fuq livell nazzjonali jew Komunitarju”. 3. IL-KISBIET EWLENIN (2005-2007) Ħarsa ġenerali Fl-oqsma tas-sorveljanza tal-mard u t-twissijiet rapidi, huwa importanti li jkun rikonoxxut li ċ-ĊEPKM bena fuq sistemi li kienu stabbiliti qabel il-ħolqien tiegħu. L-ewwel netwerks biex tinġabar dejta tal-Ewropa kollha dwar mard infettiv (dwar HIV/AIDS u t-tuberkulosi) inħolqu aktar minn 10 snin qabel ma beda jopera ċ-ĊEPKM. Sal-2005, meta ċ-ĊEPKM beda l-ħidma tiegħu, kien hemm total ta’ 17-il Netwerk ta’ Sorveljanza Ddedikata (NSD) jiġbru d-dejta dwar mard differenti jew gruppi ta’ mard. Kull wieħed kellu l-istrutturi tiegħu, sistemi ta’ rappurtaġġ u bażijiet ta’ dejta. Waħda mill-isfidi ewlenin għaċ-ĊEPKM tal-fażi tal-bidu tiegħu kienet li jersaq lejn sistema aktar integrata ta’ ġbir ta’ dejta ta’ livell tal-UE dwar mard infettiv. Iċ-ĊEPKM bil-mod il-mod ħa kontroll tal-attivitajiet ta’ dawn in-netwerks u ħoloq “punt ta’ waqfa waħda” għal dejta ta’ livell tal-UE. Fil-qasam ta’ twissijiet rapidi, iċ-ĊEPKM beda, mill-2007, jilqa' s-Sistema tal-UE ta’ Twissija Bikrija u ta’ Tweġiba dwar Theddid għas-Saħħa (EWRS) f’isem il-Kummissjoni Ewropea. Din is-sistema protetta tippermetti lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri biex jiskambjaw twissijiet dwar tifqigħ ta’ mard li għandu l-potenzjal li jinfirex madwar il-fruntieri. Filwaqt li kien jeżisti għal diversi snin qabel, iċ-ĊEPKM iżid il-kapaċità tiegħu biex janalizza l-informazzjoni tal-epidemija – informazzjoni miġbura mill-mezzi tal-komunikazzjoni u sorsi oħra mhux uffiċjali minn madwar id-dinja – kif ukoll kapaċità biex janalizza b’mod rapidu theddid meta dan ikun identifikat. Il-kapaċità taċ-ĊEPKM biex jipproduċi valutazzjonijiet ta’ riskju u parir xjentifiku biex jinforma t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell tal-UE hi żvilupp ġdid għas-sikurezza tas-saħħa fl-Ewropa. Fl-2003, meta s-SARS kienet kwistjoni ta’ tħassib b’mod globali u għall-pajjiżi kollha Ewropej, ma kien hemm l-ebda mekkaniżmu stabbilit biex jipproduċi valutazzjoni komuni tar-riskju li nħoloq għall-Ewropa jew biex jagħti parir fuq il-livell ta’ tweġiba meħtieġa. Il-pajjiżi kellhom opinjonijiet differenti dwar kwistjonijiet bħal jekk in-nies li jidħlu fl-UE minn pajjiżi affettwati għandhomx ikunu skrinjati mis-SARS, u jekk iċ-ċittadini Ewropej għandhomx ikunu avżati kontra l-ivvjaġġar lejn il-Lvant Imbiegħed. Ir-relevanza li tintlaħaq opinjoni komuni tal-UE dwar miżuri bħal dawn hija din: minħabba l-fruntieri miftuħin bejn il-pajjiżi tal-UE, l-iskrining tan-nies li jidħlu fl-UE jista’ jkun effettiv biss jekk isir mill-Istati Membri kollha. Minbarra li jkollu l-kapaċità u s-sistemi stabbiliti biex iwieġeb għall-emerġenzi, iċ-ĊEPKM jaħdem mal-Kummissjoni u l-Istati Membri biex isaħħaħ it-tħejjija tal-UE kontra l-epidemiji u biex isaħħaħ il-prevenzjoni ġenerali u s-sistemi ta’ kontroll kontra l-mard infettiv ewlieni li jhedded is-saħħa tan-nies. Dawn l-elementi ta’ bini ta’ tħejjija u ta’ tisħiħ tal-bażi tat-tagħrif tas-saħħa pubblika huma attivitajiet ġodda fil-livell tal-UE. U għalkemm it-taħriġ tal-esperti tas-saħħa pubblika kien iffinanzjat skont il-Programm tas-Saħħa Pubblika tal-UE qabel il-ħolqien taċ-ĊEPKM, din il-funzjoni ta’ bini ta’ kapaċità kienet espandiet b’mod sinifikanti miċ-ĊEPKM. Dan iċ-Ċentru għandu mandat biex jidentifika nuqqasijiet importanti fit-tagħrif tas-saħħa pubblika bbażat fuq l-evidenza, u identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet bħal dawn tal-parir xjentifiku u l-opinjonijiet xjentifiċi prodotti miċ-ĊEPKM. Biex jittratta dawn il-ħtiġijiet għal riċerka orjentata għas-saħħa pubblika ċ-Ċentru jaħdem mill-qrib mad-DĠ SANCO (u l-programm tas-saħħa tiegħu) u DĠ RTD (l-aktar il-programm ta’ qafas tiegħu). Il-koordinazzjoni mad-DĠ SANCO tinkludi laqgħat formali taċ-ĊEPKM u s-SANCO C3 għal qsim ta’ programmi ta’ ħidma b’monitoraġġ permezz ta’ vidjokonferenzi