Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lil Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta' l-Awdituri - Pjan ta’ azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali /* KUMM/2008/0097 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 19.2.2008 KUMM(2008) 97 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LIL PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TA' L-AWDITURI Pjan ta’ Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LIL PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TA' L-AWDITURI Pjan ta’ Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali 1. Il-Kummissjoni tagħti l-ogħla prijorità lill-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit skond l-Artikolu 274 tat-Trattat ta' l-KE. F’Jannar 2005, kien l-għan strateġiku tagħha li tħabrek għal stqarrija pożittiva ta' assigurazzjoni (DAS) mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri (“il-Qorti”) u f’Jannar 2006, hija adottat Pjan ta’ Azzjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat biex tagħmel progress lejn dan l-għan. Il-konklużjonijiet tal-Qorti għall-2006 juru li l-perċentwali tal-baġit Komunitarju suġġett għal assigurazzjoni pożittiva qiegħed jikber. Madankollu, il-Qorti sab li l-qasam ta' l-azzjonijiet strutturali ma wera l-ebda titjib. Dan huwa qasam soġġett għal ġestjoni komuni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. L-azzjonijiet strutturali jirrappreżentaw waħda mil-linji politiċi tal-qalba ta' l-Unjoni. Huma jissimbolizzaw il-post ċentrali tas-solidarjetà fost il-valuri ta’ l-Unjoni. Jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni soċjali, u jagħtu spinta lill-prosperità fl-Unjoni b’mod ġenerali. Il-perjodu l-ġdid ta' programmar wera kif dawn jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet il-ġodda ta' l-Istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi. Huwa għalhekk essenzjali li r-riżorsi ddedikati għal azzjonijiet strutturali jintużaw bl-aktar mod effettiv, u li l-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda jiġu applikati b’mod rigoruż 2. Skond l-Artikolu 53b tar-Regolament Finanzjarju[1], l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-fondi jintużaw skond ir-regoli u l-prinċipji applikabbli u biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità. B’mod partikolari, huma mitluba jistipulaw sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 28a tar-Regolament Finanzjarju. Barra minn dan, il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur iżżomm lill-Istati Membri risponsabbli biex jipprevjenu, isibu u jikkoreġu l-irregolaritajiet, kif ukoll jistabbilixxu rekwiżiti dettaljati f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ treġija u ta’ kontroll. Ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni għall-baġit Komunitarju mhumiex limitati għan-nefqa taħt l-awtorità diretta tagħha. Hija għandha tivverifika wkoll li l-Istati Membri qed iwettqu l-ħidmiet fdati lilhom kif xieraq. Meta tikkonkludi li dan mhuwiex il-każ, għandha tuża l-mekkaniżmi disponibbli biex tissospendi l-ħlasijiet u tapplika korrezzjonijiet finanzjarji. 3. Fir-rapport Annwali tagħha għall-2006, il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri ikkonkludiet li: - kien hemm livell għoli ta’ żbalji fin-nefqa ddikjarata mill-Istati Membri u li tħallset lura mill-Kummissjoni fl-2006; - is-sistemi ta' treġija u ta' kontroll ta' l-Istati Membri huma ineffettivi jew effettivi b'mod moderat; kif ukoll - s-sistemi tal-Kummissjoni biex tnaqqas dawn id-dgħjufijiet huma biss effettivi b’mod moderat. 4. Matul l-aħħar ħames snin, il-Kummissjoni stipulat sensiela ta' passi bl-għan li ttejjeb ir-rwol tagħha superviżorju għall-azzjonijiet strutturali. Il-miżuri mittieħda jinkludu: - żieda fl-għadd u fil-kopertura tal-verifika, li laħqet il-61 % tan-nefqa għall-programmi tal-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali (FEŻR) u t-83 % għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE), kif ukoll it-tfassil ta' dokument ta' strateġija bi sħab għall-verifika kull sena mill-2005; - l-applikazzjoni ta’ proċeduri għall-“pjanijiet ta’ azzjoni” biex jissorveljaw l-azzjonijet rimedjali għal dgħjufijiet sistematiċi u għall-eżekuzzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri; - is-sospensjoni ta’ pagamenti temporanji; kif ukoll - l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ korrezzjoni finanzjarja. Madankollu, is-sejbiet tal-Qorti juru li dawn il-miżuri għadhom mhumiex biżżejjed biex ikollhom impatt miżurabbli fuq il-kredibbiltà taċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Il-Qorti għadha ssib rati għolja ta’ żbalji relatati man-nefqa f’livell ta’ proġetti u defiċjenzi fis-sistemi, speċjalment fil-livell ta’ kontroll primarju fl-Istati Membri. 5. Xi wħud mill-iżbalji identifikati mill-Qorti jistgħu jissolvew permezz ta' rkupri u miżuri oħra li jittieħdu 'l isfel fil-kors tal-programm jew ta' l-implimentazzjoni tal-proġett u fil-mument ta' l-għeluq. Il-Kummissjoni qed tħaffef l-azzjoni tagħha biex tiżgura li jkollha tagħrif affidabbli mill-Istati Membri dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri. Hija lesta li tuża mhux biss is-sospensjonijiet tal-ħlasijiet, iżda wkoll miżuri oħra bħall-proċeduri ta’ ksur jekk ma jsir l-ebda progress. