22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 16/201


Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) ***I

P6_TA(2008)0553

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (COM(2006)0244 — C6-0228/2006 — 2006/0084(COD))

(2010/C 16 E/39)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0244),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 280(4) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0228/2006),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri Nru 7/2006 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0394/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2007, p. 1.


P6_TC1-COD(2006)0084

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 280 tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ║,

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

filwaqt li jikkunsidraw dan li ġej:

(1)

Il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem mingħajr aktar dewmien fuq il-konsolidazzjoni tat-testi legali dwar l-investigazzjonijiet amministrattivi tal-Komunità. Din il-konsolidazzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ l-effiċjenza tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (“l-Uffiċċju”) u li tikkjarifika l-qafas legali tal-mandat tiegħu.

(2)

Huwa xieraq li jiġi żgurat li l-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-mandat tiegħu b'indipendenza sħiħa. Għal dan il-għan, xieraq li jitwaqqaf immaniġġjar tar-riżorsi umani aktar adattat għall-ħtiġijiet operattivi tal-Uffiċċju waqt li jfittxu bilanċ aħjar bejn il-persunal temporanju u l-persunal permanenti.

(3)

Filwaqt li għandha titfakkar ir-responsabilità ta' kull servizz tal-Kummissjoni u tal-istituzzjonijiet, l-korpi u l-entitajiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem l-istituzzjonijiet, l-korpi u l-entitajiet) fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji, u filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-aspetti ta' prevenzjoni fid-definizzjoni ta' politika Ewropea f'dan il-qasam, inkluża l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, jaqbel li l-mandat tal-Uffiċċju jiġi estiż għal dawn l-aspetti. Jaqbel li t-tfassil ta' miżuri leġiżlattivi u amministrattivi fil-livell Ewropew ikun ibbażat fuq il-prattika operattiva tal-Uffiċċju f'dan il-qasam.

(4)

Fid-dawl tal-importanza tal-ammont ta' fondi Komunitarji mogħtija lis-settur tal-għajnuna esterna, tan-numru ta' investigazzjonijiet tal-Uffiċċju f'dan is-settur, kif ukoll tal-koperazzjoni internazzjonali għall-finijiet tal-investigazzjonijiet, jaqbel li tiġi stabbilita bażi legali li tippermetti lill-Kummissjoni li tiżgura l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kif ukoll tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, fit-twettiq tal-mandat tal-Uffiċċju.

(5)

Ikun jaqbel li jiġu stabbiliti regoli ċari li, filwaqt li jikkonfermaw kompetenza prijoritarja tal-Uffiċċju ║ biex imexxi investigazzjonijiet interni, billi jintroduċi mekkaniżmi li jippermettu lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenzji biex ikomplu malajr l-investigazzjoni ta' każijiet li l-Uffiċċju jiddeċiedi li ma jintervjenix fihom.

(6)

Huwa meħtieġ li jkun iċċarat li l-ftuħ ta' investigazzjoni mill-Uffiċċju huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' diskrezzjoni li tippermettilu li ma jiftaħx investigazzjoni f'każijiet ta' importanza minuri jew li ma jidħlux fil-prijoritajiet ta' oqsma ta' investigazzjonijiet stabbiliti ta' kull sena mill-Uffiċċju. Każijiet bħal dawn għandhom jiġu ttrattati, f'każ ta' investigazzjoni interna, mill-istituzzjonijiet u, f'każ ta' investigazzjoni esterna, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'konformità mar-regoli applikabbli f'kull stat membru.

(7)

Il-preċiżjoni tal-informazzjoni mogħtija lill-Uffiċċju b'konnessjoni mal-mandat tiegħu għandha tiġi verifikata kemm jista' jkun malajr. Jaqbel għalhekk li jiġi ċċarat li l-istituzzjonijiet, l-korpi u l-entitajiet jagħtu lill-Uffiċċju aċċess immedjat u awtomatiku għall-bażijiet tad-data dwar il-ġestjoni tal-fondi Komunitarji u għal kull bażi tad-data u informazzjoni rilevanti oħra.

(8)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi preċiżi tal-Uffiċċju li jinforma, fi żmien xieraq, lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji b'investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin fil-każ ta' implikazzjoni personali ta' membru, direttur, uffiċjal, aġent jew membru ieħor tal-persunal fil-fatti taħt investigazzjoni jew meta miżuri amministrattivi jistgħu jiġu imposti sabiex jitħarsu l-interessi tal-Unjoni.

(9)

Sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-azzjoni ta' investigazzjoni tal-Uffiċċju u fid-dawl tal-evalwazzjonijiet tal-attivitajiet tal-Uffiċċju magħmula mill-istituzzjonijiet, b'mod partikolari ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' April 2003 tal-Kummissjoni u r-rapport speċjali dwar it-tmexxija tal-Uffiċċju tal-Qorti tal-Awdituri Nru 1/2005 (3), jeħtieġ li jiġu ċċarati ċerti aspetti u li jittejbu ċerti miżuri li l-Uffiċċju jista' jieħu matul it-tmexxija tal-investigazzjonijiet tiegħu. Għalhekk, l-Uffiċċju għandu jkun jista', min-naħa, jipproċedi għall-ispezzjonijiet u kontrolli previsti mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-Kunsill tal-11 ta' Novembru 1996 relatat -mal-ispezzjonijiet u l-kontrolli fuq il-post mwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-KE kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (4) fil-qafas ta' investigazzjonijiet interni u fil-każijiet ta' frodi marbuta ma' kuntratti li jikkonċernaw fondi Komunitarji, u min-naħa l-oħra, ikollu aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji ║ fil-qafas ta' investigazzjonijiet esterni.

(10)

Il-prattika operattiva tal-Uffiċċju tippedendi ħafna mill-koperazzjoni mal-Istati Membri. Ikun utli li l-Istati Membri jidentifikaw, għall-Uffiċċju, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jistgħu joffru lill-aġenti tal-Uffiċċju l-għajnuna meħtieġa għat-twettiq ta' dmirijiethom, b'mod partikolari fil-każ fejn Stat Membru ma jkunx stabbilixxa servizz speċjalizzat bil-għan li, fil-livell nazzjonali, jikkoordina l-ġlieda kontra l-frodi Komunitarja.

(11)

Għall-finijiet li jittejjeb il-qafas operattiv, legali u amministrattiv tal-ġlieda kontra l-frodi, huwa importanti li l-Uffiċċju jkun mgħarraf bil-kontroll tar-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet. Jeħtieġ għalhekk li, għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għall-istituzzjonijiet, l-korpi u l-entitajiet u, f'dak li jikkonċerna l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, jiġi stabbilit permezz tal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni l-obbligu li jressqu regolarment lill-Uffiċċju rapport dwar il-progress imwettaq fir-rigward tas-segwitu li jkun ingħata lit-tressiq tar-rapport finali tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju.

(12)

Meta jitqies l-interess ewlieni li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-Uffiċċju, l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Eurojust, jeħtieġ li tiġi introdotta bażi legali li tippermetti lill-Uffiċċju li jikkonkludi ftehim maż-żewġ aġenziji. Sabiex jiġu żviluppati l-kompetenzi rispettivi tal-Eurojust, tal-Uffiċċju u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, dwar fatti li jistgħu jagħtu lok għal prosekuzzjoni kriminali, l-Uffiċċju għandu jiġi mitlub li jinforma lill-Eurojust f'każijiet fejn ikun hemm suspetti ta' attività illegali li tipperikola l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, ta' forma serja ta' kriminalità u li tinvolvi mill-inqas żewġ Stati Membri.

(13)

Jidher li jeħtieġ, fl-interess tas-sigurtà ġuridika, li f'dan ir-regolament jiġu kodifikati l-garanziji proċedurali fundamentali applikabbli fil-qafas ta' investigazzjonijiet, interni jew esterni, immexxija mill-Uffiċċju; Dan ma jaffettwax protezzjoni aktar fit-tul bħala riżultat, jekk jinqala' l-każ, mir-regoli tat-trattati, tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, il-Karta ▐ dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, ir-Regolamenti tal-persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'l quddiem “L-Istatut”) u kull dispożizzjoni nazzjonali oħra applikabbli .

(14)

Il-garanziji proċedurali u d-drittijiet leġittimi tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu rispettati u applikati mingħajr ma jkun hemm trattament differenti fir-rigward tad-diversi tipoloġiji ta' investigazzjoni tal-Uffiċċju.

(15)

Sabiex tiġi żgurata l-ikbar trasparenza tal-attivitajiet operattivi tal-Uffiċċju, partikolarment il-prinċipji li jirregolaw il-proċedura ta' investigazzjoni, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u l-garanziji proċedurali, id-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, il-politika tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni rigward ċerti aspetti tal-attività operattiva tal-Uffiċċju, il-kontroll tal-legalità tal-atti ta' investigazzjoni u l-mezzi ta' rikors tal-persuni kkonċernati, jaqbel li tiġi prevista bażi legali li tippermetti lill-Uffiċċju li jadottakodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Il-kodiċi għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(16)

Sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-garanziji proċedurali tul l-investigazzjoni, jeħtieġ li fi ħdan l-Uffiċċju tiġi żgurata funzjoni ta' kontroll tal-legalità. Il-kontroll tal-legalità għandu jsir partikolarment qabel il-ftuħ u l-għeluq ta' investigazzjoni, u qabel kull trażmissjoni ta' informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għandu jsir minn esperti legali li jistgħu jeżerċitaw funzjoni ġudizzjarja fi Stat Membru u li jkunu qed jaħdmu għall-Uffiċċju. Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għandu jitlob l-opinjoni ta' dawn l-esperti fil-kuntest tal-bord eżekuttiv fuq investigazzjonijiet u operazzjonijiet (min hawn 'l quddiem “il-bord eżekuttiv” tal-Uffiċċju.