kull xahrejn. Il-koordinazzjoni mad-DĠ RTD hi assigurata permezz tal-parteċipazzjoni tad-Direttur taċ-ĊEPKM bħala membru tal-Bord Konsultattiv tad-DĠ RTD (notevolment biex ikun hemm il-ħtiġijiet ta’ riċerka orjentata lejn is-saħħa pubblika identifikati mill-esperti taċ-ĊEPKM li ġew ikkunsidrati fis-sejħiet għal proposti mnedija mid-DĠ RTD). Barra minn hekk isiru kuntatti spissi bejn il-Kummissjoni u l-istaff taċ-ĊEPKM dwar għadd ta’ inizjattivi, u fejn jiġu diskussi ħtiġijiet ta’ riċerka, żewġ eżempji reċenti huma laqgħa dwar għodod ġodda ta’ dijanjożi għat-tuberkulosi u laqgħa oħra dwar il-ħtieġa għal riċerka dwar it-trażmissjoni tal-influwenza. Permezz ta’ dawn il-mekkaniżmi formali u informali ċ-ĊEPKM jimmira li joħloq sinerġiji u jevita li l-programmi ffinanzjati mill-Komunità jidħlu fil-qasam ta’ xulxin fl-oqsma tal-attività tiegħu. Evalwazzjoni taċ-Ċentru L-Evalwazzjoni Esterna taċ-Ċentru ġiet ikkummissjonata permezz ta’ sejħa miftuħa għal offerta f’Mejju 2007 biex tivvaluta (a) il-ħtieġa possibbli għall-estensjoni tal-ambitu tal-missjoni taċ-Ċentru għal attivitajiet oħra rilevanti f’livell Komunitarju fil-qasam tas-saħħa pubblika, b'mod partikolari għall-monitoraġġ tas-saħħa, u (b) iż-żmien ta' tali reviżjonijiet ulterjuri (l-Artikolu 31 Regolament 851/2004/KE). Ir-rapport finali[2] ġie ppreżentat lill-Bord tat-Tmexxija f’Settembru 2008. L-evalwaturi kkonkludew li ċ-“ĊEPKM mar tajjeb, meta wieħed iqis il-kuntest tiegħu, jiġifieri, li ilu jopera għal sentejn biss”. Ir-rapport jikkonkludi li “l-eżistenza taċ-ĊEPKM hi meqjusa bħala ġġustifikata u li jista’ jibda tapprofondixxi l-attivitajiet tiegħu ” u jikkonferma aktar li ċ-“ Ċentru għamel kontribut sinifikanti għall-ġlieda kontra l-mard li jittieħed, irnexxa billi stabbilixxa lilu nnifsu bħala ċentru indipendenti ta’ eċċellenza xjentifika, il-partijiet interessati jarawh bħala valur miżjud li jipprovdi notevolment informazzjoni u netwerking utli ħafna u li għandu preżenza ċara fuq livell internazzjonali” . L-evalwaturi identifikaw ukoll għadd ta’ kwistjonijiet li jeħtieġ li jiġu ttrattati, b’mod partikolari, il-bini ulterjuri fuq il-kollaborazzjoni dwar il-komunikazzjoni tar-riskju bejn l-atturi differenti involuti kif ukoll il-kjarifika ta’ rwoli u responsabbiltajiet tal-Kummissjoni, iċ-ĊEPKM u l-Istati Membri fil-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju . L-evalwaturi esterni jirrakkomandaw ukoll liċ-ĊEPKM biex ikompli jitjieb b’mod effiċjenti notevolment billi jiżviluppa aktar is-sistemi ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni, iżid il-koordinazzjoni bejn unitajiet funzjonali u programmi orizzontali speċifiċi għall-mard u jiddefinixxi aħjar il-proċeduri tax-xogħol. Dwar il-bidla possibbli fil-mandat tal-aġenzija, ir-rapport ta’ evalwazzjoni esterna jikkonkludi li ċ-ĊEPKM għandu jiffoka fuq il-konsolidazzjoni tal-kompiti attwali, billi jipprovdi opportunitajiet għaċ-Ċentru biex jibda attivitajiet ġodda fi ħdan il-mandat eżistenti. 4. L-ISFIDI (2007-2013) It-twettiq tal-mandat permezz tal-implimentazzjoni tal-Programm Strateġiku Multi-Annwali Skont l-Artikolu 14.5(d) tar-regolament li jistabbilixxi ċ-ĊEPKM, il-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru f’Ġunju 2007 adotta Programm Strateġiku Multi-Annwali 2007-2013 li huwa l-qafas għall-implimentazzjoni tal-kompiti tiegħu kif iddefinit fil-mandat tiegħu. Il-Programmi Annwali tal-Ħidma taċ-Ċentru għall-2007 u 2008 kienu mfassla skont dan. L-analiżi tal-istat ta’ mard li jittieħed fl-UE miksuba fil-kuntest tal-ewwel Rapport Annwali Epidemjoloġiku jagħti s-setgħa liċ-Ċentru li jidentifika l-isfidi ewlenin li tiffaċċja l-Ewropa. L-Istrateġija Multi-Annwali fittxet li tindirizza dawn. Ġew identifikati seba’ miri operattivi. Il-ħidma se tiġi estiża għal għadd ta’ azzjonijiet ta’ prijorità. It-tabella li ġejja tqassar l-assi ewlenin tal-Programm Strateġiku Multi-Annwali u