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ l-irkupri ma tnaqqasx l-importanza tal-kontrolli " ex ante " fl-Istati Membri. Dan jispjega għalfejn il-Kummissjoni qiegħda taħdem ukoll ma' l-Istati Membri biex ittejjeb il-kontrolli primarji f'livell nazzjonali. Huwa tabilħaqq inaċċettabbli li l-ħlasijiet lura temporanji huma soġġetti għal-livell għoli ta’ żbalji identifikat mill-Qorti. 6. Il-Kummissjoni ħadet ukoll passi biex tapplika l-lezzjonijiet miksuba mill-amministrazzjoni finanzjarja ta' azzjonijiet strutturali fl-imgħoddi għall-perjodu ta' programmar 2007-2013. Dan jinkludi t-tisħiħ fil-kontroll u fl-arranġamenti ta' verifika fil-leġiżlazzjoni l-ġdida, sforzi sostanzjali li jservu ta' gwida għall-awtoritajiet nazzjonali, u azzjoni li tikkonferma li t-twaqqif tas-sistemi għall-programmi l-ġodda huwa konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti tal-kontroll intern. Dan għandu jipprovdi bażi aktar affidabbli għat-twettiq ta’ l-assigurazzjoni fir-rigward ta’ l-effettività tas-sistemi nazzjonali. 7. Filwaqt li jiddaħħlu dawn l-arranġamenti l-ġodda, il-Kummissjoni hija ddeterminata li tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li l-ħlasijiet li baqa’ sa tmiem il-programmi 2000-06 fl-2010 huma legali u regolari. Il-proċess għall-għeluq tal-programmi għandu jipprovdi assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa għall-perjodu kollu. 8. Il-Qorti għamlet rakkomandazzjonijiet fir-Rapport Annwali ta’ l-2006 għat-titjib ta’ l-effettività tar-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni għal azzjonijiet strutturali. Il-Kummissjoni qed tadotta l-Pjan ta’ Azzjoni mehmuż biex tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet biex: - ittejjeb l-effettività tas-sorveljanza tal-Kummissjoni tas-sistemi ta' treġija u kontroll fl-Istati Membri; - iżżid l-impatt ta' l-attività ta' verifika; - tiżgura li qed isir rappurtar komplut, trasparenti, affidabbli u konsistenti dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji. - tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar is-sospensjoni tal-ħlasijiet u l-korrezzjonijiet finanzjarji f'perjodu ta’ żmien ċar. 9. Il-Pjan ta’ Azzjoni huwa mfassal biex jikkomplementa l-livell attwali għoli ta’ attività ta’ verifika taħt l-istrateġija bi sħab ta’ verifika għall-azzjonijiet strutturali u l-azzjonijiet rilevanti kontinwi skond il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn il-Qafas ta' Kontroll Intern Integrat. Il-Pjan ta’ Azzjoni jistipula azzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu fl-2008 f’10 oqsma biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u jżidu l-effettività u l-impatt tas-sorveljanza tal-Kummissjoni tas-sistemi ta’ treġija u kontrol fl-Istati Membri. Għal kull azzjoni hemm realizzazzjoni u data ta’ l-għeluq identifikati biex l-implimentazzjoni tista’ tiġi ssorveljata. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-progress tal-Pjan ta’ Azzjoni matul l-2008 u tkun lesta li tirrapporta dwar il-progress tiegħu. Tnaqqis fil-livell ta’ żbalji li nstab mill-Qorti jiddependi fuq sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jagħmlu titjib konsistenti fil-kapaċità tas-sistemi ta' kotrolli interni ta' l-Istati Membri biex jiġu evitati l-iżbalji. Il-Pjan ta’ Azzjoni se jkun ifisser li l-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi dawn l-isforzi permezz ta' sorveljanza aktar qawwija, mekkaniżmi ta' korrezzjoni aktar effiċjenti, u tagħrif imtejjeb. Il-Kummissjoni tqis li r-riżultat għandu jkun pass reali 'l quddiem fl-isforzi biex jinkiseb titjib u jitnaqqas ir-riskju ta' fallimenti kontinwi f'xi wħud mill-Istati Membri. ANNESS PJAN TA’ AZZJONI għat-tisħiħ tar-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni għal azzjonijiet strutturali 1. L-għan tal-Pjan ta’ Azzjoni 1.1. L-għan tal-pjan ta’ azzjoni huwa t-tisħiħ tar-rwol ta' sorveljanza tal-Kummissjoni u għalhekk iwassal lill-Istati Membri biex inaqqsu l-livell ta' żbalji fil-talbiet tan-nefqa ċċertifikati lill-Kummissjoni għall-ko-finanzjament skond l-azzjonijiet strutturali jew, fejn jonqsu milli jagħmlu dan, biex jevitaw it-telf fir-rigward tal-baġit Komunitarju b'korrezzjonijiet finanzjarji. 1.2. Filwaqt li d-dati ta' l-għeluq mhumiex aktar tard minn tmiem l-2008, ċerti azzjonijiet se jibgħu għaddejjin kontinwi. Għalhekk se jkun meħtieġ li l-pjan ta’ azzjoni jiġi revedut u aġġornat fi tmiem l-2008. L-eżekuzzjoni tal-pjan ta' azzjoni għandha tkun sorveljata kull tliet xhur matul is-sena. 1.3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew kull tliet xhur mill-aħħar ta’ Marzu 2008 ’l quddiem. 