14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/291


L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
Networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika ***I

P6_TA(2008)0449

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (COM(2007)0697 — C6-0427/2007 — 2007/0247(COD))

2010/C 8 E/45

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0697),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0427/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport ta’ Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0321/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0247

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabblilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Il-funzjonament tal-ħames Direttivi li jikkostitwixxi l-qafas regolatorju attwali għan-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (4) (“id-Direttiva Kwadru” [ta' Qafas]), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (5) (“id-Direttiva tal-Aċċess”), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (6) (“id-Direttiva tal-Awtorizzazzjoni”), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (7) (“id-Direttiva tas-Servizz Universali”), u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (8) (“id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika”)(flimkien magħrufa bħala id-Direttiva Qafas u d-Direttivi Speċifiċi)) huwa suġġett għal analiżi perjodika mill-Kummissjoni, bil-għan partikolari li tiġi ddeterminata l-ħtieġa għal emendi fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

(2)

Fl-2007 saret reviżjoni tad-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)  (9) bil-ħsieb li jkunu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet għall-kompettitività u ċ-ċertezza legali għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-industriji u s-servizzi tal-Media fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-rispett tad-diversità kulturali u lingwistika. F'dan il-kuntest, qafas regolatorju ġust u bbilanċjat għan-networks u s-servizzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jservi bħala pilastru essenzjali tas-settur awdjoviżiv tal-UE .

(3)

F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni ppreżentat ir-riżultati inizjali fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni fid-29 ta' Ġunju 2006 dwar l-analżi tal-qafas regolatorju tal-UE għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Abbażi ta' dawn ir-riżultati inizjali, saret konsultazzjoni pubblika, li identifikat in-nuqqas kontinwu ta' suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala l-aktar aspett importanti li jeħtieġ li jkun indirizzat. B'mod partikolari, instab li l-frammentazzjoni tar-regolamentazzjoni, u l-inkonsistenzi fost l-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jipperikolaw mhux biss il-kompetittività tas-settur, iżda wkoll il-benefiċċji sostanzjali li l-konsumatur jieħu mill-kompetizzjoni transkonfinali.

(4)

Għaldaqstant, il-qafas regolatorju tal-UE għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jiġi rriformat, bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern għall-komunikazzzjonijiet elettroniċi billi jissaħħaħ il-mekkaniżmu Komunitarju għar-regolamentazzjoni tal-operaturi li għandhom saħħa sinifikanti fi swieq ewlenin. ▐ Ir-riforma tinkludi wkoll d-definizzjoni ta' strateġija għall-ġestjoni effiċjenti u kkordinata tal-ispettru tar-radju, bil-għan li jinkiseb Spazju Uniku Ewropew tal-Informazzjoni u jissaħħu d-dispożizzjonijiet għal utenti b'diżabbiltà, u b'hekk tinħoloq soċjetà tal-informazzjoni li tkun inklussiva.

(5)

Objettiv primarju tal-qafas regolatorju tal-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huwa li tinħoloq ekosistema sostenibbli għall-komunikazzjoni elettronika imsejsa fuq il-provvista u t-talba, tal-ewwel permezz ta' infrastruttura u swieq tas-servizzi effettivi u kompetittivi u tal-aħħar permezz ta' żviluppi fis-soċjetà tal-informatika.

(6)

Għan ieħor tal-qafas regolatorju tal-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi huwa li jitnaqqsu b'mod progressiv ir-regoli ex-ante speċifiċi għas-settur hekk kif tiżviluppa l-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex il-komunikazzjonijiet elettroniċi jkunu regolati mil-liġi tal-kompetizzjoni biss. Filwaqt li s-swieq għall-komunikazzjonijiet elettroniċi wrew dinamiki kompetittivi b'saħħithom fi snin riċenti, huwa essenzjali li obbligi regolatorji ex-ante jkunu imposti biss fejn ma jkun hemm l-ebda kompetizzjoni effettiva u sostenibbli. Il-ħtieġa għat-tkomplija ta' regolazzjoni ex ante għandha tiġi riveduta mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(7)

Sabiex tiġi żgurata sistema proporzjonata u xierqa għall-kundizzjonijiet kompetittivi li jvarjaw, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jiddefinixxu s-swieq fuq bażi sub-nazzjonali u jneħħu l-obbligi regolatorji fis-swieq jew fiz-zoni ġeografiċi fejn ikun hemm kompetizzjoni effettiva fl-infrastruttura. Dan għandu japplika wkoll fejn żoni ġeografiċi ma jkunux definiti bħala swieq separati.

(8)

Sabiex jintlaħqu l-miri tal-Agenda ta' Liżbona huwa meħtieġ li jingħataw inċentivi xierqa għal investimenti f'networks ta' veloċità għolja li jappoġġjaw l-innovazzjoni f'servizzi tal-Internet għonja fil-kontenut u li tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. Dawn in-networks għandhom potenzjal enormi li jwasslu benefiċċji lill-konsumaturi u lin-negozji madwar l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant huwa vitali li jitrawwem l-investiment sostenibbli fl-iżvilupp ta' tali networks, filwaqt li tkun salvagwardjata l-kompetittività u tingħata spinta 'l quddiem lill-għażla tal-konsumaturi permezz tal-prevedibilità u l-konsistenza regolatorja.

(9)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Marzu 2006 bit-titolu “Innaqqsu d-Distakk fir-rigward tal-Broadband” (10), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li hemm distakk territorjali fl-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għal servizzi ta' broadband b'veloċità għolja. Minkejja ż-żieda ġenerali fil-konnettività tal-broadband, l-aċċess f'diversi reġjuni huwa limitat minħabba l-ispejjeż għoljin ikkawżati mid-densità baxxa tal-popolazzjonijiet u mill-bgħuda. Bosta drabi l-inċentivi kummerċjali għall-investiment fit-tixrid tal-broadband f'dawn iz-zoni ma jkunux biżżejjed. Madankollu, l-innovazzjoni teknoloġika tnaqqas l-ispejjeż tat-tixrid. Sabiex ikun żgurat l-investiment f'teknoloġiji ġodda f'reġjuni sottożviluppati, ir-regolazzjoni tal-komunikazzjoni elettronika trid tkun konsistenti ma' miżuri oħra ta' politika li jittieħdu, bħall-politika dwar l-għajnuna mill-istat, il-fondi strutturali jew l-għanijiet ta' politika industrijali usa.

(10)

L-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp huwa ta' importanza vitali għall-iżvilupp ta' networks tal-“fibre optics” tal-ġenerazzjoni li jmiss u sabiex jinkiseb aċċess flessibbli u effiċjenti għar-radju u permezz ta' dan tiġi ffavorita kompetizzjoni aħjar u applikazzjonijiet u servizzi innovattivi għall-benefiċċju tal-konsumaturi. L-isfida hija li tiġi pprovduta l-ġenerazzjoni li jmiss ta' infrastrutturi ubikwitarji u konverġenti tan-networks u ta' servizzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, għat-teknoloġija tal-informatika u għall-media .

(11)

Il-politika pubblika għandu jkollha rwol biex tikkumplimenta il-funzjoni effettiva tas-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi tindirizza kemm in-naħa tal-provvista kif ukoll in-naħa tad-domanda sabiex tistimula ċ-ċirku virtuż fejn l-iżvilupp ta' kontenut u ta' servizzi aħjar jiddependi fuq l-użu tal-infrastruttura u viċi-versa. L-intervent pubbliku għandu jkun proporzjonat u la għandu jgħawweġ il-kompetizzjoni u lanqas jimpedixxi l-investiment privat u għandu jkabbar l-inċentivi għall-investiment u jbaxxi l-barrieri għad-dħul. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jappoġġjaw it-tnedija ta' infrastruttura ta' kapaċità għolja u ta' garanzija għall-futur. Permezz ta' dan, l-appoġġ pubbliku għandu jkun attribwit permezz ta' proċeduri miftuħin, trasparenti u kompetittivi, m'għandux jiffavorixxi a priori xi teknoloġija partikolari u għandu jipprovdi aċċess għall-infrastruttura fuq bażi mhux diskriminatorja.

(12)

Il-qafas regolatorju tal-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandu wkoll jippromwovi l-protezzjoni tal-konsumatur fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi tiġi pprovduta informazzjoni eżatta u komprensiva, li jintuża kull mezz possibbli għal dak il-għan, għat-trasparenza f'termini ta' ħlasijiet u spejjeż, u għal standards għoljin fl-għoti ta' servizzi. Għandu wkoll jagħraf bis-sħiħ l-irwol tal-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur fil-konsultazzjonijiet pubbliċi; li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħat li jippermettulhom li jipprevjenu l-possibilità ta' tbagħbis u li jaġixxu b'mod effettiv kif meħtieġ sabiex iwaqqfu kull każ ta' frodi.

(13)

L-opinjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-partijiet involuti fl-industrija għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni meta tadotta miżuri skond din id-Direttiva permezz tal-użu ta' konsultazzjoni effettiva biex tiżgura t-trasparenza u l-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha toħroġ dokumenti dettaljati għall-konsultazzjoni, li fihom tispjega l-modi differenti ta' azzjoni li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati, u l-partijiet interessati għandhom jingħataw żmien raġonevoli sabiex jikkummentaw. Wara l-konsultazzjoni, wara li tkun ikkunsidrat il-kummenti, il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni li tkun ittieħdet fi stqarrija li għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kif ġew ikkunsidrati dawk l-opinjonijiet ta' min wieġeb.

(14)

Sabiex jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jilħqu l-għanijiet stipulati fid-Direttiva ta' Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi, b'mod partikolari tidħol l-interoperabbiltà minn tarf sa tarf, l-ambitu tad-Direttiva ta' Qafas għandu jitwessa' biex ikopri t-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet kif iddefinit fid-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (11), kif ukoll it-tagħmir tal-konsumatur użat għat-televiżjoni diġitali.

(15)

Bla ħsara għad-Direttiva 1999/5/KE, huwa neċessarju li tiġi ċċarata l-applikazzjoni ta' ċerti aspetti ta' apparat terminali li jikkonċernaw l-aċċess għall-utenti finali b'diżabilità sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità bejn l-apparat terminali u n-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(16)

Ċerti definizzjonijiet għandhom ikunu ċċarati jew mibdula biex tingħata kunsiderazzjoni lill-iżviluppi fis-suq u dawk teknoloġiċi, kif ukoll biex jitneħħew l-ambigwitajiet identifikati fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju.

(17)

L-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-qafas regolatorju tal-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jikkontribwixxu għat-twettiq ta' politiki pubbliċi usa' fl-oqsma tal-kultura, tal-impjiegi, tal-ambjent, tal-koeżjoni soċjali, tal-iżvilupp reġjonali u tal-ippjanar tal-ibliet u tal-pajjiżi.

(18)

Is-swieq nazzjonali ta' komunikazzjoni elettronika se jkomplu jkunu differenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Għalhekk huwa essenzjali li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjonijiet (Body of European Regulators in Telecom (“BERT”) jkollhom is-setgħat u l-għarfien meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jibnu ekosistema kompetittiva fl-UE fis-swieq u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika filwaqt li jkun hemm fehim tad-differenzi nazzjonali u reġjonali u konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà .

(19)

L-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandha tissaħħaħ biex tkun żgurata l-applikazzjoni iktar effettiva tal-qafas regolatorju u biex tiżdied l-awtorità tagħhom u l-konsistenza fid-deċiżjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, għandha ssir dispożizzjoni espressa fil-liġi nazzjonali biex ikun żgurat li, fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun protetta mill-interventi esterni jew pressjoni politika li jistgħu jkunu responsabbli biex tkun ipperikolata l-valutazzjoni indipendenti tagħha ta' materji li jiġu quddiemha. Din l-influwenza minn barra tagħmel l-entità leġiżlattiva nazzjonali mhux adattata biex taġixxi bħala awtorità regolatorja nazzjonali fil-qafas regolatorju. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stipulati minn qabel regoli dwar ir-raġunijiet għat-tkeċċija tal-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, sabiex jitneħħa kull dubju raġonevoli dwar in-newtralità ta' dik l-entità u l-kapaċità tagħha li ma tkunx influwenzata minn fatturi esterni. Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom il-baġit proprju tagħhom, partikolarment sabiex ikunu jistgħu jingaġġaw għadd biżżejjed ta' persunal ikkwalifikat. Biex tiġi żgurata t-trasparenza, dan il-baġit għandu jiġi ppubblikat kull sena.

(20)

Kien hemm diverġenza wiesgħa fil-mod kif l-entitajiet tal-appell kienu japplikaw il-miżuri temporanji biex jissospendu d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tinkiseb aktar konsistenza fl-istrateġiji, għandhom jiġu applikati standards komuni skond il-ġurisprudenza Komunitarja. Fid-dawl tal-importanza tal-appelli għall-funzjonament ġenerali tal-qafas regolatorju, għandu jinħoloq mekkaniżmu għall-ġbir ta' informazzjoni fuq appelli u deċiżjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu sospiżi deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri, kif ukoll għall-irrappurtar ta' dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

(21)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom b'mod effettiv, id-data li jridu jiġbru għandha tinkludi data li tagħti rendikont tas-swieq tal-bejgħ bl-imnut u li jkunu assoċjati ma' swieq li jfornu fi kwantitajiet kbar għall-bejgħ bl-ingrossa meta operatur wieħed ikollu saħħa sinifikanti fis-suq u għalhekk ikunu rregolati mill-awtorità regolatorja nazzjonali, u għandhom jinkludu ukoll id-data li tippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tivvaluta l-impatt possibbli mit-titjib jew mill-bidliet li jkunu ppjanati fit-topoloġija tan-networks fuq l-iżvilupp tal-kompetizzjoni jew fuq il-prodotti fi kwantità kbira li jsiru disponibbli għall-partijiet l-oħra għall-bejgħ mill-ġdid.

