52008DC0317

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Karrieri aħjar u aktar mobbiltà: sħubija ewropea għal riċerkaturi {SEC(2008)1911} {SEC(2008)1912} /* KUMM/2008/0317 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 23.5.2008

KUMM(2008)317 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

KARRIERI AĦJAR U AKTAR MOBBILTÀ: SĦUBIJA EWROPEA GĦAL RIĊERKATURI

{SEC(2008)1911} {SEC(2008)1912}

(preżentata mill-Kummissjoni)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

KARRIERI AĦJAR U AKTAR MOBBILTÀ: SĦUBIJA EWROPEA GĦAL RIĊERKATURI

INTRODUZZJONI

Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2008 ikkonferma li jinvesti fin-nies u jimmodernizza s-swieq tax-xogħol, u jinvesti fl-għarfien u l-innovazzjoni[1] bħala oqsma ta' prijorità għall-Istrateġija Mġedda ta' Liżbona għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi.

Sforzi sinifikanti huma diġà ippjanati jew qed jitħejjew biex ibiddlu l-ekonomija ta' l-UE lejn aktar attivitajiet intensivi ta' għarfien, inklużi l-miżuri li jsaħħu s-suq waħdieni[2], iż-żieda fil-mobbiltà ta' l-impjiegi[3], it-tisħiħ fl-edukazzjoni u t-taħriġ[4] u li jingħata aktar inċentiv lill-investiment privat fir-riċerka u l-innovazzjoni[5].

Il- Green Paper ta' l-2007 "Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi ġodda ”[6] nedew dibattitu pubbliku wiesà dwar kif tinkiseb ERA aktar miftuħa, kompetittiva u attraenti. Għadd ta' oqsma ewlenin ġew sussegwentement identifikati fejn azzjonijiet effettivi, meħuda fi sħubija bejn l-Istati Membri u l-Komunità madwar għanijiet komuni għandhom jagħtu gwadanni sinifikanti fis-sistema ta' riċerka ta' l-Ewropa u jgħinu biex joħolqu "il-ħames libertà" fl-Ewropa – il-libertà fl-Ewropa.

Bħala waħda mill-ħames inizjattivi[7] ppjanati fl-2008 biex issegwi l-Green Paper ERA, din il-komunikazzjoni tipproponi li tiżviluppa sħubija ma' l-Istati Membri biex tiżgura d-disponibbiltà tar-riċerkaturi meħtieġa . Bħala l-produtturi ewlenin ta' l-għarfien il-ġdid u l-aġenti ewlenin fit-trasferiment u l-esplojtazzjoni tiegħu, ir-riċerkaturi huma indispensabbli għal ekonomija ta' l-UE kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien. Sabiex jinżammu u jattrattaw l-aqwa talenti tar-riċerka teħtieġ strateġija bilanċjata biex tiżgura li r-riċerkaturi madwar l-UE jibbenefikaw minn taħriġ tajjeb, karrieri attraenti u t-tneħħija ta’ ostakoli għal mobbiltà tagħhom.

Huwa previst li l-governanza ġenerali ta' l-inizjattivi ta' l-ERA se tkun issorveljata mill-Kunsill tal-Kompetittività.

PROGRESS U PROSPETTI

It-terminu "riċerkatur" ikopri ħafna rwoli u attivitajiet differenti. Minn akkademiċi ta' l-università u xjentisti involuti f'riċerka bażika fuq perjodu ta' żmien twil f'infrastrutturi kbar ta' riċerka għal riċerkaturi orjentati għal missjonijiet f'laboratorji tal-gvern, minn impjegati korporattivi li jwettqu xogħol ta' żvilupp orjentat lejn is-suq għall-persunal ta' IŻM (intrapriżi żgħar u ta' daqs medju) b'teknoloġija avvanzata li jsegwi trasferiment jew innovazzjoni tal-prodott u tal-proċess.

Il-ħtieġa għal riżorsi umani adegwati għal R&D kienet identifikata bħala sfida ewlenija mit-tnedija ta' l-Istrateġija ta' Liżbona fl-2000[8]. Il-Kummissjoni pproponiet miżuri biex tiżdied il-mobbiltà ta' riċerkaturi matul l-ERA fl-2001[9] u għall- iżvilupp tal-karriera tagħhom fl-2003[10] .

Fl-2005 il-Kummissjoni adottat L-Istatut Ewropew għal Riċerkaturi u Kodiċi ta’ Mġieba għar-Reklutaġġ ta’ Riċerkaturi li jistabbilixxu r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta' riċerkaturi u lil dawk li jħaddmu u lil dawk li jiffinanzjaw, u modi biex ir-reklutaġġ ikun aktar ġust u aktar trasparenti. Il- pakkett tal-"viża xjentifika" adottat fl-2005[11] immira li jippermetti dħul mħaffef u residenza ta' riċerkaturi tal-pajjiżi terzi. Il-mobbiltà tar-riċerkaturi u tal-karrieri kienu appoġġjati bil-finanzjament mis- Sitt Programm ta' Qafas għar-Riċerka .

Ħafna Stati Membri qegħdin jieħdu l-azzjonijiet relatati tar-riċerkaturi, b'mod partikolari riformi għall-università tagħhom u setturi ta' l-edukazzjoni ogħla[12]. Żieda fl-awtonomija u t-titjib tal-governanza ta' l-istituzzjonijiet huma direttament rilevanti għal titjib tas-sitwazzjoni għar-riċerkaturi.