(17)

Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni taħt investigazzjoni, u mingħajr preġudizzju tal-Artikolu 90 a tal-Istatut ║ u tal-kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond it-Trattat tal-KE, il-persuna implikata personalment għandu jkollha d-dritt, fl-istadju finali ta' investigazzjoni, li tirċievi l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali tal-investigazzjoni ▐.

(18)

Fl-interess ta' trasparenza akbar, jeħtieġ li jiġi żgurat grad xieraq ta' informazzjoni fir-rigward tal-informatur, li għandu jkun infurmat bid-deċiżjoni inizjali jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le, kif ukoll, fuq talba diretta tiegħu, bir-riżultat finali tal-azzjoni meħuda abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

(19)

Sabiex ikun hemm informazzjoni oġġettiva tal-kontribwenti Ewropej u sabiex tiġi garantita l-libertà tal-istampa, l-entitajiet kollha tal-Unjoni Ewropea li jipparteċipaw fl-istħarriġ għandhom jirrispettaw il-protezzjoni tas-sorsi ġurnalistiċi, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(20)

Fid-dawl tal-esperjenza meħuda mill-prattika operazzjonali, jidher utli li d-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju jkun permess li jiddelega l-eżerċizzju ta' wħud mill-funzjonijiet tiegħu lill-aġent wieħed jew aktar tal-Uffiċċju, permezz ta' att bil-miktub li jiffissa l-kundizzjonijiet u l-limiti ta' din id-delega.

(21)

Ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati minn investigazzjoni għandu jiġi żgurat f'kull waqt, partikolarment matul il-komunikazzjoni tal-informazzjoni. Jaqbel li jiġu ċċarati l-prinċipji bażiċi tal-politika tal-komunikazzjoni tal-Uffiċċju. Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni rigward l-investigazzjoni tal-Uffiċċju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kemm jekk b'mod bilaterali kif ukoll jekk fil-kuntest tal-proċedura tal-konċiljazzjoni, għandha ssir fir-rispett tal-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni, tad-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u, jekk ikun il-każ, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-proċeduri ġudizzjarji. Jeħtieġ li tiġi introdotta bażi legali li tippermetti lill-Uffiċċju li jikkonkludi ftehim mal-istituzzjonijiet ikkonċernati rigward it-trażmissjoni tal-informazzjoni. Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għandu jara li kull komunikazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku tkun tirrispetta l-prinċipji ta' newtralità u ta' imparzjalità. Il-kodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF għandu jippreċiża l-konsegwenzi ta' tixrid mhux awtorizzat tal-informazzjoni.

(22)

Jidher xieraq li jissaħħaħ l-irwol tal-Kumitat ta' Sorveljanza u li jiġu riveduti l-kriterji u l-proċedura ta' ħatra tal-membri tiegħu. Fil-waqt tal-għażla tagħhom, il-kandidati għandhom ikunu qed jeżerċitaw karigi ġudizzjarji jew ta' investigazzjoni għoljin, jew karigi kumparabbli. Il-mandat tagħhom, li ma jiġġeddidx, għandu kun ta' ħames snin. Il-ħatra ta' xi wħud mill-membri għandha issir għall-perjodi ta' żmien differentisabiex l-għarfien espert fi ħdan il-Kumitat ikun ippreservat .

(23)

Huwa xieraq li jiġu estiżi u msaħħa l-kompiti tal-Kumitat ta' Sorveljanza, li joħorġu mill-mandat tiegħu, u li tiġi żgurata l-indipendenza tal-Uffiċċju fil-funzjoni ta' investigazzjoni tiegħu. Il-Kumitat għandu jissorvelja l-progress rigward il-garanziji proċedurali u d-dewmien tal-investigazzjonijiet. Huwa għandu jkun infurmat dwar l-investigazzjonijiet li jieħdu iktar minn 12-il xahar, jagħti l-opinjoni tiegħu lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju u, jekk ikun il-każ, lill-istituzzjonijiet dwar l-investigazzjonijiet li ma jkunux intemmu wara 18-il xahar. Jaqbel li jiġi ppreċiżat li l-Kumitat ta' Sorveljanza m'għandux jinterferixxi fl-andament tal-investigazzjonijiet li jkunu qed jitwettqu.

(24)

Jeħtieġ li jiġi evalwat il-qafas ġuridiku, istituzzjonali u operattiv tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività oħra ta' ħsara għall-interessi finanzjarjital-Kommunitajiet Ewropej. Sabiex isir dan, jaqbel li l-istituzzjonijiet jintalbu li jaġixxu flimkien u jippromwovu r-riflessjoni dwar l-aspetti ewlenin tal-istrateġija Ewropea ta' kontra l-frodi. Jaqbel li tiġi stabbilita proċedura ta' ħidma konġunta bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-ħidma konġunta għandha tkun tikkonċerna ċerti elementi tal-koperazzjoni, f'dan il-qasam, bejn l-Uffiċċju u l-Istati Membri, l-istituzzjonijijiet tal-Unjoni, kif ukoll dwar ir-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, dwar il-politika tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju u dwar ir-rapporti u l-analiżi tal-Kumitat ta' Sorveljanza. Id-direttur ġenerali tal-Uffiċċju u l-president tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandhom jipparteċipaw fil-ħidma konġunta, li għanda sseħħ mill-inqas darba fis-sena.

(25)

Sabiex il-kumitat ta' sorveljanza jkun jista' jwettaq il-ħidma tiegħu b'mod effiċjenti, bl-indipendenza kollha u bl-aħjar prestazzjoni, jeħtieġ li l-Uffiċċju jiggarantixxi li l-kundizzjonijiet kollha jiġu sodisfatti sabiex is-segretarjat tal-kumitat tas-sorveljanza jkun jista' jwettaq il-kompitu tiegħu effiċjentement b' mod indipendenti u effettiv, taħt il-kontroll esklussiv tal-president tal-kumitat u tal-membri tiegħu.

(26)

Sabiex tissaħħaħ l-awtonomija sħiħa tal-funzjonijiet ta' tmexxija tal-Uffiċċju, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għandu jiġi nnominat għal perjodu ta' ħames snin, liema nomina tista' tiġġedded darba. Fil-waqt tal-għażla tagħhom, il-kandidati għandhom ikunu qed jeżerċitaw, jew kienu eżerċitaw, karigi ġudizzjarji jew karigi eżekuttivi ta' investigazzjoni ta' livell għoli u jkollhom esperjenza professjonali prattika ta' mill-inqas għaxar snin f'kariga ta' mmaniġġjar b'livell għoli ta' responsabilità. Parti sinifikanti ta' din l-esperjenza professjonali għandha tkun fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi nazzjonali u/jew komunitarja. Il-proċedura tan-nomina m'għandhiex tieħu iktar minn disa' xhur. Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għandu jintgħażel bi qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u għandu jkun nominat mill-Kummissjoni .

(27)

Meta wieħed iqis is-sensitività tal-kariga, xieraq li jiġi previst li d-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju jinforma lill-Kummissjoni jekk bi ħsiebu jwettaq attività professjonali ġdida fi żmien sentejn wara t-tmiem tas-servizz tiegħu, b'konformità mal-Artikolu 16 tal-Istatut. Din l-informazzjoni għandha tidher fir-rapport annwali dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-Kummissjoni.

(28)

Sabiex jissaħħaħ ir-rispett tal-garanziji proċedurali, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-possibilità għal kull persuna soġġetta għal investigazzjoni tal-Uffiċċju li tressaq ilment lid-direttur ġenerali tal-Uffiċċju. L-ilmenti għandhom jiġu ttrattati minn konsulent reviżur li jaġixxi bl-awtonomija kollha, maħtur mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju fuq proposta tal-kumitat ta' sorveljanza. Il-kunsillier reviżur għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien 30 jum ta' xogħol u għandu jagħtiha lill-persuna li tkun għamlet l-ilment, lid-direttur ġenerali tal-Uffiċċju u lill-Kumitat ta' Sorveljanza .

(29)

Huwa neċessarju li, wara perjodu ta' erba' snin, tiġi evalwata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' opinjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza. Wara din l-evalwazzjoni, dan ir-regolament għandu jkun jista' jiġi rrivedut. F'kull sitwazzjoni, dan ir-Regolament għandu jiġi rrivedut wara l-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(30)

B'riżultat ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 ║ (5) irid jiġi emendat.