2. L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti 2.1. L-għan se jintlaħaq permezz ta’ l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri kif stipulat fir-Rapport Annwali tagħha ta’ l-2006, fl-Opinjoni tagħha Nru 6/2007, u matul il-proċedura ta’ l-approvazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti huma: 1. li tkun żgurata l-komunikazzjoni ta’ tagħrif kompletament trasparenti u affidabbli dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji (AR § 2.24 u 2.26), 2. it-titjib tal-kwalità tar-Rapporti Annwali dwar l-Attivitajiet tad-Direttorati Ġenerali (AR § 2.37a), 3. l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat (AR § 2.37b), 4. it-titjib ta’ l-effettività tal-kontrolli ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta’ falliment fis-sistemi ta’ l-Istati Membri (AR § 2.37c), 5. li jkunu żgurati proċeduri ta’ l-għeluq sodi għall-perjodu ta’ programmar 2000-2006 (AR § 3.18), 6. l-iffukar fuq it-titjib ta' kontrolli primarji fil-livell ta' treġija fl-Istati Membri (AR § 6.43), 7. l-infurzar tal-mekkaniżmi ta’ reazzjoni immedjata fis-sistema ta’ kontroll fil-Fondi Strutturali (AR § 6.44), 8. l-inkoraġġiment u l-iffaċilitar fl-użu tas-simplifikazzjonijiet għall-perjodu 2007-2013 (AR § 6.45), 9. li tkun żgurata implimentazzjoni sħiħa tal-qafas legali għall-perjodu ta' programmar 2007-2013 (Smigħ tal-kwittanza COCOBU 22.01.08), 10. iż-żieda ta’ l-impatt ta' l-attività ta' verifika tal-Kummissjoni permezz ta' użu aħjar ta' sospensjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji (Laqgħa tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u l-Kummissjoni 01.02.08), 11. l-impenn lejn sorveljanza xierqa tat-taqsiriet annwali biex ikun żgurat li dawn huma konsistenti, komparabbli u utli (l-Opinjoni Nru 6/2007 § III). 2.2. Il-Kummissjoni għandha ssegwi kull żball sostantiv misjub mill-Qorti ta’ l-Awdituri biex tiżgura li twettqu l-korrezzjonijiet finanzjarji xierqa. 3. Azzjonijiet għall-korrezzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema skond l-istrateġiji ta’ verifika tad-DĠ Il-ħidma ta’ verifika tal-Kummissjoni hija element ewlieni fl-eżerċizzju tar-rwol tagħha ta’ sorveljanza. Id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL iwettqu l-attività ta’ verifika tagħhom fil-qafas ta’ strateġija ta' verifika ta' 3 snin li hija aġġornata kull sena u li tistipula l-għanijiet u l-prijoritajiet fuq is-sisien tar-riskji identifikati, u tippreżenta l-ħidma ta’ verifika ppjanata. Għall-perjodu ta’ programmar 2000-2006, sa tmiem l-2007 il-kopertura ta’ verifika għall-FEŻR kienet bejn wieħed u ieħor ta’ 61 % ta’ l-ammont totali tal-finanzjament Komunitarju deċiż għall-programmi, u ta' 83 % għall-FSE. Iż-żewġ DĠ ppjanaw il-ħidma ta’ verifika għall-2008 relatata mal-perjodu ta’ programmar 2000-2006 li jiffoka fuq: - verifiki ta’ korpi ta’ treġija b’riskju għoli (40 FEŻR; 15 FSE), - reviżjoni ta' l-entitajiet ta' tmiem bi tħejjija għall-għeluq tal-programm (30 FEŻR; 6 FSE). Is-sistemi ta' defiċjenza serja skoperti mill-verifiki fi snin ta' qabel qed jiġu segwiti permezz ta' pjanijiet ta' azzjoni li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri kkonċernati. Għall-FEŻR hemm 10 pjanijiet ta’ azzjoni li jkopru 80 programm u għall-FSE 17-il pjan ta’ azzjoni li jkopru 20 programm. Sa tmiem l-2008, jew is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu kkonkludew li dawk l-Istati Membri jkun temmew l-azzjonijiet tagħhom b’suċċess, jew tkun tnediet proċedura li twassal għal korrezzjonijiet finanzjarji. Rigward il-proċeduri għaddejjin bħalissa, il-proċedura waħdanija pendenti għal korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu ta' programmar 2000-2006 għandha titlesta fl-ewwel tliet xhur ta' l-2008. Tnedew 19-il proċedura oħra għas-sospensjoni tal-ħlasijiet temporanji li jwasslu għal korrezzjoni finanzjarja (6 FEŻR, 8 FSE, 5 FK). Dawn il-proċeduri għandhom jiġu ffinalizzati sa tmiem l-2008. 4. Tħejjija għall-għeluq tal-programm Is-segwitu ta’ l-verifiki ex post dwar l-għeluq tal-programmi tal-perjodu ta' programmar 1994-1999[2] wasal fil-konklużjoni tiegħu, u d-deċiżjonijiet ta’ korrezzjoni finanzjarja għandhom jiġu adottati għal ammont stmat ta’ mhux anqas minn € 500 miljun. Is-servizzi tal-Kummissjoni diġà bdew it-tħejjija għall-għeluq tal-programmi 2000-2006. Il-Kummissjoni adottat linji gwida għall-Istati Membri fl-2006. Id-Direttorati Ġenerali nedew stħarriġ ta’ verifika li jimmira l-entitajiet ta’ tmiem responsabbli għall-ħruġ ta' dikjarazzjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa fl-2007. Tlestew il-verifiki ta’ 19-il entità ta’ tmiem. Flimkien ma’ dan, id-Direttorati Ġenerali qed jippjanaw li: - jfasslu proċeduri interni biex jiżguraw eżami bir-reqqa tad-dokumenti ta’ l-għeluq imressqa mill-Istati Membri u t-trattament korrett ta’ l-irregolaritajiet; - jikkonkludu l-istħarriġ ta’ verifika dwar l-entitajiet ta’ tmiem tul is-36 verifika addizzjonali msemmija hawn fuq; - iqajjmu l-għarfien ta’ l-Istati Membri dwar it-tħejjija għall-għeluq. 