(22)

Il-konsultazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 6 tad-Direttiva ta' Qafas għandha ssir qabel il-konsultazzjoni Komunitarja stipulata fl-Artikolu 7 tal-istess Direttiva, sabiex il-fehmiet tal-partijiet interessati jiġu riflessi fil-konsultazzjoni Komunitarja. B'hekk tiġi evitata wkoll il-ħtieġa għal konsultazzjoni Komunitarja sussegwenti fil-każ ta' tibdiliet għal miżura ppjanata minħabba l-konsultazzjoni nazzjonali.

(23)

Is-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiġu rrikonċiljati mal-iżvilupp ta' prattiċi regolatorji konsistenti kif ukoll mal-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju, bil-għan li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-iżvilupp u għall-ikkompletar tas-suq intern. Għaldaqstant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jappoġġaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni marbutin mas-suq intern, kif ukoll l-attivitajiet tal- BERT , li għandha sservi ta' forum esklussiv għall-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħhom fil-qafas regolatorju.

(24)

Il-mekkaniżmu Komunitarju li jippermetti lill-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jirtiraw miżuri ppjanati rigward id-definizzjoni tas-suq u l-ħatra tal-operaturi li jkollhom poter sinifikanti fis-suq ikkontribwixxa b'mod sinifikanti lejn strateġija konsistenti biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi applikata regolamentazzjoni ex-ante u l-operaturi huma suġġetti għal tali regolamentazzjoni. Madankollu, ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ekwivalenti għar-rimedji li għandhom jiġu applikati. Il-monitoraġġ tas-suq mill-Kummissjoni, u b'mod partikolari, l-esperjenza tal-proċedura skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' Qafas, urew li inkonsistenzi fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali japplikaw ir-rimedji, anki taħt kundizzjonijiet simili tas-suq, jolqtu hażin lis-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ma jiżgurawx kundizzjonijiet indaqs fost l-operaturi stabbiliti fi Stati Membri differenti, u jfixklu l-benefiċċji li jieħu l-konsumatur mill-kompetizzjoni u servizzi transkonfinali. Il-Kummissjoni għandhom jingħatawlha aktar setgħat biex titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirtiraw abbozzi ta' miżuri rigward ir-rimedji magħżula mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal- BERT qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha.

(25)

Huwa importanti li l-qafas regolatorju jiġi implimentat f'waqtu. Meta ll-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni li titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali li tirtira miżura ppjanata, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tissottometti miżuri rriveduta lill-Kummissjoni. Għandha tiġi stipulata skadenza għan-notifika tal-miżura rriveduta lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' Qafas, sabiex l-operaturi fuq is-suq ikunu jafu kemm se ddum l-analiżi tas-suq, kif ukoll biex tiżdied iċ-ċertezza legali.

(26)

Bl-istess mod, billi jeħtieġ li jiġi evitat vakwu regolatorju f'settur li jimxi b'pass mgħaġġel, jekk l-adozzjoni ta' abbozz ta' miżura li tkun ġiet innotifikata mill-ġdid xorta toħloq xkiel għas-suq komuni jew tkun inkompatibbli mal-liġi Komunitarja, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal- BERT , għandu jkollha s-setgħa li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata li timponi rimedju speċifiku f'perjodu ta' żmien speċifikat.

(27)

Fid-dawl tal-iskadenzi qosra fil-mekkaniżmu tal-konsultazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jħaffu l-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — pereżempju f'każijiet li jirrigwardaw swieq stabbli, jew li jinvolvu biss emendi minuri għal miżuri li diġà ġew innotifikati — jew inkella, biex il-Kummissjoni tippermetti eżenzjoni min-notifikar sabiex jitħaffu l-proċeduri f'ċerti każijiet.

(28)

Skond l-għanijiet tal-Karta tal-Unjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-utenti kollha, inklużi l-utenti aħħarija b'diżabbiltà, l-anzjani, u l-utenti b'bżonnijiet soċjali speċjali, ikollhom aċċess faċli għal servizzi ta' kwalità għolja bi prezz raġjonevoli. Id-Dikjarazzjoni 22 annessa mal-Att finali ta' Amsterdam tipprovdi biex l-istituzzjonijiet tal-Komunità jqisu l-bżonnijiet ta' persuni b'diżabbiltà meta jħejju l-miżuri skond l-Artikolu 95 tat-Trattat.

(29)

Il-frekwenzi tar-radju għandhom jitqiesu bħala riżorsa pubblika skarsa ta' valur importanti kemm pubbliku kif ukoll fis-suq. Huwa fl-interess pubbliku li l-ġestjoni tal-ispettru tar-radju tkun effiċjenti u effettiva kemm jista' jkun mill-perspettiva ekonomika, soċjali u ambjentali, u li jiġu kkunsidrati l-għanijiet tad-diversità kulturali u tal-pluraliżmu tal-Media, u li l-ostakli għall-użu effiċjenti tagħha jitneħħew b'mod progressiv.

(30)

Għalkemm l-immaniġġjar tal-ispettru jibqa' fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri, huma biss il-koordinazzjoni u, fejn xieraq, l-armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju li jistgħu jiżguraw li l-utenti tal-ispettru jgawdu mill-benefiċċji kollha tas-suq intern u li l-interessi tal-UE jkunu jistgħu jiġu difiżi b'mod effettiv mad-dinja kollha.

(31)

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-immaniġġjar tal-ispettru għandhom ikunu konsistenti max-xogħol ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li għandhom x'jaqsmu mal-immaniġġjar tal-ispettru tar-radju, bħall-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet (ITU) u l-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), sabiex ikunu żgurati l-immaniġġjar effiċjenti u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru fil-Komunità u mad-dinja kollha.

(32)

Sabiex jikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), fl-2010 għandha ssir laqgħa għolja dwar l-ispettru mmexxi mill-Istati Membri u li tkun tinkludi lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati kollha. Il-laqgħa għolja għandha b'mod partikulari tikkontribwixxi sabiex tiġi żgurata aktar konsistenza fil-politika tal-UE dwar l-ispettru, sabiex tingħata gwida dwar il-bidla mit-televiżjoni terrestri li jxandar b'sinjal analogu għal dak li jxandar b'sinjal diġitali, u sabiex l-ispettru jinfetaħ għal servizzi ġodda ta' komunikazzjoni elettronika ladarba tkun seħħet il-bidla għad-diġitali .

(33)

Il-bidla mit-televiżjoni terrestri li jxandar b'sinjal analogu għal dak li jxandar b'sinjal diġitali għandha twassal, bħala riżultat tal-effiċjenza superjuri fit-trażmissjoni tat-teknoloġija diġitali, għar-rilaxx ta' ammont sinifikanti ta' spettru fl-Unjoni Ewropea, l-hekk imsejjaħ “dividend diġitali” L-Istati Membri għandhom jirrilaxxaw id-dividendi diġitali tagħhom kemm jista' jkun malajr, sabiex iċ-ċittadini jibbenefikaw mit-tnedija ta' servizzi ġodda, innovattivi u kompetittivi. Għal dan l-għan l-ostakoli li jeżistu fuq livell nazzjonali għall-allokazzjoni jew ir-ri-allokazzjoni effiċjenti tad-dividend diġitali għandhom jitneħħew u għandu jiġi segwit metodu aktar koerenti u integrat għall-allokazzjoni tad-dividend diġitali fil-Komunità.

(34)

Il-frekwenzi tar-radju għandhom ikunu ġestiti b'mod li tiġi evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara. Dan il-kunċett bażiku tal-interferenza ta' ħsara għandu għalhekk ikun iddefinit kif jixraq b'riferenza għal-pjani għall-frekwenzi eżistenti li jkunu miftehma internazzjonalment biex ikun żgurat li l-intervent regolatorju jasal biss sa fejn ikun meħtieġ biex tkun evitata din l-interferenza.

(35)

Is-sistema attwali ta' ġestjoni u distribuzzjoni tal-ispettru tar-radju hija b'mod ġenerali bbażata fuq deċiżjonijiet amministrattivi li m'humiex flessibbli biżżejjed biex ilaħħqu mal-evoluzzjoni teknoloġika u ekonomika, b'mod partikulari mal-iżvilupp mgħaġġel fit-teknoloġija tar-radju u t-talba dejjem tikber għall-bandwith. Il-frammentazzjoni eċċessiva fost il-linji ta'politika nazzjonali tirriżulta fi spejjeż ikbar u telf ta' opportunitajiet fis-suq għall-utenti tal-ispettru tar-radju, u tnaqqas ir-ritmu tal-innovazzjoni, għad-dannu tas-suq intern, il-konsumatur u l-ekonomija b'mod ġenerali. Barra minn dan, il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-frekwenzi tar-radju, u għall-użu tiegħu, jistgħu jvarjaw skond it-tip tal-operatur, waqt li s-servizzi elettroniċi li jipprovdu dawn l-operaturi jikkoinċidu dejjem iktar, b'hekk jinħolqu tensjonijiet bejn id-detenturi tad-dritt, diskrepanzi fil-prezz tal-aċċess għall-ispettru tar-radju, u distorsjoni potenzjali fil-mod kif jiffunzjona s-suq intern.

(36)

Il-fruntieri nazzjonali huma dejjem iktar irrilevanti biex ikun iddeterminat l-aħjar użu tal-ispettru tar-radju. Il-frammentazzjoni tal-ġestjoni tal-aċċess għad-drittijiet tal-ispettru tar-radju tillimita l-investiment u l-innovazzjoni u ma tippermittix lill-operaturi u l-manifatturi tat-tagħmir li jagħmlu ekonomija bis-saħħa ta' produzzjoni fuq skala ikbar, biex b'hekk tfixkel l-iżvilupp ta' suq intern għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jużaw l-ispettru tar-radju.

(37)

Il-flessibilità fil-ġestjoni tal-ispettru tar-radju u l-aċċess għall-ispettru tar-radju għandhom jiżdiedu permezz ta' awtorizzazzjonijiet newtrali fir-rigward tat-teknoloġija u s-servizz, sabiex l-utenti tal-ispettru tar-radju jkunu jistgħu jagħżlu l-aqwa teknoloġiji u servizzi li jridu japplikaw f'bands tal-frekwenzi disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif identifikati fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tal-frekwenzi u r-Regolamenti tal-ITU għar-Radju (minn hawn 'il quddiem imsemmijin “il-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz”). Id-determinazzjoni amministrattiva tat-teknoloġiji u s-servizzi għandha tapplika meta huma nvoluti l-objettivi ta' interess ġenerali.

(38)

Ir-restrizzjonijiet rigward il -prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġika għandhom ikunu xierqa u ġġustifikati mill-ħtieġa li tkun evitata l-interferenza li tagħmel ħsara, per eżempju billi jkunu imposti masks għall-emissjoni ║ u livelli ta' enerġija, jew biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi jkun hemm limitu għal kemm il-pubbliku jesponi ruħu għall-kampijiet elettromanjetiċi, jew billi jkun żgurat l-użu komuni b'mod xieraq tal-ispettru tar-radju, b'mod partikulari meta l-użu tiegħu jkun soġġett biss għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali, jew biex ikun hemm kompatibilità mal-għan ta' interess ġenerali f'konformità mal-liġi Komunitarja.

(39)

L-utenti tal-ispettru tar-radju għandu jkollhom il-libertà li jagħżlu s-servizzi li jixtiequ joffru permezz tal-ispettru tar-radju, soġġetti għal miżuri tranżitorji biex ikunu indirizzati sitwazzjonijiet fejn id-drittijiet ikunu nkisbu minn qabel u d-dispożizzjonijiet ta' pjanijiet għall-allokazzjoni ta' frekwenzi nazzjonali u r-Regolamenti tal-ITU . għandha tkun possibbli l-awtorizzazzjoni ta' eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-newtralità tas-servizz li jkunu jeħtieġu li jkun ipprovdut servizz speċifiku sabiex jiġu kkunsidrati l-fatturi tal-politika pubblika jew biex jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali ddefiniti b'mod ċar, bħalma huma s-sikurezza tal-ħajja, il-ħtieġa li titħeġġeġ il-koeżjoni soċjali, reġjunali jew territorjali,. Dawn l-għanijiet għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni ta' politiki nazzjonali dwar l-awdjoviżjoni u l-media, tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-mezzi ta' komunikazzjoni kif iddefiniti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skond il-liġi Komunitarja. Għajr fejn hu meħtieġ għall-ħarsien tas-sigurtà tal-ħajja, jew biex jiġi żgurat li l-għanijiet imsemmija hawn fuq jintlaħqu , l-eċċezzjonijiet ma għandhomx iwasslu għall-użu esklussiv għal ċerti servizzi, iżda għandhom jagħtu prijoritajiet sabiex servizzi jew teknoloġiji oħra jikkoeżistu fl-istess band, safejn ikun possibbli. Biex il-parti awtorizzata tkun libera li tagħżel l-aktar mezz effiċjenti għat-twassil tal-kontenut tas-servizzi pprovduti permezz tal-frekwenzi tar-radju, il-kontenut ma għandux ikun irregolat fl-awtorizzazzjoni għall-użu ta' frekwenzi tar-radju.

(40)

Hija f'idejn l-Istati Membri l-kompetenza li jiddefinixxu l-ambitu u n-natura ta' kwalunkwe eċċezzjoni rigward il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika politika nazzjonali awdjoviżiva u tal-Media u l-pluraliżmu fil-Media, skond il-liġi nazzjonali tagħhom.

(41)

Billi l-allokazzjoni tal-ispettru tar-radju lil teknoloġiji jew servizzi speċifiċi hija eċċezzjoni għall-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġiji u tas-servizzi u tnaqqas il-libertà tal-għażla tas-servizz jew tat-teknoloġija wżata, kull proposta għal din l-allokazzjoni għandha tkun trasparenti u soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika.