(31)

Bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, il-mezzi ta' azzjoni tal-Uffiċċju fil-qafas tal-investigazzjonijiet esterni huma ċċarati u msaħħa biss sporadikament, fejn dehru nuqqasijiet ġuridiċi fis-sistema eżistenti u fejn huwa biss intervent aktar effikaċi tal-Uffiċċju li jista' jiżgura t-tmexxija ta' investigazzjonijiet esterni affidabbli u li jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Barra minn hekk, l-estensjoni tal-garanziji proċedurali għall-investigazzjonijiet esterni hija neċessarja sabiex jiġi stabbilit qafas ġuridiku uniformi għall-investigazzjonijiet kollha mmexxija mill-Uffiċċju. Ir-Regolament preżenti jirrispetta għalhekk bi sħiħ il-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif iddikjarat fl-imsemmi Artikolu, ir-Regolament preżenti ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(32)

Ir-Regolament preżenti jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji li huma rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 47 u 48 tagħha,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 huwa emendat hekk kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b' li ġej:

1 .    Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li tipperikola l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, maħluq bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, ECSC, Euratom (minn hawn 'l isfel imsejjaħ: ‘l-Uffiċċju’) jeżerċita l-kompetenzi investigattivi mogħtija lill-Kummissjoni permezz tar-regolamentazzjoni Komunitarja fl-Istati Membri, u b'konformità mal-ftehim ta' koperazzjoni u ta' għajnuna reċiproka fis-seħħ, fil-pajjiżi terzi.

Il-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li tagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Komunità, inkluża l-irregolarità, huma ddefiniti fir-regolamentazzjoni Komunitarja u d-dispożizzjonijiet konvenzjonali fis-seħħ f'dan il-qasam.

2.     L-Uffiċċju għandu joffri l-għajnuna tal-Kummissjoni lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta' kollaborazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom bil-għan li l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea jkunu protetti kontra l-frodi. L-Uffiċċju għandu jikkontribwixxi fit-tfassil u l-iżvilupp ta' metodi ta' prevenzjoni u ta' ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni, kif ukoll kontra kull attività illegali oħra li tipperikola l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea .”

2)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 3

Investigazzjonijiet esterni

1.   L-Uffiċċju jeżerċita l-kompetenza, mogħtija lill-Kummissjoni mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li jagħmel -l-ispezzjonijiet u l-kontrolli fuq il-post fl-Istati Membri u, konformi mal-ftehim li hemm fis-seħħ, fil-pajjiżi terzi u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Fil-qafas tal-funzjoni investigattiva tiegħu, l-Uffiċċju jagħmel spezzjonijiet u kontrolli kif previsti fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u mir-regolamenti settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2)tal-istess Regolament, fl-Istati Membri u, konformi mal-ftehim ta' kooperazzjoni li hemm fis-seħħ, fil-pajjiżi terzi u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali .

2.   Sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' frodi, ta' att ta' korruzzjoni jew ta' kwalunkwe attività illegali oħra msemmija fl-Artikolu 1, marbuta ma' konvenzjoni jew deċiżjoni ta' sussidju jew ma' kuntratt dwar finanzjament Komunitarju, l-Uffiċċju jista' jipproċedi, skond il-modalitajiet previsti mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, għal spezzjonijiet fuq il-post għand operaturi ekonomiċi affettwati direttament jew indirettament , b'tali finanzjament.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw il-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li l-Uffiċċju jeżerċita l-funzjoni investigattiva tiegħu msemmija f'dan l-Artikolu. Huma għandhom joffru l-appoġġ tagħhom lill-Uffiċċju fil-kuntest tal-kontrolli u tal-verifiki fuq il-post, li jitwettqu skont il-modalitajiet previsti mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, għand operaturi ekonomikament ikkonċernati, direttament jew indirettament, minn finanzjament Komunitarju.

3.   Matul investigazzjoni esterna, u sakemm dan huwa ▐ meħtieġ biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' frodi, ta' att ta' korruzzjoni jew ta' attività illegali oħra msemmija fl-Artikolu 1, l-Uffiċċju jista' jkollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti miżmuma mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, b'relazzjoni mal-fatti taħt investigazzjoni. L-Artikolu 4 (2) u (4)għalhekk japplikaw.

4.   Meta l-Uffiċċju, qabel il-ftuħ ta' investigazzjoni, għandu elementi ta' informazzjoni li joħolqu suspett tal-eżistenza ta' frodi, ta' att ta' korruzzjoni jew ta' kull attività illegali oħra msemmija fl-Artikolu 1, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu jinforma b'dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u, mingħajr preġudizzju għar-regolamenti settorjali, dawn jagħmlu segwitu xieraq u, jekk il-każ hekk jitlob, jistgħu jipproċedu għal investigazzjonijiet f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, u li għalihom jistgħu jipparteċipaw l-aġenti tal-Uffiċċju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jinformaw lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju dwar il-miżuri meħuda u r -riżultati miksuba wara li ngħatat din l-informazzjoni.

5.     Meta l-Uffiċċju jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Eurojust li huwa għadda informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, bir-raġunijiet għaliex hemm suspett tal-eżistenza ta' frodi, att ta' korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra msemmija fl-Artikolu 1, f'forma ta' reat serju li jinvolvi żewġ Stati Membri jew aktar. Il-Eurojust għandu jiġi infurmat ukoll mill-Uffiċċju malli investigazzjoni tal-Uffiċċju tiġi fil-kompetenza tiegħu, b'konformità mal-proċeduri stipulati fil-ftehim ta' koperazzjoni u ta' għajnuna reċiproka konklużi bejniethom .”

3)

Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

Koperazzjoni tal-Uffiċċju mal-Eurojust, l-Europol u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra

B'konformità mal-kompetenzi u r-responsabilitajiet mogħtija lilu skont dan ir-Regolament, l-Uffiċċju jista' jikkonkludi ftehim ta' koperazzjoni u ta' għajnuna reċiproka mal-Eurojust u l-Europol. Dan il-ftehim għandu l-għan li jiċċara l-kompetenzi rispettivi ta' dawn l-korpi kif ukoll li jiddefinixxi l-koperazzjoni tagħhom fil-qafas tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

L-Uffiċċju jista' wkoll jikkonkludi ftehim ta' koperazzjoni u ta' għajnuna reċiproka ma' organizzazzjonijiet internazzjonali ..”

4)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1(2) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Dawn l-investigazzjonijiet interni għandhom jitwettqu fir-rispett tar-regoli tat-trattati, partikolarment tal-protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, kif ukoll tal-istatut, skond il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet previsti minn dan ir-Regolament u minn deċiżjonijiet adottati minn kull istituzzjoni, korp u entità, mingħajr ma jsir trattament preferenzjali, fuq il-livell tal-garanziji proċedurali u tad-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati, meta mqabbla mal-investigazzjonijiet esterni.”

b)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Skond il-modalitajiet previsti mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju jista' jagħmel spezzjonijiet fuq il-post għand operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament sabiex ikollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti b'relazzjoni mal-fatti taħt investigazzjoni interna.”

c)

Il-paragrafu 5 għandu jitħassar.

5)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 5

Ftuħ ta' investigazzjonijiet

1.   L-Uffiċċju jista' jiftaħ investigazzjoni meta jkun hemm suspetti serji bizzejjed li ġew mwettqa atti ta' frodi jew ta' korruzzjoni jew atti illegali oħrajn imsemmija fl-Artikolu 1. Id-deċiżjoni jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le għandha tikkunsidra l-prijoritajiet tal-politika ta' investigazzjoni u tal-programm tal-attivitajiet tal-Uffiċċju fil-qasam tal-investigazzjonijiet, stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 11 a u mal-Artikolu 12(6). Informazzjoni anonima tista ' wkoll tiġi meqjusa jekk ikun hemm bażi soda biżżejjed ta' suspett .

2.     Il-ftuħ ta' investigazzjonijiet jiddependi fuq deċiżjoni tad-direttur ġenerali tal-Uffiċċju, li għandha tittieħed wara li jkun ikkonsulta mal-Kumitat Eżekuttiv tal-Uffiċċju, u skont id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kontroll tal-legalità previsti fl-Artikolu 14 ▐.

3.   Il-ftuħ ta' investigazzjonijiet esterni joħroġ minn deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara talba ta' Stat Membru interessat jew ta' istituzzjonit tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Unjoni Ewropea .

Il-ftuħ ta' investigazzjonijiet interni joħroġ minn deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess, jew wara talba jew ta' istituzzjoni tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Unjoni Ewropea , uffiċċju jew aġenzija li fih/a trid issir l-investigazzjoni.

Meta l-Uffiċċju jmexxi investigazzjoni interna skond ir-Regolament preżenti, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji ma jistgħux jiftħu investigazzjoni amministrattiva parallela fuq l-istess fatti.

4.   Meta istituzzjoni, korp, uffiċċju jewaġenzijagħandha l-intenzjoni li tiftaħ investigazzjoni bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħha, din għandha tistaqsi lill-Uffiċċju jekk il-fatti inkwistjoni humiex diġà taħt investigazzjoni interna. L-Uffiċċju jindika fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol wara li ssir din it-talba jekk hemmx diġà investigazzjoni miftuħa jew jekk l-Uffiċċju m'huwiex beħsiebu jiftaħ investigazzjoni, fit-twettiq tal-paragrafu 5. Nuqqas ta' risposta tfisser deċiżjoni minn naħa tal-Uffiċċju li ma tinfetaħx investigazzjoni interna.

5.   Id-deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le hija meħuda fi żmien xahrejn minn meta l-Uffiċċju jirċievi talba skond il-paragrafi 3 jew 4. Din hija kkomunikata mingħajr dewmien lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenżija jew lill-Istat Membru li għamel it-talba. I Id-deċiżjoni li ma tinfetaħx investigazzjoni ghandha tinkludi r-raġunijiet.

