15.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 9/70


Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
Twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) *

P6_TA(2008)0465

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/XX/JHA (COM(2008)0332 — C6-0216/2008 — 2008/0101(CNS))

2010/C 9 E/14

(Proċedura ta’ Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2008)0332),

wara li kkunsidra l-Artikolu 31 u l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat tal-UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0216/2008),

wara li kkunsidra r-Regoli 93 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0360/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tibdel il-proposta tagħha b’mod xieraq, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk huwa intenzjonat li ma jqisx it-test approvat mill-Parlament;

4.

Jistieden lill-Kunsill biex jikkonsulta mal-Parlament għal darb’oħra jekk huwa intenzjonat li jemenda b’mod sostanzjali l-proposta tal-Kummissjoni;

5.

F’każ li din il-proposta ma tkunx adottata qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, huwa intenzjonat li jqis kull proposta fil-futur bi proċedura urġenti, b’koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

 

(6a)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq il-prinċipji li diġà huma stabbiliti mid-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill 2008/XX/JHA dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju ta’ informazzjoni meħuda mir-rekords kriminali bejn l-Istati Membri, u tissupplimenta u tapplika dawk il-prinċipji mil-lat tekniku.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

(9)

Sabiex jiġi żgurat il-ftehim reċiproku u t-trasparenza tal-kategorizzazzjoni komuni, kull Stat Membru għandu jissottometti l-lista ta’ offiżi u sanzjonijiet nazzjonali li jaqgħu f’kull kategorija msemmija fit-tabella rispettiva, kif ukoll il-lista tal-qrati kriminali nazzjonali. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli lill-awtoritajiet ġudizjarji nazzjonali b’mod partikolari permezz ta’ kwalunkwe mod disponibbli.

(9)

Sabiex jiġi żgurat il-ftehim reċiproku u t-trasparenza tal-kategorizzazzjoni komuni, kull Stat Membru għandu jissottometti l-lista ta’ offiżi u sanzjonijiet nazzjonali li jaqgħu f’kull kategorija msemmija fit-tabella rispettiva, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tal-elementi li jiffurmaw l-offiża, kif ukoll il-lista tal-qrati kriminali nazzjonali. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli lill-awtoritajiet ġudizjarji nazzjonali b’mod partikolari permezz ta’ kwalunkwe mod disponibbli.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdida)

 

(9a)

It-tabelli ta’ referenza fl-Annessi A u B ma jimmiraw bl-ebda mod li jarmonizzaw it-tipi ta’ offiża jew is-sanzjonijiet stabbiliti fihom, li se jkomplu jkunu rregolati bil-liġi nazzjonali.

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

(13)

Iż-żewġ tabelli ta’ referenza tal-kategoriji ta’ offiżi u s-sanzjonijiet, kif ukoll l-istandards tekniċi użatu għall-iskambju tal-informazzjoni għandhom jirrikjedu reviżjoni kontinwa u aġġornament regolari. Il-poteri implimentatttivi f’dan ir-rigward ġew għaldaqstant iddelegati lill-Kummissjoni assistita minn Kumitat. Il-proċedura regolatorja taħt il-liġi Komunitarja għandha tapplika mutatis mutandis għall-adozzjoni tal-miżuri neċessarji biex tkun implimentat din id-Deċiżjoni.

(13)

Iż-żewġ tabelli ta’ referenza tal-kategoriji ta’ offiżi u s-sanzjonijiet, kif ukoll l-istandards tekniċi użatu għall-iskambju tal-informazzjoni għandhom jirrikjedu reviżjoni kontinwa u aġġornament regolari.

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

(14)

Id-Deċiżjoni Qafas 2008/XX/JHA dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali għandha tapplika fil-kuntest l-iskambju kompjuterizzat ta’ informazzjoni estratta minn rekords kriminali tal-Istati Membri .