l-korrispondenza tagħhom għall-istruttura kurrenti operattivi taċ-ĊEPKM. Miri taċ-ĊEPKM SMWP 2007-2013 | L-istruttura taċ-ĊEPKM (u referenza għar-Regolament tat-twaqqif) | Sal-2013 | 1. ‘Iċ-ĊEPKM se jkun għamel kontribuzzjonijiet sinifikanti għall-bażi ta’ tagħrif xjentifiku tal-mard li jittieħed u l-konsegwenzi tiegħu fuq is-saħħa, id-determinanti bażi tiegħu, il-metodi għall-prevenzjoni u l-kontroll tiegħu, u l-karatteristiċi tat-tfassil li jtejbu l-effettività u l-effiċjenza tal-programmi ta’ prevenzjoni u kontroll tiegħu'. | Programmi speċifiċi għall-mard: a. Infezzjonijiet fil-pajp tan-nifs ( influwenza u TB ); b. Infezzjonijiet li jiġu trażmessi sesswalment inklużi l-HIV u viruses li jinxterdu permezz tad-demm; c. Mard u żoonożi li jixterdu permezz tal-ikel u l-ilma; d. Mard kontaġjuż li jinġarr u dak li qed jitfaċċa; e. Mard li jista' jintlaqa' bit-tilqim; f. Reżistenza anti-mikrobika u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa; (l-Artikolu 2, id-Deċiżjoni 2119/98/KE) | 2. ‘Iċ-ĊEPKM se jkun il-punt fokali għas-sorveljanza tal-mard li jittieħed fl-Unjoni Ewropea u l-punt ta’ referenza awtorevoli għal tisħiħ ta’ sistemi ta’ sorveljanza fl-Istati Membri’. | Sorveljanza (l-Artikolu 5, 11) | 3.‘ Ir-reputazzjoni taċ-ĊEPKM għal eċċellenza xjentifika u tmexxija se tkun stabbilita sew fost l-imsieħba tiegħu fis-saħħa pubblika, u ċ-ĊEPKM se jkun sors maġġuri għal informazzjoni u pariri xjentifiċi dwar il-mard li jittieħed għall-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom. | Parir xjentifiku (l-Artikolu 6) | 4. ‘Iċ-ĊEPKM se jkun punt ta’ referenza ta’ appoġġ fl-Unjoni Ewropea għall-kxif, valutazzjoni, investigazzjoni u tweġiba koordinata għal theddid li qed jitfaċċa mill-mard li jittieħed, inkluż it-theddid relatat ma rilaxx intenzjonat ta’ aġenti bijoloġiċi, u mard ta’ oriġini mhux magħrufa’. | Tħejjija u tweġiba (Artikolu 8, 10)) | 5. ‘Sal-2013, iċ-ĊEPKM se jkun iċ-ċentru ewlieni ta’ referenza ta’ appoġġ fl-Unjoni Ewropea għat-tisħiħ u l-bini ta’ kapaċità permezz ta’ taħriġ għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed u l-mard ta’ oriġini mhux magħrufa’. | Taħriġ (l-Artikolu 9) | 6. ‘Sas-sena 2013, ir-riżultat ta’ komunikazzjoni taċ-ĊEPKM se jkun is-sors ewlieni Ewropew ta’ informazzjoni awtorevoli u indipendenti, teknika u xjentifika fil-qasam tiegħu u ċ-ĊEPKM se jkun il-punt ta’ referenza ta’ appoġġ fl-Unjoni Ewropea għall-komunikazzjoni ta’ riskju dwar il-mard li jittieħed’. | Komunikazzjoni dwar is-saħħa (l-Artikoli 11, 12) | 7. ‘Iċ-ĊEPKM se jkollu programm strutturat ta’ kooperazzjoni tal-mard li jittieħed mal-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni u aġenziji oħrajn rilevanti tal-Unjoni Ewropea, u se jgawdi sħubija mill-qrib mal-WHO u msieħba magħżula oħrajn f’livelli reġjonali u globali’. | Partenarjati (l-Artikoli 4, 5, 10,12) | 8. ‘Biex jipprovdi governanza, tmexxija, jiżgura ġestjoni simplifikata, organizzazzjoni u biex irawwem eċċellenza fil-provvista ta' servizzi u fit-tħaffif ta’ attivitajiet operattivi taċ-Ċentru, biex jiżgura li r-riżorsi umani u finanzjarji qed jitmexxew b’mod xieraq u effiċjenti u biex iċ-Ċentru jkun ambjent tax-xogħol tajjeb’. | L-Amministrazzjoni u l-Kabinett tad-Direttur | Attivitajiet ta’ prijorità ppjanati u l-ħtiġijiet sussegwenti tal-istaff L-isfida tal-iżvilupp ewlieni għaċ-ĊEPKM hi li tiżgura kopertura fl-għarfien espert għall-55 qasam tal-mard li għalih hu responsabbli ċ-ĊEPKM u li għalissa mhux il-każ. Għalhekk, parti kbira mir-riżorsi addizzjonali tal-istaff hi prevista fil-programmi speċifiċi tal-mard, filwaqt li anki ż-żieda tal-kapaċità ta’ unitajiet funzjonali tiffoka fuq l-għarfien espert fl-oqsma tal-mard. Il-kompetenza meħtieġa għall-kompiti taċ-ĊEPKM hi speċjalizzata aktar minn hekk, b'rekwiżit l-aktar għat-tobba mediċi, u għaldaqstant proposti għal gradazzjoni xierqa[3] u b’appoġġ tekniku u amministrattiv biex huma jkunu jistgħu