Meta uffiċċjal jew aġent ta' istituzzjoni, ta' korp, uffiċċju jew ta' aġenzija, li jaġixxi f'konformità mal-Artikolu 22a tal-Istatut jew mad-disposizzjonijiet korrispondenti tal-iskema applikabbli għall-aġenti l-oħra, jipprovdi lill-Uffiċċju b'informazzjoni relatata ma' suspett ta' frodi jew ta' irregolarità, l-Uffiċċju jinformah bid-deċiżjoni jekk investigazzjoni tinfetaħx jew le fuq il-fatti inkwistjoni.

Qabel il-ftuħ u tul l-investigazzjoni, l-istituzzjonijiet, l-korpi u l-entitajiet għandhom jagħtu lill-Uffiċċju aċċess immedjat u awtomatiku għall-bażijiet tad-data dwar il-ġestjoni tal-fondi Komunitarji u għal kull bażi tad-data u kull informazzjoni rilevanti oħra, billi jippermettu lill-Uffiċċju li jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni trażmessa.

6.   Jekk l-Uffiċċju jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni interna abbazi tad-diskrezzjoni tagħha rigward x'ikun meħtieġ fil-każ partikolari jew fuq il-bażi tal-prijoritajiet tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjonijiet, huwa għandu jittrażmetti mingħajr dewmien l-elementi disponibbli, lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernata sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa, f'konformità mar-regoli applikabbli. Jekk jinqala' l-każ, l-Uffiċċju għandu jiftiehem mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jewaġenzija dwar il-miżuri adattati biex titħares is-segretezza tas-sors tal-elementi ta' informazzjoni u jitlob, jekk ikun hemm bżonn, li jkun infurmat bl-azzjonijiet meħuda.

Jekk l-Uffiċċju jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni esterna abbażi tad-diskrezzjoni tagħha rigward x'ikun meħtieġ fil-każ partikolari jew tal-prijoritajiet tal-investigazzjoni tagħha, l-Artikolu 3(4) għandu japplika.”

6)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit bit-test li ġej:

1 .    Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu jidderieġi l-mod kif jitmexxew l-investigazzjonijiet. Huwa jista' jawtorizza, permezz ta' att bil-miktub, direttur operazzjonali tal-Uffiċċju biex jidderieġi l-eżekuzzjoni tal-investigazzjonijiet. L-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew taħt l-awtorità u r-responsabilità tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju minn aġenti maħtura tal-Uffiċċju .”

b)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

3 .    L-aġenti tal-Uffiċċju maħtura biex iwettqu investigazzjoni għal kull intervent, għandhom ikunu pprovduti b'mandat bil-miktub maħruġ mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju, fejn juri l-oġġett u l-għan tal-investigazzjoni, il-bażijiet ġuridiċi għat-twettiq ta' dawn l-investigazzjonijiet u s-setgħat ta' investigazzjoni li jirriżultaw minn minnhom .”

c)

Ghandu jiddaħħal Il-paragrafu li ġej:

3 bis .    Meta l-aġenti tal-Uffiċċju maħtura biex iwettqu kontroll jew spezzjoni fuq il-post skont il-modalitajiet previsti mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, isibu li operatur ekonomiku joġġezzjona, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li tkun ġiet identifikata mill-Uffiċċju minn qabel bħala l-punt ta' kuntatt, għandha tkun mgħarrfa b'dan immedjatament. Fuq talba tal-Uffiċċju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħti lill-aġenti tal-Uffiċju l-għajnuna meħtieġa biex iwettqu l-missjoni tagħhom, kif inhu speċifikat fil-mandat imsemmi fil-paragrafu 3. L-Istat Membru għandu jara li l-aġenti tal-Uffiċċju jkun jista' jkollhom aċċess, taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-awtoritajiet kompetenti u skont il-liġi nazzjonali, għat-tagħrif kollu u għad-dokumentazzjoni kollha li għandhom x'jaqsmu mal-imġiba msemmija fl-Artikolu 1, li jidhru meħtieġa biex il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jimxu tajjeb .”

d)

Il-paragrafu huwa sostitwit bit-test li ġej:

4 .    Matul l-ispezzjonijiet fuq il-post, il-kontrolli u l-investigazzjonijiet, l-Aġenti tal-Uffiċċju għandhom jadottaw imġiba li tkun konformi mar-regoli u l-prattiki għall-investigaturi tal-Istat Membru kkonċernat, bir-Regolamenti tal-persunal u bid-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1). L-aġenti tal-Uffiċċju għandhom jaġixxu skont il-prinċipju tal-imparzjalità. Huma għandhom jinformaw immedjatament lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju jekk, fl-ambitu tal-attività investigattiva tagħhom, ikunu jistgħu jsibu ruħhom f'qagħda ta' kunflitt ta' interessi. Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għandu jiddeċiedi jekk jeżistix kunflitt ta' interessi. Jekk dan ikun il-każ, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għandu jagħti istruzzjonijiet biex jiġi sostitwit l-impjegat ikkonċernat .”

e)

Il-paragrafu 5 huwa sostitwit bit-test li ġej:

5 .    L-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew kontinwament matul perjodu li għandu jkun proporzjonat għaċ-ċirkostanzi u l-komplessità tal-każ. L-aġenti tal-Uffiċċju għandhom jaraw li jmexxu l-investigazzjoni skont il-modalitajiet li jippermettu s-salvagwardja u l-preservazzjoni tal-elementi ta' prova. Jekk ikun meħtieġ, meta jkun hemm riskju li l-elementi ta' prova jisparixxu, huma jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jieħu l-miżuri ta' konservazzjoni jew ta' eżekuzzjoni kollha li jkunu meħtieġa .”

f)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu ║ li ġej:

“Minn meta l-investigazzjonijiet juru l-possibbiltà ta' implikazzjoni ta' membru, direttur, uffiċċjal, aġent jew kull persuna oħra fis-servizz ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew jew aġenzija jew juru li jkun opportun li jittieħdu miżuri kawtelatorji jew amministrattivi sabiex jitħarsu l-interessi tal-Unjoni, l-Uffiċċju għandu jinforma lill -istituzzjoni, l-korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernata mill-aktar fis bl-investigazzjoni li tkun għaddejja. L-informazzjoni trażmessa tinkludi l-elementi li ġejjin:

a)

l-identità tal-persuna jew tal-persuni li huma taħt investigazzjoni kif ukoll rendikont qasir tal-fatti inkwistjoni;

b)

kull informazzjoni li tista' tgħin lill-istituzzjoni, -korp, uffiċċju jew aġenzija biex jiġi deċiż dwar jekk għandhomx jittieħdu miżuri kawtelatorji jew amministrattivi sabiex jitħarsu l-interessi tal-Unjoni u jekk ikun opportun, indikazzjonijiet dwar l-iskadenza sa meta għandhom jittieħdu miżuri kawtelatorji jew amministrattivi ;

c)

jekk jinqala' l-każ, il-miżuri partikolari ta' kunfidenzjalità li jkunu rakkomandati.

Dan it-tagħrif lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernata jista' jkun pospost fil-każijiet li jitolbu li tinżamm segretezza assoluta għall-finijiet tal-investigazzjoni jew li jkunu jesiġu r-rikors għal proċeduri ta' investigazzjoni li jkunu jaqgħu fil-kompetenza ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali, f' konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għall-investigazzjonijiet. Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, b' konformità mad-dispożizzjonijiet rigward il-kontroll tal-legalità stiplati fl -Artikolu 14.

L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew -aġenzija tiddeċiedi, jekk jinqala' l-każ, jekk huwiex opportun li tieħu miżuri eventwali kawtelatorji jew amministrattivi, filwaqt li tqies il-bżonn li tiżgura l-effikaċja tal-progress tal-investigazzjoni kif ukoll tal-miżuri partikolari ta' kunfidenzjalità rakkomandati mill-Uffiċċju. L-istituzzjoni, il-korp jew l-aġenzija għandhom jinformaw lill-Uffiċċju malajr kemm jista' jkun dwar id-deċiżjoni li jittieħdu kwalunkwe miżuri skont dan l-Artikolu u, fejn huwa xieraq, dwar il-ħtieġa li tinbeda proċedura dixxiplinarja addizzjonali dwar kwistjonijiet li għalihom l-istituzzjoni, il-korp jew l-aġenzija huma kompetenti kif xieraq skontl-Istatut. Tista' tinbeda proċedura dixxiplinarja addizzjonali wara li jiġi kkonsultat l-Uffiċċju .”

g)

Mal-paragrafu 6, jiġi miżjud is-subparagrafu ▐ li ġej:

“L-aġenti tal-Uffiċċju jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fit-twettiq tal-missjoni tagħhom, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' koperazzjoni u ta' għajnuna reċiproka konklużi ma' dawn il-pajjiżi. Huma jistgħu jitolbu wkoll l-għajnuna tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq tal-missjoni tagħhom, f' konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim konklużi ma' dawn l-organizzazzjonijiet.”

h)

Il-paragrafu ║ li ġej huwa miżjud:

“Meta jidher li investigazzjoni ma tistax tingħalaq fi żmien tnax-il xahar mill-ftuħ tagħha, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju jista' jiddeċiedi li jtawwal dan iż-żmien sa sitt xhur supplementari. Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu jaċċerta ruħu dwar il-ħtieġa li tittawwal l-investigazzjoni . Qabel ma jieħu din id-deċiżjoni, ▐ id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għandu jgħarraf lill -Kumitat ta' Sorveljanza dwar ir-raġunijiet li għalihom tkun għada ma tistax tingħalaq l-investigazzjoni u dwar l-iskadenza prevedibbli meħtieġa biex tingħalaq .

