22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 16/223


L-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2008

P6_TA(2008)0554

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 (15765/2008 — C6-0426/2008 — 2008/2287(BUD))

(2010/C 16 E/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, adottat b'mod definittiv fit-13 ta' Diċembru 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 9/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 ppreżentat mill-Kummissjoni fit-6 ta' Ottubru 2008 (COM(2008)0619),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 8/2008 mħejji mill-Kunsill fit-18 ta' Novembru 2008 (15765/2008 — C6-0426/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0453/2008),

A.

billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 8 għall-baġit ġenerali tal-2008 jikkonċerna biss il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u jirrigwarda l-aġġustamenti għall-baġit li jirriżultaw mill-fatt li ż-żieda fil-pagi u l-pensjonijiet kienet iktar baxxa minn dik użata bħala bażi għat-tħejjija tal-abbozz preliminari għall-2008,

B.

billi l-prinċipju li jitressaq baġit ta' emenda li jaġġorna d-data teknika li intużat biex ġie stabbilit il-baġit oriġinarjament, bil-ħsieb li jingħataw lura l-fondi lill-kontributuri tat-taxxa, għandu jiġi milqugħ b'sodisfazzjon, għalkemm, f'dan il-każ, l-ispiża għall-proċedura tista' sfortunatament taqbeż il-flus li fil-fatt se jingħataw lura,

1.   Jieħu nota tal-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 9/2008, li naqqas il-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (spejjeż) bi EUR 318 262 u d-dħul tiegħu b'EUR 48 265;

2.   Japprova l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 8/2008 mingħajr emendi;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. DT(d. m. yyyy)@DATEMSG@NR.

(2)  ĠU L 71, 14.3.2008.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.