52008DC0507

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari /* KUMM/2008/0507 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 4.8.2008

KUMM(2008) 507 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari.

(preżentati mill-Kummissjoni)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari.

Il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) ilhom jikkooperaw flimkien mill-1982 bil-għan li jtejbu u jsaħħu l-metodoloġiji u t-teknoloġiji meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-salvagwardji nukleari.

Fl-1995, il-ftehim ġie emendat biex jinkludi l-impenn taż-żewġ partijiet fil-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom b’appoġġ għal pajjiżi terzi. L-għan ewlieni dak iż-żmien kien biex tiġi żgurata l-aqwa kollaborazzjoni possibbli bejn il-programm ta’ appoġġ għar-Russja u għal pajjiżi oħra ta’ l-eks Unjoni Sovjetika mwettaq miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta taħt il-patroċinju tal-Programm TACIS u programmi simili miftuħa mill-USDOE.

L-iżvilupp tal-programm TACIS u s-suċċess ta’ din il-kollaborazzjoni wasslu liż-żewġ partijiet biex iwessgħu l-ambitu tal-kooperazzjoni tagħhom f’diversi oqsma li jmorru lil hinn mill-kuntest tas-salvagwardji nukleari, u jkopru wkoll attivitajiet marbuta mar-riċerka, l-iżvilupp u t-taħriġ fil-qasam tas-sigurtà nukleari. Il-Kummissjoni tqis li dan it-twessigħ ta’ l-ambitu jesiġi qafas ġuridiku xieraq.

L-importanza li ħadu fuqhom kwistjonijiet ta’ sigurtà b’mod [enerali u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni tranżatlantika wasslu għal kuntest politiku li huwa partikolarment favorevoli għal din il-kollaborazzjoni mwessa’.

Kollaborazzjoni bħal din diġà hija fis-seħħ fil-kuntest tal-Forum Internazzjonali tar-IV Ġenerazzjoni (GIF) u huwa propost li din tissaħħaħ fil-kuntest tar-relazzjonijiet bilaterali Euratom/USA.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kunsill huwa mistieden biex:

- Jawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ u twettaq negozjati ma’ l-USDOE dwar it-twessigħ tal-ftehim ta’ l-1995 biex jinkludi r-riċerka, l-iżvilupp u t-taħriġ fil-qasam tas-sigurtà nukleari, billi dan ta’ l-aħħar jiġi ssostitwit skond l-Artikolu 101(2) tat-Trattat tal-Euratom.

- Jadotta l-abbozz tal-mandat għan-negozjar fl-anness.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-memorandum tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ġie ffirmat ftehim fis-6 ta’ Jannar 1995 bejn il-Euratom u l-USDOE fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp fis-salvagwardji tal-materjal nukleari,

(2) Dan il-ftehim jeħtieġ li jiġi emendat biex jitwessa’ għall-aspetti kollha tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari,

(3) Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja ftehim, li jissostitwixxi l-ftehim ta’ l-1995,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata, f’konformità mal-mandat anness ma’ din id-Deċiżjoni, li tinnegozja Ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari. Dan il-Ftehim se jemenda u jissostitwixxi l-ftehim iffirmat fis-6 ta’ Jannar 1995.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Abbozz ta’ mandat għan-negozjar għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari.

1. Suġġett

L-għan ta’ dawn in-negozjati huwa li jiġi emendat il-ftehim ta’ l-1995 li l-qasam tiegħu huwa limitat għas-salvagwardji nukleari, u b'mod partikolari biex l-ambitu tiegħu jiġi estiż għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurt à nukleari. Dan il-ftehim se jiġi konkluż skond l-Artikolu 101(2) tat-Trattat tal-Euratom. Dan il-ftehim se jemenda u jissostitwixxi l-ftehim iffirmat fis-6 ta’ Jannar 1995.

2. Qasam ta’ kooperazzjoni

Il-kooperazzjoni taħt dan il-ftehim se tkopri r-riċerka, l-iżvilupp u t-taħriġ fil-qasam tas-sigurtà nukleari. Se tingħata attenzjoni partikolari għat-taħriġ u l-koordinazzjoni tal-programmi li jimplimentaw iż-żewġ partijiet b’appoġġ għal pajjiżi terzi.

3 Il-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni

Il-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ l-1995 dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tas-salvagwardji għall-materjal nukleari se jerġgħu jiġu adottati. Madankollu se jkunu adattati fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba minn dak iż-żmien.

4. Relazzjonijiet ma' l-Istati Membri

Ġeneralment, il-Kummissjoni se tiżgura koordinazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri attivi fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari. Barra minn hekk, l-Istati Membri li huma lesti jagħmlu dan jistgħu jkunu assoċjati ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, skond il-modalitajiet li ġejjin:

- Kwalunkwe Stat Membru jew organizzazzjoni li taqa’ taħt il-kompetenza ta’ Stat Membri li jkun jixtieq jikkoopera mal-USDOE fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp u t-taħriġ tas-sigurtà nukleari jkun jista’, bi ftheim mal-Kummissjoni, juża dan il-ftehim billi jirrispetta l-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni tiegħu.

- L-attivitajiet ta’ taħriġ li se jkunu organizzati taħt dan il-ftheim se jkunu miftuħa għal kwalunkwe Stat Membru jew kwalunkwe organizzazzjoni li taqa’ taħt il-kompetenza ta’ Stat Membru li jagħmel talba motivata lill-Kummissjoni u skond il-modalitajiet li se jiġu ddefiniti skond il-każ.