Jekk l-investigazzjoni ma tkunx magħluqa fi żmien 18-il xahar minn meta tkun infetħet, il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jkun mgħarraf mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju dwar ir-raġunijiet li ma jkunux ħallewh jagħlaq l-investigazzjoni, u għandu jagħti opinjoni dwar it-titwil tal-investigazzjoni u, jekk ikun il-każ, it-tmexxija ulterjuri tal-investigazzjoni.

Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jgħaddi kopja tal-opinjoni tiegħu lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati. Din il-komunikazzjoni tista' tkun posposta fil-każijiet li jitolbu li tinżamm segretezza assoluta għall-finijiet tal-investigazzjoni, jew bi qbil mal-liġi nazzjonali applikabbli għall-investigazzjonijiet.

Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu jippreżenta lill-Awtorità Baġitarja rapport annwali dwar ir-raġunijiet li ma jkunux ħallewh jagħlaq l-investigazzjonijiet fit-30 xahar wara l-ftuħ tagħhom. Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jressaq lill-Awtorità Baġitarja opinjoni dwar dawn ir-raġunijiet .”

7)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b' li ġej:

1 .    L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jgħaddu lill-Uffiċċju mingħajr dewmien kull informazzjoni li għandha x'taqsam ma' każijiet possibbli ta' frodi jew korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li tagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej.

2.     L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sa fejn il-liġi nazzjonali tippermetti, l-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jibagħtu kull dokument jew informazzjoni li jkollhom li għandhom x'jaqsmu ma' investigazzjoni li tkun għaddejja .”

8)

L-Artikoli ║ li ġejjin huma miżjuda:

“Artikolu 7 a

Garanziji proċedurali

1.   L-Uffiċċju jinvestiga kemm favur kif ukoll kontra l-persuna kkonċernata. L-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew b'mod oġġettiv u imparzjali, bi qbil mal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza u mal-garanziji proċedurali, spjegati fid-dettall fil-Kodiċi ta' Proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF imsemmija fl-Artikolu 15a .

2.   Meta investigazzjoni turi l-possibbiltà li membru, direttur, uffiċċjal, aġent jew persuna fis-servizz ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, jew operatur ekonomiku huwa implikat f'każ, dan huwa infurmat sakemm din l-informazzjoni ma tippreġudikax il-progress tal-investigazzjoni.

F'kull każ, qabel ma jiġi mfassal ir-rapport finali ta' investigazzjoni , fl-għeluq ta' investigazzjoni ma jistgħux jintlaħqu konklużjonijiet li jirreferu bl-isem għal persuna fiżika jew ġuridika jekk din il-persuna hekk implikata personalment ma kenitx f'pożizzjoni li tippreżenta l-kummenti tagħha bil-miktub jew waqt diskussjoni mal-aġenti maħtura tal-Uffiċċju dwar il-fatti li jikkonċernawha. Rendikont qasir ta' dawn il-fatti għandu jiġi mogħti ▐ fl-istedina lill-persuna kkonċernata, u din għandha tressaq il-kummenti tagħha fiż-żmien stipulat mill-Uffiċċju. Waqt li tkun qed issir diskussjoni . Hija tista' tkun megħjuna minn persuna tal-għażla tagħha. Kull persuna implikata personalment għandha d-dritt li tesprimi ruħha f'lingwa uffiċjali tal-Komunità tal-għażla tagħha; madankollu, l-uffiċjali jew l-aġenti tal-Komunitajiet jistgħu jkunu mistiedna jesprimu ruħhom f'lingwa uffiċċjali tal-Komunità li huma jafu jitkellmu sew. Persuna implikata personalment għandha d-dritt li ma tinkriminax ruħha.

Fil-każijiet fejn tinħtieġ iż-żamma ta' segretezza assoluta għall-finijiet tal-investigazzjoni jew fejn ikun hemm bżonn ta' proċeduri investigattivi li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali ▐ d-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju jista' jiddeċiedi li jiddiferixxi l-eżekuzzjoni tal-obbligu li jistieden lill-persuna implikata personalment biex tippreżenta l-kummenti tagħha, b'konformità mad-dispożizzjonijiet rigward il-kontroll tal-legalità stipulati fl-Artikolu 14 . Fil-każ ta' investigazzjoni interna, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju jieħu din id-deċiżjoni wara li jkun informa lill -istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li l-persuna kkonċernata tappartjeni għaliha.

L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tiddeċiedi, jekk jinqala' l-każ, jekk huwiex opportun li tieħu miżuri eventwali kawtelatorji jew amministrattivi, filwaqt li tqis il-bżonn li tiżgura l-effikaċja tal-progress tal-investigazzjoni kif ukoll tal-miżuri partikolari ta' kunfidenzjalità rakkomandati mill-Uffiċċju L-istituzzjoni, il-korp jew l-aġenzija għandhom jinformaw lill-Uffiċċju malajr kemm jista' jkun dwar id-deċiżjoni li jittieħdu miżuri skont dan l-Artikolu u, fejn huwa xieraq, dwar il-ħtieġa li tinbeda proċedura dixxiplinari addizzjonali dwar kwistjonijiet li għalihom l-istituzzjoni, il-korp jew l-aġenzija huma kompetenti skont l-Istatut. Tista' tinbeda proċedura dixxiplinarja addizzjonali wara li jiġi kkonsultat l-Uffiċċju.

3.   L-istedina għal kull interrogazzjoni, kemm jekk flimkien ma' xhud jew ma' persuna implikata personalment fis-sens tal-paragrafu 2, trid tintbagħat mill-inqas għaxar ġranet tax-xogħol qabel; dan iż-żmien jista' jitqassar bi l-kunsens preċiż tal -persuna li se tkun interrogata. L-istedina tinkludi b'mod partikolari il-lista tad-drittijiet tal-persuna interrogata. L-Uffiċċju jagħmel rendikont ta' kull interrogazzjoni u jippermetti lill-persuna interrogata biex ikollha aċċess għalih sabiex hija tkun tista' tapprova r-rendikont kif ukoll tagħmel xi osservazzjonijiet.

Jekk matul l-interrogazzjoni jkun hemm elementi li juru biċ-ċar li l-persuna interrogata tista' tkun implikata fil-fatti taħt investigazzjoni, ir-regoli proċedurali previsti fil-paragrafu 2 huma immedjatament applikabbli.

4.   Il-garanziji proċedurali previsti fl-Artikolu preżenti japplikaw mingħajr preġudizzju:

a)

għal ħarsien aktar estensiv li huwa riżultat, jekk jinqala' l-każ, tar-regoli tat-Trattati, tal-Karta tad-Drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew ta' dispożizzjonijiet nazzjonali jew Kommunitarji rilevanti oħra, li jinkludu l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej ;

b)

għad-drittijiet u l-obbligi mogħtija mill-Istatut lill-Membri tal-Parlament Ewropew jew mill-Istatut .

Artikolu 7b

Informazzjoni dwar għeluq ta' investigazzjoni mingħajr azzjoni sussegwenti

Jekk, wara investigazzjoni, l-ebda akkuża ma tista' ssir kontra membru, direttur, uffiċċjal, aġent jew persuna oħra fis-servizz ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jew kontra operatur ekonomiku, l-investigazzjoni li tikkonċernah tingħalaq mingħajr azzjoni sussegwenti fuq deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju, li jinforma b'dan bil-miktub lill-interessat, sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni , kif ukoll, jekk ikun il-każ, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tiegħu.

Artikolu 7c

Protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti

Sabiex ikun hemm informazzjoni oġġettiva tal-kontribwenti Ewropej u sabiex tiġi garantita l-libertà tal-istampa, l-entitajiet kollha tal-Unjoni Ewropea li jipparteċipaw fl-istħarriġ għandhom jirrispettaw il-protezzjoni tas-sorsi ġurnalistiċi, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali .”

9)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti bit-test li ġej:

“3.   L-Uffiċċju jirrispetta d-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali relatati mal-ħarsien ta' data ta' natura personali, u b'mod partikolari dawk speċifikati mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

4.   Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju jieħu ħsieb l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu preżenti kif ukoll tal-Artikolu 287 tat-Trattat.

10)

L-Artikolu ║ li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 8a

Komunikazzjoni tar-rapport finali wara l-għeluq tal-investigazzjoni

Qabel ma' jittrażmetti r-rapport finali ta' investigazzjoni lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji kkonċernati jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, l-Uffiċċju għandu jikkomunika l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali lill-persuna implikata personalment fil-fatti taħt investigazzjoni interna jew esterna.

Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju jista' jiddeċiedi li ma jipproċedix bil-komunikazzjoni skond l-ewwel subparagrafu biss fil-każijiet li jeħtieġu ż-żamma ta' segretezza assoluta jew l-użu ta' mezzi ta' investigazzjoni li joħorġu mill-kompetenza ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għall-investigazzjonijiet . Fil-każ ta' investigazzjoni interna, huwa jieħu din il-miżura wara li jkun għarraf biha, kif inhu sewwa u dovut, l -istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li l-persuna kkonċernata tappartjeni għaliha.

