31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 76/23


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità tal-voluntiera żgħażagħ madwar l-Ewropa

(2009/C 76/05)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jinnota li bħalissa jeżistu differenzi kbar bejn l-Istati Membri fil-mod kif jiġi organizzat il-volontarjat u jenfasizza li hemm nuqqas kbir ta' statistika u ta' riċerka dettaljata f'dan il-qasam.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-azzjoni favur il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet volontarji billi mhux biss toħloq portal Ewropew għall-voluntiera żgħażagħ iżda tinkludi wkoll bażi tad-data li tagħti stampa globali tal-aħjar prattiki, tal-proġetti, tal-potenzjalitajiet u tal-fatti. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel użu u tirreferi għal informazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali biex tressaq din l-informazzjoni aktar viċin taż-żgħażagħ,

jappoġġja kompletament l-inizjattiva li ħadu l-Parlament Ewropew u partijiet interessati oħra sabiex l-2011 tiġi ddikjarata s-Sena Ewropea tal-Volontarjat. Matul din is-sena għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ u lill-inklużjoni,

jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jaħdmu favur il-volontarjat fis-sistema edukattiva bil-għan li ż-żgħażagħ, minn età żgħira, ikunu midħla tal-attivitajiet marbuta mal-volontarjat u jqisuhom bħala kontribut naturali għall-ħajja tal-komunità. Attivitajiet ta' din ix-xorta għandhom ikunu integrati fi ħdan is-sistema edukattiva,

jemmen li l-volontarjat jikkonstitwixxi f'possibbiltà partikolarment ta' valur ta' mobilità għaż-żgħażagħ. Għaldaqstant, iż-żgħażagħ l-aktar żvantaġġjati li jixtiequ jipparteċipaw fil-volontarjat u li inkella jkollhom anqas benefiċċji, jew xejn, ta' possibbiltajiet ta' mobilità., jeħtieġu diversi tipi ta' appoġġ. Għajnuna għat-taħriġ u l-mobilità ta' edukaturi soċjoedukattivi speċjalizzati fiż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ tkun utli ħafna f'dan il-kuntest. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw ir-riżorsi li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jilħqu dan il-grupp b'mod aħjar.

Rapporteur

:

Is-Sinjura Rinda DEN BESTEN (NL/PSE) Kunsilliera tal-muniċipalità ta' Utrecht

Dokument ta' referenza

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità tal-voluntiera żgħażagħ madwar l-Ewropa

COM(2008) 424 finali

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jinnota li bħalissa jeżistu differenzi kbar bejn l-Istati Membri fil-mod kif jiġi organizzat il-volontarjat u jenfasizza li hemm nuqqas kbir ta' statistika u ta' riċerka dettaljata f'dan il-qasam. Peress li l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tar-regolamentazzjoni la hi possibbli u lanqas mixtieqa, il-Kumitat jipproponi li l-ħidma ssir f'fażijiet, filwaqt li tiġi stabbilita perspettiva. L-ewwel fażi tinvolvi studju fil-fond tas-sistemi u d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji differenti marbuta mal-volontarjat f'kull Stat Membru, tax-xewqat taż-żgħażagħ li diġà jagħmlu l-volontarjat jew li jixtiequ jagħmluh, u tad-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom meta jkunu jridu jagħmlu attività volontarja barra minn pajjiżhom, kif ukoll tal-benefiċċji li din l-attività jista' jkollha għalihom, għar-reġjuni tagħhom u għar-reġjuni fejn isir il-volontarjat. Din l-informazzjoni tista' tagħti spinta 'l quddiem lid-dibattitu u toħloq politika li tirrifletti r-realtà tal-volontarjat fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa.