Dawn l-inizjattivi pprovdew riżultati . Hemm ħafna titjib fl-informazzjoni għal riċerkaturi mobbli permezz ta' netwerk ta' ċentri lokali u onlajn[13]. Żdied il-finanzjament għal riċerkaturi fis- Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka , inkluż il- Kunsill Ewropew ta' Riċerka .

Iżda l-progress jibqa' bil-mod . L-adozzjoni tal-Karta volontarja u l-Kodiċi sa issa kienet limitata u diversi Stati Membri għadhom ma implimentawx id-Direttiva tal-pakkett tal-"viża xjentifika". Politiki eżistenti għandhom tendenza li jitrattaw kwistjonijiet f'iżolament relattiv, jew jieħdu perspettiva nazzjonali dejqa

Filwaqt li s-sitwazzjonijiet ivarjaw b'mod konsiderevoli fl-istituzzjonijiet u l-pajjiżi, f'ħafna Stati Membri l-leġiżlazzjoni nazzjonali skaduta u l-prattiċi għadhom qed ifixklu jew jipprevjenu reklutaġġ ibbażat fuq il-kompetizzjoni fis-settur pubbliku. Il-prevalenza ta' kuntratti fuq perjodu ta' żmien qasir għal riċerkaturi żgħar u l-avvanz ibbażat fuq l-anzjanità aktar milli l-prestazzjoni jfissru li jistgħu jgħaddu s-snin sakemm riċerkaturi b'talent ikunu jistgħu jsiru xjentisti indipendenti bid-dritt tagħhom. Ħafna riċerkaturi huma mħarrġa b'mod akkademiku tradizzjonali li ma jattrezzahomx għall-ħtiġijiet ta' l-ekonomija moderna ta' l-għarfien fejn konnessjonijiet bejn l-industrija u l-istituzzjonijiet tar-riċerka pubblika qed iżidu fl-importanza. Hemm diżinċentivi qawwija għal riċerkaturi li jixtiequ jċaqilqu l-impjiegi tagħhom bejn l-istituzzjonijiet, bejn l-akkademja u l-industrija jew bejn il-pajjiżi.

Filwaqt li l-pajjiżi ta' l-UE għadhom jipproduċu aktar gradwati fix-xjenza u l-inġinerija u d-Dottorati aktar mill-Istati Uniti u l-Ġappun, ir-riċerkaturi għandhom sehem inqas bħala ħaddiema fl-UE[14] . Ħafna gradwati u detenturi ta’ dottorati Ewropej jitilqu minn karrieri ta’ riċerka jew iwettqu karrieri ta’ riċerka fil-pajjiżi li fihom isibu opportunitajiet aħjar – l-aktar fl-Istati Uniti.

Fl-2004, minn kważi 400º000ºriċerkatur barrani fl-Istati Uniti 100º000º minnhom huma stmati li twieldu fl-UE[15]. Dan hu proporzjon sinifikanti tal-popolazzjoni kollha tar-riċerkaturi ta' l-UE ta' 1.3ºmiljun[16] u dawn se jkunu wkoll aktarx l-aqwa prestaturi fl-oqsma tagħhom. Per eżempju, fl-2007, 75º% ta' l-assistenti professuri fid-dipartimenti ta' l-ekonomija li huma klassifikati bħala l-aqwa għaxra fl-Universitajiet ta' l-Istati Uniti rċevew il-grad ta' Baċċellerat barra mill-Istati Uniti[17]. Il-kapaċità tas-sistema ta' l-Istati Uniti li sserraħ fuq grupp b'talent globali hu rifless fid-direzzjoni ċara li jgawdu l-Istati Uniti fit-termini ta' l-aqwa riċerka[18]. L-influss tar-riċerkaturi tal-pajjiżi terzi ta' l-UE hu ħafna aktar baxx[19], filwaqt li l-kompetizzjoni globali għar-riċerkaturi bl-aktar talent qed jiżdied bil-parteċipanti ġodda li issa kapaċi joffru kundizzjonijiet attraenti.

Fl-istess ħin, it- tħassib qed jiżdied f'diversi Stati Membri dwar riċerkaturi impjegati li qed jikbru fiż-żmien u n-nuqqas ta' riċerkaturi digà qed ikun problema f'xi reġjuni u industriji[20] . Is-sitwazzjoni se tmur għall-agħar jekk iż-żgħażagħ ma jkunux miġbuda lejn il-professjoni u jekk in-nuqqas preżenti ta' rappreżentazzjoni tan-nisa fix-xjenza u l-enġinerija ma jkunx indirizzat. Barra minn hekk, apparti dawk ir-riċerkaturi meħtieġa li jissostitwixxu lill-impjegati attwali, huwa stmat[21] li bejn 600º000 u 700º000 riċerkaturi addizzjonali ikun hemm bżonnhom fl-Ewropa biex jintlaħaq l-għan li tkun investita medja ta' 3º% tal-PGD fir-riċerka stipulata bil-Kunsill Ewropew ta' Barċellona[22].

Miżuri deċiżivi huma għalhekk meħtieġa għar-riċerkaturi ta' l-Ewropa issa aktar minn qabel. L-interess ewlieni hu jekk l-Ewropa tistax tibqa' u tiżviluppa bħala lokazzjoni ta' klassi dinjija għal R&D fuq perjodu ta' żmien twil.