5. It-tlestija tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat Iż-żewġ Direttorati Ġenerali kien involuti b’mod attiv fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat. Fl-2008, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom jitlestew: Azzjoni 10 – l-istima ta’ l-ispiża ta’ kontrolli għall-FEŻR – twettqu żjajjar fuq il-post f’10 Stati Membri biex jivverifikaw kemm hija raġjonevoli d- data mressqa. L-analiżi għaddejja bħalissa u għandha tiġi ffinalizzata f’Mejju 2008. Għandha titħejja Komunikazzjoni għal Ottubru 2008 biex tiġbor flimkien ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni ta’ l-ispejjeż u l-benefiċċji u l-analiżi tar-riskju li jifdal, li d-Direttorati Ġenerali li l-evalwazzjoni mill-Qorti ta’ l-oqsma ta’ politika tagħhom hija "negattiva" (Inizjattiva “Red Lights ”) huma mitluba li jinkludu fir-rapporti annwali 2007 ta’ l-attivitajiet tagħhom. Azzjoni 11N – l-affidabbiltà ta’ sistemi nazzjonali ta’ sorveljanza u rappurtar – ġie inkluż anness dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji għall-ewwel darba fir-Rapport Annwali ta' l-2006 dwar il-Fondi Strutturali maħruġ f'Ottubru 2007 li ppreżenta taqsira tad- data li waslet mill-Istati Membri dwar l-irkupri u l-irtirar. Il-verifiki ta’ kapjun mill-Istati Membri se jsiru għall-verifika tal-kompletezza u l-eżattezza ta’ din id- data . Azzjoni 15 - kuntratti ta’ fiduċja – ġew iffirmati kuntratti ta’ fiduċja mad-Danimarka, il-Portugall, is-Slovenja u l-Estonja fl-2008, biex jiżdiedu ma’ dawk iffirmati qabel mar-Renju Unit (Wales) u ma’ l-Awstrija. Se jsiru sforzi addizzjonali mid-Direttorati Ġenerali biex jiġu konklużi aktar kuntratti bħal dawn fejn l-Istati Membri jissodisfaw il-kundizzjonijiet. Per eżempju, żewġ kuntratti oħra qed jitħejjew għad-deċiżjoni fil-ħarifa. Il-kuntratti jirrelataw mal-perjodu ta’ programmar 2000-2006. Il-kunċett fundamentali tal-kuntratt ta’ fiduċja huwa integrat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-perjodu ta’ programmar tal-Fondi Strutturali 2007-2013. Flimkien ma’ dan, l-azzjonijiet li ġejjin jitqiesu bħala azzjonijiet għaddejjin bħalissa u għandhom iwasslu għal riżultati addizzjonali: Azzjoni 9 – il-koordinazzjoni u l-qsim tar-riżultati tal-verifiki u tal-kontrolli – id- database ta’ entitajiet komuni responsabbli għas-sistemi ta’ treġija u ta’ kontroll tal-Fondi Strutturali tlesta fl-2007 bl-entitajiet ta’ tmiem. Din id- database għandha tintuża għall-qsim tar-riżultati ta' l-istħarriġ tal-verifika relatati mar-reviżjoni tal-ħidma ta' l-entitajiet ta' tmiem fl-2008. Azzjoni 14b – gwida għall-Istati Membri – ġew diskussi sitt noti ta' gwida ma' l-Istati Membri matul l-2007. Iż-żewġ noti ta’ gwida għall-awtoritajiet ta' verifika għandhom jiġu ffinalizzati fl-2008 u żewġ noti oħra ta' gwida, dwar it-treġija ta' verifiki u l-funzjoni taċ-ċertifikazzjoni, għandhom jiġu rreveduti biex iqisu d-dispożizzjonijiet tar-regolamenti l-ġodda. Azzjoni 16 – il-koordinazzjoni ta’ l-istandards ta’ verifika – il-manwal ta’ verifika tal-Fondi Strutturali qed jiġi aġġornat bħalissa u għandu jitlesta fl-2008, u d-dokumenti ta' gwida dwar it-teħid ta’ kampjuni u l-metodoloġija ta’ evalwazzjoni tas-sistemi għandhom jiġu ffinalizzati. 6. Azzjonijiet preventivi għall-perjodu ta’ programmar 2007-2013 għall-Fondi Strutturali Għall-perjodu ta’ programmar 2007-2013, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu azzjonijiet fl-2007 biex jiżguraw li ngħatat gwida dettaljata lill-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri ewlenin tal-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ konformità, u l-approvazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ verifika. Is-servizzi tal-Kummissjoni offrew gwida u taħriġ addizzjonali lill-awtoritjiet ta’ verifika f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki tas-sistemi u l-verifiki tal-proġetti. Fl-2008 is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jiżguraw skrutinju effettiv tad-dokumenti ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità u d-dokumenti ta’ l-istrateġija ta’ verifika billi japplikaw il-proċeduri komuni u l-listi ta’ verifika li ġew stipulati biex jiksbu l-assigurazzjoni li l-Istati Membri stabbilew sistemi konformi ta’ treġija u ta’ kontroll. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom iħejju aktar dokumenti ta’ gwida kif imsemmi fil-punt 5, jiġifieri: - manwal ta' verifika għall-Fondi Strutturali, - gwida fuq verifiki ta’ l-ewwel livell mill-awtoritajiet ta’ treġija, - gwida dwar il-funzjoni taċ-ċertifikazzjoni. Huma għandhom ukoll jieħdu azzjonijiet biex jippromwovu l-użu tal-proċeduri ssimplifikati magħmula possibbli permezz tar-regolamenti tal-Komunità, u biex jipprovdu gwida ċara dwar kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà. 7. Azzjonijiet ġodda addizzjonali Mill-pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2006 'l hawn, is-servizzi tal-Kummissjoni nedew sensiela ta’ azzjonijiet addizzjonali bħala risposta wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti li għandhom jitlestew fl-2008. Dawn jikkonċernaw b’mod partikolari miżuri li jiżguraw adozzjoni aktar rapida ta’ deċiżjonijiet għas-sospensjoni ta’ ħlasijiet u korrezzjonijiet finanzjarji meta jinstabu sistemi serji ta dgħjufijiet, miżuri li jtejbu l-kwalità ta’ rapportar dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji kemm fuq l-inizjattiva ta' l-Istati Membri kif ukoll fuq dik tal-Kummissjoni, miżuri li jkomplu jtejbu r-rappurtar fir-Rapporti Annwali ta’ l-Attivitajiet, u miżuri li jimmassimizzaw il-valur li jista' jinkiseb mit-taqsiriet annwali mitluba mill-Istati Membri skond l-Artikolu 53b(3) tar-Regolament Finanzjarju. 