2.

jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tippromovi l-mobilità tal-voluntiera żgħażagħ madwar l-Ewropa,

3.

japprezza l-kreattività li wriet il-Kummissjoni Ewropea fir-riċerka tagħha biex issib metodi li jiffaċilitaw il-volontarjat taż-żgħażagħ f'pajjiżi barranin, iżda jiddubita kemm l-interoperabilità bejn ir-regolamentazzjoni nazzjonali li tirregola dawn l-attivitajiet hija soluzzjoni tajba minħabba d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet volontarji bejn il-pajjiżi Ewropej. Għalhekk, jirrakkomanda li l-organizzazzjonijiet volontarji, kemm jekk huma organizzati mis-soċjetà ċivili jew mill-awtoritajiet pubbliċi, jiġu mħeġġa jikkooperaw, kemm fi ħdan kull Stat tal-UE kif ukoll minn wieħed għall-ieħor, u li jiġu mħeġġa jappoġġjaw il-proġetti ta' volontarjat transkonfinali.

4.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-azzjoni favur il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet volontarji billi mhux biss toħloq portal Ewropew għall-voluntiera żgħażagħ iżda tinkludi wkoll bażi tad-data li tagħti stampa globali tal-aħjar prattiki, tal-proġetti, tal-potenzjalitajiet u tal-fatti. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel użu u tirreferi għal informazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali biex tressaq din l-informazzjoni aktar viċin taż-żgħażagħ,

5.

jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-volontarjat u, b'mod partikolari, biex jinvolvu ż-żgħażagħ l-aktar żvantaġġjati. Fil-fatt, dan ir-rwol jista' jwassal għall-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà u peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ f'għadd ta' Stati Membri u peress li għandhom għarfien u esperjenza kbira f'dan ir-rigward, huwa proprju f'dan il-livell li ġeneralment jinstabu soluzzjonijiet innovattivi u kreattivi u li jinħolqu sħubijiet importanti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet għandhom rwol importanti li jħeġġu liż-żgħażagħ u dan minħabba l-fatt li jaħdmu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet li jilqgħu l-voluntiera u jistgħu jħeġġuhom jniedu proġetti ta' skambji għall-voluntiera żgħażagħ.

6.

jitlob lill-Istati Membri jagħtu l-mezzi finanzjarji xierqa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex iwettqu l-objettivi tal-UE dwar l-attivitajiet volontarji fost iż-żgħażagħ u jħeġġuhom jagħmlu użu mill-fondi u l-programmi Komunitarji, bħal pereżempju l-Fond Soċjali Ewropew jew il-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni. Dan bil-għan li jgħollu l-kwalità tal-proġetti internazzjonali tal-volontarjat billi jingħataw appoġġ u għajnuna lill-organizzazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jfasslu l-istess proġetti. B'hekk ikollhom għajnuna sabiex jistabilixxu kuntatti internazzjonali, jiżviluppaw il-kompetenzi speċifiċi meħtieġa biex jigwidaw iż-żgħażagħ minn pajjiżi oħra u jniedu inizjattivi internazzjonali,

7.

jirrakkomanda lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jimpennjaw ruħhom sabiex jiżviluppaw infrastruttura ta' appoġġ għall-volontarjat, mingħajr ma tnaqqas l-awtonomija tal-volontarjat. Għaldaqstant, il-ħolqien ta' ċentri lokali u reġjonali tal-volontarjat jista' jippromovi din l-attività, jxerred l-informazzjoni dwarha, jħeġġeġ liż-żgħażagħ jagħmlu xogħol volontarju transkonfinali u jevalwa l-kwalità u l-effikaċja tal-volontarjat,

8.

jikkritika l-fatt li għad hemm ostakli soċjoekonomiċi u amministrattivi li jxekklu l-mobilità tal-voluntiera żgħażagħ u għalhekk jipproponi li jieħu l-inizjattiva li jelenkahom fi ħdan stħarriġ usa' dwar il-volontarjat, kif ġie spjegat fl-ewwel punt ta' din l-opinjoni. Fir-rigward tan-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-attività volontarja, il-Kumitat jitlob ukoll li l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-riżultati ta' dan l-istudju fil-fond qabel l-2011, sabiex ikun possibbli li tiġi riveduta l-politika marbuta ma' dan is-suġġett.