SħUBIJA GħALL-AZZJONI

L-istrateġija ta' Liżbona tirrikonoxxi l-ħtieġa li tagħmel progress b'mod komprensiv u koordinat. Jista' jkun hemm valur miżjud ta' l-UE konsiderevoli f'inizjattiva ġdida għal riċerkaturi li tista' tibni fuq riformi u azzjonijiet li qed jitħejjew bħalissa . Fl-istess ħin id-disponibbiltà ta' riżorsi umani effiċjenti hija kundizzjoni neċessarja biex jinkisbu l-ambizzjonijiet aktar wesgħin ta' l-Istrateġija ta' Liżbona.

Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tiżviluppa sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri mfassla biex tiżgura pussess reali ta' għanijiet u azzjonijiet . Dan hu essenzjali biex flimkien imexxu 'l quddiem numru ta' azzjonijiet ta' prijorità immirati f'oqsma ewlenin magħżula għall-impatt potenzjali tagħhom fil-livelli Komunitarji, nazzjonali u istituzzjonali.

Wieħed jista' jitgħallem ħafna lezzjonijiet minn inizjattivi ta' qabel u eżistenti kemm fil-livelli Komunitarji u nazzjonali u hemm ħafna eżempji ta' prattika tajba fl-UE. Li jogħla l-livell tas-sistemi nazzjonali kollha u l-istituzzjonijiet lejn dak li hu l-aħjar jieħu triq twila biex tinħoloq sistema ta' riċerka Ewropea ta' klassi dinjija. L-impatt fuq inizjattivi individwali jiżdied ħafna billi jiżgura li huma ppjanati u implimentati b'mod koerenti, konsistenti, u li jsaħħu lil xulxin, ibbażati fuq għanijiet żviluppati b'mod komuni u ffokati fuq oqsma ewlenin.

Is-sħubija għandha timpenja ruħha biex sa l-aħħar ta' l-2010 tikseb progress rapidu sinifikanti biex :

- reklutaġġ miftuħ b'mod sistematiku ;

- tissodisfa l-ħtiġijiet tas-sigurtà soċjali u pensjonijiet supplimentari ta' riċerkaturi mobbli ;

- tipprovdi mpjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti ; kif ukoll

- jitjiebu t-taħriġ, il-kapaċitajiet u l-esperjenza tar-riċerkaturi .

Azzjoni koordinata f'dawn l-oqsma, ħdejn sforzi mġedda dwar inizjattivi eżistenti bħaż-żieda fl-adozzjoni tal-prinċipji tal-Karta u l-Kodiċi , tipprovdi opportunitajiet aħjar tax-xogħol u aktar karrieri ta' sodisfazzjon għal riċerkaturi u tippermetti moviment akbar bejn l-istituzzjonijiet, bejn is-setturi pubbliċi u privati u bejn il-fruntieri.

Fil-livell Ewropew suq tax-xogħol ġenwin għal riċerkaturi jibbilanċja l-provvista u d-domanda għar-riċerkaturi, jagħti spinta lit-tkabbir tal-produttività permezz ta' tqabbil ta' xogħol aħjar, iżid it-trasferiment ta' l-għarfien u jiffaċilita l-iżvilupp ta' ċentri ta' eċċellenza matul l-UE, joħloq konnessjonijiet internazzjonali aħjar għal riċerka kollaborattiva u l-esplojtazzjoni ekonomika ta' riżultati ta' riċerka, u jgħin biex joħloq kondizzjonijiet aktar attraenti għal investiment industrijali fir-riċerka.

AZZJONIJIET FL-ERBA' OQSMA EWLENIN

Reklutaġġ miftuħ u portabilità ta' għotjiet

Nuqqas ta' opportunitajiet miftuħa ta' impjiegi jissemma ta' spiss mir-riċerkaturi bħala disinċentiv f'karriera ta' riċerka fl-Ewropa. F'ħafna istituzzjonijiet tar-riċerka pubblika ta' l-Istati Membri, u b'mod partikolari l-universitajiet, ta' spiss ikollhom ftit awtonomija biex jimpjegaw minħabba leġiżlazzjoni nazzjonali skaduta u prattiċi li jfixklu jew jipprevjenu reklutaġġ ibbażat fuq kompetizzjoni. Għalhekk fejn ir-reklutaġġ fis-settur privat fl-Ewropa hu ta' spiss miftuħ u kompetittiv, ir-reklutaġġ intern għadu mifrux b'mod wiesa' fil-livell istituzzjonali fis-settur privat.

Ir-riċerkaturi huma impjegati relattivament żgħar u speċjalizzati ħafna u b'hekk mhux dejjem ikun possibbli biex issib individwu bl-aħjar kwalifiki għal pożizzjoni ta' riċerka partikolari f'xi waħda mis-sistemi nazzjonali , aħseb u ara f'istituzzjoni waħda . Għalhekk l-adozzjoni mifruxa b'mod wiesgħa ta' reklutaġġ miftuħ fis-settur pubbliku aktarx li ttejjeb il-prestazzjoni tar-riċerka ta' l-Ewropa kif ukoll tipprovdi aktar opportunitajiet għal riċerkaturi.

Filwaqt li ħafna mill-impjegati tar-riċerka tas-settur privat u ftit mis-settur pubbliku diġà jirreklamaw postijiet vakanti fil-miftuħ il-maġġoranza tal-postijiet vakanti huma reklamati biss internament jew l-aktar f'livell nazzjonali. Ir-riċerkaturi jeħtieġ ukoll li jaġġornaw, informazzjoni prattika diġà disponibbli dwar ċaqliq bejn l-istituzzjonijiet, setturi u pajjiżi.

