Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 11 għall-baġit ġenerali tal-2008 - Dikjarazzjoni tal-infiq taqsima B’taqsima : taqsima III – Il-Kummissjoni /* KUMM/2008/0731 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 7.11.2008 KUMM(2008) 731 finali ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA Nru 11 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2008 DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TAQSIMA B’TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA Nru 11GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2008 DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TAQSIMA B’TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni Wara li ġie kkunsidrat: - it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 272 tiegħu, - it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu, - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz Preliminari ta' Baġit ta’ Emenda Nru 11 għall-baġit tal-2008. WERREJ 1. Introduzzjoni 4 2. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE 4 2.1. Ċipru: Nixfa 4 2.2. Finanzjament 6 TABELLA FIL-QOSOR SKONT L-INTESTATURA TAL-QAFAS FINANZJARJU 7 TIBDILIET FID-DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TAQSIMA B’TAQSIMA It-tibdil fid-dikjarazzjoni tal-infiq taqsima b'taqsima jintbagħat separatament permezz tas-sistema SEI-BUD. Verżjoni bl-Ingliż tat-tibdil għad-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit. 1. Introduzzjoni L-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta’ Emenda (APBE) Nru 11 għas-sena 2008 jkopri l-elementi li ġejjin: - Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għal ammont ta’ EUR 7,6 miljun fl-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet wara nixfa severa f'Ċipru. - Tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta’ EUR 7,6 miljun mil-linja baġetarja 13 04 02 Fond ta’ Keożjoni. 2. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE 2.1. Ċipru: Nixfa Ċipru kien qed ibati minn nuqqas ta' xita li wassal għal effetti serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ekonomija u l-ambjent naturali. L-awtoritajiet Ċiprijotti applikaw għal assistenza finanzjarja mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE b'rabta mal-kriżi li sabu ruħhom fiha. Il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa l-applikazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002[3] u b'mod partikolari l-Artikoli 2,3 u 4 tiegħu. Fil-qosor, l-aktar elementi importanti tal-valutazzjoni huma dawn: 1. Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jista’ ma jkunx imfassal biex jittratta l-karatteristiċi ta’ diżastru li qed iseħħ bil-mod il-mod, xorta waħda jista’ jkun immobilizzat b’rispons għal kwalunkwe diżastru naturali kbir b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija fi Stat benefiċjarju kif hemm stabbilit fl-Artikolu 2(1), sakemm iid-diżastru jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u l-applikazzjoni għall-assistenza tkun ġiet ippreżentata f’ħin xieraq skont l-Artikolu 4(1). L-ebda waħda minn dawn l-elementi ma teskludi neċessarjament diżastri li jseħħu bil-mod il-mod, bħan-nixfa. 2. Il-Kummissjoni rċeviet l-applikazzjoni għall-assistenza mill-Fond ta’ Solidarjetà fl-1 ta’ Lulju 2008. L-awtoritajiet Ċiprijotti pprovdew informazzjoni addizzjonali fis-16 ta’ Ottubru 2008. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jirrikjedi li l-applikazzjoni ssir mhux aktar tard minn għaxar ġimgħat wara l-ewwel ħsara li tkun ikkawżata mid-diżastru. Fl-isfond ta’ perjodu ta’ tliet snin b’nuqqas insolitu ta’ xita, fi tmiem l-istaġun tax-xita, f'April tal-2008, in-nuqqas tax-xita laħaq il-qofol tiegħu. Il-Kummissjoni għalhekk, tqis li t-22 ta’ April 2008, jiġifieri għaxar ġimgħat qabel ma rċeviet l-applikazzjoni, tista' tiġi aċċettata bħala d-data tal-bidu tad-diżastru l-kbir. Għalhekk, l-applikazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni fl-1 ta’ Lulju 2008, tirrispetta l-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 4(1). 3. Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali. L-awtoritajiet Ċiprijotti stmaw li d-dannu dirett totali li sofrew wara t-22 ta’ April 2008 huwa ta’ EUR 176,15-il miljun. Billi dan l-ammont jaqbeż il-limitu ta’ EUR 84,67 miljun (jiġifieri 0,6 % tad-DGN) id-diżastru jikkwalifika bħala “diżastru naturali maġġuri” u għaldaqstant jaqa’ fil-qasam prinċipali ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) 2012/2002. Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont ta' għajnuna finanzjarja. Din l-għajnuna finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet ta’ emerġenza essenzjali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament. 4. Il-Kummissjoni tinnota wkoll il-fatt li l-kriżi affettwat it-territorju kollu tal-pajjiż u li ttieħdu miżuri ta' emerġenza kbar mill-awtoritajiet pubbliċi minn April/Mejju 2008 biex jindirizzawha. Dawn jinkludu t-tnaqqis tal-fornimenti tal-ilma għall-użu domestiku u industrijali, l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ emerġenza bil-għan li jiżdied il-forniment ta' ilma desalinizzat u t-trasport tal-ilma mill-Greċja. 5. L-awtoritajiet Ciprijotti indikaw ir-riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali u l-ekonomija. Kienu rrappurtati ħsarat sostanzjali lil-agrikoltura partikolarment lejn tmiem April u fix-xhur ta’ wara, li marru għall-agħar hekk kif l-istaġun tal-biedja mexa lejn l-istadju tal-ħsad. L-iskarsità tal-ilma hu mistenni li jaffetwa wkoll lit-turiżmu, li huwa qasam importanti tal-ekonomija Ċiprijotta. In-nixfa kellha wkoll riperkussjonijiet serji fuq l-infrastruttura tal-ilma, fejn fil-bidu ta’ Mejju 2008 bdew jidhru ħsarat serji kkważati mill-qtugħ fil-fluss tal-ilma. L-ambjent naturali ġarrab effetti serji minħabba li l-ekoloġija fraġli tal-gżira hija partikolarment suxxettibbli għall-kundizzjonijiet nexfin b’riskju ta' deżertifikazzjoni. L-applikazzjoni tinkludi tqassim dettaljat tal-ħsarat. 6. L-ispejjeż tal-operazzjonijiet tal-emerġenza essenzjali eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 kien stmat mill-awtoritajiet Ċiprijotti għal EUR 59.45 miljun u kien imqassam skont it-tip ta' operazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet jirrigwardaw spejjeż li għandhom x’jaqsmu mat-trasport tal-ilma mill-Greċja u investimenti immedjati fl-infrastruttura tal-ilma biex jassiguraw li n-netwerk tad-distrubuzzjoni tal-ilma jkun jista’ jaħdem f’kundizzjonijiet ta’ fluss maqtugħ tal-ilma. It-tipi ta’ operazzjoni li se jiġu ffinanzjati mill-Fond se jiġu ddefiniti b’mod ċar fil-Ftehim ta’ Implimentazzjoni. 7. L-awtoritajiet Ċiprijotti ddikjaraw ukoll li l-assikurazzjoni ma tkopri xejn mill-ħsara eliġibbli. 