Meta l-persuna implikata personalment taħseb li l-garanziji proċedurali previsti fl-Artikolu 6 (5), u fl-Artikolu 7 a tar-Regolament preżenti kienu misinterpretati b'mod li setgħu jinfluwenzaw il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni, hija tista', fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tal-konklużjonijiet tar-rapport finali, tippreżenta talba għal opinjoni mingħand il-Kumitat ta' Sorveljanza, f' konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14a .”

11)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Ma' l-għeluq ta' investigazzjoni magħmula mill-Uffiċċju, dan jistabbilixxi taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju tiegħu rapport li jinkludi ▐ rendikont tal-progress tal-proċedura, il-miżuri ta' investigazzjoni implimentati , il-bażi ġuridika, il-fatti stabbiliti u d-disposizzjonijiet applikabbli, jekk ikun hemm bżonn, id-dannu finanzjarju kif ukoll il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu. Dan ir-rapport għandu jsemmi t-telf finanzjarju stmat u l-ammonti totali li jridu jinġabru. Il-kodiċi proċedurali tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, imsemmi fl-Artikolu 15a, jagħti fid-dettall l-elementi l-oħra kollha li għandhom jiddaħħlu fir-rapport għall-finijiet ta' ġbir ta' flus, li r-responsabilità tiegħu tkun taqa' fuq l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-infiq kompetenti .”

b)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“3.   Ir-rapport maħruġ wara investigazzjoni esterna u kull dokument utli relatat miegħu għandu jiġi trażmess lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati f'konformità mar-regolamenti relatati mal-investigazzjonijiet esterni, kif ukoll mal-Kummissjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, sakemm il-liġi nazzjonali tippermetti, għandhom jinfurmaw lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju bl-azzjonijiet meħuda abbażi tar-rapporti tal-investigazzjoni li ġew trażmessi lilhom. Għal dan il-għan, huma għandhom jgħaddu lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju, kull sitt xhur, jew, jekk ikun il-każ, sal-iskadenza ffissata mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju, rapport dwar il-progress li jkun sar .

L-Uffiċċju għandu jgħaddi lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, skont il-ftehim ta' koperazzjoni u ta' għajnuna reċiproka konklużi mal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport imfassal wara li tkun saret investigazzjoni esterna u kull dokument utli relatat miegħu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, identifikati fil-ftehim ta' koperazzjoni u ta' għajnuna reċiproka bħala punt ta' kuntatt tal-Uffiċċju, għandhom jgħarrfu lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju, sakemm tkun tippermetti l-liġi nazzjonali, dwar l-azzjonijiet meħuda dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni, bl-istess mod, għandha tiżgura li l-organizzazzjonijiet internazzjonali jgħarrfu lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju dwar l-azzjonijiet meħuda dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali tal-investigazzjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom jgħaddu lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju, kull sitt xhur, jew, jekk ikun il-każ, sal-iskadenzi ffissati mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju, rapport dwar il-progress li jkun sar .”

c)

Il-paragrafuli ġej huwa miżjud:

“Meta r-rapport maħruġ wara investigazzjoni interna juri tagħrif dwar fatti li jistgħu iwasslu għal azzjonijiet penali, ir-rapport finali huwa trażmess lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat., u, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward il-proċeduri ġudizzjarji, lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernat skond il-paragrafu 4. ▐”

d)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit bit-test li ġej:

4 .    Ir-rapport imfassal wara investigazzjoni interna u d-dokumenti utli relatati kollha għandhom jintbagħtu lill-istituzzjoni, lill-korp jew lill-organiżmu kkonċernati. L-istituzzjoni, korp jew organiżmu għandhom jieħdu dawk l-azzjonijiet, partikolarment dawk dixxiplinarji jew legali, fuq il-bażi tal-investigazzjonijiet interni, skont ir-riżultati ta' dawk l-investigazzjonijiet, u għandhom jgħarrfu bihom lid-Direttur tal-Uffiċċju. Għal dan il-għan, kull sitt xhur jew, skond il-każ, fiż-żmien stipulat mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju, huma għandhom jibagħtu rapport dwar il-progress li jkun sar lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju .”

e)

Il-paragrafu ║ li ġej huwa miżjud:

“Informatur li jkun ittrażmetta lill-Uffiċċju xi informazzjoni rigward xi suspetti ta' frodi jew ta' irregolarità jista, jekk jitlob dan, jingħata informazzjoni mill-Uffiċċju li investigazzjoni tkun ingħalqet u, jekk ikun il-każ, jekk ikunx intbagħat rapport finali lill-awtoritajiet kompetenti. L-Uffiċċju jista madanakollu jiċħad it-talba, f'każ li jqis li talba bħal din tkun tippreġudika d-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati, l-effikaċja tal-inkjesta u s-segwiti tagħha, jew l-obbligu tal-kunfidenzjalità.”

12)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 10

Skambju ta' informazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament preżenti u tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju f'kull ħin jista' jittrażmetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati informazzjoni miksuba matul investigazzjonijiet esterni.

Id-deċiżjoni tat-tranżmissjoni għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju, wara konsultazzjoni mal-bord eżekuttiv tal-Uffiċċju f'konformità mal-kontroll tal-legalità stipulat fl-Artikolu 14(2).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8 u 9, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju matul investigazzjonijiet interni jittrażmetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat l-informazzjoni miksuba mill-Uffiċċju dwar fatti li jimplikaw l-użu ta' proċeduri ta' investigazzjoni marbuta mal-kompetenza ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali jew li jkunu jinħtieġu, minħabba l-gravità tagħhom, segwitu penali urġenti. F'dan il-każ, huwa jinforma bil-quddiem lill-istituzzjoni, -korp, uffiċċju jew — aġenzija kkonċernata. L-informazzjoni trażmessa tinkludi b'mod partikolari l-identità tal-persuna implikata mill-investigazzjoni, ir-rendikont tal-fatti ddikjarati, deskrizzjoni preliminari tad-disposizzjonijiet applikabbli u d-dannu finanzjarja eventwali.

Id-deċiżjoni tat-trażmissjoni għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju, wara konsultazzjoni mal-bord eżekuttiv tal-Uffiċċju f'konformità mal-kontroll tal-legalità stipulat fl-Artikolu 14(2).

Qabel it-trażmissjoni ta' informazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu, u sakemm ma jagħmilx ħsara lill-proċress tal-investigazzjoni , l-Uffiċċju jagħti l-opportunità lill-persuna implikata mill-investigazzjoni biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-fatti li jikkonċernawha, taħt il-kundizzjonijiet u skond il-modalitajiet previsti mill-Artikolu 7a(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi.

3.   L-awtoritajiet kompetenti, u b'mod partikolari l-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm il-liġi nazzjonali tippermetti, għandhom jinformaw kemm jista' jkun malajr lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju bl-azzjonijiet meħuda abbażi tal-informazzjoni li ġiet trażmessa lilhom skond l-Artikolu preżenti.

4.     L-iskambju ta' tagħrif u l-koperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-Awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif ukoll l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda jew imwettqa fuq il-bażi tat-tagħrif li jkun waslilhom għandhom ikunu s-suġġett ta' analiżi regolari fil-qafas tal-proċedura ta' konċiljazzjoni stabbilita mill-Artikolu 11a ..”

13)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 10a

Skambju ta' informazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet interessati

1.     Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu jirrapporta b'mod regoli, għall-inqas darba fis-sena, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, r-riżultati tal-investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju, rigward il-kunfidenzjalità ta' dawn l-investigazzjonijiet, id-drittijiet legali tal-persuni kkonċernati u fejn ikun il-każ, rigward id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-proċeduri ġudizzjarji.

Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju jaġixxi f'konformità mal-prinċipju tal-awtonomija li hija karatteristika tal-irwol tiegħu.

2.     Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jiggarantixxu r-rispett tal-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet magħmulin mill-Uffiċċju, tad-drittijiet legali tal-persuni kkonċernati u, f'każ li jkun hemm proċeduri legali, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kollha applikabbli għal dawn il-proċeduri.

3.     L-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet konċernati jistgħu jistabbilixxu ftehim dwar it-trażmissjoni tal-informazzjoni kollha meħtieġa biex titwettaq il-missjoni tal-Uffiċċju, f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 10b

Informazzjoni għall-pubbliku

Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu jiżgura li l-informazzjoni tal-pubbliku ssir b'mod newtrali, imparzjali u li jirrispetta l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 10a.

Il-kodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, adottat skont l-Artikolu 15a, jagħti fid-dettall ir-regoli għall-prevenzjoni tat-tixrid mhux awtorizzat ta' informazzjoni dwar l-attività operattiva tal-Uffiċċju, u s-sanzjonijiet dixxiplinarji li għandhom jiġu applikati f'każ ta' tixrid mhux awtorizzat ta' informazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 8(3) .”