(42)

Fl-interess tal-flessibbiltà u tal-effiċjenza, f'bands li għandhom jiġu identifikati b'mod armonizzat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll jagħtu lill-utenti tal-ispettru tar-radju l-libertà li jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet tal-użu tagħhom lil partijiet terzi. Dan għandu jippermetti l-valutazzjoni tal-ispettru tar-radju mis-suq. Fid-dawl tas-setgħa tagħhom biex jiżguraw l-użu effettiv tal-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu sabiex jiżguraw li n-negozju ma jwassalx għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni fejn l-ispettru tar-radju jibqa' ma jintużax.

(43)

Għall-finijiet tas-suq intern, jista' jeħtieġ ukoll li tiġi armonizzata fil-livell Komunitarju l-identifikazzjoni ta' bands tal-ispettru tar-radju li jkunu negozjabbli, tal-kundizzjonijiet biex isir in-negozju jew it-tranżizzjoni lejn drittijiet li jkunu negozjabbli f'bands speċifiċi, ta' format minimu għad-drittijiet negozjabbli, ta' rekwiżiti biex tkun żgurata d-disponibbiltà ċentrali, l-aċċessibbiltà u l-kredibbiltà tal-informazzjoni meħtieġa għan-negozju fl-ispettru tar-radju, u tar-rekwiżiti biex titħares il-kompetizzjoni u jkun evitat l-akkapparrament tal-ispettru tar-radju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandhom jingħatawlha setgħat biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għal dik l-armonizzazzjoni. Tali miżuri ta' implimentazzjoni għandhom iqisu jekk id-drittijiet individwali għall-użu ġewx awtorizzati fuq bażi kummerċjali jew mhux kummerċjali.

(44)

L-introduzzjoni tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz, kif ukoll tan-negozju ta' drittijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju eżistenti, aktarx li teħtieġ regoli tranżitorji, inklużi miżuri biex jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta, għax is-sistema l-ġdida tista' tagħti d-dritt lil ċerti utenti tal-ispettru tar-radju li jibdew jikkompetu mal-utenti tal-ispettru tar-radju li jkunu kisbu d-drittijiet tal-ispettru tar-radju tagħhom taħt termini u kundizzjonijiet aktar stretti. Bil-maqlub, meta d-drittijiet kienu ngħataw bħala deroga mir-regoli ġenerali jew skond kriterji li ma kinux oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet ta' interess ġenerali, is-sitwazzjoni tad-detenturi ta' dawn id-drittijiet m'għandhiex titjieb għad-dannu tal-kompetituri ġodda tagħhom lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawn il-għanijiet ta' interess ġenerali. Kull spettru tar-radju li ma jkunx baqa' meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta' interess pubbliku għandu jittieħed lura u jkun assenjat mill-ġdid skond id-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni.

(45)

Bil-għan li ġġib 'il quddiem il-funzjonament tas-suq intern, u biex tappoġġa l-iżvilupp ta' servizzi transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikkonsulta mal-BERT fil-qasam tal-għoti tan-numri. Barra minn hekk, biex iċ-ċittadini tal-Istati Membri, inklużi vjaġġaturi u utenti b'diżabbiltà, ikunu jistgħu jilħqu ċerti servizzi billi jużaw l-istess numri li jingħarfu bi prezzijiet simili fl-Istati Membri kollha, is-setgħat tal-Kummissjoni biex tadotta miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom ikopru wkoll, fejn meħtieġ, il-prinċipju jew il-mekkaniżmu applikabbli tat-tariffi kif ukoll il-ħolqien ta' numru ta' telefon wieħed tal-UE (front-up call number) li jiżgura l-aċċess faċli għall-utenti għal dawk is-servizzi.

(46)

Il-permessi maħruġa lill-impriżi li jipprovdu lin-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi biex ikollhom aċċess għall-proprjetà privata jew pubblika huma fatturi essenzjali fit-twaqqif ta' networks tal-komunikazzjoni elettronika jew ta' elementi ġodda tan-network. Il-komplessità u d-dewmien bla bżonn fil-proċeduri għall-għoti tad-drittijiet ta' passaġġ jistgħu għalhekk jirrappreżentaw ostakli importanti għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni. Bħala konsegwenza, l-akkwist tad-drittijiet għall-passaġġ mill-impriżi awtorizzati għandu jkun issemplifikat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikun jistgħu jikkoordinaw l-akkwist tad-drittijiet ta' passaġġ, billi jagħmlu l-informazzjoni rilevanti aċċessibbli fuq il-websajts tagħhom.

(47)

Jeħtieġ li jissaħħu s-setgħat tal-Istati Membri rigward id-detenturi tad-drittijiet ta' passaġġ, sabiex jiżguraw l-introduzzjoni jew il-firxa ta' network ġdid b'mod ġust, effiċjenti u li jirrispetta l-ambjent u indipendentement minn kwalunkwe obbligu fuq operatur b'saħħa sinifikanti fis-suq biex jagħti aċċess lin-network ta' komunikazzjonijiet elettroniċi tiegħu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jimponu, fuq bażi ta' każ b'każ, it-taqsim ta' elementi ta' networks u faċilitajiet assoċjati bħal ma huma ducts, arbli u antenni, id-dħul f'bini kif ukoll koordinazzjoni aħjar ta' xogħlijiet ċivili. It-titjib tat-taqsim tal-faċilitajiet jista' jsaħħaħ ħafna il-kompetizzjoni u jnaqqas l-impatt finanzjarju u ambjentali tat-tqegħid ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari l-użu ta' networks ġodda ta' aċċess tal-fibre optic. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu fuq l-operaturi b'qawwa sinifikanti fis-suq l-obbligi biex jipprovdu offerta ta' referenza għall-għoti ta' aċċess b'mod ġust u mingħajr diskriminazzjoni għad-ducts tagħhom.

(48)

Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni sikura u ta' min jafdaha fuq in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kulma jmur qed issir aktar kruċjali għall-ekonomija kollha u għas-soċjetà nnifisha. Il-komplessità tas-sistema, il-ħsara teknika u l-iżball uman, l-aċċidenti jew l-attakki kollha jista' jkollhom konsegwenzi għat-tħaddim u għad-disponibbiltà tal-infrastrutturi fiżiċi li jwasslu servizzi kruċjali għall-ġid taċ-ċittadini tal-UE, inklużi s-servizzi elettroniċi tal-gvern. Għaldaqtsant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jinżammu l-integrità u s-sigurtà tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni. L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (“ENISA”)  (12) għandha tikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà tal-komunikazzjoni elettronika billi, fost ħwejjeġ oħra, tipprovdi l-konsulenza u l-parir espert, kif ukoll billi tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki. Kemm l- ENISA kif ukoll l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu d-doveri tagħhom, inklużi s-setgħat li jiksbu informazzjoni biżżejjed biex ikunu jistgħu jivvalutaw il-livell ta' sigurtà tan-networks jew tas-servizzi kif ukoll data komprensiva u kredibbli dwar l-inċidenti ta' sigurtà li jkunu saru u li kellhom impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-networks u tas-servizzi. Waqt li jżommu f'moħħhom li l-applikazzjoni b'suċċess ta' sigurtà suffiċjenti mhix eżerċizzju ta' darba biss iżda hija proċess kontinwu ta' implimentazzjoni, eżami mill-ġdid u aġġornament, dawk li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandhom ikunu obbligati li jieħdu l-miżuri biex jipproteġu l-integrità u s-sigurtà tagħhom skond il-valutazzjoni tar-riskji, u jagħtu kunsiderazzjoni lit-teknoloġija l-iktar moderna ta' dawn il-miżuri.

(49)

Meta jkun meħtieġ li jinsab qbil fuq lista komuni ta' rekwiżiti għas-sigurtà, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex jinkiseb livell adegwat ta' sigurtà fin-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fis-suq intern. L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà li jkunu xierqa billi tipprovdi parir espert. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet li jorbtu dwar il-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni adottati skond id-Direttiva ta' Qafas. Sabiex iwettqu dmirijiethom, huma għandhom ikollhom is-setgħa li jinvestigaw u jimponu sanzjonijiet f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità.

(50)

L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tindika li s-suq li fih is-saħħa sinifikanti tintuża biex tinħoloq pressjoni mhix il-kawża tal-problema imma x'aktarx l-oġġett tal-effett tagħha. Għalhekk, is-saħħa sinifikanti li titgawda f'suq wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu ħsiebha fis-suq fejn tkun toriġina u mhux fis-swieq li jmissu miegħu u li fihom jinħassu l-effetti tagħha.

(51)

Fil-każ tas-swieq li jkunu identifikati bħala tranżnazzjonali, il-proċedura tal-eżami mill-ġdid tas-suq għandha tkun issemplifikata u magħmula iktar effettiva billi tagħmilha possibbli għall-Kummissjoni, waqt li tagħti kas tal-opinjoni tal- BERT , li tinnomina dawk l-impriża/i b'saħħa sinifikanti fis-suq u timponi obbligu speċifiku, jew iktar, biex b'hekk tippermetti li l-kwistjonijiet regolatorji b'karatteristiċi tranżnazzjonali jkunu indirizzati direttament fil-livell tal-Komunità.

(52)

Biex l-operaturi fis-suq ikollhom ċertezza rigward kundizzjonijiet regolatorji, jeħtieġ li jkun hekk skadenza għall-analiżijiet tas-suq. Huwa importanti li ssir analiżi tas-suq regolarment, u bi skeda ta' żmien xierqa u raġjonevoli. L-iskeda ta' żmien għandha tqis jekk is-suq partikolari kienx diġà soġġett għal analiżi tas-suq bin-notifika korrispondenti. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tonqos milli tanalizza s-suq fl-iskandeza speċifikata, dan jista' jwassal biex jipperikola s-suq intern, u l-azzjonijiet normali kontra l-ksur ta' liġi jistgħu ma jħallux l-effett mixtieq f'waqtu. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tkun tista' titlob lill- BERT biex tgħin fil-kompiti tal-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata, b'mod partikulari billi toħroġ opinjoni li tkun tinkludi l-abbozz ta' miżura, l-analiżi tas-suq rilevanti u l-obbligi xierqa li l-Kummissjoni tkun imbagħad tista' timponi.

(53)

Minħabba livell għoli ta' innovazzjoni teknoloġika u swieq mill-aktar dinamiċi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jeħtieġ li r-regolamentazzjoni tkun tista' tiġi adattata ħesrem b'mod koordinat u armonizzat fuq il-livell Ewropew. L-esperjenza turi li d-diverġenza fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimplimentaw il-qafas regolatorju tista' toħloq xkiel għall-iżvilupp tas-suq intern. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni f'oqsma bħat-trattament regolatorju ta' servizzi ġodda, l-għoti tan-numri, l-għoti tal-ismijiet u l-indirizzi, il-kwistjonijiet tal-konsumaturi inklużi l-aċċessibilità elettronika (eAccessibility), u l-miżuri regolatorji biex jinżamm rendikont.

(54)

Kompitu importanti assenjat lill- BERT huwa li meta jkun xieraq hija toħroġ opinjonijiet b'relazzjoni għat-tilwim traskonfinali. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom għalhekk jagħtu kas ta' kull opinjoni tal- BERT .

(55)

L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tindika li d-dispożizzjonijiet eżistenti li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jimponu l-multi ma rnexxilhomx jipprovdu inċentiv biżżejjed biex ikunu osservati r-rekwiżiti regolatorji. Is-setgħat ta' infurzar adegwat jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni f'waqtha tal-qafas regolatorju u għalhekk jinkoraġġixxu ċ-ċertezza regolatorja, li hija stimulu importanti għall-investiment. In-nuqqas ta' setgħat effettivi fil-każ li ma jkunx hemm konformità japplika għall-qafas regolatorju kollu. L-introduzzjoni tad-dispożizzjoni l-ġdida fid-Direttiva ta' Qafas biex tittratta l-ksur tal-obbligi skond id-Direttivi ta' Qafas u Speċifiċi għandha għalhekk tiżgura l-applikazzjoni ta' prinċipji konsistenti u koerenti għall-infurzar u l-multi għall-qafas regolatorju kollu.

(56)

Kemm l-investiment kif ukoll il-kompetizzjoni għandhom ikunu inkoraġġjati, sabiex l-għażla tal-konsumatur tkun imħarsa.

(57)

Il-qafas regolatorju eżistenti kien jinkludi ċerti dispożizzjonijiet biex jiffaċilita t-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju l-antik tal-1998 għall-qafas il-ġdid tal-2002. Din it-transizzjoni kienet ikkompletata fl-Istati Membri kollha u dawn il-miżuri għandhom ikunu rrevokati billi issa m'hemmx bżonnhom.

(58)

L-Anness I tad-Direttiva ta' Qafas kien identifika l-lista ta' swieq li riedu jiddaħħlu fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq ta' prodotti u servizzi rilevanti li jista' jistħoqqilhom ir-regolazzjoni ex-ante. Dan l-Anness għandu jkun irrevokat billi ntlaħaq l-iskop tiegħu li jservi ta' bażi għat-tħejjija tal-verżjoni inizjali tar-Rakkomandazzjoni (13).

(59)

L-Anness II tad-Direttiva ta' Qafas kien elenka l-kriterji li riedu jintużaw mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jivvalutaw l-influwenza konġunta skond it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) ta' dik id-Direttiva. Dak l-Anness jista' jiżgwida lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jmexxu l-analiżi tas-suq. Barra minn hekk, il-kunċett tal-influwenza konġunta jiddependi wkoll fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej. Għalhekk l-Anness II għandu jiġi emendat.

(60)

L-iskop tas-separazzjoni funzjonali, li biha l-operatur li jkun integrat vertikalment jintalab jistabbilixxi entitajiet ta' negozju li joperaw b'mod separat, huwa li tkun żgurata l-provvista ta' prodotti għal-aċċess kompletament ekwivalenti lill-operaturi kollha li jieħdu servizz mingħandu, inklużi d-diviżjonijiet tal-operatur stess integrat vertikalment li jieħdu servzz mingħandu stess. Is-separazzjoni funzjonali jista' jkollha l-kapaċità li ttejjeb il-kompetizzjoni f'diversi swieq rilevanti billi tnaqqas b'mod sinifikanti l-inċentiv għad-diskriminzzjoni u billi tagħmilha iktar faċli li l-osservanza tal-obbligi kontra d-diskriminazzjoni jkunu vverifikati u infurzati. ▐ Sabiex ikunu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-proposti għas-separazzjoni funzjonali għandhom ikunu approvati minn qabel mill-Kummissjoni.