9.

jappoġġja kompletament l-inizjattiva li ħadu l-Parlament Ewropew u partijiet interessati oħra sabiex l-2011 tiġi ddikjarata s-Sena Ewropea tal-Volontarjat, u huwa lest jipparteċipa b'mod attiv fl-implimentazzjoni tagħha. Matul din is-sena għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ u lill-inklużjoni,

10.

beħsiebu jressaq b'mod partikolari l-ħtieġa li jitnaqqsu l-ostakli lingwistiċi fl-Ewropa billi jħeġġeġ it-tagħlim tal-lingwi fost il-voluntiera,

11.

jinnota li d-definizzjoni tal-volontarjat għandha tkun usa' minn dik tal-proposta li qed tiġi analizzata bħalissa: il-volontarjat jista' jsir fuq bażi fulltime jew partime, għal perijodu ta' żmien qasir jew twil, mingħajr ebda ħlas jew bi ħlas u/jew jiġu koperti l-ispejjeż biss, b'kontribut finanzjarju jew mingħajr tal-voluntiera stess, skont il-grupp identifikat u ċ-ċirkostanzi.

12.

jinnota li hemm lok fejn jiġu rikonoxxuti l-ħiliet li jiksbu l-voluntiera sabiex ikunu jistgħu jużawhom tul il-ħajja tagħhom, kemm fix-xogħol kif ukoll fl-iskola: wara kollox, il-volontarjat huwa mezz importanti ta' tagħlim informali u għandu rwol fl-iżvilupp u l-aċċess għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ. Għalhekk, l-iskejjel u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-intrapriżi jista' jkollhom rwol — jew ikabbru r-rwol li diġà għandhom — fir-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba permezz tal-volontarjat u fit-twaqqif ta' strumenti moderni għal dan il-għan, bħal pereżempju l-Europass u l-YouthPass (“il-passaport taż-żogħżija”),

13.

jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jaħdmu favur il-volontarjat fis-sistema edukattiva bil-għan li ż-żgħażagħ, minn età żgħira, ikunu midħla tal-attivitajiet marbuta mal-volontarjat u jqisuhom bħala kontribut naturali għall-ħajja tal-komunità. Attivitajiet ta' din ix-xorta għandhom ikunu integrati fi ħdan is-sistema edukattiva,

14.

jemmen li fir-rigward tal-volontarjat taż-żgħażagħ, huwa importanti li jkun hemm bilanċ adegwat tal-valur miżjud bejn iż-żgħażagħ u s-soċjetà, f'kull aspett tiegħu. Ovvjament l-interess u l-iżvilupp taż-żgħażagħ jiġi qabel dak tas-soċjetà li fl-aħħar mill-aħħar tgawdi mill-impenn u l-involviment attiv li huma juru lejha.

15.

jinkludi s-Servizz Volontarju Ewropew (SVE) fil-ħidma tiegħu u jittama li dan ikompli jiżviluppa fil-ġejjieni sabiex l-ikbar numru ta' żgħażagħ jkunu jistgħu jieħdu sehem f'attività volontarja barra minn pajjiżhom.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

7.

Teżisti varjetà vasta ta' attivitajiet volontarji madwar l-Ewropa organizzati mis-soċjetà ċivili jew l-awtoritajiet pubbliċi u dawn l-attivitajiet għandhom ikunu ppreservati, żviluppati aktar u jsiru interoperabbli.

7.

Teżisti varjetà vasta ta' attivitajiet volontarji madwar l-Ewropa organizzati mis-soċjetà ċivili jew l-awtoritajiet pubbliċi u dawn l-attivitajiet għandhom ikunu ppreservati, żviluppati aktar u jsiru interoperabbli għandha tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet volontarji.