8. L-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni 8.1. Il-Kummissjoni stabbiliet dan il-pjan ta’ azzjoni biex tindirizza b’mod sistematiku il-11-il rakkomandazzjoni tal-Qorti. Dan il-pjan jiġbor fih l-azzjonijiet rilevanti imsemmija hawn fuq inklużi l-azzjonijiet addizzjonali ġodda msemmija, u jispeċifika r-riżultat u l-indikaturi, flimkien mad-dati ta’ l-għeluq, biex l-implimentazzjonijiet tiegħu jistgħu jiġu ssorveljati. 8.2. Il-kisba ta’ tnaqqis fir-rata ta’ żbalji fil-livell tal-ħlasijiet lura temporanji għandha tkun proċess stabbli iżda li jieħu t-tul. Huwa biss meta s-sistemi ta’ l-Istati Membri huma effettivi b’mod konsistenti b’tali mod li l-ewwel u qabel kollox jiġu evitati l-iżbalji, u dan qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni, li l-iżbalji misjuba mill-Qorti jistgħu jonqsu. Għall-perjodu ta’ programmar 2000-2006, l-iżbalji li diġà saru għandhom ikomplu jaffettwaw il-ħlasijiet li għandhom isiru sa l-2010. Il-korrezzjoni ta’ dawn l-iżbalji tiddependi mill-effettività tal-kontrolli ta’ wara l-ħlasijiet li l-Istati membri huma mitluba jwettqu, u mill-kontroll u l-ħidma ta’ verifika tal-Kummissjoni. Azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni għandhom iżidu l-effettività ta’ dawn il-kontrolli ex post , b’mod partikolari f’dak li għandu x'jaqsam mas-sistemi ta’ dawk l-Istati Membri diġà identifikati bħala falluti, u għandhom jipprovdu indikaturi ta’ sorveljanza aħjar. Għall-perjodu ta’ programmar 2007-2013, il-pjan ta’ azzjoni għandu jiżgura li s-sistemi ta’ l-Istati Membri jitħaddmu b’mod effettiv mill-bidu ta’ l-implimentazzjoni tal-programm, jew, jekk le, li n-nuqqasijiet jinkixfu minn kmieni biex ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri korrettivi. Il-Pjan ta’ Azzjoni . Azzjoni | Ir-rakkomandazzjoni indirizzata tal-Qorti ta’ l-Awdituri | Għan | Chef de file | Realizzazzjoni/Indikatur | Data ta' l-għeluq | 1. Azzjonijiet skond l-istrateġija bi sħab ta’ verifika ta’ l-Azzjonijiet Strutturali għall-2000-2006 | 1.1. | Wettaq il-verifiki mmirati lejn l-entitajiet ta’ ġestjoni b’riskju għoli (2000-06) | Iffoka fuq it-titjib ta' kontrolli primarji fil-livell ta' treġija fl-Istati Membri Tejjeb l-effettività tal-kontrolli ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta' falliment fis-sistemi ta' l-Istati Membri | Iffoka r-riżorsi ta’ verifika fuq l-entitajiet b’riskju għoli biex jitnaqqas ir-riskju potenzjali ta’ residwu | DĠ REGIO DĠ EMPL | L-eżekuzzjoni tal-missjonijiet ta’ verifika ppjanati: FEŻR/Fondi ta’ Koeżjoni (FK) 40: BE, BG, CZ, ES (2), F (3), FI, GR (3), IRL (2), IT (6), LT, LV, NL, PL (2), PT (2), RO, SK (2), UK (2), INTERREG (8) FSE 15: AT, DE, ES (3), HU, IT, LV, PT (3), SI, SK, UK (2) Ir-riżultati tal-verifiki fi żmien 3 xhur mill-missjoni ta’ verifika. Ir-riżultat effettiv – bażi soda għal azzjoni korrettiva jew asssigurazzjoni raġjonata li ma teħtieġx azzjoni | 31.12.2008 | 1.2. | Kompli l-eżitu ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istati Membri tas-27 pjan ta’ azzjoni kurrenti biex issewwi nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ treġija u ta’ kontroll ta’ dawk l-Istati Membri | Iffoka fuq it-titjib ta' kontrolli primarji fil-livell ta' treġija fl-Istati Membri Tejjeb l-effettività tal-kontrolli ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta' falliment fis-sistemi ta' l-Istati Membri | Ikseb assigurazzjoni raġjonevoli li s-sistemi ta' treġija u ta' kontroll fl-Istati Membri qed jaħdmu effettivament u qed jippreservaw il-baġit Komunitarju | DĠ REGIO DĠ EMPL | 27 pjan ta’ azzjoni (FEŻR 10/FSE 17) f’16-il Stat Membru kompluti b’riżultat effettiv FEŻR: ES, FI, IT, NL, PL, PT, UK (2), INTERREG (2) FSE : AT (2), BE, DE (3), ES (2), F (3), IT (2), LV, NL, SK, UK | 31.12.2008 | 1.3. | Ikkonkludi l-20 proċedura ta’ sospensjoni u ta’ korrezzjoni finanzjarja li qed jitwettqu attwalement għall-2000-2006 u l-34 proċedura ta’ korrezzjoni finanzjarja mill-verifiki ta’ l-għeluq għall-1994-1999 | Żid l-impatt ta' l-attività ta' verifika tal-Kummissjoni permezz ta' l-użu aktar effettiv ta' proċeduri ta' sospensjoni u ta' korrezzjoni finanzjarja | Ikseb assigurazzjoni raġjonevoli li s-sistemi ta' treġija u ta' kontroll fl-Istati Membri qed jaħdmu effettivament u qed jippreservaw il-baġit Komunitarju | DĠ REGIO DĠ EMPL | Il-proċeduri ta’ sospensjoni/korrezzjoni finanzjarja konklużi bil-korrezzjonijiet miftiehma mill-Istati Membri jew minn deċiżjoni tal-Kummissjoni fiż-żmien id-data ta' l-għeluq ta' 24 xahar (ara 8.2 isfel) 32 programm tal-FEŻR: ES (23), IT, PT (3), INTERREG (3), UK (2) 12-il programm tal-FSE: DE, ES (2), F (2), IT (2), LU (2), LV, NL, UK FK BG (3), ES (14), GR (37), PT (3), LT (3) | 31.12.2008 | 1.4. | Segwi il-każijiet individwali ta’ żbalji sostantivi għad-DAS 2006 flimkien ma’ kwalunkwe implikazzjoni sistematika | Tejjeb l-effettività tal-kontrolli ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta' falliment fis-sistemi ta' l-Istati