(61)

L-implimentazzjoni tas-separazzjoni funzjonali m'għandhiex timpedixxi l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni xierqa bejn l-entitajiet diversi ta' negozju li joperaw b'mod separat sabiex ikun żgurat li jkunu protetti d-drittijiet ekonomiċi u ta' sorveljanza tal-ġestjoni tal-kumpanija li jkollha l-kontroll tagħhom (parent company).

(62)

L-integrazzjoni kontinwa tas-suq intern għas-servizzi u għan-networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fil-futur teħtieġ koordinazzjoni aħjar tal-applikazzjoni tar-regolazzjoni ex-ante li hemm dispożizzjoni għaliha fil-qafas regolatorju tal-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(63)

Meta l-impriża li tkun integrata vertikalment tagħżel li tifred l-attivitajiet tagħha billi tinħeles minn parti sostanzjali, jew kollha, tal-proprjetà tagħha fin-network għall-aċċess lokali favur entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta' ħaddieħor jew billi tistabbilixxi entità ta' negozju separata biex tinnegozja l-prodotti għall-aċċess, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba fuq l-obbligi regolatorji kollha eżistenti li jkun imposti fuq l-operatur li jkun integrat vertikalment sabiex ikun żgurat li kull arranġament ġdid ikun konformi mad-2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u d-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali). L-NRA konċernata għandha tieħu r-responsabbiltà li tagħmel analiżi ġdida tas-swieq li fihom tkun topera l-entità segregata, u timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi skond kif inhu xieraq. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni mill-impriża.

(64)

Waqt li huwa xieraq f'xi ċirkostanzi għall-awtorità regolatorja nazzjonali li timponi obbligi fuq l-operaturi li ma jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq sabiex jintlaħqu l-miri bħal ma hija l-konnettività minn tarf għal ieħor jew l-operabilità bejn is-servizzi, jew sabiex issir promozzjoni tal-effiċjenza u l-kompetizzjoni sostenibbli u jiġi żgurat benefiċċju massimu għall-utenti aħħarin, madankollu huwa meħtieġ li jkun żgurat li dawn l-obbligi jkunu imposti b'konformità mal-qafas regolatorju u b'mod partikulari mal-proċeduri tan-notifika tiegħu.

(65)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni bil-għan li l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju stipulati fl-Anness I jkunu adattati għall-iżviluppi fis-suq u teknoloġiċi. Dan ukoll huwa l-każ tal-lista minima ta' partiti fl-Anness II li trid tkun ippubblikata biex ikun issodisfatt l-obbligu tat-trasparenza.

(66)

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-adozzjoni ta' dawk il-miżuri ta' armonizzazzjoni għall-implimentazzjoni tal-politika Komunitarja dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi li jmorru lilhinn minn miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni.

(67)

Meta jkun iffaċilitat l-aċċess għar-riżorsi tal-frekwenzi tar-radju għall-operaturi fis-suq dan jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-barrieri għad-dħul fis-suq. Barra minn dan, il-progress teknoloġiku qed inaqqas ir-riskju tal-interferenza li tagħmel ħsara f'ċerti bands ta' frekwenzi u għalhekk inaqqas il-ħtieġa ta' drittijiet għall-użu individwali. Il-kundizzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju biex ikunu pprovduti s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandhom normalment ikunu preskritti fl-awtorizzazzjonijiet ġenerali sakemm ma jkunux meħtieġa drittijiet individwali, wara li jitqies l-użu tal-ispettru tar-radju, biex ikun hemm protezzjoni mill-interferenza li tagħmel ħsara jew biex jintlaħaq għan speċifiku ta' interess ġenerali. Id-deċiżjonijiet dwar il-ħtieġa ta' drittijiet individwali għandhom jittieħdu b'mod trasparenti u proporzjonat.

(68)

L-introduzzjoni tar-rekwiżiti għan-newtralità tas-servizz u tat-teknoloġika fid-deċiżjonijiet dwar l-assenjazzjoni u l-allokazzjoni, flimkien ma' possibbiltà ikbar ta' trasferiment tad-drittijiet bejn l-impriżi, għandha tkabbar il-libertà u l-mezzi biex titwassal il-komunikazzjoni elettronika u s-servizzi tal-media awdjoviżiva lill-pubbliku, b'dan tkun ukoll iffaċilitata l-kisba tal-għanijiet ta' interess ġenerali. Madankollu, ċerti obbligi ta' interess ġenerali imposti fuq ix-xandara biex iwasslu servizzi tal-media awdjovizivi jistgħu jeħtieġu l- użu ta' kriterji speċifiċi fl-assenjazzjoni tal-ispettru, meta jidher li jkun essenzjali biex jintlaħaq għan partikulari ta' interess ġenerali stabbilit fil-liġi nazzjonali. Il-proċeduri assoċjati mal-insegwiment ta' għanijiet ta' interess ġenerali għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jkunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u mhux diskriminatorji.

(69)

Kwalunkwe eżenzjoni, sħiħa jew parzjali mill-obbligu ta' ħlas tad-drittijiet jew it-tariffi ║stabbiliti għall-użu tal-ispettru għandha tkun oġġettiva u trasparenti u bbażata fuq obbligi oħra ta' interess ġenerali stabbiliti fil-liġi nazzjonali .

(70)

Meta wieħed iqis l-impatt restrittiv fuq l-aċċess liberu għall-frekwenzi tar-radju, il-validità tad-dritt għall-użu individwali li ma jkunx negozjabbli għandu jkun limitat biż-żmien. Meta d-drittijiet għall-użu jinkludu fihom dispożizzjoni għat-tiġdid tal-validità tagħhom, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jagħmlu eżami mill-ġdid, li jkun jinkludi konsultazzjoni pubblika, waqt li jikkunsidraw l-iżviluppi fis-suq, ta' kopertura u teknoloġiċi. Minħabba l-iskarsezza ta' spettru tar-radju, id-drittijiet individwali mogħtija lill-impriżi għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid regolarment. Meta jagħmlu dan l-eżami mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom iżommu bilanċ bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u l-ħtieġa li tkun stimolata l-introduzzjoni tan-negozju tal-ispettru tar-radju kif ukoll l-użu iktar flessibbli tal-ispettru tar-radju permezz tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali meta jkun possibbli.

(71)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jiżguraw l-użu effettiv tal-ispettru tar-radju u tan-numri, u meta l-ispettru tar-radju jew ir-riżorsi għall-għoti tan-numri jibqgħu ma jintużawx, huma jaġixxu biex ma jħallux il-ħżin anti-kompetittiv, li jista' jfixkel id-dħul ġdid fis-suq.

(72)

It-tneħħija tal-barrieri legali u amministrattvi għall-awtorizzazzjoni ġenerali jew għad-drittijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju jew tan-numri jew tan-numri b'implikazzjonijiet Ewropej għandha tiffavorixxi l-iżvilupp tat-teknoloġija u s-servizz u tikkontribwixxi biex titjieb il-kompetizzjoni. Waqt li l-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju tkun organizzata skond id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju)  (14), jista' jkun ukoll meħtieġ, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-suq intern, li jkunu kkoordinati jew armonizzati l-proċeduri tal-għażla u l-kundizzjonijiet li japplikaw għad-drittijiet u l-awtorizzazzjonijiet f'ċerti bands, għad-drittijiet għall-użu tan-numri u għal-awtorizzazzjonijiet ġenerali. Dan japplika b'mod partikulari għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni ta' suq intern jew potenzjal transkonfinali, bħal ma huma s-servizzi bis-satellita, li l-iżvilupp tagħhom jista' jkun imfixkel mid-diskrepanzi fl-assenjament tal-ispettru tar-radju bejn l-Istati Membri u bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu d-deċiżjonijiet tal-ITU u s-CEPT . Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni u wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT , għandha għalhekk tkun tista' tadotta l-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni biex tilħaq dawn il-għanijiet. Il-miżuri ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni jistgħu jitolbu mill-Istati Membri li jagħmlu disponibbli d-drittijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju u/jew tan-numri mat-territorju kollu u meta jkun meħtieġ jirtiraw kull dritt nazzjonali ieħor għall-użu li jkun jeżisti. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri m'għandhom jagħtu l-ebda dritt ġdid għall-użu tal-band tal-ispettru tar-radju rilevanti jew tas-serje ta' numri skond il-proċeduri nazzjonali.

(73)

L-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq għamluha possibbli li jkunu installati servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jaqsmu l-fruntieri ġeografiċi tal-Istati Membri. L-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni kien jitlob mill-Kummissjoni li teżamina mill-ġdid it-tħaddim tas-sistemi tal-awtorizzazzjoni nazzjonali u d-dispożizzjoni dwar l-iżvilupp tas-servizz traskonfinali fil-Komunità. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni li tikkonċerna l-assenjazzjoni armonizzata tal-frekwenzi tar-radju wrew li m'humiex effettivi biex ilaħħqu mal-ħtiġiet ta' impriża li tkun tixtieq tipprovdi servizzi min naħa għal oħra tal-Komunità u għalhekk għandhom ikunu emendati.

(74)

Waqt li l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet u l-immonitoraġġ tal-osservanza tal-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jibqgħu r-responsabbiltà ta' kull Stat Membru, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu kundizzjonijiet, kriterji jew proċeduri addizzjonali li jistgħu jirrestrinġu, jimmodifikaw jew idewmu l-implimentazzjoni korretta ta' għażla armonizzata jew koordinata jew proċedura ta' awtorizzazzjoni. Meta jkun iġġustifikat biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, dawn il-miżuri ta' koordinazzjoni jew armonizzazzjoni jistgħu jinkludu derogi transitorji jew, fil-każ tal-ispettru tar-radju, mekkaniżmi transitorji għall-użu komuni tal-ispettru tar-radju li jeżentaw lil Stat Membru milli japplika dawn il-miżuri, sakemm dan ma joħloqx differenzi mhux mixtieqa fil-kompetizzjoni jew fir-regolamentazzjoni fost l-Istati Membri.

(75)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva biex jimmonitorjaw u jiżguraw il-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, inkluża s-setgħa li jimponu multi finanzjarji effettivi u/jew sanzjonijiet amministrattivi fil-każ ta' ksur ta' dawk it-termini u kundizzjonijiet.

(76)

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet għandhom ikopru kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-aċċessibilità għall-utenti b'diżabilitajiet u l-ħtieġa tal-awtoritajiet pubbliċi u s-servizzi tal-emerġenza li jikkomunikaw bejniethom u mal-pubbliku ġenerali qabel, matul u wara diżastri serji. Barra minn hekk, meta wieħed iqis l-importanza tal-innovazzjoni teknika, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu joħorġu l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju għal skopijiet esperimentali, taħt restrizzjonijiet u kundizzjonijiet speċifiċi li jkunu ġġustifikati b'mod strett min-natura sperimentali ta' dawn id-drittijiet.

(77)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2887/2000 tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar aċċess disassoċjat għal-linja lokali (15) wera li kien effettiv fl-istadju inizjali tal-ftuħ tas-suq. Id-Direttiva ta' Qafas titlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja t-transizzjoni mill-qafas regolatorju tal-1998 għall-qafas tal-2002 u biex tressaq proposti biex ikun irrevokat dak ir-Regolament fiż-żmien xieraq. Skond il-qafas tal-2002, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom id-dmir li janalizzaw is-suq għall-aċċess disassoċjat għal-linja u għal-linji parzjali metalliċi lokali fi kwantità kbira għall-bejgħ mill-ġdid (wholsale) bl-iskop li jipprovdu servizzi tal-broadband u ║ tal-vuċi kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti. Billi l-Istati Membri kollha analizzaw dan is-suq mill-inqas darba u l-obbligi xierqa bbażati fuq il-qafas tal-2002 qegħdin f'posthom, ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 m'għadux meħtieġ u għalhekk għandu jkun irrevokat.

(78)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttivi ta' Qafas, dwar l-Aċċess u dwar l-Awtorizzazzjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (16).

(79)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni rigward in-notifiki skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' Qafas; rigward l-armonizzazzjoni fl-oqsma tal-ispettru u l-għoti ta' numri kif ukoll f'kwistjonijiet marbutin mas-sigurtà tan-networks u tas-servizzi; rigward l-identifikazzjoni ta' swieq transkonfinali; rigward l-implimentazzjoni tal-istandards; u rigward l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa wkoll li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex taġġorna l-Anness I u II tad-Direttiva tal-Aċċess għas-suq u għall-iżviluppi teknoloġiċi, kif ukoll biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex tarmonizza r-regoli, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsubin biex jikkompletaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Minħabba li l-proċedura regolatorja bi skrutinju fi ħdan il-limiti taż-żmien normali tista', f'ċerti sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tfixkel l-adozzjoni f'waqtha tal-miżuri ta' implimentazzjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaġixxu malajr sabiex jiżguraw l-adozzjoni f'waqtha ta' dawk il-miżuri ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2002/21/KE (Id-Direttiva ta' Qafas)

Id-Direttiva 2002/21/KE għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas armonizzat għar-regolazzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi asssoċjati, u ċerti aspetti tat-tagħmir terminali li jiffaċilitaw l-aċċess għal utenti finali b'diżabiltà u li jinkoraġxxi l-użu ta' komunikazzjoni elettronika minn utenti finali li jkunu inqas ixxurtjati. Tippreskrivi l-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tistabbilixxi lista ta' proċeduri biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju f'kull parti tal-Komunità.”