U minkejja sforzi sinifikanti, inklużi permezz tal-Proċess ta' Bolonja u l-Qafas Ewropew ta' Kwalifiki adottati reċentament, l-istituzzjonijiet xorta jonqsu li jifhmu l-proċeduri u l-istandards għar-rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi u professjonali minn pajjiżi jew setturi oħrajn inklużi l-kwalifiki li mhumiex formali.

Sal-lum, il-finanzjament ta' kważi l-proġetti kollha hu marbut ma' istituzzjoni fil-pajjiż ta' l-organizzazzjoni tal-finanzjament anki jekk ir-rilokazzjoni tkun ta' benefiċċju għar-riżultati tal-proġett. Il-portabilità ta' għotjiet ipprovduti mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka u l-iskema tal-"flus li jsegwu r-riċerkatur" immexxija minn aġenziji li jiffinanzjaw r-riċerka nazzjonali permezz ta' l-EUROHORCs[23] jistgħu jservu bħala mudelli għal inizjattivi oħrajn.

Azzjonijiet ta' prijorità proposti:

- L-Istati Membri għandhom jiżguraw reklutaġġ miftuħ, trasparenti, bbażat fuq il-kompetizzjoni ta' riċerkaturi, b'mod partikolari billi jagħtu aktar awtonomija lill-istituzzjonijiet biex jimpjegaw u billi jadottaw l-aħjar prattika dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki minn pajjiżi oħrajn.

- L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-pożizzjonijiet ta' riċerkaturi li huma ffinanzjati pubblikament huma reklamati b'mod miftuħ onlajn, b'mod partikolari permezz tal-EURAXESS

- L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw informazzjoni adegwata u servizzi ta' assistenza għal riċerkaturi li qed jiċċaqilqu bejn l-istituzzjonijiet, setturi u pajjiżi inklużi permezz tal-pjattaforma tal-EURAXESSu l-EURES[24]

- L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippermettu l-portabilità ta' għotjiet individwali mogħtija mill-aġenziji tal-finanzjament nazzjonali u programmi ta' riċerka tal-Komunità rilevanti fejn b'dan dawk li jiffinanzjaw ikunu jistgħu jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet tar-riċerka tagħhom u biex ir-riċerkaturi jimmaniġjaw aħjar il-karrieri tagħhom.

Sodisfazzjon tal-ħtiġijiet tas-sigurtà soċjali u pensjonijiet supplimentari ta' riċerkaturi mobbli

Id-dimensjoni Ewropea tas- sigurtà soċjali[25] hi soġġetta għal regoalmenti ta' koordinazzjoni matul l-UE li timmira li tipprevjeni li l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti ma taffettwax b'mod negattiv il-ħaddiema mobbli[26]. Ir-Regolament tal-Kunsillº(KE)º1408/71 jipprovdi bħala regola ġenerali li l-ħaddiema emigranti huma soġġetti għal leġiżlazzjoni tal-pajjiż li huma jaħdmu fih. Matul is-snin il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali ffaċilitat b'mod partikolari mobbiltà tal-ħaddiem fuq perjodu ta' żmien itwal. Iżda kif kien enfasizzat fil-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE għall-Mobbiltà ta' l-Impjiegi, ir-regoli adottati diversi deċenji ilu jistgħu ma jkoprux b'mod daqshekk effiċjenti forom ġodda ta' mobbiltà tal-ħaddiema li jaħdmu ta' spiss b'kuntratti ta' perjodu taż-żmien qasir fi Stati Membri differenti. Minħabba li r-riċerkaturi huma fost il-kategorija ta' ħaddiema mobbli u jistgħu ta' spiss jkollhom sensiela ta' kuntratti qosra waqt il-karrieri tagħhom huma b'mod partikolari aktarx li jkunu ffaċċjati bid-diffikulatjiet.

Problemi bażiċi aktarx jiġu minn nuqqas ta' għarfien ta' riċerkaturi u impjegati dwar id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali. Dan għandu jkun solvut billi jittejjeb l-aċċess għal informazzjoni eżistenti. Il-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE għall-Mobbiltà ta' l-Impjiegi jipprevedi titjib ta' leġiżlazzjoni eżistenti u prattiċi ta' implimentazzjoni dwar is-sigurtà soċjali , billi jikkunsidra forom ġodda ta' mobbiltà. Minħabba li dan hu applikat ukoll għal riċerkaturi huwa importanti li l-esperjenzi tagħhom jiddaħħlu fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal titjib. Per eżempju, li tkun inkoraġġita l-estensjoni tal-perjodu għall-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad tista' tiffaċilita l-mobbiltà.

Il-leġiżlazzjoni ta' l-UE attwali tipprovdi wkoll ftit flessibbiltà għall-Istati Membri biex jidderogaw bi ftehim mir-regoli ġenerali dwar leġiżlazzjoni applikabbli u għażlu li japplikaw leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali differenti għall-ħaddiema kkonċernati jew jestendu l-perjodu li waqtu tapplika l-leġiżlazzjoni tad-dar, sakemm dan ikun fl-interess tal-ħaddiema. Sforzi koordinati jistgħu jsiru biex jagħmlu użu xieraq ta' dawn id-derogi għall-benefiċċju tar-riċerkaturi.

Barra minn hekk, iċ-ċirkolazzjoni ta' riċerkaturi fir-rigward tal-pajjiżi terzi tista' tkun iffaċilitata bi klawsoli speċifiċi fi qbil bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà soċjali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi , li tippermetti għal aggregazzjoni ta' perjodi, il-possibbiltà li tibqa' soġġetta għar-reġim tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż ta' l-oriġini għal ċertu perjodu filwaqt li jaħdmu barra mill-pajjiż u l-esportazzjoni ta' benefiċċji meta jmorru lura lejn pajjiżhom.