jiffokaw b’mod sħiħ fuq ir-rwol tal-kompetenza tagħhom. L-Indikaturi tal-Piż tax-Xogħol 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | varjazzjoni tal-% 2008/2010 | Żieda fl-istaff 2008/2010 | Mira 1 (Programmi speċifiċi għall-mard) | 89 %(a) | Nru ta’ Pjanijiet Speċifiċi għall-Mard (preżenti) | 0 | 1 | 2 | 5 | 400 % | Nru ta’ inizjattivi b’appoġġ għall-pjanijiet tad-DSP* u t-tisħiħ tal-pajjiż | 3 | 7 | 14 | 18 | 157 % | L-ebda żjara lill-pajjiżi | 4 | 7 | 10 | 15 | 114 % | Dokumenti ta’ gwida tad-DSP | 3 | 5 | 9 | 12 | 140 % | Programmi speċifiċi għall-Mard | (a) 16-il-membru ieħor tal-istaff biex jilħaq l-34, inkluż l-aktar esperti mlaħħqin fl-AMR, sorveljanza ta’ legionella, mard ġej mill-ikel u li jinġarr mal-ilma, oqsma ta’ influwenza identifikati bħala prijoritajiet fejn il-kapaċitajiet ikunu jeħtieġu li jinbnew jew jissaħħu. | Mira 2 (Sorveljanza) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 45 %(b) | L-appoġġ TESSy* / taħriġ għall-Istati Membri | 0 | 215 | 150 | 150 | -30 %** | Informazzjoni msaħħa dwar il-Mard irrapportat skont TESSy (47 marda) | 8 | 12 | 18 | 27 | 125 % | Nru ta’ rapporti | 2 | 4 | 8 | 11 | 175 % | Nru ta’ laqgħat tal-esperti | 14 | 17 | 28 | 28 | 65 % | (gruppi ta’ koordinazzjoni, gruppi ta’ ħidma tas-sorveljanza) | *TESSy: Is-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza | **Is-sena ta’ bażi 2008 hi s-sena ta’ introduzzjoni ta’ tessy, għalhekk kien hemm aktar sessjonijiet ta’ taħriġ | (b) 10 membri oħra tal-istaff biex jilħaq it-32, meħtieġa biex jogħla l-livell tal-kapaċità ta’ koordinazzjoni u l-kompetenza biex jiżguraw it-trasferiment tan-netwerks taċ-ĊEPKM kollha, l-aktar karigi ta’ esperti fil-ġestjoni tad-dejta u s-sorveljanza ġenerali | Mira 3 (Parir Xjentifiku) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 59 %(c) | L-ebda opinjoni Xjentifika u Gwida lill-Istati Membri | 10 | 12 | 14 | 20 | 67 % | L-ebda avviż Rapidu dwar it-talba tal-Kummissjoni/PE | 8 | 20 | 30 | 30 | 50 % | L-ebda Aħbarijiet/Aġġornamenti b’sejbiet xjentifiċi kritiċi | 50 | 75 | 120 | 150 | 100 % | L-ebda laqgħa tal-Esperti | 7 | 10 | 25 | 35 | 250 % | L-ebda sigħat ta’ ħidma fil-ġimgħa għal appoġġ xjentifiku | 100 | 150 | 180 | 200 | 33 % | ( c ) 10 membri oħra tal-istaff biex jilħaq is-27, meħtieġa biex jipproduċu parir xjentifiku, jespandu x-xogħol dwar id-determinanti ambjentali tal-mard infettiv (bidla fil-klima) u kapaċità ekonomika biex ikopru l-piż ta’ mard, l-oqsma ewlenin kollha tal-programm ta’ ħidma | Mira 4 (Tħejjija u tweġiba) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 57 % (d) | Monitoraġġ tat-theddid | 168 | 300 | 350 | 400 | 33 % | Aġġornament ta’ aħbarijiet attwali rreġistrat | 1.360 | 2.400 | 2.800 | 3.200 | 33 % | Valutazzjoni tat-theddid | 142 | 250 | 300 | 330 | 32 % | Theddid li jeħtieġ tweġiba speċifika | 66 | 110 | 130 | 150 | 36 % | Valutazzjoni tat-theddid iċċirkolata lil EWRS/websajt | 9 | 16 | 18 | 20 | 25 % | (d) tmien membri oħra tal-istaff biex jilħaq it-22, notevolment biex ilestu t-tħejjija u l-kapaċità għat-tweġiba tiżviluppa l-kompetenza fil-bijoterroriżmu, tespandi l-kapaċità ta’ kxif ta’ theddid u tkun żgurata kopertura komprensiva fl-iSM kollha | Mira 5 (Taħriġ) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 33 % (e) | Ġew imħarrġa nru ta’ nies tal-EPIET (Programm Ewropew għal Taħriġ fl-Intervent Epidjemoloġiku) | 18 | 19 | 22 | 27 | 42 % | Parteċipanti mill-Istati Membri | 185 | 280 | 320 | 400 | 43 % | Nru ta’ ġimgħat ta’ taħriġ | 15 | 20 | 23 | 26 | 30 % | (e) żewġ membri oħra tal-istaff biex jilħaq tmienja - għal aktar żvilupp tal-kapaċità ta’ taħriġ | Mira 6 (Komunikazzjoni dwar is-Saħħa) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 67 % (f) | Nru ta’ laqgħat internazzjonali | 4 | 6 | 7 | 75 % | Nru ta’ parteċipanti tal-Eurosurveillance | 10.256 | 14.300 | 16.000 | 17.500 | 22 % | Nru ta’ artikoli ppubblikati fil-Eurosurveillance | 254 | 310 | 335 | 360 | 16 % | Nru ta’ elementi tal-web | 2.484 | 3.500 | 10.000 | 15.000 | 329 % | Nru ta’ elementi multilingwi tal-web | 0 | 400 | 2.000 | 3.000 | 650 % | Nru ta’ settijiet ta' għodod għall-kampanja tas-saħħa pubblika | 1 | 2 | 3 | 3 | 50 % | Nru ta’ stands ta’ informazzjoni fil-laqgħat xjentifiki | 9 | 18 | 25 | 30 | 67 % | Nru ta’ stqarrijiet tal-istampa/dikjarazzjonijiet | 40 | 45 | 50 | 60 | 33 % | Nru ta’ aħbarijiet/xandir web multimedja | 7 | 5 | 8 | 12 | 140 % | (f) 10 membri oħra tal-istaff biex jilħaq il-25, biex isaħħu l-komunikazzjoni dwar is-saħħa, huma identifikati wkoll minn evalwaturi esterni, sabiex jiżguraw komunikazzjoni effiċjenti, aktar adozzjoni fl-iSM, informazzjoni lill-mezzi tal-komunikazzjoni u lill-pubbliku ġenerali; Esperti fil-komunikazzjoni xjentifika, servizzi tal-web, edituri | Mira 7 (Partenarjati) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 50 % (g) | Nru ta’ relazzjonijiet ma’ korpi kompetenti | 75 | 85 | 90 | 95 | 12 % | Laqgħat/vidjo-konferenzi mal-Kummissjoni/PE/ korpi tal-UE | 52 | 65 | 77 | 82 | 26 % | Laqgħat/vidjo-konferenzi mal-WHO | 18 | 24 | 30 | 30 | 25 % | Laqgħat/vidjo-konferenzi mal-Pajjiżi Kandidati | 0 | 10 | 18 | 24 | 140 % | (g) żewġ membri oħra tal-istaff biex jilħaq sitta, meħtieġa biex jissodisfaw iż-żieda fil-piż tax-xogħol li ġejja mit-twaqqif ta’ korpi Kompetenti u n-neċessità biex jissaħħu r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE inkluż il-qasam tal-politika tal-viċinat | Mira 8 (Interna) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 35 % (h) | L-indikaturi f’mira 8 huma aktar kwantitattivi milli kwalitattivi u għandhom x’jaqsmu ma’ livell adegwat ta’ tweġiba (f’termini ta’ ħin u kwalità) lir-rekwiżit operattiv. | Madankollu ċerti indikaturi li jistgħu jintużaw u li jiddependu fuq il-baġit u ż-żieda tal-istaff jinsabu hawn taħt: | Nru ta’ impenji | 359 | 450 | 500 | 550 | 22 % | Nru ta’ pagamenti | 3.885 | 5.000 | 6.500 | 7.000 | 40 % | Nru ta’ Missjonijiet riżervati | 660 | 810 | 950 | 1.050 | 30 % | Nru ta’ talbiet ta’ kuljum lil nies imħarrġa apposta għall-għajnuna tal-ICT | 15 | 35 | 50 | 55 | 57 % | Nru ta’ parteċipanti fil-laqgħat/seminars eċċ. | 1.571 | 1.704 | 1.800 | 1.950 | 14 % | Nru ta’ intervisti għar-reklutaġġ | 470 | 390 | 390 | 290 | -26 %* | *inqas reklutaġġ meta l-istaff ikun hemm, madankollu hu previst shift lejn żieda fit-tagħlim u l-ħtiġijiet ta’ żvilupp | (h) 12-il kariga oħra tal-istaff inkluż espert fil-ġestjoni strateġika, xjentist prinċipali, maniġers tal-kostruzzjoni, tal-ICT-, speċjalisti fit-tkomplija tas-sigurtà fin-negozji neċessarji biex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti miġjuba bit-tkabbir fl-organizzazzjoni u l-qasam speċifiku tagħha ta’ attività | Żvilupp tar-riżorsi Nru 2 | Sorveljanza | 13 | 22 | 10 | 32 | Nru 3 | Parir xjentifiku | 12 | 17 | 10 | 27 | Nru 4 | Tħejjija u tweġiba | 11 | 14 | 8 | 22 | Nru 5 | Taħriġ | 5 | 6 | 2 | 8 | Nru 6 | Komunikazzjoni dwar is-saħħa | 7 | 15 | 10 | 25 | Nru 7 | Partenarjati | 2 | 4 | 2 | 6 | Nru 8 (intern) | Governanza, ġestjoni, Servizzi amministrattivi | 8 20 | 8 26 | 2 10 | 10 36 | Total | 90 | 130 | 70 | 200 | L-impatt finanzjarju taż-żieda tal-istaff kienet diġà inkorporata fil-projezzjonijiet baġitarji taċ-Ċentru. Il-livell tas-sussidju mistenni li għandu jasal mill-baġit Komunitarju hu konsistenti b'mod sħiħ mal-programmar finanzjarju eżistenti tal-Kummissjoni, skont il-linji tal-Qafas Finanzjarju Multi-Annwali 2007-2013". Ammonti f’miljun ta’ euro Il-baġit ċentrali taċ- ĊEPKM (prezzijiet kurrenti) skont il-qafas finanzjarju tal-2007-2013 It-tabella hawn taħt turi l-evoluzzjoni tal-allokazzjoni tal-baġit matul il-perjodu tal-2007-2013. Ammonti f’eluf ta’ euro 17 03 03 01 | Mhux obblig. | Differenzjata | LE | IVA | LE | Nru 3b | 17 03 03 02 | Mhux obblig. | Differenzjata | LE | IVA | LE | Nru 3b | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Ir-Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali Nefqa operattiva[4] | Stati Membri tal-EEA/EFTA | f | 0,604 | 0,935 | 1,000 | 1,450 | 1,500 | 1,530 | 1,550 | 8,569 | IT-TOTAL TAL-AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 28,309 | 40,235 | 50,700 | 57,850 | 59,000 | 60,230 | 61,350 | 355,719 | 4.1.2. Il-kompatibiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju ( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta se tikkonsisti fl-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista' titlob li jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[5] (jiġifieri l-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul. ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: 4.2. Ir-Riżorsi Umani tal-FTE (inklużi l-uffiċjali, l-istaff temporanju u estern) – għad-dettalji ara l-punt 8.2.1. Mhux applikabbli 5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET 5.1. Ħtiġijiet li jridu jiġu ssodisfati fuq perjodu ta’ żmien qasir jew twil L-UE hi esposta għal firxa ta’ mard infettiv – mard li se jkompli jhedded is-saħħa tal-bniedem fil-futur previst. Minħabba li l-persuni, l-annimali u l-oġġetti issa jistgħu kważi jiċċaqilqu b’mod ħieles fl-Unjoni, il-ħtieġa għal approċċ komuni biex jevita l-mard milli jinfirex qegħda dejjem iktar issir aktar neċessarja / ovvja. Filwaqt li l-prevenzjoni u l-kura tas-saħħa għadhom qed jitmexxew l-aktar mis-sussidjarjetà, hemm ħtieġa ċara għal ċentru bħaċ-ĊEPKM biex jassisti approċċ koordinat. Barra mit-tbatija kkaġunata lill-popolazzjonijiet, il-mard infettiv esiġa dannu importanti ekonomiku fuq il-baġits nazzjonali: il-batterji reżistenti għall-antibijotiċi jikkawżaw infezzjonijiet li jtawlu ż-żmien fl-isptar u li jeħtieġu proċeduri speċjali mediċi; influwenza pandemika ġdida kienet stmata li tikkaġuna telf ekonomiku fuq pajjiżi li jikkorrispondu għal unitajiet ta’ perċentwali diversi tal-PGD tagħhom; it-trattament tal-infezzjoni tal-HIV jirrappreżenta spiża sostanzjali f’diversi Stati Membri. Kull prevenzjoni ta’ mard infettiv għandu prezzu: nofs tużżana tilqima differenti qed jingħataw lit-tfal kważi kollha madwar l-Unjoni bi prezz mhux negliġibbli. Hija sfida għaċ-ĊEPKM biex jgħin jiżviluppa l-aħjar u l-aktar metodi effettivi ta’ nfiq għall-prevenzjoni, u li jassisti l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom. Il-mira aħħarija li hi l-qerda ta’ marda, li – kif ġie muri mill-qerda tal-ġidri 30 sena ilu -, iġġib profitti ekonomiċi maġġuri. Filwaqt li dan jista’ ma jkunx possibbli għal ħafna mard, il-qerda tal-ħosba fl-UE, pereżempju, hi mira li tista’ tintlaħaq b’mod ċar. 5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli Il-valur miżjud tal-involviment Komunitarju u l-ħtieġa għal kooperazzjoni mtejba tal-Istati Membri kienu mmotivati fi proposta tal-2003 li rriżultat fil-ħolqien tal-Aġenzija. Minn dakinhar iċ-ĊEPKM ikkonferma dawn l-aspettattivi fl-oqsma kollha koperti bil-mandat tiegħu. Il-valur miżjud tal-kontribut taċ-ĊEPKM f’livell Ewropew jikkonsisti fil-provvediment ta’ analiżi kkonsolidata u deskrizzjoni ġenerika tal-evidenza li tappoġġja l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed. Flimkien mal-Korpi Kompetenti, dan jidentifika n-nuqqasijiet u jgħin biex jiddefinixxi u jsaħħaħ l-aġenda ta’ riċerka tas-saħħa pubblika. Permezz ta’ approċċ ikkoordinat għal sorveljanza fil-Livell Ewropew, il-ġbir ta’ dejta jista’ jkun standardizzat u titjieb l-effiċjenza fl-infiq, billi tiġi pprovduta dejta komparabbli biex tinforma lil dawk li jfasslu l-politika dwar prevenzjoni effettiva u miżuri ta’ kontroll. Iċ-Ċentru jipprovdi wkoll pjattaforma għal interazzjoni bejn l-Istati Membri għall-iskambju ta’ prassi tajba, billi jibni fuq interventi bbażati fuq l-evidenza. Iċ-ĊEPKM qed jiżviluppa valutazzjoni u gwida ċentralment għall-Unjoni – xi ħaġa li staqsew għaliha b’mod speċjali l-pajjiżi ż-żgħar jew pajjiżi