(2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (b) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“b)

‘swieq tranżnazzjonali’ tfisser swieq li jkopru l-Komunità jew parti sostanzjali tagħha, li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed.”

(b)

Il-punt (d) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“d)

‘network pubbliku tal-komunikazzjoni’ tfisser network tal-komunikazzjoni elettronika wżat kollu jew prinċipalment biex jipprovdi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jissapportjaw it-trasferiment tal-informazzjoni bejn il-punti terminali tan-network, u jinkludi elementi tan-network li ma jkunux attivi;”

(c)

Il-punt (e) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“e)

‘faċilitajiet assoċjati’ tfisser dawk il-faċilitajiet assoċjati ma' network tal-komunikazzjoni elettronika u/jew servizz tal-komunikazzjoni elettronika li jagħmlu possibbli u/jew jissaportjaw il-provvista ta' servizzi permezz ta' dak in-network u/jew servizz jew li jkollhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u jinkludu, fost l-oħrajn, sistemi li jittraduċu l-isem jew l-indirizz, sistemi għall-aċċess kundizzjonali u gwidi tal-programmi elettroniċi, kif ukoll l-infrastruttura fiżika bħal ma huma d-dħul għall-bini, is-sistema tal-wajers fil-bini, l-istrutturi għoljin u kostruzzjonijiet oħrajn ta' appoġġ, d-ducts, il-katusi, l-arbli , l-antenni, it-toqob tal-ispezzjonar u l-kaxxi tat-triq u l-elementi l-oħra kollha li mhumiex attivi ;”

(d)

Il-punt (l) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“(l)

‘Direttivi Speċifiċi’ tfisser id-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (║ Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)) (17)

(e)

Għandhom jiġu miżjuda l-punti (q), (r), u (s) li ġejjin:

“q)

‘allokazzjoni’ tfisser id-deżinjazzjoni ta' band ta' frekwenzi jew serje ta' numri speċifika biex tintuża minn tip, jew iktar, ta' servizzi, meta jkun xieraq, skond il-kundizzjonjiet speċifikati;

r)

‘assenjazzjoni’ tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità regolatorja nazzjonali lil entità ġuridika jew persuna naturali biex tuża l-frekwenza tar-radju jew kanal ta' frekwenza tar-radju, jew numru (jew blokk/i ta' numri);

s)

‘interferenza li tagħmel il-ħsara’ tfisser interferenza li tipperikola t-tħaddim ta' servizz tar-radju għat-tbaħħir jew ta' servizzi oħra tas-sigurtà jew li b'xi mod ieħor tiddegrada serjament, tfixkel jew titterrompi b'mod irrepetut servizz tal-komunikazzjoni bir-radju li jkun jopera skond ir-regolamenti internazzjonali , tal-Komunità jew nazzjonali li jkunu japplikaw.”

(3)

L-Artikolu 3(3) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod indipendenti, imparzjali u trasparenti ufil-ħin . L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhom ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet mingħand l-ebda entità oħra dwar it-twettiq ta' kuljum tal-kompiti assenjati lilhom skond il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw il-liġi tal-Komunità. Huma biss l-entitajiet tal-appell stabbiliti skond l-Artikolu 4 jew il-qrati nazzjonali li għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew idawru deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew is-sostitut tiegħu/tagħha jkun jista' jitkeċċa biss jekk huwa ma jissodisfax iktar il-kundizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta' dmirijietu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali, jew jekk huwa jkun instab ħati ta' kondotta serja. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinkludi fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet u tkun ippubblikata fiż-żmien tat-tkeċċija.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani biżżejjed biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u li huma jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati.

3a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej fit-Telecom (BERT) għall-promozzjoni ta' koordinazzjoni u koerenza regolatorja akbar huma appoġġjati b'mod attiv mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji rispettivi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani biżżejjed biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u li jgħinuhom biex jipparteċipaw u jikkontribwixxu b'mod attiv fil-BERT. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom baġits annwali separati u dawk il-baġits għandhom ikunu ppubblikati.

3b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-pożizzjonijiet komuni maħruġa minn BERT meta jiġu biex jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom stess għas-swieq lokali tagħhom.

(4)

L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali li bihom kull utent jew impriża li jipprovdu n-networks u/jew s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u li jkunu affettwati minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt li jappellaw kontra d-deċiżjoni quddiem entità ta' appell li tkun indipendenti mill-partijiet involuti. Din l-entità, li tista' tkun qorti, għandha jkollha l-kompetenzza xierqa ▐ biex tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha b'mod effettiv . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-merti tal-każ tingħatalhom il-kunsiderazzjoni li tixirqilhom u li jkun hemm mekkaniżmu ta' appell effettiv u li l-proċeduri quddiem l-entità tal-appell ma jkunux twal b'mod eċċessiv. L-Istati Membri għandhom jistipulaw limiti ta' żmien għall-kunsiderazzjoni ta' appelli ta' dan it-tip.

Soġġett għar-riżultat ta' kwalunkwe appell li jista' jkun hemm, id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tgħodd, sakemm ma jkunux awtorizzati miżuri temporanji. Miżuri temporanji jistgħu jkunu awtorizzati, f' konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, jekk ikun hemm ħtieġa urġenti li l-effett tad-deċiżjoni jiġi sospiż sabiex tkun evitata ħsara serja u irreparabbli lill-parti li tkun qed tapplika għal dawk il-miżuri, kif ukoll jekk il-bilanċ tal-interessi jitlob dan.”

(b)

Il-paragrafi li ġejin għandhom jiġu miżjuda :

3.     Il-korpi tal-appell għandhom ikunu intitolati li jitolbu l-opinjoni tal-BERT qabel ma jieħdu deċiżjoni matul il-proċediment ta' appell.

4.   L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-suġġetti tal-appelli, in-numru tat-talbiet ta' appelli, it-tul ta' żmien li jieħdu l-proċeduri tal-appell, in-numru ta' deċiżjonijiet biex jingħataw miżuri temporanji li ttieħdu skond il-paragrafu 1 u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet. L-Istati Membri għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni u għall-BERT fuq bażi annwali.”

(5)

L-Artikolu 5(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi, jew mad-deċiżjonijiet meħuda skond dawn. ▐ Dawn l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni fil-pront kif tintalab u fil-limiti ta' żmien u fil-livell ta' dettall mitluba mill-awtorità regolatorja nazzjonali. L-informazzjoni mitluba mill-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun proporzjonata għat-twettiq ta' dak il-kompitu. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tagħha għall-informazzjoni u għandha tikkonforma mal-liġi Komunitarja u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju.

(6)

L-Arikoli 6 u 7 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

Artikolu 6

Mekkaniżmu għall-konsultazzjoni u għat-trasparenza

Għajr f'każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 7(10), 20, jew 21, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skond l-Artikolu 9c, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkun biħsiebhom jieħdu miżuri skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi ▐ jew fejn ikun biħsiebhom jipprovdu għal restrizzjonijiet skond l-Artikolu 9(3) u 9(4), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, huma jagħtu lill-partijiet ikkonċernati l-opportunità li jikkummentaw fuq l-abbozz ta' miżura fi żmien raġonevoli.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw il-proċeduri ta' konsultazzjoni nazzjonali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistabbilixxu punt uniku ta' informazzjoni li permezz tiegħu l-konsultazzjonijiet kollha għaddejjin jkunu aċċessibbli.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel ir-riżultati tal-proċedura ta' konsultazzjoni disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ tal-informazzjoni riżervata skond il-liġi tal-Komunità u nazzjonali dwar ir-riżervatezza tan-negozju. Fil-każ ta' tixrid mhux ġustifikat ta' tagħrif kunfidenzjali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq talba tal-impriżi konċernati, għandhom jadottaw miżuri xierqa mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 7

It-tisħiħ tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skond din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-għanijiet stipulati fl-Artikolu 8, sa fejn dawk jirrelataw mat-tħaddim tas-Suq Intern.

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-Suq Intern billi jaħdmu mal-Kummissjoni u mal-BERT b'mod trasparenti 'sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. Għal dan il-għan, huma għandhom, b'mod partikulari, jaħdmu mal-Kummissjoni u mal-BERT biex jidentifikaw it-tipi ta' strumenti u rimedji l-iktar adattati biex ikunu ttrattati tipi partikulari ta' sitwazzjonijiet fis-suq.

3.   Għajr fejn jipprovdu mod ieħor id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni adottati skond l-Artikolu 7b, meta titlesta l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, fejn awtorità regolatorja nazzjonali tkun biħsiebha tieħu miżura li:

a)

taqa' fl-ambitu tal-Artikoli 15 jew 16 ta' din id-Direttiva, l-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), u

b)

tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri,

għandha tqiegħed l-abbozz ta' miżura għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-BERT u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri oħra, fl-istess ħin, flimkien mar-raġunijiet li fuqhom tissejjes il-miżura, skond l-Artikolu 5(3), u tinforma lill-Kummissjoni , lill-BERT u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħrajn b'dan. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali , il-BERT u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biss fi żmien xahar. Dan il-perjodu ta' xahar ma jistax jittawwal.

4.   Fejn miżura maħsuba koperta mill-paragrafu 3 jkollha l-għan li:

a)

tiddefinixxi suq rilevanti li jkun differenti minn dawk iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 15(1);

b)

tiddeċiedi jekk impriża tiġix innominata jew le bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma' oħrajn, saħħa sinifikanrti fis-suq, skond l-Artikolu 16(3), (4) jew (5); ║

u li tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u li l-Kummissjoni tkun indikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li hija tikkunsidra li l-abbozz ta' miżura jkun joħloq barriera għas-suq uniku jew jekk hija jkollha dubji serji dwar il-kompatibilità tiegħu mal-liġi tal-Komunità u b'mod partikulari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8, allura l-abbozz ta' miżura m'għandux ikun adottat qabel xahrejn oħra. Dan il-perjodu ma jistax jittawwal.

5.   Matul il-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biex tirtira l-abbozz ta' miżura. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni li l-BERT tissottometti skond l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru (KE) tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tat-Telekomunikazzjoni] (18) qabel ma toħroġ id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tkun akkompanjata minn analiżi ddettaljata u oġġettiva dwar x'wassal lill-Kummissjoni biex tikkonsidra li l-abbozz ta' miżura m'għandux ikun adottat flimkien ma' proposti biex ikun emendat l-abbozz ta' miżura.

6.   Fi żmien tliet xhur minn meta l-Kummissjoni tkun ħarġet deċiżjoni skond il-paragrafu 5 li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirtira l-abbozz ta' miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha temenda jew tirtira l-abbozz ta' miżura. Fil-każ li l-abbozz ta' miżura jkun emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6, u li tinnotifika mill-ġdid lill-Kummissjoni bl-abbozz ta' miżura emendat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

7.   L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-kummenti ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra tal-BERT u tal-Kummissjoni u tista', ħlief għall-każijiet koperti mill-paragrafu 4, tadotta l-abbozz ta' miżura li jirriżulta u, meta tagħmel dan, għandha tikkomunikah lill-Kummissjoni. Kull entità nazzjonali oħra li teżerċita funzjonijiet skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi għandha wkoll tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-kummenti tal-Kummissjoni.

8.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi, permezz ta' deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4, sabiex tipproteġi l-kompetizzjoni u tħares l-interessi tal-utenti, hija tista' tadotta minnufih miżuri proporzjonati u temporanji. Hija għandha, mingħajr dewmien, tikkommunika dawn il-miżuri, flimkien mar-raġunijiet sħaħ, lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u l- BERT . Id-deċiżjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex dawn il-miżuri jsiru permanenti jew biex jitwal iż-żmien li għalih huma jkunu japplikaw għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4.

(7)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 7a

Proċedura għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji

1.     Meta awtorità regolatorja nazzjonali jkun beħsiebha li tadotta miżura sabiex timponi, temenda jew tirtira obbligu fuq operatur bl-applikazzjoni tal-Artikolu 16 flimkien mal-Artikoli 5 u 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (id-Direttiva dwar is-Servizz Universali), il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn għandhom ikollhom perjodu ta' xahar mid-data tan-notifika tal-abbozz tal-miżura sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata.

2.     F'każ li l-abbozz tal-miżura jkun jikkonċerna l-impożizzjoni, l-emenda jew l-irtirar ta' obbligu differenti minn dak stabbilit fl-Artikoli 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), il-Kummissjoni, fi ħdan l-istess perjodu, tista' tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata u lill-BERT bir-raġunijiet l-għaliex tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq komuni jew inkella li għandha dubji serji b'rabta mal-kompatibiltà tiegħu mal-liġi Komunitarja. F'każ bħal dan, l-abbozz tal-miżura m'għandux jiġi adottat għal xahrejn oħrajn wara n-notifika tal-Kummissjoni.

Fin-nuqqas ta' notifika bħal din, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, filwaqt li tqis sew kwalunkwe kumment li jkun sar mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra.

3.     Matul il-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni, il-BERT u l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandhom jikkoperaw mill-qrib bil-għan li jidentifikaw l-iktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, filwaqt li jqisu b'mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti.

Matul l-istess perjodu ta' xahrejn, il-BERT, billi jaġixxi b'maġġoranza assoluta, għandha toħroġ opinjoni li tikkonferma kemm hu xieraq u effettiv l-abbozz tal-miżura jew li tindika li l-abbozz tal-miżura għandu jiġi emendat u li tipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan. Din l-opinjoni għandha tkun motivata u disponibbli għall-pubbliku.

F'każ li l-BERT tkun ikkonfermat kemm huwa xieraq u effettiv l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, filwaqt li tqis sew kwalunkwe kumment li jkun sar mill-Kummissjoni u mill-BERT. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel pubbliku kif ġew meqjusa dawn il-kummenti.

F'każ li l-BERT tkun indikat li l-abbozz tal-miżura għandu jiġi emendat, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis sew l-opinjoni tal-BERT, tista' tadotta deċiżjoni motivata li tesiġi lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata li temenda l-abbozz tal-miżura u li tipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan.

4.     F'każ li l-abbozz tal-miżura jkun jikkonċerna l-impożizzjoni, l-emenda jew l-irtirar tal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), l-abbozz tal-miżura m'għandux jiġi adottat għal perjodu ta' xahrejn oħrajn mill-bidu tal-perjodu ta' xahar imsemmi fil-paragrafu 1.

Matul il-perijodu ta' xahrejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni, BERT u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-objettiv li jiġi determinat jekk l-abbozz ta' miżura propost hux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), u b'mod partikolari, jekk il-miżura hix l-aktar xierqa u effettiva. Għal dak il-għan, għandhom jitqiesu kif jistħoqq il-fehemiet tal-parteċipanti fis-suq u il-ħtieġa li jiġi żgurat l-iżvilupp ta' prassi regolatorja konsistenti. Fuq talba motivata mill-BERT jew mill-Kummissjoni, dan il-perijodu ta' xahrejn jista' jittawwal b'sa xahrejn oħra.

Matul il-perjodu massimu ta' xahrejn stabbilit fit-tieni subparagrafu, il-BERT, billi jaġixxi b'maġġoranza assoluta, għandha tadotta opinjoni li tikkonferma kemm hu xieraq u effettiv l-abbozz tal-miżura jew li tindika li l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat. Din l-opinjoni għandha tkun motivata u disponibbli għall-pubbliku.

F'każ biss li l-Kummissjoni u l-BERT ikunu kkonfermaw kemm huwa xieraq u effikaċi l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tkun tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, filwaqt li tqis sew kwalunkwe kumment li jkun sar mill-Kummissjoni u mill-BERT. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel pubbliku kif ġew meqjusa dawn il-kummenti.

5.     Fi żmien tliet xhur minn meta l-Kummissjoni tkun adottat, f'konformità mar-raba' subparagrafu tal-paragrafu 3, deċiżjoni motivata li tesiġi lill-awtorità regolatorja nazzjonali li temenda l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura. F'każ li l-abbozz tal-miżura għandu jiġi emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika f'konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6, u li tinnotifika mill-ġdid lill-Kummissjoni bl-abbozz tal-miżura emendat f'konformità mal-Artikolu 7.

6.     L-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirtira l-abbozz ta' miżura fi kwalunkwe fażi tal-proċedura.

Artikolu 7b

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni

║ Il-Kummissjoni , filwaqt li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT, tista' tistipula rakkomandazzjonijiet u/jew linji gwida marbutin mal-Artikolu 7, li jiddefinixxu l-forma, il-kontenut u l-grad tad-dettalji li għandhom jingħataw fin-notifiki mitluba skond l-Artikolu 7(3), kif ukoll iċ-ċirkustanzi li fihom notifika ma tkunx meħtieġa u l-kalkolu tal-iskadenzi.

▐”

8)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“Sakemm mhuwiex ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 9 dwar il-frekwenzi tar- radju jew sakemm mhuwiex meħtieġ mod ieħor sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-fatt li huwa mixtieq li r-regolamenti li jsiru jkunu newtrali teknoloġikament u għandhom jiżguraw meta jwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, b'mod partikulari dawk maħsuba biex jiżguraw il-kompetizzjoni effettiva, li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħmlu l-istess.”

b)

Fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c) għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

“a)

jiżguraw li l-utenti, inklużi l-utenti b'diżabbiltà, l-utenti anzjani, u l-utenti bi bżonnijiet speċjali jieħdu l-benefiċċju massimu f'termini ta' għażla, prezz, u kwalità , u li fornituri jiġu kkumpensati għal kwalunkwe spiża netta li huma jistgħu juru prova li ġarrbu bħala riżultat tal-impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku bħal dawn ;

b)

jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni jew restrizzjoni fil-kompetizzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, b'mod partikulari u fl-aċċess għall -kontenut u fis-servizzi fuq in-networks kollha ;

c)

jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-investiment effiċjenti fl-infrastruttura li jkun immexxi mis-suq, u jippromwovu l-innovazzjoni; u

c)

il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) għandu jitħassar;

(ii)

il-punt (d) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“d)

jaħdmu mal-Kummissjoni u l- BERT sabiex jiżguraw l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi.”

d)

l-paragrafu 4 għandu jiġi emendat b'dan li ġej:

i)

il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“e)

jittrattaw il-bżonnijiet ta' gruppi soċjali speċifiċi, b'mod partikulari l-utenti b'diżabilità, l-utenti anzjani u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċifiċi;”

(ii)

Għandhom jiżdiedu l-punti (g) u (h) :

“g)

l-applikazzjoni tal-prinċipju li l-utenti aħħarija għandu jkollhom il-libertà ta' aċċess għal kull kontenut legali, tat-tqassim tiegħu, u tal-użu ta' kull applikazzjoni u/jew servizz legali li jagħżlu huma' u għal dan l-iskop jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta' kontenut legali bi qbil mal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva ta' Servizz Universali) .

h)

l-applikazzjoni tal-prinċipju li l-ebda restrizzjoni ma tistax tiġi imposta fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-utenti aħħarija, partikolarment skont l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, mingħajr deċiżjoni minn qabel mingħand l-awtoritajiet ġudizzjarji, ħlief meta s-sikurezza pubblika tkun mhedda fil-każ li deċiżjoni tkun ittieħdet sussegwentement.

(e)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

5.     L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, huma u jsegwu l-għanijiet politiċi msemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4, għandhom japplikaw prinċipji regolatorji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonali inter alia billi:

a)

jippromwovu l-prevedibilità regolatorja permezz tal-kontinwità ta' rimedji fuq bosta reviżjonijiet tas-suq kif xieraq;

b)

jiżguraw li, f'ċirkostanzi simili, m'hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta' impriżi li jipprovdu networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

c)

jissalvagwardjaw il-kompetizzjoni għall-benefiċċju ta' klijenti u jippromwovu il-kompetizzjoni bbażata fuq kompetizzjoni fejn ikun possibbli;

d)

jippromwovu investiment determinat mis-suq u innovazzjoni f'infrastrutturi ġodda u msaħħa inkluż bl-inkoraġġiment ta' qsim ta' investiment u bl-iżgurar ta' qsim ta' riskju xieraq fost l-investitur u dawk il-kumpaniji li jgawdu minn aċċess għall-faċilitajiet ġodda;

e)

jieħdu kont xieraq tal-varjetà ta' kondizzjonijiet relatati mal-kompetizzjoni u mal-konsumaturi li jeżistu fl-Istati Membri u fiż-żoni ġeografiċi varji fl-Istati Membri;

f)

jimponu obbligi regolatorji ex-ante f'każ biss fejn ma jkun hemm ebda kompetizzjoni effettiva u jerħu jew ineħħu tali obbligazzjonijiet hekk kif dik il-kundizzjoni titwettaq.

(9)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

Artikolu 8a

Kumitat għall-Politika ta' Spettru tar-Radju

1.     Qiegħed b'dan jinħoloq Kumitat għall-Politika ta' Spettru tar-Radju (‘RSPC’) sabiex jagħti kontribut għall-ilħuq tal-għanijiet stipulati fil-paragrafi 1, 3 u 5 tal-Artikolu 8b.

L-RSPC għandu jipprovdi pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' politika ta' spettru tar-radju.

L-RSPC għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' livell għoli mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-politika ta' spettru tar-radju f'kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jkollu vot wieħed u l-Kummissjoni m' għandhiex tivvota.

2.     Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tiegħu stess, l-RSPC, li jaġixxu b'maġġoranza assoluta, għandu jadotta opinjonijiet.

3.     l-RSPC għandu jippreżenta rapport annwali ta' attività lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 8b

Ippjanar strateġiku u kordinazzjoni tal-politika ta' spettru tar-radju fl-Unjoni Ewropea

1.     L-Istati Membri għandhom jikkoperaw bejniethom u mal-Kummissjoni fl-ippjanar strateġiku, koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-użu ta' spettru tar-radju fil-Komunità. Għal dan il-għan, huma għandhom iqisu, inter alia, aspetti ekonomiċi, ta' sikurezza, ta' saħħa, ta' interess pubbliku, ta' libertà tal-espressjoni, kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politiki tal-UE kif ukoll tal-interessi varji ta' komunitajiet ta' utenti ta' spettru ta' radju bl-iskop li jtejbu l-użu ta' spettru ta' radju u jevitaw interferenza ta' ħsara.

2.     Attivitajiet ta' politika ta' spettru ta' radju fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu mingħajr ħsara:

a)

miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità jew nazzjonali, bi qbil mal-liġi tal-Komunità, biex ifittxu objettivi ta' interess ġenerali, b'mod partikulari fir-rigward ta' kontenut ta' regolament u politiki awdjoviżivi u tal-Media;

b)

id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/5/KE; u

c)

id-dritt ta' Stati Membri biex jorganizzaw u jużaw l-ispettru ta' radju tagħhom għall-iskopijiet ta' ordni pubblika, sigurtà pubblika u difiża.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika ta' spettru ta' radju fl-Unjoni Ewropea u, fejn ikun xieraq, kundizzjonijiet armonizzati rigward id-disponibilità u l-użu effiċjenti tal-ispettru meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern f'oqsma ta' politiki tal-UE bħal komunikazzjonijiet elettroniċi, trasport u riċerka u żvilupp.

4.     Il-Kummissjoni filwaqt li tieħu kont xieraq tal-opinjoni tar-RSPC, tista' tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-istabbiliment ta' programm ta' azzjoni dwar l-ispettru tar-radju fir-rigward tal-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju fl-Unjoni Ewropea jew miżuri leġiżlattivi oħra bil-għan li jsir l-aħjar użu mill-ispettru tar-radju u li tiġi evitata interferenza li tagħmel il-ħsara.

5.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni effettiva tal-interessi tal-UE f'organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet ta' spettru ta' radju. Kull fejn meħtieġ għal żgurar ta' din il-koordinazzjoni effettiva, il-Kummissjoni, meta tqis b'mod xieraq l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika ta' Spettru ta' Radju (‘RSPC’), tista' tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill objettivi ta' politika komuni inkluż, jekk meħtieġ, mandat ta' negozjar.

(10)

L-Artikolu 9 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 9

Il-ġestjoni ta' frekwenzi tar-radju għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

1.    B' kont xieraq meħud għall-fatt li l-frekwenzi tar-radju huma beni pubbliċi b'valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni effettiva tal-frekwenzi tar-radju għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fit-territorju tagħhom skond l- Artikoli 8 u 8b . Għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni u l-assenjazzjoni tal-frekwenzi tar-radju mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. B'hekk, l-Istati Membri jkunu qegħdin jirrispettaw il-ftehiminternazzjonali u jkunu jistgħu jieħdu kont tal-prospettivi tal-politika pubblika.

2.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-użu tal-frekwenzi tar-radju mal-Komunità kollha, b'konsistenza mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu u bi qbil mal-benefiċċji għall-klijent bħal ekonomiji ta' skala u interoperabilità ta' servizzi. B'hekk, huma għandhom jipproċedu skond l- Artikoli 8b u 9c ta' din id-Direttiva, u d -Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju).

3.   Sakemm mhux previst mod ieħor mit-tieni subparagrafu jew mill-miżuri adottati skond il-paragrafu 9c, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta' teknoloġija użati għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi 'jkunu jistgħu jintużaw fil-bands ta' frekwenzi tar-radju disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi f'konformità mar-Regolamenti tal-ITU għar-Radju .

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta' teknoloġija wżati għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi , fejn dan ikun meħtieġ biex:

a)

tkun evitata l-possibilità ta' l-interferenza li tagħmel il-ħsara,

b)

titħares is-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi,

c)

tkun żgurata l-kwalità teknika tas-servizz,

d)

ikun żgurat il-massimu tal-użu maqsum tal-frekwenzi tar-radju ▐,

e)

ikun salvagwardjat l-użu effiċjenti ta' frekwenzi tar-radju,

f)

ikun sodisfatt għan ta' interess ġenerali skond il-paragrafu 4 ║.

4.   Sakemm mhux previst mod ieħor mit-tieni subparagrafu ▐, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jistgħu jkunu pprovduti fil-bands tal-frekwenzi tar-radju disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika f'konformità mal-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tal-frekwenzi u r-Regolamenti tal-ITU għar-Radju . Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li se jkunu pprovduti.

Miżuri li jirrikjedu li servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jkun provdut f' band speċifiku disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikunu ġġustifikati biex jiżguraw il-ksib ta' għan ta' interess ġenerali definit fil-liġi nazzjonali f'konformità mal-liġi Komunitarja, pereżempju s-sikurezza tal-ħajja, il-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, reġjunali jew territorjali, il-prevenzjoni mill-użu ineffiċjenti tal-frekwenzi tar-radju, ▐ il-promozzjoni għanijiet kulturali u tal-politika medjatika bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-media.

Miżura li tipprojbixxi l-provvista ta' kull servizz komunikazzjonijiet elettroniċi ieħor f'band speċifiku tista' tkun applikata biss meta r-restrizzjoni tkun iġġustifikata mill-ħtieġa li jkunu protetti servizzi tas-sikurezza tal-ħajja.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrevedu regolarment il-ħtieġa tar-restrizzjonijiet u l-miżuri imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 u għandhom jippubblikaw ir-riżultati ta' dawn ir-reviżjonijiet .

6.   Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-assenjazzjoni tal-frekwenzi tar-radju minn  (19)

(11)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 9a, 9b u 9c li ġejjin:

Artikolu 9a

Reviżjoni tar-restrizzjonijiet għal drittijiet eżistenti

1.   Għal perjodu ta' ħames snin li jibda minn … (20)▐, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li d-detenturi ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju li jkunu ngħataw qabel dik id-data u li se jibqgħu validi għal perjodu ta' mhux inqas minn ħames snin wara din id-data jistgħu jressqu applikazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għal reviżjoni tar-restrizzjonijiet għad-drittijiet tagħhom, skond l-Artikolu 9(3) u (4).

Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, l-awtorità ▐ nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika d-detentur tad-drittijiet bir-reviżjoni mill-ġdid tagħha tar-restrizzjonijiet u tindika sa fejn jasal id-dritt ikkonċernat wara r-reviżjoni. Għandha tagħtih skadenza raġonevoli biex jirtira l-applikazzjoni tiegħu.

Jekk id-detentur tad-drittijiet jirtira l-applikazzjoni tiegħu, id-dritt għandu jibqa' bla tibdil sa l-iskadenza tiegħu jew sa tmiem il-perjodu ta' 5 snin, skond liema data hija l-aktar kmieni.

2.   2 Fejn id-detentur ta' drittijiet imsemmi fil-paragrafu 1 huwa fornitur ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew fuq it-televiżjoni, u fejn id-dritt għall-użu tal-frekwenzi tar-radju ngħata għall-ksib ta' għan speċifiku ta' interess ġenerali, inkluża l-provvista ta' servizzi tax-xandir, id-dritt għall-użu tal-parti tal-frekwenzi tar-radju li hija meħtieġa għall-ksib ta' dak il-għan għandu jibqa' l-istess . Il-parti tal-frekwenzi tar-radju li ma tibqax meħtieġa għall-ksib ta' dak il-għan għandha tkun soġġetta għal proċedura ġdida ta' assenjazzjoni, skond l-Artikolu 9(3) u (4) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Awtorizzazzjoni.

3.   Wara l-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Artikolu 9(3) u (4) japplikaw għal kull assenjazzjoni u allokazzjoni ta' frekwenzi tar-radju li fadal, li kienu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

4.   Fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiggarantixxu l-kompetizzjoni ġusta.

Artikolu 9b

It-trasferiment ta' drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jkunu jistgħu jittrasferixxu jew jikru lil impriżi oħra d-drittijiet individwali għall-użu ta' frekwenzi tar-radju fil-bands li jkunu jipprovdu għalihom il-miżuri ta' implimentazzjoni skond il-paragrafu 9c sakemm dan it-trasferiment jew kiri jkun skond il-proċeduri nazzjonali u pjanijiet nazzjonali ta' allokazzjoni ta' frekwenza .

F'bands oħra, l-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu biex l-impriżi jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet individwali għall-użu ta' frekwenzi tar-radju lil impriżi oħra f'konformità mal-proċeduri nazzjonali .

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intenzjoni tal-impriża li tittrasferixxi d-drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju kif ukoll it-trasferiment effettiv tkun innotifikata lill-awtorità kompetenti nazzjonali ▐ responsabbli għall- assenjazzjoni ta' drittijiet individwali tal-użu ta' frekwenzi tar-radju, u li tkun ippubblikata. Meta l-użu tal-frekwenza tar-radju jkun ġie armonizzat permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9c u tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju jew ta' miżuri oħra tal-Komunità, kull trasferiment bħal dan għandu jkun konformi ma' dan l-użu armonizzat.

Artikolu 9c

Miżuri ta' armonizzazzjoni tal-ġestjoni tal-frekwenzi tar-radju

Sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern, fl-osservanza tal-prinċipji tal- Artikoli 8b, 9, 9a u 9b , il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni xierqa biex:

a)

tapplika l-programm ta' azzjoni tal-ispettru tar-radju mwaqqaf skont l-Artikolu 8b(4);

b)

tidentifika l-bands li d-drittijiet għall-użu tagħhom jistgħu jkunu ttrasferiti jew mikrija bejn l-impriżi;

c)

ikunu armonizzati l-kundizzjonijiet marbuta ma' dawn id-drittijiet ▐; ▐

d)

tidentifika l-bands li għalihom japplika l- prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz.'

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▐

(12)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-pjani u l-proċeduri għall-għoti tan-numri jkunu applikati b'mod li jingħata trattament ugwali lill-kull min jipprovdi s-servizzi u lill-utenti tan-numri madwar l-Unjoni Ewropea . B'mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża li tkun assenjata serje ta' numri ma tiddiskriminax kontra fornituri u utenti oħrajn li jippovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fir-rigward tas-sekwenzi tan-numri użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom. ▐”

(b)

Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-armonizzazzjoni ta' numri jew firxiet ta' numri speċifiċi fil-Komunità meta din tippromwovi t-tħaddim tas-suq intern jew tappoġġja l-iżvilupp ta' servizzi pan-Ewropej. Il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi li jkunu xierqa dwar din il-materja, li jistgħu jinkludu li tiżgura aċċess transkonfinali għan-numerazzjoni nazzjonali użata fis-servizzi essenzjali, bħal ma huma l-mistoqsijiet dwar id-direttorju . Il-miżuri ta' implimentazzjoni jistgħu jagħtu lill-BERT responsabbiltajiet speċifiċi fl-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▐”

(13)

Fl-Artikolu 11(1), il-kliem 'taġixxi fuq il-bażi ta' proċeduri ta' trasparenza u pubblikament disponibbli, applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u' għandu jinbidel bil-kliem li ġej:

“taġixxi fuq il-bażi ta' proċeduri sempliċi, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u f'kull ċirkostanza tiddeċiedi fi żmien erba' xhur mill-applikazzjoni, u”

(14)

L-Artikolu 12 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 12

Il-ko-lokazzjoni u l-użu komuni tal- elementi tan-networks u l-faċilitajiet assoċjati għall-proveddituri tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.   Meta l-impriża li tipprovdi n-networks tal-komunikazzjoni elettronika jkollha d-dritt skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tinstalla l-faċilitajiet fuq, minn fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata, jew tkun tista' tieħu vantaġġ mill-proċedura għall-esproprjazzjoni jew użu ta' proprjetà, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom filwaqt li jqisu bis-sħiħ il-prinċipju tal-proporzjonalità , ikunu jistgħu jimponu l-użu komuni ta' dawn il-faċilitajiet jew din il-proprjetà, inklużi d-dħul fil-bini, is-sistema tal-wajers fil-bini , l-arbli, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ , id-ducts, il-kondjuwits , it-toqob u l-kaxxi tal-ispezzjonar u l-elementi l-oħra kollha li mhumiex attivi .

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu li d-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jużaw flimkien il-faċilitajiet jew il-proprjetà (inkluża l-ko-lokazzjoni fiżika) jew jieħdu l-miżuri biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi biex ikunu protetti l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw il-għanijiet tal-ippjanar tal-ibliet u l-kampanja wara biss perijodu xieraq ta' konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet konċernati kollha għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Dan l-użu komuni jew dawn l-arranġamenti ta' koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim tal-ispejjeż tal-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa biex jirrekjedu li, wara perjodu xieraq ta' konsultazzjoni pubblika, li fih il-partijiet kollha interessati jingħataw l-opportunità li jistqarru l-fehmiet tagħhom, id-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jagħmlu użu komuni tal-faċilitajiet jew tal-proprjetà, inkluż permezz ta' ko-lokazzjoni fiżika, sabiex jinkoraġġixxu l-investiment effiċjenti fl-infrastruttura u l-promozzjoni tal-innovazzjoni. Dan l-użu komuni jew dawn l-arranġamenti ta' koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim tal-ispejjeż tal-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà u għandhom jiżguraw li hemm qsim adegwat tar-riskji bejn l-intrapriżi kkonċernati.

4.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija mid-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jistabbilixxu inventarju dettaljat tan-natura, id-disponibilità u l-lokalità ġeografika tal-faċilitajiet imsemmija f'dak il-paragrafu, u li huma jagħmlu dak l-inventarju disponibbli għall-partijiet interessati.

5.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jwaqqfu l-proċeduri ta' koordinazzjoni xierqa, b'koperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, rigward ix-xogħlijiet pubbliċi msemmija fil-paragrafu 2 u faċilitajiet jew proprjetà oħra pubbliċi. Dawk il-proċeduri jistgħu jinkludu proċeduri li jiżguraw li l-partijiet interessati jkollhom informazzjoni rigward il-faċilitajiet pubbliċi u l-proprjetà xierqa u xogħlijiet pubbliċi ppjanati jew li qed isiru, li jkunu avżati fi żmien xieraq dwar dawn ix-xogħlijiet, u li l-użu komuni jiġi ffaċilitat kemm jista' jkun.

6.   Il-miżuri li jittieħdu minn awtorità regolatorja nazzjonali skond dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti mhux diskriminatorji u proporzjonati.”

(15)

Għandu jiddaħħal il-Kapitolu IIIa li ġej:

“'Kapitolu IIIa

IS-SIGURTÀ U L-INTEGRITÀ TAN-NETWORKS U S-SERVIZZI

Artikolu 13a

Is-sigurtà u l-integrità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi li jkunu xierqa biex jipproteġu s-sigurtà tan-networks u tas-servizzi tagħhom. Meta tikkunsidra t-teknoloġija l-iktar moderna, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta' sigurtà li jkun adattat għar-riskju li jippreżenta ruħu. B'mod partikulari, il-miżuri għandhom jittieħdu biex jevitaw u jnaqqsu ħafna l-impatt tal-inċidenti ta' sigurtà fuq l-utenti u fuq in-networks li jkunu kkonnettjati bejniethom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw l-integrità tan-networks tagħhom sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-provvista tas-servizzi pprovduti minn fuq dawk in-networks. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom konsultazzjonijiet mal-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika qabel ma jadottaw miżuri speċifiċi għas-sigurtà u għall-integrità tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti nazzjonali b'xi ' ksur tas-sigurtà jew b'telf tal-integrità li kellu impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-networks u tas-servizzi.

Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti nazzjonali ▐ konċernata għandha tinforma lill-awtoritajiet ▐ nazzjonali kompetenti fi Stati Membri oħra u lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) . Meta jkun fl-interess pubbliku li l-ksur ikun żvelat, l-awtorità kompetenti nazzjonali tista' tinforma lill-pubbliku.

Darba fis-sena, l-awtorità kompetenti nazzjonali ▐ għandha tippreżenta rapport fil-qosor lill-Kummissjoni dwar in-notifiki li tirċievi u l-azzjoni li tkun ittieħdet skond dan il-paragrafu.

4.   Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-ENISA , tista' tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi li jkunu xierqa bil-għan li jkunu armonizzati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, inklużi l-miżuri li jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri li japplikaw għar-rekwiżiti tan-notifika. L-adozzjoni ta' tali miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi m'għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri mill jadottaw rekwiżiti addizzjonali sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

Miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni li jkollhom x'jaqsmu man-notifiki għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Diretta 2002/58/KE.

Dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ║.

Artikolu 13b

L-implimentazzjoni u l-infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ▐ nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet li jorbtu lill-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku sabiex jimplimentaw l-Artikolu 13a. Dawn l-istruzzjonijiet li jorbtu għandhom ikun proporzjonati u sostenibbli, ekonomikament u teknikament, u għandhom jiġu implimentati fi skeda ta' żmien raġonevoli.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ▐ nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku biex:

a)

jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun ivvalutata s-sigurtà u l-integrità tas-servizzi u n-networks tagħhom, inklużi d-dokumenti dwar il-politika ta' sigurtà; u

b)

jagħtu istruzzjonijiet lil entità kkwalifikata indipendenti biex twettaq verifika tas-sigurta u tagħmel ir-riżultati tagħha disponibbli għall-awtorità regolatorja nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ▐ nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw il-każi ta' nuqqas ta' konformità l-effetti fuq is-sigurtà u l-integrità tan-networks .

4.   Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għall-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva.”

(16)

L-Artikolu 14(3) għandu jiġi emendat kif ġej :

Fejn intrapriża għandha saħħa kummerċjali sinifikanti fuq suq speċifiku u fejn ir-rabtiet bejn iż-żewġ swieq huma tat-tip li jittrasferixxu s-saħħa kummerċjali li għandu suq wieħed lejn is-suq l-ieħor, u b'hekk iżidu s-saħħa kummerċjali tal-intrapriża, rimedji bil-għan li jiġi evitat dan it-tip ta' trasferiment tal-vantaġġ strateġiku jistgħu jiġu imposti fuq is-suq marbut, b'konformità mal-Artikoli 9, 10, 11 u 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess). Fejn rimedji ta' dan it-tip ma jkunux biżżejjed, jistgħu jiġu imposti rimedji skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizzi Universali) .”

(17)

L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-titlu huwa ssostitwit bit-test li ġej:

Il-proċedura għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq

(b)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   Wara l-konsultazzjoni pubblika u l-konsultazzjonimal- BERT , il-Kummissjoni għandha tadotta Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti (hawn iktar 'il quddiem imsejħa ‘ir-Rakkomandazzjoni’). Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq ta' prodotti u servizzi ġewwa s-settur tal-komunikazzjoni elettronika li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu hekk li jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stipulati fid-Direttivi Speċifiċi, bla ħsara għas-swieq li jistgħu jkunu ddefiniti f'każijiet speċifiċi skond il-liġi tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-swieq skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.”

c)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

2a.     Sa … (21), il-Kummissjoni għandha tippubblika linji ta' gwida għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rigward deċiżjonijiet bil-għan li jimponu, jemendaw jew ineħħu l-obbligi tal-intrapriżi b'poter kummerċjali sinifikanti.

(d)

Il-paragrafu 3 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“3.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara li jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lir-Rakkomandazzjoni u lil-Linji Gwida, għandhom jiddefinixxu s-swieq rilevanti li jaqblu maċ-ċirkostanzi nazzjonali, b'mod partikulari s-swieq ġeografiċi rilevanti ġewwa t-territorju, skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7 qabel ma jiddefinixxu s-swieq li huma diversi minn dawk identifikati fir-Rakkomandazzjoni.”

(e)

Il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal- BERT maħruġa skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)], tista' tadotta Deċiżjoni li tidentifika s-swieq tranżnazzjonali.