Kwistjonijiet oħrajn jinqalgħu minħabba li l-ħaddiema qegħdin iserrħu dejjem iżjed fuq skemi ta' pensjoni supplimentari sabiex jipprovdu għall-irtirar tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet għal akkwist, preservazzjoni u trasferiment tad-drittijiet ta' pensjoni supplimentari ta' spiss ma jkunux mfassla tajjeb għal ħaddiema mobbli bħar-riċerkaturi. Sforzi żejda jistgħu jsiru għad-dispożizzjoni ta' informazzjoni li tindirizza lir-riċerkaturi b'mod speċifiku dwar il-kwistjoni ta' drittijiet ta' pensjoni supplimentari.

Proposta għal direttiva li tkopri l-portabilità tad-drittijiet ta' pensjoni supplimentari qed tiġi attwalment negozjata. Madankollu mhuwiex probabbli li tkun indirizzata "trasferibbiltà" ta' drittijiet bħal dawn. Għalhekk huwa mixtieq fuq perjodu taż-żmien medju li tkun esplorata l-probabbiltà ta' miżuri biex ikun iffaċilitat it-trasferiment ta' drittijiet ta' pensjoni supplimentari għall-ħaddiema l-iżjed mobbli, inklużi r-riċerkaturi.

Provvedituri tal-pensjonijiet għandhom ikunu inkoraġġiti biex jiftħu skemi ta' pensjonijiet pan-UE mmirati lejn ir-riċerkaturi u l-kumpaniji għandhom ikunu inkoraġġiti biex jużaw provvedituri tal-pensjonijiet fi Stati Membri oħrajn ta' l-UE. Dan jippermetti lir-riċerkaturi mobbli biex jikkontribwixxu għall-istess finanzjament tal-pensjoni supplimentari filwaqt li jaħdmu f'pajjiżi differenti ta' l-UE u jikkonformaw xorta ma' leġiżlazzjoni differenti soċjali, tax-xogħol u l-pensjoni fl-Istati Membri parteċipanti. Dan ikun jeħtieġ il-possibbiltà li wieħed jagħżel li ma jipparteċipax fejn ir-riċerkaturi huma obbligati li jipparteċipaw f'fond ta' pensjoni domestika skond il-liġi.

Azzjonijiet ta' prijorità proposti:

- Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riċerkaturi u l-impjegati tagħhom għandhom aċċess diġà disponibbli u informazzjoni mmirata lejn l-applikazzjoni tar-regoli tas-sigurtà soċjali ta' l-UE u lejn l-implikazzjonijiet għal pensjonijiet supplimentari ta' mobbiltà transnazzjonali, inkluża permezz ta' titjib ta' sorsi eżistenti fil-livell ta' l-UE u dak nazzjonali bħall-websajt Eulisses[27].

- L-Istati Membri għandhom jużaw aħjar il-qafas legali eżistenti u jaqblu fuq ftehim xieraq bilaterali u multilaterali dwar derogi previsti fir-Regolamentº1408/71 għall-benefiċċju tar-riċerkaturi.

- L-Istati Membri għandhom jinkludu regoli li jiffaċilitaw mobbiltà internazzjonali ta' riċerkaturi meta jikkonkludu ftehim tas-sigurtà soċjali bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi.

- Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għal rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill dwar l-iffaċilitar ta' trasferiment ta' drittijiet ta' pensjoni supplimentari għal ħaddiema l-aktar mobbli, inkluzi r-riċerkaturi.

- Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġixxu skemi tal-pensjoni pan-UE mmirati lejn ir-riċerkaturi.

Impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti;

Il-kondizzjonijiet ta' l-impjiegi u tax-xogħol huma essenzjali meta tiġi stabbilita l-attrazzjoni ta' kull karriera. Bħal professjonijiet oħrajn il-livelli ta' salarji għandhom rwol f'dan, kif ukoll li tkun kapaċi tibbilanċja l-ħajja professjonali u dik tal-familja, iżda għal riċerkaturi kif tiġi kkumpensata l-prestazzjoni akkademika u li jkollhom ambjent ta' appoġġ u professjonali fejn dawn jistgħu jwettqu l-interessi tar-riċerka tagħhom minn stadju bikri huma mill-inqas importanti.

Minkejja riformi importanti kontinwi, strutturi ta' kumpens u promozzjoni f'ħafna istituzzjonijiet ta' riċerka pubbliċi jibqgħu riġidi u ta' spiss jagħmluha diffiċli, b'mod partikolari għal universitajiet, biex jikkompetu dis-suq internazzjonali. F'ħafna Stati Membri hemm impjegati ta' żewġ livelli b'kuntratti ta' perjodu ta' żmien qasir għal riċerkaturi żgħar fl-età b'kuntrast ma' impjieg żgħir għal impjieg mobbli minn riċerkaturi b'kariga għolja dwar kuntratti permanenti. Il-prinċipji komuni dwar il-"flessigurtà"[28] adottata reċentament mill-Kunsill Ewropew wara ftehim mill-imsieħba soċjali huma għalhekk rilevant ħafna għar-riċerkaturi.