Raġuni

Il-kunċett tal-interoperabilità għandu bżonn wisq spjegazzjonijiet u bilkemm japplika għas-sistemi tal-volontarjat f'ċerti pajjiżi. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea la għandha l-għan li tarmonizza u lanqas li tiċċentralizza x-xogħol volontarju, allura jekk dawn l-attivitajiet isiru interoperabbli jista' jagħti l-każ li dan jitqies bħala pass f'dik id-direzzjoni. L-għan mixtieq huwa li ż-żgħażagħ kollha, li juru x-xewqa, jkunu jistgħu jagħmlu l-volontarjat f'pajjiż ieħor tal-UE; jekk inħeġġu l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet volontarji jkun possibbli li noqorbu aktar lejn il-ksib ta' dan il-għan.

Emenda 2

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

13.

Minkejja dawn l-isforzi, għad hemm ostakoli għal mobilità transkonfinali tal-voluntiera żgħażagħ madwar l-Ewropa u din ir-Rakkomandazzjoni għalhekk timmira primarjament li tipprovdi qafas għal Stati Membri biex jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom, bla ħsara għad-diversità tal-iskemi nazzjonali tagħhom.

13.

Minkejja dawn l-isforzi, għad hemm ostakoli għal mobilità transkonfinali tal-voluntiera żgħażagħ madwar l-Ewropa u din ir-Rakkomandazzjoni għalhekk timmira primarjament li tipprovdi qafas għal Stati Membri biex jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom, bla ħsara għad-diversità tal-iskemi nazzjonali tagħhom tal-attivitajiet volontarji tagħhom.

Raġuni

Ir-regolamentazzjoni tal-attivitajiet volontarji mhux f'kull pajjiż Ewropew taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali. Ir-rekwiżit tal-proposta tal-Kummissjoni jobbligahom jieħdu dispożizzjonijiet nazzjonali b'kontravenzjoni għall-prinċipju tas-sussidjarjetà. Jekk inbiddlu l-frażi “skemi nazzjonali” ma' “attivitajiet volontarji” jew “opportunitajiet”, it-test ikun japplika għall-Istati Membri kollha tal-UE u jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà mingħajr ma jnaqqas s-sinifikat tiegħu.

Emenda 3

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

14.

Fil-qafas ta' din ir-Rakkomandazzjoni, attivitajiet tal-volontarjat transkonfinali għandhom ikunu definiti bħala impenn volontarju li fih il-voluntier żagħżugħ jieħu sehem f'attività bla ħlas u li ma tagħmilx profitt għall-benefiċċju tal-pubbliku ġenerali f'pajjiż aktar milli l-pajjiż residenti tiegħu jew tagħha. Attività bħal din hi kkaratterizzata bl-aspetti li ġejjin: miftuħa għal kulħadd, żgħażagħ taħt it-30 sena, se ssir bħala volontarja, perjodu ffissat, b'objettivi ċari, l-istruttura u l-qafas, mingħajr ħlas iżda bi flus fil-but għal spejjeż żgħar u bl-ispejjeż koperti.

14.

Fil-qafas ta' din ir-Rakkomandazzjoni, attivitajiet tal-volontarjat transkonfinali għandhom ikunu definiti bħala impenn volontarju li fih il-voluntier żagħżugħ jieħu sehem f'attività bla ħlas u li ma tagħmilx profitt għall-benefiċċju tal-pubbliku ġenerali f'pajjiż aktar milli l-pajjiż residenti tiegħu jew tagħha. Attività bħal din hi kkaratterizzata bl-aspetti li ġejjin: miftuħa għal kulħadd, żgħażagħ taħt it-30 sena, se ssir fuq bażi volontarja, għal perjodu ffissat, b'objettivi ċari, l-istruttura u l-qafas, mingħajr ħlas iżda bi flus fil-but għal spejjeż żgħar u bl-ispejjeż koperti.