b’kapaċità limitata f’dan il-qasam. Fix-xogħol tiegħu dwar it-tħejjija ċ-Ċentru jipprovdi lill-Istati Membri b’aġġornamenti regolari dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika internazzjonali, attività li biż-żmien tista’ tieħu post il-ħtieġa għal kull pajjiż li jinvesti f’informazzjoni epidemika li tikkonsma r-riżorsi. Permezz ta’ valutazzjonijiet rapidi tal-okkażjonijiet tas-saħħa pubblika ċ-ĊEPKM jista’ jiffaċilita wkoll tweġiba kkoordinata għat-theddid li jaffettwa lill-Istati Membri. Kemm il-funzjonijiet ta’ sorveljanza u ta’ tweġiba jibbenefikaw minn metodi komuni mifruxa mal-UE mgħallma f’diversi korsijiet organizzati miċ-Ċentru lill-esperti governattivi tal-Istati Membri f’dan il-qasam. Iċ-ĊEPKM qed jappoġġja lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ netwerk attiv għal komunikazzjoni ta’ riskju, minħabba li kellu netwerks ta’ komunikazzjoni b’saħħithom stabbiliti fi “żminijiet kwieti”, il-komunikazzjonijiet f’livell nazzjonali u Ewropew bi tweġiba għal kriżijiet ta’ saħħa maġġuri fil-futur jistgħu jidhru bħala f’waqthom, affidabbli, konsistenti u awtorattivi. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM Iċ-Ċentru jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-programm tas-Saħħa Pubblika (Kapitolu 17 03 tal-Baġit Komunitarju) L-għanijiet ta’ perjodu ta’ żmien qasir u medju taċ-Ċentru huma ppreżentati fil-kuntest tal-Programm Strateġiku Multi-annwali tiegħu tal-2007-2013 kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni 5.4. Il-metodu tal-implimentazzjoni (indikattiv) ( Ġestjoni Ċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni ( indirettament b’delegazzjoni lil Aġenziji eżekuttivi ( Aġenziji eżekuttivi ( korpi maħluqa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Art.185 tar-Regolament Finanzjarju ( organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ settur privat/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku ( Ġestjoni konġunta jew deċentralizzata ( mal-Istati Membri ( ma' pajjiżi Terzi ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) 6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI 6.1. Sistema ta’ monitoraġġ Is-servizzi speċjalizzati ta’ kwalità għolja li hi mistennija tipprovdi ċ-ĊEPKM (permezz ta’ proċeduri trasparenti) jeħtieġu monitoraġġ bir-reqqa bbażat fuq indikaturi ta’ riżultati fuq perjodu ta’ żmien qasir. Din is-sistema hi mfassla biex tagħti konsiderazzjoni ewlenija lill-mistoqsija ta’ jekk ix-xogħol taċ-ĊEPKM kisibx it-tibdil pożittiv li mmiraw għalih ir-Regolament Fondatur u l-Programm Strateġiku Multi-Annwali tiegħu tal-2007 – 2013. Indikaturi speċifiċi ġew ippreżentati lill-Bord tat-Tmexxija fil-bidu tal-Programm Strateġiku Multi-Annwali u approvati (f’Marzu 2008). Dawn se jintużaw matul il-perjodu biex jissorveljaw il-progress lejn il-Miri, u huma se jipprovdu informazzjoni ewlenija għall-evalwazzjoni finali tal-grad tal-kisbiet tal-Miri fl-2013. Il-prinċipji li ġejjin intużaw fl-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi: Kull Mira kellha sett wieħed ta’ indikaturi, magħżula b’ċertu mod li l-informazzjoni tagħhom tagħmilha possibbli b’mod ċar li tivvaluta jekk inkisibx/sa liema punt inkiseb ir-riżultat tal-Mira. Il-formulazzjoni ta' kull kriterju kellha tkun ċara , u fil-qosor kemm jista’ jkun Sar sforz biex jitnaqqas in-numru ta’ kriterji, iżda fl-istess ħin biex ikunu jistgħu jiġu vvalutati l-kisbiet f’kull qasam Il-kriterji jistgħu jitkejlu , b’mod realistiku, u bi sforz ta’ xogħol raġonevoli Għal kull indikatur saret analiżi tas-sors ta’ dejta proposta, id-disponibilità u l-affidabiltà tagħha, u sistema ta’ informazzjoni ddedikata għall-ġbir sistematiku u l-analiżi tad-dejta ġie istitwit fiċ-ĊEPKM. F’nofs it-terminu tal-perjodu tal-programm tal-2007-2013 (jiġifieri 2010) il-Bord tat-Tmexxija se jagħmel valutazzjoni tal-progress. Fir-rigward tal-evalwazzjoni finali tal-kisbiet tal-Programm Multi-annwali