8. L-Awtoritajiet Ċiprijotti ddikjaraw li se jfittxu l-assistenza tal-Komunità għall-kumpens għal ħsarat privati, l-aktar għall-bdiewa, jekk ikun hemm bażi legali xierqa disponibbli fi strumenti finanzjarji oħra tal-UE. Madankollu l-Kummisjoni tinnota li l-Politika Agrikola Komuni u b’mod notevoli l-politika dwar l-Iżvilupp Rurali ma joffru l-ebda possibbiltà ta’ kumpens għall-bdiewa għall-ħsarat dovuti għal diżastru naturali. Taħt il-programm tiegħu għall-iżvilupp rurali, l-Istat Membru għandu l-possibbiltà li jappoġġja r-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li ssirlu ħsara minn diżastri naturali kif ukoll azzjoni xierqa preventiva. Il-miżura korrispondenti m’hix prevista fil-programm operattiv għall-iżvilupp rurali ta’ Ċipru u sa issa l-Awtoritajiet Ċiprijotti ma pproponewx li jimmodifikaw il-programm tagħhom f'dan is-sens. Għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, għalhekk, qed jiġi propost li l-applikazzjoni li saret minn Ċipru relatata man-nixfa tista' tiġi aċċettata bħala "diżastru maġġuri" u li għandu jiġi użat il-Fond ta' Solidarjetà. 2.2. Finanzjament Il-baġit totali annwali disponibbli għall-Fond ta’ Solidarjetà huwa ta’ EUR 1 biljun. Fl-2008, EUR 273 191 197 diġa ġew mobilizzati għal applikazzjonijiet magħmula aktar kmieni, li ħallew EUR 726 808 803 disponibbli. Minħabba li s-solidarjetà kienet il-ġustifikazzjoni ċentrali għall-ħolqien tal-Fond, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna mill-Fond għandha tkun progressiva. Dan ifisser li, skont il-prattika preċedenti, il-proporzjon tal-ħsara li jaqbeż il-limitu (0, tad-DGN jew EUR 3 biljun fi prezzijiet tal-2002, ikun liema jkun l-iżgħar ammont) għandu jwassal għal intensità akbar ta’ għajnuna milli għal ħsara li tkun sal-limitu. Ir-rata applikata fl-imgħoddi biex jiġu definiti l-allokazzjonijiet għal diżastri maġġuri hija ta’ 2,5% tal-ħsara diretta totali taħt il-limitu tal-mobilizzazzjoni tal-Fond u 6% ’l fuq. Għal diżastri reġjonali straordinarji r-rata hija ta’ 2.5% tal-ħsara diretta totali. Il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat il-Fond ta’ Solidarjetà kien imfassal fir-Raaport Annwali tal-2002-2003 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà u aċċettat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Qed jiġi propost li jkunu applikati l-istess persentaġġi f’dan il-każ u li jingħataw l-ammonti ta’ għajnuna li ġejjin: (EUR) | Ħsara diretta | Limitu | Ammont ibbażat fuq 2.5% | Ammont ibbażat fuq 6% | Ammont totali tal- għajnuna proposta | Ċipru/Nixfa | 176 150 000 | 84 673 000 | 2 116 825 | 5 488 620 | 7 605 445 | Total | 7 605 445 | Dan l-ammont ta’ kumpens se jħalli mill-anqas 25% tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea disponibbli għall-allokazzjoni matul l-aħħar kwart tas-sena, kif mitlub mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) 2012/2002. Meta wieħed jikkunsidra l-identifikazzjoni tal-approprjazzjonijiet żejda fil-linja baġitarja 13 04 02 Fond ta' Koeżjoni mhux se jkun hemm il-ħtieġa ta' approprjazzjonijiet ta' ħlasijiet ġodda għall-iffinanzjar tal-ħlasijiet lil Ċipru mill-Fond ta' Solidarjetà tal-UE. Għaldaqstant se jiġi allokat ammont ta’ EUR 7.6 miljun mil-linja baġetarja 13 04 02 għal-linja baġetarja 13 06 01 biex ikopri l-ħtiġijiet korrispondenti relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE. Dan it-tqassim mill-ġdid huwa possibbli għaliex il-ħlasijiet taħt il-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 huma fil-parti l-kbira tagħhom relatati mal-proġetti maġġuri. Madankollu, l-proġetti maġġuri jeħtieġ li jiġu approvati separatament permezz ta’ Deċiżjonijiet sussegwenti tal-Kummissjoni qabel ma' jkunu jistgħu jsiru xi ħlasijiet intermedji. Minħabba li bosta proġetti maġġuri m’humiex mistennija li jiġu sottomessi u approvati din