(14)

F’dan il-kuntest huwa importanti ħafna li d-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill 2008/XX/JHA tkun adottata malajr kemm jista’ jkun dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali proċessata fil-qafas ta’ koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, li tipprovdi livell xieraq ta’ protezzjoni tad-dejta u li tinkludi l-ipproċessar ta’ dejta personali fil-livell nazzjonali .

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 — paragrafu 5

5.   Sabiex ikun żgurat l-operat effiċjenti tal-ECRIS, il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi ta’ sostenn u monitoraġġ ġenerali.

5.   Sabiex ikun żgurat l-operat effiċjenti tal-ECRIS, il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi ta’ sostenn u monitoraġġ ġenerali u tivverifika li l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 6 jkunu implimentati b’mod korrett .

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 — paragrafu 1 — punt a

(a)

il-lista ta’ offiżi nazzjonali f’kull kategorija msemmija fit-tabella tal-offiżi fl-Anness A. Il-lista għandha tinkludi l-isem u l-klassifika legali tal-offiża u r-referenza għad-dispożizzjoni legali applikabbli. Tista’ tinkludi wkoll deskrizzjoni qasira tal-elementi li jikkostitwixxu l-offiża;

(a)

il-lista ta’ offiżi nazzjonali f’kull kategorija msemmija fit-tabella tal-offiżi fl-Anness A. Il-lista għandha tinkludi l-isem u l-klassifika legali tal-offiża u r-referenza għad-dispożizzjoni legali applikabbli. Għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni qasira tal-elementi li jikkostitwixxu l-offiża;

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 — paragrafu 1 — punt a — subparagrafu 1a (ġdid)

 

It-traduzzjoni ta’ deskrizzjoni ta’ reat nazzjonali mil-lingwa oriġinali li tressqet biha għandu jkun ix-xogħol u r-responsabilità unika ta’ kull Stat Membru individwali li jitlob traduzzjoni u m’għandhiex issir mill-ECRIS. Ladarba traduzzjoni tkun tlestiet, l-ECRIS għandha toffri l-għażla li tiżdied mal-bażi tad-dejta;

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 — parti introduttorja

Il-miżuri għall-implimentazzjoni li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7:

Fejn ikun meħtieġ, u bi qbil mal-Artikolu 34(2)(c) u l-Artikolu 39 tat-Trattat tal-UE, il-Kummissjoni għandha tipproponi li l-Kunsill jadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura l-aħjar funzjonar tal-ECRIS u l-interoperabilità tagħha mas-sistemi nazzjonali, bħal:

Emenda 10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7

Artikolu 7

Proċedura tal-Kumitat

1.     Fejn ikun hemm referenza għal dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat regolatorju magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresjedut min rappreżentant tal-Kummissjoni (il-„Kumitat“).

2.     Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

3.     Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, fi żmien limitat li l-president jista’ jistabilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha titwassal mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205(2) u (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri ġewwa l-Kumitat għandhom jiġu peżati bil-mod stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-President m’ għandux jivvota.

4.     Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti jekk dawn ikunu konformi mal-opinjoni tal-Kumitat.

5.     Jekk il-miżuri previsti ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-Kumitat, jew fin-nuqqas ta’ opinjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tagħti proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew.

6.     Il-Kunsill jista’ jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata dwar il-proposta, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ referenza lill-Kunsill.

Jekk f’dan il-perjodu l-Kunsill ikun indika b’maġġoranza kwalifikata li huwa kontra l-proposta, il-Kummissjoni terġa’ teżaminaha. Din tista’ tagħti proposta emendata lill-Kunsill, terġa titfa’ l-proposta tagħha jew tippreżenta proposta leġiżlattiva fuq il-bażi tat-Trattat.

Jekk, fl-għeluq tal-perjodu, il-Kunsill la jaddotta l-att ta’ implimentazzjoni propost u l-anqas ma jindika oppożizzjoni għall-proposti tal-miżuri ta’ implimentazzjoni, l-att ta’ implimentazzjoni propost għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

imħassar