Raġuni

F'ċerti każi, ż-żgħażagħ li jieħdu sehem fi proġett volontarju jkollhom ir-riżorsi meħtieġa għall-għajxien tagħhom. Barra minn hekk, ladarba jagħmlu kontribut personali, ikun xi jkun l-ammont, jinbet fihom sens ta' impenn jew ta' unur biex iwettqu bl-aktar mod li jinħass, l-attività ta' volontarjat tagħhom f'pajjiż ieħor.

Emenda 4

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

15.

Attenzjoni speċjali għandha tingħata liż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet minħabba li l-volontarjat jikkonstitwixxi f'possibbiltà partikolarment ta' valur ta' mobilità għal dawk iż-żgħażagħ li inkella jkollhom anqas benefiċċji, jew xejn, ta' skemi ta' mobilità. Dawn iż-żgħażagħ għandhom taħriġ speċjali u l-ħtiġijiet ta' sorveljanza għandhom ikunu kkunsidrati. Għajnuna għat-taħriġ u l-mobilità ta' edukaturi soċjo-edukattivi speċjalizzati fiż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ tkun utli ħafna f'dan il-kuntest.

15.

Il-volontarjat jikkonstitwixxi f'possibbiltà partikolarment ta' valur ta' mobilità għaż-żgħażagħ. Għaldaqstant, iż-żgħażagħ l-aktar żvantaġġjati li jixtiequ jipparteċipaw fil-volontarjat u li inkella jkollhom anqas benefiċċji, jew xejn, ta' skemi possibbiltajiet ta' mobilità, jeħtieġu diversi tipi ta' appoġġ Għajnuna għat-taħriġ u l-mobilità ta' edukaturi soċjo-edukattivi speċjalizzati fiż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ tkun utli ħafna f'dan il-kuntest. Barra minn hekk, jistgħ u jintużaw ir-riżorsi li g ħandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali għ ad-dispożizzjoni tag ħhom sabiex jilħqu dan il-grupp b'mod aħjar.

Raġuni

F'għadd ta' Stati Membri, huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali li, fil-biċċa l-kbira, jiddeterminaw il-politika taż-żgħażagħ. Barra minn hekk, fost l-awtoritajiet kollha, huma jinsabu l-aktar qrib taċ-ċittadini żgħażagħ. U jinsabu wkoll fil-livell it-tajjeb biex jilħqu ż-żgħażagħ l-aktar żvantaġġjati.

Emenda 5

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

16.

Interoperabilità aħjar ta' skemi nazzjonali u aktar tixrid ta' informazzjoni jistgħu jistimulaw liż-żgħażagħ Ewropej kollha tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom biex jieħdu sehem aktar fil-volontarjat fil-pajjiżi terzi.

16.

Interoperabilità aħjar ta' skemi nazzjonali Kooperazzjoni aħjar bejn l-organizzazzjonijiet volontarji u aktar tixrid ta' informazzjoni jistgħu jistimulaw liż-żgħażagħ Ewropej kollha tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom biex jieħdu sehem aktar fil-volontarjat fil-pajjiżi terzi.

Raġuni

Ara r-raġunijiet mogħtija għal Emendi 1 u 2.

Emenda 6

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

17.

Minħabba li l-objettivi ta' din ir-Rakkomandazzjoni ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din ir-Rakkomandazzjoni, jintlaħqu aħjar f'livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri sabiex tippromwovi l-mobilità għal voluntiera żgħażagħ permezz tal-interoperabilità ta' skemi nazzjonali, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-artikolu, ir-Rakkomandazzjoni preżenti ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

17.

Minħabba li l-objettivi ta' din ir-Rakkomandazzjoni ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din ir-Rakkomandazzjoni, jintlaħqu aħjar f'livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri sabiex tippromwovi l-mobilità għal voluntiera żgħażagħ permezz tal-interoperabilità ta' skemi nazzjonali ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet volontarji, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-artikolu, ir-Rakkomandazzjoni preżenti ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Raġuni

Ara r-raġunijiet mogħtija għal Emendi 1 u 2.