14)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Il-Kumitat ta' Sorveljanza, bil-kontroll regolari li huwa jeżerċita fuq l-eżekuzzjoni tal-funzjoni ta' investigazzjoni, għandu jiżgura li l-Uffiċċju jwettaq b'awtonomija sħiħa il-kompit mogħtija lilu permezz ta' dan ir-Regolament. Il-Kumitat ta' Sorveljanza :

a)

jiżgura r-rispett tar-regoli relatati mat-trażmissjoni ta' informazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, l-korpi jew l-organiżmi;

b)

isegwi l-iżviluppi dwar l-applikazzjoni ta' garanziji proċedurali u d-dewmien ta' investigazzjonijiet, fid-dawl ta' statistiċi perjodiċi tal-informazzjoni u tar-rapporti ta' investigazzjoni mgħoddija lilu mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju kif ukoll wara kunsiderazzjoni tal-opinjonijiet ▐ imfassla ▐ mill-konsulent reviżur ▐;

c)

jgħin lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju, filwaqt li jiżgura li l-Uffiċju jkollu r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-funzjoni investigattiva tiegħu;

d)

jagħti opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar:

l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet tal-investigazzjoni;

id-dewmien tal-investigazzjonijiet u s-segwitu tagħhom;

il-kodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF;

e)

jagħti opinjonijiet dwar l-intervent tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem il-qrati nazzjonali;

f)

jgħin lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju fil-proċedura ta' konċiljazzjoni;

g)

jista' jressaq lill-Kummissjoni jew lil kwalunkwe istituzzjoni oħra quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta jidhirlu li dawn l-istituzzjonijiet ikunu ħadu miżuri li jitfgħu fid-dubju l-awtonomija tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju.

Il-Kumitat ta' Sorveljanza jagħti opinjonijiet lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta' dan tal-aħħar jew ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, mingħajr ma jindaħal madankollu fil-progress ta' investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin. Kopja ta' dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu indirizzati lil min jagħmel it-talba.”

b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit bit-test li ġej:

2 .    Huwa magħmul minn ħames persuni esterni awtonomi, li fil-punt tan-nomina tagħhom ikunu qed iwettqu funzjoni legali jew ta' investigazzjoni għolja, jew xi funzjoni komparabbli, relatati mal-ħidma tal-Uffiċċju. Huma għandhom ikunu familjari mal-operat tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll ikunu jafu lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea.

Il-membri tal-kumitat jiġu nnominati bi qbil komuni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Talba għall-applikazzjonijiet tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-ħames persuni jintgħażlu fuq il-bażi ta' ‘lista ta' preselezzjoni’ mressqa mill-Kummissjoni u li tkun tinkludi mill-inqas 12-il kandidat .”

c)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

3 .    Il-mandat tal-membri huwa ta' ħames snin. Dan il-mandat ma jistax ikun imġedded. Il-ħatra ta' xi wħud mill-membri għandha tkun imqassma fuq medda ta' żmien sabiex l-għarfien espert fi ħdan il-Kumitat ikun ippreservat .”

d)

Il-paragrafu 6, 7 u 8 huma sostitwiti bit-test li ġej:

6 .    Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jaħtar lill-President tiegħu. Huwa jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, li qabel l-adozzjoni jitressaq għall-opinjoni quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-laqgħat tal-Kumitat ta' Sorveljanza jitħabbru fuq l-inizjattiva tal-president tiegħu jew tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju. ▐ Il-Kumitat għandu jieħu d-deċiżjonijiet skont il-maġġoranza tal-Membri tiegħu. Is-segretarjat tiegħu għandu jiġi provdut mill-Uffiċċju.

7.   Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu kull sena jittrażmetti lill-Kumitat ta' Sorveljanza l-programm tal-attivitajiet tal-Uffiċċju f'dak li għandu x'jaqsam ma' investigazzjonijiet. Hu għandu regolarment iżomm lill-Kumitat ta' Sorveljanza infurmat bl-attivitajiet tal-Uffiċċju, bl-eżekuzzjoni tal-funzjoni ta' investigazzjoni u bl-azzjonijiet li jittieħdu fuq l-investigazzjonijiet.

Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu jinforma lill-Kumitat dwar:

a)

każijiet fejn l-istituzzjoni, l-korp, uffiċċju jew jew l-aġenzija kkonċernata ma ħaditx azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula minnu;

b)

każijiet fejn l-awtorità kompetenti tal-Istati membri ma ħaditx azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula minnu .

8.   Il-Kumitat ta' Sorveljanza jadotta mill-inqas rapport ta' attivitajiet fis-sena, li b'mod partikolari jkopri l-evalwazzjoni tal-awtonomija tal-Uffiċċju , l-applikazzjoni ta' garanziji proċedurali u t-tul tal-investigazzjonijiet; dawn ir-rapport għandhom jintbagħtu lill-istituzzjonijiet. Il-Kumitat jista' jippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri dwar ir-riżultat u l-azzjonijiet ta' investigazzjonijiet meħuda fuqhom magħmula mill-Uffiċċju.”

15)

L-Artikolu ║ li ġej huwa miżjud:

“L-Artikolu 11 a

Proċedura ta' Konċiljazzjoni

1.     Għandha titwaqqaf proċedura ta' konċiljazzjoni bejn i l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ▐.

2.     Il-proċedura ta' konċiljazzjoni tirrigwarda:

a)

ir-relazzjonijiet u l-koperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri nfushom, u b'mod partikulari:

il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet meħuda bl-applikazzjoni tal-Artikolu 1;

l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-regolament, tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, kif ukoll tal-Konvenzjoni dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta' Lulju 1995, u l-protokolli marbuta magħha;

l-azzjonijiet meħuda dwar ir-rapporti finali ta' investigazzjoni tal-Uffiċċju, kif ukoll l-azzjonijiet meħuda rigward it-trażmissjoni ta' informazzjoni mill-Uffiċċju;

b)

ir-relazzjonijiet u l-kollaborazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organiżmi, inklużi l-Eurojust u l-Europol, b'mod partikulari l-għajnuna offruta mill-istituzzjonijiet lill-Uffiċċju u l-azzjonijiet meħuda rigward ir-rapporti finali ta' investigazzjoni jew rigward it-trażmissjoni ta' informazzjoni mill-Uffiċċju;

c)

ir-relazzjonijiet u l-koperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, fil-qafas tal-ftehim stipulati minn dan ir-regolament;

d)

l-aspetti relatati mal-prijoritajiet tal-politika tal-Uffiċċju f'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjonijiet;

e)

ir-rapporti u l-analiżijiet tal-Kumitat ta' Sorveljanza.

3.     Il-konċiljazzjoni trid issir mill-inqas darba fis-sena u fuq talba ta' waħda mill-istituzzjonijiet.

4.     Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju u l-president tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandhom jieħdu sehem fil-proċedura ta' konċertazzjoni. Ir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Eurojust u tal-Europol jistgħu jiġu mistiedna.

5.     Il-konċiljazzjoni għandha titħejja waqt laqgħa teknika, jew għadd ta' laqgħat tekniċi. Il-laqgħat għandhom jissejħu fuq talba ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew fuq talba tal-Uffiċċju.

6.     Il-proċedura ta' konċiljazzjoni fl-ebda każ m'għandha tinterferixxi fil-proċess tal-investigazzjonijiet, u għandha titmexxa b'rispett sħiħ tal-awtonomija tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju.

7.     L-istituzzjonijiet, l-korpi u l-organiżmi, l-Uffiċċju u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw kull darba lill-parteċipanti tal-proċedura ta' konċiertazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda rigward il-konklużjonijiet tal-proċedura ta' konċiljazzjoni .”

16)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 12

Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju

1.    L-Uffiċċju huwa mmexxi minn Direttur Ġenerali nnominat mill -Kummissjoni ▐ għal perjodu ta' ħames snin li jiġġedded darba waħda .

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinnominaw bi ftehim komuni lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju fuq il-bażi ta' lista ta' sitt kandidati ppreżentati mill-Kummissjoni. Sejħa għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

In-nomina għandha ssir fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-lista tal-applikanti mill-Kummissjoni. Il-proċedura ta' nominazzjoni kollha kemm hi ma tistax taqbeż id-disa' xhur u għandha tibda mill-inqas disa' xhur qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju fil-kariga, li jibqa' fil-kariga sal-bidu tal-mandat tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju l-ġdid.

Jekk il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill ma jkunux kontra t-tiġdid tal-mandat tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għall-anqas disa' xhur qabel jagħlaq iż-żmien tal-ewwel mandat tiegħu, il-Kummissjoni għandha tgħaddi għall-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju. L-oppożizzjoni għall-estensjoni tal-mandat trid tkun iġġustifikata. Jekk le, għandha tkun applikata l-proċedura ta' nominazzjoni stipulata fit-tielet subparagrafu.

2.     Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu jintgħażel minn fost il-kandidati tal-Istati Membri li jkunu qed jeżerċitaw, jew kienu eżerċitaw, kariga għolja ġudizzjarja jew kariga eżekuttiva għolja ta' investigazzjoni u li jkollhom esperjenza professjonali operazzjonali ta' mill-inqas għaxar snin f'kariga ta' mmaniġġjar f'livell għoli ta' responsabilità. Parti sinifikanti ta' din l-esperjenza professjonali għandha tkun ġiet akkwistata fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi nazzjonali u/jew komunitarji. Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għandu jkun jaf fid-dettall kif jaħdmu l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u jkun jaf sewwa lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni. Huwa (jew hija) għandu joffri kull garanzija ta' awtonomija.

3.     Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju la għandu jitlob u lanqas jaċċetta struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern, istituzzjoni, korp jew organiżmu, fil-qadi ta' dmirijietu rigward il-ftuħ u t-twettiq ta' investigazzjonijiet esterni u interni u rigward it-tfassil tar-rapporti li jsiru wara dawn l-investigazzjonijiet. Jekk id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju jqis li xi miżura li tkun ħadet il-Kummissjoni tkun tikkomprometti l-pożizzjoni awtonoma tiegħu, huwa għandu jgħarraf b'dan mill-ewwel lill-Kumitat ta' Sorveljanza, għal opinjoni, u jiddeċiedi jew le li jressaq rikors kontra l-istituzzjoni kkonċernata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju għandu jirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, fil-kuntest tal-proċedura ta' konċertazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a, dwar dak li jkun irriżulta mill-investigazzjonijiet li jkunu saru mill-Uffiċċju, l-azzjoni li tkun ittieħdet u l-problemi li jkunu ġew iffaċċjati, filwaqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u, fejn jixraq, id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-proċeduri ġudizzjarji.

Dawn l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw ir-rispett għall-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju, għad-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u, fil-każ li jkunu jeżistu proċeduri legali, għandu jkun żgurat ir-rispett ukoll għad-dispożizzjonijiet nazzjonali kollha applikabbli għal dawn il-proċeduri.

4.   Qabel ma tgħaddi sanzjoni dixxiplinari fir-rigward tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju, il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kumitat ta' Sorveljanza, imlaqqa' mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill , fil-qafas tal-proċedura ta' konċiljazzjoni stilupata fl-Artikolu 11a .

Il-miżuri relatati mas-sanzjonijiet dixxiplinari fir-rigward tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju jirriżultaw minn deċiżjonijiet ġustifikati, li jkunu kkomunikati bħala informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat ta' Sorveljanza.

5.     Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk hux bi ħsiebu jwettaq attività professjonali ġdida fi żmien sentejn wara t-tmiem tas-servizz tiegħu, f'konformità mal-Artikolu 16 tal-Istatut.

6.   Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju, fuq parir tal-Kumitat ta' Sorveljanza, kull sena jistabbilixxi l-programm ta' attivitajiet u tal-prijoritajiet tal-politika tal-Uffiċċju f'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjonijiet.

7.   Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju jista' jiddelega, bil-miktub, fil-kundizzjonijiet u l-limiti li huwa jistabbilixxi, l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu taħt l-Artikolu 5, tal-Artikolu 6 il-paragrafu 3, tal-Artikolu 7 b u tal-Artikolu 10 (2) lill-aġent wieħed jew aktar tal-Uffiċċju.”

17)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

Artikolu 12 a

Intervent tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem il-ġurisdizzjonijiet nazzjonali

Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju jista' jintervjeni fil-kwistjonijiet, li jirrigwardaw l-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-Uffiċċju, li jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġusitzzja tal-Komunitajiet Ewropej u, f'konformità mal-liġi nazzjonali, quddiem il-ġurisdizzjonijiet nazzjonali.

Qabel ma jintervjeni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jew il-ġurisdizzjonijiet nazzjonali, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għandu jitlob l-opinjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza .”

18)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“L-Artikolu 13

Finanzjament

L-approprjazzjonijiet tal-Uffiċċju, li l-ammont totali tagħhom għandu jiddaħħal f'linja baġitarja speċifika fis-sezzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea relatata mal-Kummissjoni, jidhru fid-dettall f'anness ta' din is-sezzjoni.

It-tabella ta' postijiet allokati lill-Uffiċċju jidhru bħala anness tat-tabella fil-pjan ta' impjiegi tal-Kummissjoni.”

19)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“L-Artikolu 14

Kontroll tal-legalità tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju

1.     Il-kontroll tal-legalità tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju għandu l-għan li jirrispetta l-garanziji ta' proċedura u d-drittijiet fundamentali tal-persuni li jkollhom x'jaqsmu ma' investigazzjoni li ssir mill-Uffiċċju.

2.     Il-kontroll tal-legalità għandu jitwettaq qabel il-ftuħ u qabel l-għeluq ta' investigazzjoni, qabel kull trażmissjoni ta' informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont is-sens tal-Artikoli 9 u 10 u f'rabta ma' evalwazzjoni tal-kunfidenzjalità assoluta tal-investigazzjoni.

3.     Il-kontroll tal-legalità tal-investigazzjonijiet għandu jsir minn esperti tal-liġi u tal-proċedura ta' investigazzjoni tal-Uffiċċju li huma kkwalifikati biex iwettqu funzjoni ġudizzjarja fi Stat Membru. L-opinjoni tagħhom għandha tkun mehmuża mar-rapport finali tal-investigazzjoni.

4.     Il-kodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, imsemmi fl-Artikolu 15a jagħti dettalji dwar il-proċedura rigward il-kontroll tal-legalità .”

20)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

Artikolu 14a

Tressiq ta' ilmenti mill-persuni involuti fl-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju

1.     Kwalunkwe persuna involuta personalment f'investigazzjoni tista' tressaq ilment quddiem il-Kumitat ta' Sorveljanza, b'allegazzjoni ta' ksur tad-drittijiet proċedurali jew tal-bniedem matul l-investigazzjoni. Meta jirċievi lment, il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jittrażmettih mingħajr dewmien lil Konsulent Reviżur.

2.     Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju, fuq parir tal-Kumitat ta' Sorveljanza, għandu jinnomina Konsulent Reviżur għal perjodu ta' ħames snin li ma jiġġeddidx. Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jfassal il-proposta tiegħu fuq il-bażi ta' lista ta' diversi kandidati magħżula wara li tkun saret sejħa għall-applikazzjonijiet.

3.     Il-Konsulent Reviżur għandu jaqdi dmirijietu b'awtonomija sħiħa. Fil-qadi tal-missjoni tiegħu, il-Konsulent Reviżur la għandu jitlob u l-anqas jaċċetta struzzjonijiet mingħand l-ebda persuna. Huwa (jew hija) ma jwettaq l-ebda ħidma fi ħdan l-Uffiċċju ħlief dawk il-kompiti marbuta mas-sorveljanza tar-rispett għall-proċeduri.

4.     Il-Kunsillier Reviżur huwa kompetenti wkoll biex jittratta l-ilmenti tal-informaturi, inklużi l-persuni li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 22 tal-Istatut.

5.     Il-Konsulent Reviżur għandu jagħti l-opinjoni tiegħu (jew tagħha) lill-kwerelant, lill-Kumitat ta' Sorveljanza u lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju mhux iktar tard minn 30 jum ta' ħidma minn meta jitressaq l-ilment.

6.     Il-Konsulent Reviżur għandu regolarment jirrapporta lill-Kumitat ta' Sorveljanza dwar l-attivitajiet tiegħu. Huwa (jew hija) għandu jikkomunika lill-Kumitat ta' Sorveljanza, kif ukoll lill-Kummissjoni, rapporti statistiċi u analitiċi regolari dwar il-kwistjonijiet marbuta mal-ilmenti .”

21)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit bit-test li ġej :

Artikolu 15

Rapport ta' evalwazzjoni

Matul (7) …, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-regolament flimkien ma' opinjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza. Dan ir-rapport għandu jgħid hemmx lok għal tibdil f'dan ir-Regolament. F'kull sitwazzjoni, dan ir-Regolament għandu jkun modifikat wara l-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Prosekuter Pubbliku Ewropew.

22)

L-Artikolu ║ li ġej għandu jiġi miżjud:

“L-Artikolu 15a

Kodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

1.     L-Uffiċċju jadotta ‘kodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF’ li jinkludi l-prinċipji ġuridiċi u notevolment ta' proċedura stipulati permezz ta' dan ir-regolament. Huwa għandu jqis il-prattika operattiva tal-Uffiċċju.

2.     Il-kodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF jiċċara l-prattiki fl-implimentazzjoni tal-mandat u tar-Regolamenti tal-Uffiċċju, tal-prinċipji ġenerali li jikkontrollaw il-proċedura ta' investigazzjoni, tal-fażijiet differenti tal-proċedura ta' investigazzjoni, tal-azzjonijiet prinċipali tal-investigazzjoni, tad-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati, tal-garanziji proċedurali, tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta u tal-politika ta' komunikazzjoni u aċċess għad-dokumenti, tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-kontroll tal-leġittimità u tal-mezzi ta' rikors tal-persuni kkonċernati.

3.     Qabel l-adozzjoni tal-kodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-kumitat ta' sorveljanza tal-Uffiċċju għandhom jiġu kkonsultati għall-opinjoni. Il-kumitat ta' sorveljanza għandu jiżgura l-awtonomija tal-Uffiċċju fil-proċedura ta' adozzjoni tal-kodiċi ta' proċedura.

4.     Il-kodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF jista' jkun introdott fuq proposta tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju. F'dan il-każ, il-proċedura tal-adozzjoni stipulata minn dan l-Artikolu għandha tiġi applikata.

5.     Il-kodiċi ta' proċedura tal-investigazzjonijiet tal-OLAF adottat mill-Uffiċċju għandu jiġi ppubblikat mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .”

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 kif emendati minn dan ir-Regolament ma japplikawx ghad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju li jkun fl-inkariga mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u li l-mandat tiegħu ikun ġie mġedded għal perjodu ta' ħames snin.

Artikolu 3

Ir-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fi […] ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)   ĠU C 8, 12.1.2007, p. 1.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008.

(3)  ĠU C 202, 18.8.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(5)   ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.”

(7)  Ir-raba' sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.”