sas-sena 2013, dan tant se jkun bil-ħin li l-MB se jkollu r-riżultati f’idejh meta jiddeċiedi dwar il-Programm Strateġiku Multi-annwali li jmiss, jiġifieri dak għall-2014-2020. Finalment, l-istaff taċ-ĊEPKM se jkollu fl-aħħar ta’ kull sena jevalwa b’mod sistematiku l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma annwali, li jivvaluta b’mod konġunt il-kwalità tal-prodotti tiegħu u l-effiċjenza tal-proċess ta’ implimentazzjoni. L-enfasi ta’ din l-evalwazzjoni se tkun parti mir-rapport annwali tad-Direttur lill-MB. 6.2. L-evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante Mhux applikabbli 6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi): L-Evalwazzjoni Esterna taċ-Ċentru kienet ikkummissjonata fl-20 ta’ Mejju 2007 kif previst fir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004. ‘Art 31: Sa l-20 ta' Mejju 2007, iċ-Ċentru għandu jikkummissjona evalwazzjoni indipendenti esterna tal-kisbiet tiegħu fuq il-bażi ta' termini ta' referenza maħruġa mill-Bord tat-Tmexxija bi ftehim mal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tagħmel stima: (a) il-ħtieġa possibbli biex jinfirex l-iskop tal-missjoni taċ-Ċentru lil attivitajiet oħra rilevanti fuq il-livell Komunitarju fil-qasam tas-saħħa pubblika, partikolarment fil-monitoraġġ tas-saħħa; kif ukoll (b) iż-żmien għal aktar reviżjonijiet bħal dawn. Iċ-Ċentru nieda sejħa miftuħa għal offerta. It-termini ta’ referenzi ġew konklużi bil-grupp ta’ ħidma tal-MB bil-ftehim mal-Kummissjoni. Il-kuntrattur wettaq aktar minn 80 intervista mal-partijiet interessati ewlenin fl-aħħar xhur (istituzzjonijiet tal-UE u aġenziji, organizzazzjonijiet internazzjonali, netwerks ta’ sorveljanza tal-UE, istituti ta’ sorveljanza nazzjonali, ministeri tas-saħħa nazzjonali u l-istaff taċ-ĊEPKM). Il-konklużjonijiet ta’ din l-ewwel evalwazzjoni esterna huma ppreżentati f’ http://ecdc.europa.eu/en/About_us/Key_documents/ 6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni Evalwazzjonijiet esterni indipendenti taċ-Ċentru se jkunu kkummissjonati kull ħames snin. 7. MIżURI KONTRA L-FRODI Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1037/1999 għandhom japplikaw għal din l-Aġenzija mingħajr restrizzjonijet. L-Aġenzija hi parti mill-Ftehim Inter-istituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-OLAF. Id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-fondi u l-implimentazzjoni tal-ftehim u l-istrumenti li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-Olaf jistgħu jwettqu, jekk neċessarju, kontrolli fuq il-post tar-reċipjenti tal-fondi tal-Aġenzija u l-aġenti responsabbli mill-allokazzjoni tagħhom. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta skont l-ispejjeż finanzjarji tagħhom Ara taħt punt 4 tal-Komunikazzjoni tabella li tiddeskrivi l-miri taċ-ĊEPKM għall-perjodu tal-2007-2013. Id-deskrizzjoni ġenerika tar-riżultati mistennija mill-mira tingħata separatament fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff li fih hu ppreżentat fid-dettall l-iżvilupp ulterjuri taċ-Ċentru għall-perjodu programmatiku tal-2009-2013. 8.2. In-nefqa amministrattiva L-Azzjoni ma għandhiex impatt fuq in-Nefqa Amministrattiva tal-baġit Komunitarju u l-ebda riżors uman ma hu allokat direttament lilha mill-Kummissjoni. L-ispejjeż amministrattivi tal-aġenzija inklużi l-ispejjeż tal-istaff huma ffinanzjati mill-Linja Operattiva tal-Baġit 17 03 03 01. [1] http://ecdc.europa.eu/en/About_us/Key_documents/Documents/ECDC_MAS_.pdf [2] http://ecdc.europa.eu/en/About_us/Key_documents/..... [3] Iċ-Ċentru għandu impenn ulterjuri biex jiddokumenta kif xieraq u jagħti deskrizzjoni tal-pjanijiet tal-ġejjieni tal-istaff fil-kuntest tal-Pjanijiet ta’ Politika tal-Istaff Multi-Annwali u biex ikunu allineati mal-linji gwida tal-Kummissjoni [4] Nefqa li ma tidħolx taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat. [5] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.