Emenda 7

Artikolu A

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

A.

jippromwovu l-mobilità ta' voluntiera żgħażagħ madwar l-Ewropa billi jtejbu l-interoperabilità ta' skemi nazzjonali għal volontarjat kemm jekk organizzat mis-soċjetà ċivili jew l-awtoritajiet pubbliċi, biex kull żagħżugħ/a jkollu/ha l-opportunità biex ikun/tkun voluntier/a fl-Ewropa jekk hu jew hi jixtiequ jagħmlu dan.

A.

jippromwovu l-mobilità ta' voluntiera żgħażagħ madwar l-Ewropa billi jtejbu l-interoperabilità ta' skemi nazzjonali għal volontarjat kemm jekk organizzat mis-soċjetà ċivili jew l-awtoritajiet pubbliċi l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet volontarji, kemm jekk huma organizzati mis-soċjetà ċivili u/jew mill-awtoritajiet pubbliċi, biex kull żagħżugħ/a jkollu/ha l-opportunità biex ikun/tkun voluntier/a fl-Ewropa jekk hu jew hi jixtiequ jagħmlu dan.

Raġuni

Ara r-raġunijiet mogħtija għal Emendi 1 u 2.

Emenda 8

Artikolu B(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

B 1)

itejbu l-livell ta' għarfien ta' skemi tal-volontarjat fit-territorji nazzjonali tagħhom u jitrasferixxu din l-informazzjoni lill-Kummssjoni Ewropea għal aktar disseminazzjoni

B 1)

itejbu l-livell ta' għarfien ta' skemi opportunitajiet tal-volontarjat fit-territorji nazzjonali tagħhom u jitrasferixxu din l-informazzjoni lill-Kummssjoni Ewropea għal aktar disseminazzjoni, b' mod partikolari permezz tal-portal Ewropew u tal-bażi tad-data dwar ix-xog ħol volontarju;

Raġuni

Ara r-raġunijiet mogħtija għal Emendi 1 u 2.

Emenda 9

Artikolu B(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

B 4)

jiskambjaw informazzjoni dwar opportunitajiet għall-volontarjat mal-Istati Membri u proċess tal-applikazzjoni simplifikat kemm jista' jkun possibbli biex ikun aktar faċli għaż-żgħażagħ ta' Stat Membru biex ikollhom aċċess u japplikaw għall-iskemi nazzjonali ta' Stati Membri oħrajn;

B 4)

jiskambjaw informazzjoni dwar opportunitajiet għall-volontarjat mal-Istati Membri u proċess tal-applikazzjoni simplifikat kemm jista' jkun possibbli biex ikun aktar faċli għaż-żgħażagħ ta' Stat Membru biex ikollhom aċċess u japplikaw għall-iskemi attivitajiet nazzjonali ta' volontarjat ta' Stati Membri oħrajn;

Raġuni

Ara r-raġuni mogħtija għal Emenda 2.

Emenda 10

Artikolu B(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

B 7)

jiżviluppaw standards bażiċi ta' kwalità sabiex jippromwovu assigurazzjoni ta' livell ta' kwalità raġonevoli biex ikun hemm assigurazzjoni u ħarsien tal-voluntiera meta jaqsmu l-fruntieri u biex tinbena l-fiduċja u titħeġġeġ il-parteċipazzjoni fi skemi transkonfinali; dawn jistgħu jirrelataw mal-livell ta' taħriġ tal-voluntiera u l-persunal, il-preparazzjoni għall-attività, l-intraċċar u s-segwitu;