Riċerkaturi żgħar fl-età huma ta' spiss impjegati b'kuntratti temporanji fuq perjodu ta' żmien qasir biex jgħinu biex jitwettqu proġetti ta' riċerka speċifiċi. Dan jirrestrinġi l-possibbiltajiet ta' riċerkaturi b'talent biex jagħmlu t-transizzjoni biex isiru riċerkaturi indipendenti. Dan jista' jinkoraġixxi lil uħud biex ifittxu avvanz x'imkien ieħor u jtawwal l-emerġenza tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' mexxejja tar-riċerka. B'mod partikolari r-riċerkaturi żgħar fl-età huma ta' spiss fornuti b'forom atipiċi ta' remunerazzjoni (eż. stipendji, boroż ta’ studju ta’ riċerka internazzjonali) li jagħtu aċċess limitat għas-sigurtà soċjali u l-benefiċċji ta' pensjoni supplimentari skond l-iskema applikabbli tas-sigurtà soċjali nazzjonali.

B'kuntrast riċerkaturi b'kariga għolja huma ta' spiss fuq kuntratti permanenti bi progressjoni bbażata fuq senjorità aktar milli prestazzjoni. Dan jillimita l-inċentivi biex wieħed ibiddel it-triq tal-karriera tiegħu, eż. billi jaħdem f'pajjiż jew settur ieħor full jew part-time jew iwettaq xogħol ta' konsulenza. Dawn id-diżinċentivi, u oħrajn bħal telf ta' drittijiet għall-pensjoni, inaqqsu wkoll ir-rwol potenzjali ta' riċerkaturi rtirati u li waslu fl-aħħar tal-karriera . Ħafna jkunu jixtiequ jikkontribwixxu b'xi mod billi eż. iggwidar ta' xjentisti aktar żgħar fl-età, jipprovdu l-kompetenza għat-tfassil tal-politika jew jippromwovu karrieri ta' riċerka.

Rikonċiljazzjoni għall-ħajja professjonali u privata ma tingħatax dejjem biżżejjed prijorità bil-maġġoranza ta' istituzzjonijiet ta' riċerka fl-UE u karrieri ta' nisa b'mod partikolari jistgħu jsofru bħala riżultat. Għad hemm żbilanċ sostanzjali fil-proporzjon ta' nisa fil-pożizzjonijiet l-aktar għolja ta' karrieri ta' riċerka għalkemm kandidati nisa b'dottorat ta' spiss jaqbżu lil dawk irġiel.

Varjazzjonijiet sinifikanti jeżistu bejn il-livelli tas-salarju tar-riċerkaturi fil-Qasam Ewropew tar-Riċerka u mqabbla ma' reġjuni oħra tad-dinja anki wara li jiġu kkunsidrati l-ispejjeż ta' l-għixien, u differenzi sinifikanti bejn is-salarji medji ta' riċerkaturi rġiel u nisa. Dawn id-differenzi jgħawġu s-suq waħdieni tax-xogħol, u jistgħu jikkontribwixxu għal sejbien ta' opportunitajiet aħjar għal riċerkaturi f'setturi oħrajn ekonomiċi jew barra mill-Ewropa.

Azzjonijiet ta' prijorità proposti:

- L-Istati Membru, il-finanzjaturi u l-impjegati għandhom itejbu l-opportunitajiet ta' l-iżvilupp tal-karriera għal riċerkaturi fi stadju bikri billi jersqu lejn "prinċipji ta' flessigurtà", evalwazzjoni regolari, awtonomija aktar wiesgħa u taħriġ aħjar; Finanzjaturi tar-riċerka għandhom jikkunsidraw l-iżvilupp tal-karriera meta jevalwaw proposti ta' riċerka

- L-Istati Membru, il-finanzjaturi u l-impjegati għandhom jintroduċu b'mod progressiv aktar flessibbilità fl-arranġamenti kuntrattwali u amministrattivi u leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti għal riċerkaturi b'kariga għolja u dawk li waslu fl-aħħar tal-karriera biex jikkumpensaw prestazzjoni tajba u jippermettu toroq mingħajr standard ta' karriera;

- Impjegati u finanzjaturi għandhom jiżguraw li r-riċerkaturi li huma ffinanzjati pubblikament li jirċievu stipendji u boroż ta’ studju ta’ riċerka internazzjonali jkunu jistgħu jirċievu kopertura tas-sigurtà soċjali adegwata

- L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta' riċerka pubblika għandhom jiksbu rappreżentazzjoni adegwat bejn is-sessi fl-għażla u f'korpi li jiffinanzjaw, u biex jadottaw politika b'mod sistematiku biex kemm l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jwettqu karriera xjentifika b'ħajja tax-xogħol ibbilanċjata b'mod adegwat bħall-iżvilupp ta' politika ta' karriera doppja.

Titjib fit-taħriġ, il-kapaċitajiet u l-esperjenza ta' riċerkaturi Ewropej

Ir-riċerkaturi għandhom ikunu mgħammra sew bil-kapaċitajiet neċessarji biex jipparteċipaw f'sensiela ta' rwoli fl-ekonomija moderna ta' l-għarfien. B'mod partikolari, in-negozji dejjem javvanzaw f'ambjent ta' 'innovazzjoni miftuħa' – fejn konnessjonijiet ma' xulxin u ma' istituzzjonijiet ta' riċerka pubblika jintużaw biex jesploraw l-idejat u jiżviluppaw prodotti b'mod aktar effettiv. Konnessjonijiet bejn bażi eċċellenti ta' riċerka pubblika u negozju huma għalhekk importanti . Ix-xjenza nnifisha qed tevolvi ukoll, b'aktar enfasi fuq riċerka multi- u interdixxiplinarja, finanzjament kompetittiv, kollaborazzjoni internazzjonali u tibdil fir-riżultati ta' riċerka f'innovazzjoni ta' suċċess .

Iżda ħafna riċerkaturi fl-Ewropa għadhom qed jitħarrġu f'ambjent akkademiku tradizzjonali . Ħafna drabi huma għandhom nuqqas ta' kapaċitajiet u kompetenzi neċessarji biex, jimmaniġġjaw proprjetà intellettwali, jagħmlu offerta għal finanzjament ta' proġett jew iwaqqfu l-bidu ta' kumpanija tagħhom. Ir-riċerkaturi li jaħdmu għal IŻM jistgħu jsibu li huma jeħtieġu li jimmaniġġjaw proġetti, jikkontrollaw il-komunikazzjonijiet tal-kumpanija jew jimmaniġġjaw proprjetà intellettwali. Riċerkaturi stabbiliti jistgħu wkoll jitilfu l-kuntatt mat-tekniċi riċenti u metodi u jistgħu jirċievu ftit għajnuna biex jespandu l-kompetenzi u l-kapaċitajiet tagħhom waqt li l-karriera tagħhom tkun qed tiżviluppa, eż. fil-pożizzjonijiet ta' maniġment fl-istituzzjoni tagħhom.

Il-proċess intergovernattiv kontinwu ta' Bolonja hu stipulat biex jindirizza ftit kwistjonijiet bħal żvillupp fil-kurrikuli fi programmi ta' dottorat u assigurazzjoni tal-kwalità . Miżuri tal-Komunità bħal "netwerks ta' taħriġ tal-bidu" skond is- Seba' Programm ta' Qafas ta' Riċerka , l-azzjoni proposta ta' Dottorati Konġunti fil-programm Erasmus Mundus u l-Istitut Ewropew għal Innovazzjoni u Teknoloġija (EIT) se jikkontribwixxu wkoll.

Iżda sforzi akbar dwar kapaċitajiet u tagħlim tul il-ħajja hima meħtieġa f'livell nazzjonali. Ir-Riċerkaturi jeħtieġu li jkunu esposti għal esperjenzi rilevanti waqt u wara l-perjodu ta' kwalifika tagħhom . Dan imbagħad se jgħin lill-opportunitajiet tal-karrieri tagħhom u l-kapaċità biex jagħmlu trasferiment bejn l-istituzzjonijiet, setturi u pajjiżi. Dan hu biss parzjalment kwistjoni ta' taħriġ formali. Il-ħolqien ta' ambjent tajjeb se jeħtieġ tibdil f'ħafna istituzzjonijiet, eż. li jibnu l-konnessjonijiet tagħhom mas-setturi privati.

Azzjonijiet ta' prijorità proposti:

- L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jappoġġjaw "aġendi ta' kapaċitajiet nazzjonali" biex jiżguraw li r-riċerkaturi huma mgħammra bil-kapaċitajiet neċessarji biex jikkontribwixu b'mod sħiħ ma' ekonomija u soċjetà bbażata fuq l-għarfien matul il-karrieri tagħhom.

- L-Istati Membri għandhom jiżguraw konnessjonijiet aħjar bejn l-akkademja u l-industrija billi jappoġġjaw it-tqegħid ta' riċerkaturi fl-industrija waqt it-taħriġ tagħhom u jippromwovu finanzjament ta' l-industrija ta' Dottorati u involviment fl-iżvilupp tal-kurrikulu.

L-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SħUBIJA

Sabiex is-sħubija tikkontribwixxi b'suċċess għall-ħolqien ta' sistema ta' riċerka Ewropea ta' klassi dinjija kull sieħeb jeħtieġ li jikkontribwixxi b'mod sħiħ. Għalhekk, hu importanti li:

- L-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom għall- għanijiet komuni u japprovaw l-azzjonijiet proposti ;

- L -Istati Membri jadottaw pjan ta' azzjoni nazzjonali minn kmieni ta' l-2009 billi jistipulaw għanijiet speċifiċi u azzjonijiet biex jiksbu l-għanijiet tas-sħubija. Minħabba l-pożizzjonijiet differenti tal-bidu ta' kull Stat Membru kull pjan hu mistenni li jiffoka fuq aspetti differenti ta' l-għanijiet ġenerali tas-sħubija;

- L- azzjonijiet ta' prijorità identifikati huma implimentati sa l-aħħar ta' l-2010 ;

- il- Kummissjoni tfittex li tagħmel l-aħjar użu minn strumenti tal-Komunità eżistenti , inklużi dawk disponibbli permezz tal-programm Nies ta' l-FP7 , biex issaħħaħ is-sħubija;

- bħala parti integrali tas-sħubija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni:

- jidentifikaw prattika tajba u fejn hu xieraq jiżviluppaw linji gwida komuni ;

- jikkontrollaw il-progress f'livelli nazzjonali u ta' l-UE u jirrappurtaw fuq bażi ta' kull sena dwar indikaturi miftehma[29];

- jagħmlu użu massimu tal-qafas legali tal-Komunità eżistenti għall-benefiċċju tar-riċerkaturi;

- f'konformità mar-rwol ċentrali tiegħu fil-governanza ta' l-inizjattivi ta' l-ERA, il-Kunsill tal-Kompetittività jikkontrolla u jevalwa l-progress fl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet ta' sħubija;

- fit-tmiem ta' l-ewwel stadju tas-sħubija fl-2010 issir evalwazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni u tar-riżultati mill-azzjonijiet tas-sħubija u l-ħtieġa għal aktar azzjoni ta' l-UE biex tindirizza kwistjonijiet pendenti speċifiċi hi kkunsidrata. L-evalwazzjoni għandha tinkorpora b'mod sħiħ l-opinjonijiet tar-riċerkaturi stess . Punt ta' kuntatt uniku għar-riċerkaturi biex jinnotifika s-sħubija ta' eżempji ta' prattiċi tajbin u diffikultajiet kontinwi għandhom ikunu kkunsidrati kif ukoll l-organizzazzjoni ta' konferenza prinċipali fl-2009 biex tipprovdi pjattaforma għall-opinjonijiet tar-riċerkaturi.

[1] Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew 13-14 ta'ºMarzuº2008

[2] "Suq Waħdieni għall-Ewropa tas-Sekluº21" COM(2007) 724

[3] Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobbiltà ta' l-Impjiegi 2007-2010, COM(2007) 773, 6.12.2007

[4] Inkluż l-appoġġ ta' l-UE biex tiżdied il-mobbiltà akkademika u l-inizjattiva ta' l-UE ppjanata dwar kapaċitajiet ġodda għal impjiegi ġodda.

[5] “Inqiegħdu l-għarfien fil-prattika: Strateġija għal innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa għall-UE" COM(2006) 502, 13.9.2006 u " Inizjattiva tas-suq ewlieni għall-Ewropa" COM(2007) 860, 21.12.2007

[6] COM(2007) 161, 4.4.2007.

[7] Oħrajn relatati ma': Maniġment IP minn organizzazzjonijiet ta' riċerka pubbliċi; Programmar konġunt; Infrastrutturi ta' riċerka pan-Ewropea; kooperazzjoni internazzjonali S&T.

[8] Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Liżbona 23-24 ta'ºMarzuº2000

[9] "Strateġija ta' mobbiltà għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka" COM(2001) 331, 20.06.2001

[10] "Riċerkaturi fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka: professjoni waħda, karrieri multipli" COM(2003) 436, 18.07.2003

[11] Tinkludi d-Direttiva tal-Kunsillº2005/71/KE tat-12ºta'ºOttubruº2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka xjentifika ('Viża xjentifika') ĠU L 289/15 tat-3.11.2005

[12] "Twassil għal riżultati fuq l-aġenda ta' modernizzazzjoni għal universitajiet: l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni." COM(2006) 208, 10.5.2006.

[13] ERA-MORE u l-Portal għall-Mobbiltà tar-Riċerkaturi se terġa' tiġi mnedija f'Ġunjuº2008 bħala r-Riċerkaturi ta' l-EURAXESS fil-Mozzjoni ta'-Netwerk, għal informazzjoni dwar mobbiltà, impjiegi u drittijiet

[14] 0.56º% fl-UE kontra 0.93º% u 1.06º% fl-Istati Uniti u l-Ġappun; IISER II, il-Kummissjoni Ewropea 2007

[15] L-Ewropa fil-pajsaġġ ta' riċerka globali, il-Kummissjoni Ewropea 2007

[16] Mill-ekwivalenti ta’ full time; IISER II, il-Kummissjoni Ewropea 2007

[17] Oswald u Ralsmark, 2008

[18] Is-sehem ta' l-UE ta' l-aqwa 10º% tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi l-aktar ikkwotati kontra sehem ta' l-Istati Uniti ta' 48.9º%. Tmienja minn 76 università biss fid-dinja bl-aqwa impatt ta' kwotazzjoni qegħdin fl-UE; 67 qegħdin fl-Istati Uniti; Ċifri Ewlenin, il-Kummissjoni Ewropea 2007

[19] Fl-2000, 2º% tal-persuni impjegati fl-okkupazzjonijiet ta' l-S&T fl-UE ma kinux ta' oriġini ta' l-UE, filwaqt li s-sehem ta' dawk imwielda barra l-pajjiż fl-impjiegi ta' l-S&E ta' l-Istati Uniti kien 22º%; "Ċifri Ewlenin", il-Kummissjoni Ewropea 2007

[20] F'għadd ta' pajjiżi 'l fuq minn 40º% ta' impjegati bi kwalifiki għolja għandhom bejn 45-64 sena, filwaqt li dawk li għandhom bejn 25-34 jirrappreżentaw biss madwar 25º%; Ċifri Ewlenin, il-Kummissjoni Ewropea 2007

[21] Il-konklużjonijiet tal-Presidenza, 15-16 ta'ºMarzuº2002.

[22] COM(2003) 226 finali tat-30.04.2003

[23] Kapijiet tal-finanzjament ta' l-UE tar-riċerka nazzjonali u organizzazzjonijiet

[24] Websajt u netwerk tas-Servizzi Ewropej ta' l-Impjiegi www.eures.europa.eu

[25] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE)ºNru1408/71 dwar il-pubblikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, u l-Implimentazzjoni tar-Regoalmentº(KEE)574/72

[26] Inklużi drittijiet tal-pensjoni statutorji, il-kura tas-saħħa, benefiċċji tal-qgħad

[27] http://ec.europa.eu/employment_social/social_security_schemes/eulisses/jetspeed/

[28] "Lejn prinċipji komuni ta' flexicurity – it-tkattir ta’ impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà”, COM(2007) 359

[29] Indikaturi possibbli huma suġġeriti f'kapitoluº7 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni akkompanjanti (SEC(2008) XXX)