Membri | Ikseb assigurazzjoni li l-korrezzjonijiet mitluba twettqu għall-ħarsien tal-baġit Komunitarju | DĠ REGIO DĠ EMPL | Pożizzjoni finali ttieħdet mid-Direttorati Ġenerali fi 73 każ Fejn l-Istat Membru ma għamilx il-korrezzjoni meħtieġa, tnediet proċedura ta’ korrezzjoni finanzjarja | 30.9.2008 | 2. L-azzjonijiet ewlenin għaddejjin attwalment skond il-Pjan ta' Azzjoni lejn Qafas ta' Kontrol Intern Integrat | 2.1. | Azzjoni 9 – Ibni għodod effettivi għall-qsim tar-riżultati tal-verifika u ta’ kontroll u ppromwovi l-istrateġija tal-verifika waħdanija | Saħħaħ il-mekkaniżmi ta’ reazzjoni immedjata fis-sistema ta’ kontroll fil-Fondi Strutturali | Ikkoordina l-ħidma ta’ verifika u ta’ kontroll biex timmassimizza l-effett tagħha | DĠ REGIO DĠ EMPL | Il-qsim tar-riżultati tal-verifika li qed jiġu mistħarrġa biex tiġi revista l-ħidma ta’ l-entitajiet ta’ tmiem (ara 3.1 isfel) | 31.12.2008 | 2.2. | Azzjoni 10 – Wettaq stima inizjali u analiżi fl-ispejjeż ta’ kontrolli għall-FEŻR | Implementa l-pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas ta' Kontroll Intern Integrat skond l-Opinjoni tal-Qorti Nru 2/2004 | Ipprovdi bażi għall-istabbiliment ta' bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli | DĠ REGIO | Rapport dwar l-analiżi tad-data li waslet mill-Istati Membri | 31.5.2008 | 2.3. | Azzjoni 11N – eżamina l-kredibbiltà tas-sistemi nazzjonali ta’ sorveljanza u ta’ rapportar għal irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji | Żgura l-komunikazzjoni ta’ tagħrif komplut, trasparenti u affidabbli tal-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji | Tejjeb ir-rappurtar dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji (ara l-azzjoni 6 isfel) | DĠ REGIO DĠ EMPL | Il-verifiki f’10 Stati Membri għandhom jintgħażlu wara l-analiżi tad-data li għandha tingħata sal-31.3.2008 (5 Stati Membri fl-ewwel nofs tas-sena) Riżultat effettiv – evalwazzjoni aħjar mill-Qorti | 31.12.2008 | 2.4. | Azzjoni 14b – ipprovdi linji gwida għall-benefiċjarji u/jew għal-livelli intermedjarji ta’ kontrolli u ta’ responsabbiltajiet fil-katina ta' kontroll | Inkoraġġixxi u ffaċilita l-użu tas-simplifikazzjonijiet għall-perjodu 2007-13 | Evita l-iżbalji u naqqas ir-riskju għall-baġit Komunitarju (ara l-azzjonijiet 4 u 5.2 isfel) | DĠ REGIO DĠ EMPL | Noti ta’ gwida aġġjornati dwar: verifiki ta' treġija il-funzjoni ta’ ċertifikazzjoni | 30.6.2008 | 2.5. | Azzjoni 15 – ippromwovi l-inizjattiva ‘Kuntratti ta’ Fiduċja’ għall-Fondi Strutturali (li tippermetti lill-Kummissjoni li tafda fil-ħidma ta’ verifika nazzjonali għall-perjodu 2000-06 u li toħloq bażi għal kooperazzjoni simili fl-2007-13) | Tejjeb l-effettività tal-kontrolli ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta' falliment fis-sistemi ta' l-Istati Membri | Tejjeb il-koordinazzjoni tal-ħidma ta’ verifika biex tkun tista’ tafda fil-ħidma ta’ l-entitajiet nazzjonali ta’ verifika | DĠ REGIO | L-għan – L-iffirmar ta’ kuntratti ta’ fiduċja ma’ żewġ Stati Membri oħra li juri l-adattament tagħhom (6 iffirmati fid-19 ta' Frar 2008 għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni) | 30.9.2008 | 2.6. | Azzjoni 16 – ikkoordina l-istandards ta’ verifika, ir-rappurtar tar-rata ta' l-iżbalji, eċċ għal Fondi Strutturali | Tejjeb l-effettività tal-kontrolli ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta' falliment f’sistemi ta' l-Istati Membri | Tejjeb il-qafas ta’ kontroll integrat intern billi tistandardizza l-metodi ta’ verifika | DĠ REGIO DĠ EMPL | Gwida għat-teħid ta' kampjuni Metodoloġija tas-sistemi ta’ evalwazzjoni Tlestija tal-manwal ta’ verifika revedut tal-Fondi Strutturali | 30.4.2008 30.4.2008 31.12.2008 | 3. Azzjonijiet preventivi għall-għeluq tal-programmi u l-proġetti 2000-2006 | 3.1. | Kompli l-istħarriġ tal-verifika dwar ir-reviżjoni tal-ħidma ta’ l-entitajiet ta’ tmiem (2000-06) | Żgura proċeduri sodi ta’ għeluq | Kontroll preventiv biex tiżgura li l-proċess ta' għeluq ikun effettiv fis-sejba ta' nfiq irregolari | DĠ REGIO DĠ EMPL | L-eżekuzzjoni tal-missjonijiet ta’ verifika ppjanati: FEŻR/FK 30: BE, BG, CY, CZ (2), DE (5), ES (2), FI, GR (2), HU, IT (6), LT, NL, PL (2), RO, UK (3)[3] FSE 6: EE, FI, HU, IRL, PT, SV Ir-riżultat effettiv – bażi soda għal azzjoni korettiva jew asssigurazzjoni raġjonata li ma teħtieġx azzjoni | 31.12.2008 | 3.2. | Iffinalizza l-proċeduri interni biex tiżgura eżami rigoruż tad-dokummenti ta’ l-għeluq | Żgura proċeduri sodi ta’ għeluq | Żgura tħejjija xierqa għall-għeluq ta’ programmi fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni | DĠ REGIO DĠ EMPL | Proċeduri ġodda ffinalizzati | 30.6.2008 | 3.3. | Żid l-għarfien ta’ l-Istati Membri dwar il-linji ta’ gwida ta’ l-għeluq maħruġa mill-Kummissjoni fl-2006 | Żgura proċeduri sodi ta’ għeluq | Żgura tħejjija xierqa għall-għeluq ta’ programmi fi ħdan l-Istati Membri | DĠ REGIO | Seminar għall-awtoritajiet tat-treġija Punt fuq l-aġenda għal-laqgħat annwali ma’ l-awtoritajiet ta’ treġija | 30.6.2008 31.12.2008 | 4. Azzjonijiet preventivi għall-perjodu ta’ programmar 2007-13 | 4.1. | Reviżjoni tar-rapporti u ta’ l-opinjonijiet dwar l-evalwazzjoni ta’ konformità | Żgura implimentazzjoni sħiħa tal-qafas legali għall-perjodu ta’ programmar 2007-13 | Żgura li s-sistemi effettivi ta’ treġija u ta’ kontroll huma stabbiliti minn qabel matul il-perjodu ta' żmien | DĠ REGIO DĠ EMPL | Reviżjoni dokumentarja għal madwar 250 sistema b’missjonijiet esplorattivi fejn meħtieġ Riżultat effettiv – rata baxxa ta’ żbalji fit-talbiet għall-ħlasijiet temporanji ddikjarati sussegwentement | 31.12.2008 | 4.2. | Reviżjoni ta’ l-istrateġiji ta’ verifika nazzjonali | Żgura implimentazzjoni sħiħa tal-qafas legali għall-perjodu ta’ programmar 2007-13 | Żgura li l-istrateġiji ta’ verifika nazzjonali huma konformi mar-regolamenti | DĠ REGIO DĠ EMPL | Reviżjoni dokumentarja ta’ madwar 200 strateġija ta’ verifika | 31.12.2008 | 4.3. | Azzjonijiet fir-rigward tas-simplifikazzjoni: | Inkoraġġixxi u ffaċilita l-użu tas-simplifikazzjonijiet għall-perjodu ta’ programmar 2007-13 | Evita l-iżbalji u naqqas ir-riskju għall-baġit Komunitarju | a) Nota dwar l-għeluq parzjali skond l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru1083/2006 segwita fil-laqgħat annwali ma’ l-awtoritjiet ta’ treġija | DĠ REGIO DĠ EMPL | Nota ta’ gwida u laqgħat ta’ segwitu Riżultat effettiv – il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri tuża għeluq parzjali | 31.12.2008 | b) Nota dwar l-użu ta’ rati fissi għall-ispejjeż indiretti (l-FSE biss) segwita fil-laqgħat annwali ma’ l-awtoritajiet ta’ treġija | DĠ EMPL | Nota ta’ gwida u laqgħat ta’ segwitu Riżultat effettiv – il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri (1827) tuża r-rati fissi - żbalji mnaqqsa | 31.12.2008 (Nota finalizzata fid-9.2007) | 4.4. | Irrevedi u pprovdi kjarifika dwar kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-2007-13: | Żgura implimentazzjoni sħiħa tal-qafas legali għall-perjodu ta’ programmar 2007-13 | Żgura li r-regolamenti huma ċari għall-awtoritjiaet nazzjonali li qed japplikawhom u għall-benefiċjarji | a) Ġabra ta’ regoli Komunitarji eliġibbli għall-perjodu 2007-13 bħala ktejjeb uniku | DĠ REGIO DĠ EMPL | Ktejjeb | 30.9.2008 | b) Nota dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 - proġetti li jiġġeneraw dħul | DĠ REGIO DĠ EMPL | Nota ta' gwida Riżultat effettiv – żbalji mnaqqsa fir-rigward ta’ proġetti li jiġġeneraw dħul | 30.6.2008 | c) Nota dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-Għajnuna mill-Istat | DĠ REGIO DĠ EMPL | Nota ta' gwida Riżultat effettiv – żbalji mnaqqsa fir-rigward ta’ proġetti li regoli għall-Għajnuna mil-Istat | 30.6.2008 | 4.5. | Qajjem l-għarfien dwar ir-regoli tax-xiri pubbliku | Iffoka fuq it-titjib ta' kontrolli primarji fil-livell ta' treġija fl-Istati Membri | Naqqas l-iżbalji minn dan is-sors fl-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni | DĠ REGIO DĠ EMPL | Organizza żewġ laqgħat ta' ħidma għall-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri biex tqajjem l-għarfien dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar ix-xiri pubbliku għall-Azzjonijiet Strutturali | 31.12.2008 | 5. Azzjonijiet għat-titjib tal-kontrolli primarji f’livell nazzjonali | 5.1. | Organizza seminar għall-awtoritajiet ta' treġija u l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni u wkoll segwitu fil-laqgħat annwali ma' l-awtoritjiet ta' treġija | Iffoka fuq it-titjib ta' kontrolli primarji fil-livell ta' treġija fl-Istati Membri | Indirizza r-riskju ta’ kontrolli primarji dgħajfa | DĠ REGIO DĠ EMPL | Seminar għal madwar 300 parteċipant nazzjonali | 30.6.2008 | 5.2. | Aġġorna l-gwida fir-rigward ta' prattika tajba għall-kontrolli primarji u l-funzjoni ta’ ċertifikazzjoni għall-2007-2013 | Iffoka fuq it-titjib ta' kontrolli primarji fil-livell ta' treġija fl-Istati Membri Saħħaħ il-mekkaniżmi ta’ reazzjoni immedjata fis-sistema ta’ kontroll | Indirizza r-riskju ta’ kontrolli primarji dgħajfa u tal-funzjoni ta’ ċertifikazzjoni | DĠ REGIO DĠ EMPL | Dokumenti ta’ gwida ffinalizzati u mqassma (ara 2.4 fuq) | 30.6.2008 | 5.3. | Ipprovdi għodda għall-awto-evalwazzjoni għall-awtoritajiet ta’ treġija dwar il-konformità | Iffoka fuq it-titjib ta' kontrolli primarji fil-livell ta' treġija fl-Istati Membri | Indirizza r-riskju ta’ kontrolli primarji dgħajfa | DĠ REGIO DĠ EMPL | L-applikazzjoni ta’ awto-evalwazzjoni mqassma | 30.6.2008 | 6. Azzjonijiet għat-titjib fir-rappurtar dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri | 6.1. | Ħejji s-segwitu rigward data rappurtata biex tirranġa d-differenzi u tirretifika n-nuqqasijiet | Tejjeb il-komunikazzjoni ta’ tagħrif komplut, trasparenti u affidabbli tal-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji | Tejjeb ir-rappurtar dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji | DĠ REGIO DĠ EMPL | Analizza t-tagħrif li jasal sal-31 ta' Marzu 2008 u segwi l-ittri mibgħuta Titjib fl-evalwazzjoni mill-Qorti | 30.6.2008 | 6.2. | Wettaq verifiki fuq il-post ta’ kampjun mid-data ta’ l-Istati Membri | Tejjeb il-komunikazzjoni ta’ tagħrif komplut, trasparenti u affidabbli tal-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji | Ivverifika l-eżattezza tad-data