B 7)

jiżviluppaw standards bażiċi ta' kwalità sabiex jippromwovu assigurazzjoni ta' livell ta' kwalità raġonevoli biex ikun hemm assigurazzjoni u ħarsien tal-voluntiera meta jaqsmu l-fruntieri u biex tinbena l-fiduċja u jiġu mħeġġa il-voluntiera, b' mod partikolari ż-żg ħ ażag ħ l-aktar żvanta ġġjati, soċjalment jew li m'għandhomx kwalifiki, sabiex jipparteċipaw f'attivitajiet volontarji transkonfinali titħeġġeġ il-parteċipazzjoni fi skemi transkonfinali; dawn jistgħu jirrelataw mal-livell ta' taħriġ tal-voluntiera u l-persunal, il-preparazzjoni għall-attività, l-intraċċar u s-segwitu;

Raġuni

Ara r-raġuni mogħtija għal Emenda 2.

Fil-każ taż-żgħażagħ l-aktar żvantaġġjati, il-volontarjat jista' jservi ta' pont għall-inklużjoni. Huma għandhom bżonn, b'mod partikolari, ta' ftit aktar inkoraġġiment sabiex jieħdu sehem f'attivitajiet volontarji barra minn pajjiżhom.

Emenda 11

Artikolu B(14)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

B(14)

jagħtu attenzjoni partikolari u jipprovdu strateġiji mfassla għaż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet sabiex isaħħu l-aċċess tagħhom għal attivitajiet volontarji u speċjalment għal tipi ta' volontarjat trans-Ewropew, u jikkunsidraw it-taħriġ speċifiku u l-ħtiġijiet ta' appoġġ ta' dawn iż-żgħażagħ;

B(14)

jagħtu attenzjoni partikolari u jipprovdu strateġiji mfassla għaż-żgħażagħ l-aktar żvantaġġjati soċjalment u ġeografikament jew li m'għandhomx kwalifikisabiex isaħħu l-aċċess tagħhom għal attivitajiet volontarji u speċjalment għal tipi ta' volontarjat trans-Ewropew, u jikkunsidraw it-taħriġ speċifiku u l-ħtiġijiet ta' appoġġ ta' dawn iż-żgħażagħ;

Emenda 12

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   jinkoraġġixxu u jorganizzaw, mal-Istati Membri, skambju sistematiku ta' informazzjoni u esperjenzi dwar l-interoperabilità ta' skemi nazzjonali tal-volontarjat organizzati mis-soċjetà ċivili jew mill-awtoritajiet pubbliċi;

2.   jinkoraġġixxu u jorganizzaw, mal-Istati Membri, skambju sistematiku ta' informazzjoni u esperjenzi dwar l-interoperabilità ta' skemi nazzjonali tal-volontarjat it-tkabbir tal-kooperazzjoni Ewropea fir-rigward tal-volontarjat organizzati mis-soċjetà ċivili jew mill-awtoritajiet pubbliċi;

Raġuni

Ara r-raġunijiet mogħtija għal Emendi 1 u 2.

Emenda 13

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   jirrapportaw lill-Kunsill erba' snin wara l-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni biex jiddetermina jekk il-miżuri proposti humiex qegħdin jaħdmu b'mod effettiv u biex janalizza l-bżonn għal aktar azzjonijiet.

4.   jirrapportaw lill-Kunsill qabel l-2011 erba' snin wara l-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni biex jiddetermina jekk il-miżuri proposti humiex qegħdin jaħdmu b'mod effettiv u biex janalizza l-bżonn għal aktar azzjonijiet.

Raġuni

Fi ħdan il-Parlament Ewropew, 454 deputat appoġġjaw inizjattiva sabiex l-2011 tiġi ddikjarata s-Sena Ewropea tal-Volontarjat. Il-Kumitat tar-Reġjuni jappoġġja huwa wkoll din is-sejħa peress li din is-sena ser taħbat l-għaxar anniversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Voluntiera. Ikun għalhekk propizju jekk il-Kummissjoni Ewropea toħroġ ir-rapport tagħha dwar dan is-suġġett ftit qabel.

Brussell, is-26 ta' Novembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE