21.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 15/159


Il-Ħamis, 23 ta' Ottubru 2008
Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Bożnja Ħerzegovina ***

P6_TA(2008)0518

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Bożnja Ħerzegovina, fuq in-naħa l-oħra (8225/2008 (COM(2008)0182 — C6-0255/2008 — 2008/0073(AVC))

2010/C 15 E/50

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni (8225/2008 — COM(2008)0182),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Bożnja u Ħerzegovina, fuq in-naħa l-oħra (8226/2008),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni sub-paragrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza, u mal-Artikolu 310 tat-Trattat KE (C6-0255/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat KEEA,

wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0378/2008),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Bożnja u Ħerzegovina.