rapportata | DĠ REGIO DĠ EMPL | Il-verifiki f’10 Stati Membri għandhom jintgħażlu wara l-analiżi tad-data li għandha tingħata sal-31.3.2008 (5 Stati Membri fl-ewwel nofs tas-sena) (ara 2.3 fuq) Titjib fl-evalwazzjoni mill-Qorti | 31.12.2008 | 7. Azzjonijiet għat-titjib fir-rappurtar mill-Kummissjoni dwar l-impatt ta' l-attività ta' verifika | 7.1. | Tejjeb is-sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar fir-rigward tas-segwitu ta’ rakkomandazzjonijiet tal-verifika | Tejjeb l-effettività tal-kontrolli ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta' falliment fis-sistemi ta' l-Istati Membri Saħħaħ il-mekkaniżmi ta’ reazzjoni immedjata fis-sistema ta’ kontroll | Tejjeb il-proċessi ta' sorveljanza u ffaċilita t-tqassim tar-riżultati tal-verifika | DĠ REGIO DĠ EMPL | Tibdil fl-applikazzjonijiet u l-proċeduri ta' l-IT SYSAUDIT fid-DĠ REGIO Implimentazzjoni sħiħa ta’ A-REP fid-DĠ EMPL Titjib fl-evalwazzjoni mill-Qorti | 31.9.2008 31.3.2008 | 7.2. | Tejjeb is-sistemi għar-reġistrazzjoni u għar-rappurtar tal-korrezzjonijiet li jirriżultaw mill-attività ta' kontroll u ta’ verifika tal-Kummissjoni | Tejjeb il-komunikazzjoni ta’ tagħrif komplut, trasparenti u affidabbli tal-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji | Tejjeb it-tagħrif dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji bħala indikatur parzjali ta’ l-impatt ta’ l-attività ta' verifika tal-Kummissjoni | DĠ REGIO DĠ EMPL | Tibdil fl-applikazzjonijiet u l-proċeduri ta' l-IT Rappurtar kull tliet xhur lid-DĠ BUDG Titjib fl-evalwazzjoni mill-Qorti | 30.9.2008 | . 8. Azzjonijiet għaż-żieda fl-impatt ta' l-attività ta' verifika tal-Kummissjoni | 8.1. | Waqqaf u implimenta politika ta’ sospensjoni ta’ ħlasijiet bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni minnufiħ wara s-sejba ta’ nuqqas serju fis-sistemi nazzjonali | Żid l-impatt ta’ l-attività ta' verifika tal-Kummissjoni permezz ta' użu aktar effettiv ta' proċeduri ta' sospensjoni u ta' korrezzjoni finanzjarja | Ikseb assigurazzjoni raġjonevoli li s-sistemi ta' treġija u ta' kontroll fl-Istati Membri qed jaħdmu effettivament u qed jippreservaw il-baġit Komunitarju | DĠ REGIO DĠ EMPL | Istruzzjonijiet mid-Diretturi Ġenerali, reviżjoni tal-proċeduri u r-rapport ta’ sorveljanza Riżultat konkret: l-għan ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni fi żmien 6 xhur mill-pożizzjoni finali tas-sejbiet tal-verifika | 30.4.2008 | 8.2. | Biddel il-proċeduri interni għas-sospensjoni u għall-korrezzjoni finanzjarja biex tħaffef l-applikazzjoni tal-miżuri | Żid l-impatt ta’ l-attività ta' verifika tal-Kummissjoni permezz ta' użu aktar effettiv ta' proċeduri ta' sospensjoni u ta' korrezzjoni finanzjarja | Ikseb assigurazzjoni raġjonevoli li s-sistemi ta' treġija u ta' kontroll fl-Istati Membri qed jaħdmu effettivament u qed jippreservaw il-baġit Komunitarju | DĠ REGIO DĠ EMPL | Reviżjoni ta’ proċeduri u r-rapport ta' sorveljanza Riżultat kokret: – it-twettiq ta’ l-għan: adozzjoni tad-deċiżjoni eventwali tal-korrezzjoni finanzjarja 24 xahar mill-verifika | 30.4.2008 | 9. Azzjonijiet għat-titjib ta’ l-assigurazzjoni pprovduta mill-RAA (Rapporti Annwali ta’ l-Attivitajiet) | 9.1. | Wettaq l-azzjonijiet li ġejjin f’dak li għandu x'jaqsam mat-tħejjija tar-Rapporti Annwali ta’ l-Attivitajiet | Tejjeb il-kwalità ta’ l-RAA tad-Direttorati Ġenerali | Tejjeb it-trasparenza u l-kontinwità tar-rappurtar dwar l-evalwazzjoni tas-sistemi ta’ l-Istati Membri għal sorveljanza aħjar tal-progress | DĠ REGIO DĠ EMPL | RAA 2007 Titjib fl-evalwazzjoni mill-Qorti | 31.3.2008 | a) Ipprovdi tagħrif dwar is-segwitu tas-sistemi kollha li fihom instabu nuqqasijiet sistemiċi materjali fl-2006 | b) Rapport dwar it-twettiq tal-pjanijiet ta’ azzjoni implimentati mill-Istati Membri biex jikkoreġu n-nuqqasijiet | c) Rapport dwar id-deċiżjonijiet għas-sospensjoni tal-ħlasijiet temporanji, azzjonijiet oħra ta' prekawzjoni mill-AOSD fir-rigward tal-ħlasijiet temporanji, korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri fuq talba tal-Kummissjoni, u deċiżjonijiet ta’ korrezzjonijiet finanzjarji adottati mill-Kummissjoni | d) Ipprovdi ġustifikazzjoni fid-dettall fin-nuqqas ta’ reserva fejn jinstabu nuqqasijiet sistemiċi materjali | e) Spjega s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Qorti | 10. | Azzjonijiet li jkattru l-valur tat-taqsiriet annwali skond l-Artikolu 53b tar-Regolament Finanzjarju | Analizza t-taqsiriet li jaslu, inkludi r-riżultati fl-RAA, u ħu azzjoni fir-rigward ta’ l-Istati Membri li ma jikkonformawx ma' l-obbligi | L-impenn lejn sorveljanza xierqa tat-taqsiriet annwali biex ikun żgurat li dawn huma konsistenti, komparabbli u utli | Tejjeb il-livell ta’ assigurazzjoni miksub mill-Istati Membri | DĠ REGIO DĠ EMPL | Ir-riżultati rrappurtati fl-RAA L-adozzjoni ta’ miżuri effettivi kontra l-Istati Membri li ma jikkonformawx | 31.3.2008 31.12.2008 | [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1). [2] Id-data ta' l-għeluq għat-tressiq tat-talbiet għall-ħlasijiet finali hija l-31 ta' Marzu 2003. [3] 8 missjonijiet huma marbuta mal-missjonijiet taħt l-azzjoni 1.1.