is-sena, m’humiex mistennija li jsiru ħlasijiet intermedji sinifikanti fl-2008. TABELLA FIL-QOSOR SKONT L-INTESTATURA TAL-QAFAS FINANZJARJU Qafas finanzjarju Intestatura/sottointestatura | Qafas finanzjarju 2008 | Baġit 2008 (inkl. AB 1-7/2008 u PDAB 8-10/2008 | PDAB 11/2008 | Baġit 2008 + AB 1-7/2008 u PDAB 8-11/2008 | |CA |PA |CA |PA |CA |PA |CA |PA | | 1. TKABBIR SOSTENIBBLI | | | | | | | | | | 1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjieg |10 386 000 000 | |11 086 000 000 |9 718 739 600 | | |11 086 000 000 |9 718 739 600 | |1b. Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjieg |47 267 000 000 | |47 255 948 720 |36 024 082 504 |0 |-7 605 445 |47 255 948 720 |36 016 477 059 | | Total | 57 653 000 000 | |58 341 948 720 | 45 742 822 104 | 0 |-7 605 445 | 58 341 948 720 | 45 735 216 659 | | Marġni[4] | | |-188 948 720 | | | |-188 948 720 | | | 2. PRESERVAZZJONI U ĠESTJONI TA' RIŻORSI NATURALI | | | | | | | | | | Li minnhom infiq relatat mas-suq u ħlasijiet diretti |46 217 000 000 | |41 006 490 000 |40 889 550 500 | | |41 006 490 000 |40 889 550 500 | | Total | 59 193 000 000 | |56 314 715 538 | 53 220 588 053 | | |56 314 715 538 | 53 220 588 053 | | Marġni | | |2 878 284 462 | | | |2 878 284 462 | | | 3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA | | | | | | | | | | 3a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja |747 000 000 | |730 274 000 |533 196 000 | | |730 274 000 |533 196 000 | |3b. Ċittadinanza |615 000 000 | |888 034 197 |941 144 203 |7 605 445 |7 605 445 |895 639 642 |948 749 678 | | Total | 1 362 000 000 | |1 618 308 197 | 1 474 340 203 | 7 605 445 | 7 605 445 | 1 625 913 642 | 1 481 945 648 | | Marġni[5] | | |16 883 000 | | | |16 883 000 | | | 4. L-UE BĦALA ATTUR GLOBALI[6] |7 002 000 000 | | 7 311 218 000 | 7 847 128 400 | | |7 311 218 000 | 7 847 128 400 | | Marġni | | | -70 000 000 | | | | -70 000 000 | | | 5. AMMINISTRAZZJONI[7] |7 380 000 000 | |7 279 207 193 | 7 279 767 193 | | |7 279 207 193 | 7 279 767 193 | | Marġni | | | 177 792 807 | | | | 177 792 807 | | | 6. KUMPENS | 207 000 000 | |206 636 292 | 206 636 292 | | |206 636 292 | 206 636 292 | | Marġni | | | 363 708 | | | | 363 708 | | | TOTAL | 132 797 000 000 | 129 681 000 000 | 131 072 033 940 | 115 771 282 245 | | |131 079 639 385 | 115 771 282 245 | | Marġni | | |2 814 375 257 | 14 499 126 952 | 7 605 445 | 0 | 2 814 375 257 | 14 506 732 397 | | [1] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. [2] ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9. [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 311 tal-14.11.2002, p. 3. [4] Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) m’huwiex inkluż fil-kalkolu tal-marġni taħt l-Intestatura 1a. L-Istrument ta’ Flessibbiltà ġie mmobilizzat għal ammont ta’ EUR 200 miljun. [5] L-ammont tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) ikun inserit apparti l-intestaturi relevanti kif previst mill-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU C 139 tal-14.6.2006) [6] Il-marġni tal-2008 għall-intestatura 4 ma tikkunsidrax l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva tal-Għajnuna għall-Emerġenza. L-Istrument ta’ Flessibbiltà ġie mmobilizzat għal ammont ta’ EUR 70 miljun. [7] Sabiex jiġi kkalkulat il-marġni taħt il-limitu massimu għall-intestatura 5, tiġi kkunsidrata n-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) tal-qafas finanzjarju 2007-2013 għal ammont ta’ EUR 77 miljun għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet.