21.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 15/93 |
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008
Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika: KE u New Zealand *
P6_TA(2008)0478
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta' New Zealand fuq in-naħa l-oħra (COM(2008)0170 — C6-0292/2008 — 2008/0066(CNS))
2010/C 15 E/21
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0170),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (1),
wara li kkunsidra l-Artikolu 170 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0292/2008),
wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0367/2008),
1. |
Japprova l-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand. |
(1) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.