Din id-Deċiżjoni, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tikkompletaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▐”

(18)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti bit-test li ġej:

“1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-swieq rilevanti filwaqt li jieħdu kont tas-swieq li jinsabu elenkati fir-Rakkomandazzjoni u wara li jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lil-Linji Gwida. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.

2.   Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tintalab skond il-paragrafi 3 jew 4, tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali), jew l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) biex tiddetermina jekk timponix, iżżommx, temendax jew tirtirax l-obbligi fuq l-impriżi, hija għandha tiddetermina fuq il-bażi tal-analiżi tas-suq tagħha msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-artikolu jekk is-suq rilevanti jkunx kompetittiv b'mod effettiv.”

(b)

Il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

“5.   Fil-każ tas-swieq tranżnazzjonali identifikati fid-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 15(4), il-Kummissjoni għandha titlob lill- BERT biex tmexxi l-analiżi tas-suq wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lil-Linji Gwidi u tagħti opinjoni dwar kull impożizzjoni, żamma, emenda jew irtirar tal-obbligi regolatorji kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT , tista' toħroġ deċiżjoni li tinnomina impriża waħda jew iżjed bħala li jkollhom saħħa sinifikanti f'dak is-suq, u timponi wieħed jew iżjed obbligi speċifiċi skond l-Artikoli 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali). Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-għanijiet tal-politika stipulati fl-Artikolu 8.

6.   Il-miżuri li jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu l-analiżi tas-suq rilevanti:

a)

fi żmien sentejn min-notifika preċedenti ta' abbozz ta' miżura relatata ma' dak is-suq;

b)

għas-swieq li ma kinux innotifikati qabel lill-Kummissjoni, fi żmien sena minn meta tkun adottata r-Rakkomandazzjoni rriveduta dwar is-swieq rilevanti, jew;

c)

għall-Istati Membri li jkunu għadhom kif daħlu fl-Unjoni, fi żmien sena mill-adeżjoni tagħhom.”

(c)

Għanduj iddaħħal il-paragrafu 7 li ġej:

“7.   Meta awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx temmet l-analiżi tagħha tas-suq rilevanti identifikat fir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt fl-Artikolu 16(6), il-Kummissjoni tista' titlob lill- BERT biex toħroġ opinjoni, li tkun tinkludi l-abbozz ta' miżura, l-analiżi tas-suq speċifikat u l-obbligi speċifiċi li jridu jkun imposti. L- BERT tista' tmexxi konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta' miżura konċernat.

▐”

(19)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, fl-ewwel sentenza, il-kliem “Artikolu 22(2)” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Artikolu 22(3)” u fit-tieni sentenza, il-kliem “waqt li tagġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 22(2) jinbidel bil-kliem “tista” tieħu miżuri xierqa ta' implimentazzjoni u”.

(b)

Fil-paragrafu 2, is-subparagrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

Fin-nuqqas ta' dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), il-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-istandardizzazzjoni (ISO) jew il-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC).

(c)

Fil-paragrafu 6, il-kliem 'filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 22(3), tneħħihom mill-lista tal-istandards u/ew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinbidel bil-kliem “tieħu l-miżuri ta' implimentazzjoni xierqa u tneħħi dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet mil-lista tal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1”.

(d)

Jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

“6a.   Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija msemmija fil-paragrafi 1, 4, u 6 , fil-paragrafi 4 u 6, maħsuba biex elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▐”

(20)

L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (c) li ġej huwa miżjud:

“(c)

dawk li jipprovdu s-servizzi u t-tagħmir tat-TV diġitali biex jikkooperaw fil-provvista ta' servizzi interoperabbli tat-TV għall-utenti fnali b'diżabbiltà.”

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi mħassar.

(21)

L-Artikolu 19 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 19

Proċeduri ta' armonizzazzjoni

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva u tal-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), meta l-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-kompiti regolatorji speċifikati fid-Direttivi Speċifiċi joħolqu xkiel għas-suq intern, il-Kummissjoni tista', wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT , jekk ikun hemm, toħroġ ▐ Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi sabiex ikomplu jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 8.

2.   Id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tikkompletaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▐

3.   Il-miżuri adottati skond il-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-identifikazzjoni tat-strateġija armonizzata jew ikkoordinata biex tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

L-implimentazzjoni konsistenti ta' strateġija regolatorji, inkluż it-trattament ta' servizzi ġodda ta' swieq sub-nazzjonali u ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika kummerċjali transkonfinali ;

(b)

Il-kwistjonijiet ta' għoti tan-numri, ismijiet u indirizzi, inklużi s-serje ta' numri, il-portabilità tan-numri u l-elementi ta' identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta'emerġenza bil-112;

(c)

Il-kwistjonijiet tal-konsumaturi, mhumiex inklużi fid-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizzi Universali), inkluż b'mod partikolari l-aċċessibbiltà għas-servizzi u t-tagħmir tal-komunikazzjoni elettronika mill-utenti finali b'diżabilità;

(d)

Ir-rendikont regolatorju inkluż il-kalkolu tar-riskju tal-investiment .

▐”

(22)

L-Artikolu 20(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   Fil-każ ta' tilwima li tinqala' bejn dwk li jipprovdu s-servizzi b'rabta mal-obbligi eżistenti imposti skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi meta waħda mill-partijiet tkun impriża li tipprovdi n-networks jew s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata, għandha, fuq it-talba ta' xi waħda mill-partijiet, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, toħroġ deċiżjoni li turbot biex tirriżolvi t-tilwima fl-iqsar perijodu ta' żmien possibbli u f'kull każ fi żmien erba' xhur, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Istat Membru konċernat għandu jitlob li l-partijiet kollha jikkooperaw kompletament mal-awtorità regolatorja nazzjonali.”

(23)

L-Artikolu 21 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 21

Is-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali

1.   Fil-każ li tinqala' tilwima transkonfinali taħt din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi bejn partijiet fi Stati Membri diversi, meta t-tilwima taqa' fl-ambitu tal-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' iktar minn Stat Membru wieħed, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Kull parti tista' tirreferi t-tilwima lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu kompetenti għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fi ħdan il-BERT sabiex tinstab soluzzjoni għat-tilwima kemm jista' jkun permezz tal-adozzjoni ta' deċiżjoni konġunta, skond il-għanijet stipulati fl-Artikolu 8. Kwalunkwe obbligu impost fuq impriża mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabiex tinstab soluzzjoni għal tilwima għandu jikkonforma mad-Dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi.

Kull awtorità regolatorja nazzjonali li jkollha l-kompetenza f'tilwima bħal din tista' titlob lill- BERT biex toħroġ rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)] dwar l-azzjoni li trid tittieħed skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' Qafas u/jew tad-Direttivi Speċifiċi biex tkun solvuta din it-tilwima.

Meta din it-talba tkun saret lill- BERT , kull awtorità regolatorja nazzjonali li jkollha l-kompetenza f'xi aspett tat-tilwima għandha tistenna r-rakkomandazzjoni tal- BERT skond l-Artikolu 18 Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)] qabel ma taġixxi biex tirriżolvi t-tilwima, bla ħsara għall-possibbiltà għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jieħdu l-miżuri urġenti meta jkun meħtieġ.

Kull obbligu impost fuq l-impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirriżolvi t-tilwima għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi u jagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lir-rakkomandazzjoni maħruġa mill- BERT skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru…./2008 [li tistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)].

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu kompetenti biex flimkien dawn ma jaċċettawx li jirriżolvu t-tilwima meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għas-soluzzjoni tat-tilwima b'mod f'waqtu skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.

Huma għandhom jinfurmaw lill-partijiet mingħajr dewmien. Jekk wara erba' xhur it-tilwima ma tkunx riżoluta, jekk it-tilwima ma tkunx tressqet fil-qorti mill-parti li sofriet il-ksur tad-drittijiet, u jekk xi waħda mill-partijiet titlob dan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex tinstab soluzzjoni għat-tilwima, kemm jista' jkun permezz tal-adozzjoni ta' deċiżjoni konġunta , skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 wara li tingħata l-ikbar kunsiderazzjoni lil kwalunkwe rakkommandazzjoni maħruġa mill- BERT skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru…./2008 [li tistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)].

4.   Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli tieħu azzjoni fil-qorti.”

(24)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 21a li ġej:

Artikolu 21a

Pieni

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-pieni li jkun ipprovdut għalihom għandhom ikunu xierqa , effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa (22) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.”

(25)

L-Artikolu 22 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu ġdid li ġej:

1a.     Bħala deroga mill-paragrafu 1, għall-adozzjoni ta' miżuri b'konformità mal-Artikolu 9c, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejuna mill-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju imwaqqaf taħt l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tingħata kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

(c)

Il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tingħata kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

(26)

L-Artikolu 27 huwa mħassar.

(27)

L-Anness I għandu jitħassar u l-Anness II għandu jiġi emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2002/19/KE (Id-Direttiva ta' Aċċess)

Id-Direttiva 2002/19/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“a)

‘aċċess’ tfisser it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' faċilitajiet u/jew servizzi lil impriża oħra, taħt kundizzjonijiet iddefiniti, fuq bażi esklussiva jew mhux esklussiva, bl-iskop li jkunu pprovduti s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika inkluż it-twassil tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew biex jixxandru s-servizzi b'kontenut. Tkopri, fost l-oħrajn: aċċess għal elementi tan-network u faċilitajiet assoċjati, li jistgħu jinvolvu l-konnessjoni ta' tagħmir b'mezzi fissi jew mhix fiss (dan jinkludi partikolarment l-aċċess għal-linja lokali u għal faċilitajiet u s-servizzi meħtieġa għall-provvediment ta' servizzi fuq il-linja lokali); aċċess għal infrastruttura fiżika, inklużi ducts, arbli u bini; aċċess għal sistemi ta' softwer rilevanti, inklużi sistemi ta' appoġġ operazzjonali; aċċess għat-traduzzjoni ta' numri jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; aċċess għall-informazzjoni meħtieġa dwar l-abbonati u għall-mekkaniżmi biex jitħallsu lura l-ammonti tal-kontijiet mibgħuta lill-utenti aħħarin lill-fornituri tas-servizzi tad-direttorju; aċċess għal networks fissi u mobile, partikolarment għar-roaming; aċċess għal sistema ta' aċċess kundizzjonali għal servizzi ta' televiżjoni diġitali; u aċċess għal servizzi ta' networks virtwali.”

b)

(b) il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

e)

‘linja lokali’ tfisser iċ-ċirkwit fiżiku li jorbot il-punt fejn jispiċċa n-network […] ma' qafas ta' distribuzzjoni jew faċilità ekwivalenti fin-network fiss pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(2)

L-Artikolu 4(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-operturi tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni għandhom ikollhom id-dritt u, meta jintalbu minn impriżi oħra li jkunu awtorizzati biex jagħmlu dan skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), l-obbligu li jinnegozjaw l-ikkonnettjar ta' network ma' ieħor bl-iskop li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku, jew li jwasslu kontenut tax-xandir jew servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, sabiex jiżguraw il-provvista u l-interoperabilità tas-servizzi mal-Komunità kollha. L-operaturi għandhom joffru l-aċċess u l-ikkonnettjar lill-impriżi l-oħra skond termini u kundizzjonijiet konsisenti mal-obbligi imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali skond l-Artikoli 5, 6, 7 u 8. Madankollu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-interkonnessjoni m'għandhomx jintroduċu ostakli mhux iġġustifikati għall-interoperabilità.

(3)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġussostitwiti bit-test li ġej:

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, filwaqt li jaġixxu biex jilħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), iħeġġu u fejn xieraq jiżguraw, skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, aċċess u interkonnessjoni adegwati, u interoperabilità ta' servizzi, waqt li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom b'mod li jippromwovi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli, l-investiment u l-innovazzjoni, u jagħti l-benefiċċju massimu lill-utenti finali.

B'mod partikulari, bla ħsara għall-miżuri li jistgħu jittieħdu rigward impriżi li għandhom saħħa kummerċjali sinifikanti b'konformità mal-Artikolu 8, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu:

a)

sal-punt meħtieġ sabiex jiġu żgurati l-konnettività minn tarf għall-ieħor jew l-aċċess ġust u raġonevoli għal servizzi tal-partijiet terzi, bħas-servizzi tad-direttorju, l-obbligi fuq l-intrapriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti aħħarin, fosthom l-obbligu tal-interkonnessjoni tan-networks tagħhom f'każijiet iġġustifikati u fejn dan ma jkunx diġà il-każ, jew biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli, fosthom permezz ta' mekkaniżmi biex jitħallsu lura lill-fornituri tas-servizzi ammonti tal-kontijiet mibgħuta lill-utenti aħħarin, fuq termini ġusti, trasparenti u raġonevoli .

b)

sal-punt meħtieġ sabiex tiġi garantita l-aċċessibilità għall-utenti aħħarin għas-servizzi ta' xandir diġitali tar-radju u tat-televiżjoni spċifikati mill-Istat Membru, obbligi fuq l-operaturi biex jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet l-oħra msemmija fl-Anness I, Taqsima II dwar it-termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

2.   L-obbligi u l-kundizzjonijiet imposti skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, u għandhom ikunu implimentati skond il-proċedura msemmija fl- Artikoli 6 u 7 u 7a tad-Direttiva 2002/ 21 /KE (Direttiva ta' Qafas).

Meta tiġi evalwata l-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu imposti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-kundizzjonijiet kompetittivi differenti li jkun hemm fiz-zoni differenti fl-Istati Membri tagħhom.

(b)

Il-paragrafi 3 u 4 jitħassru.

(4)

L-Artikolu 6(2) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“2.   Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex temenda l-Anness I. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(3). ▐

Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tkun megħjuna mill- Korp tar-Regolaturi Ewropej tat–Telekomunikazzjoni ( BERT ).”

(5)

L-Artikolu 7 jitħassar.

(6)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, “f'Artikoli 9 sa 13” jinbidel bil-kliem “fl-Artikoli 9 sa 13a”.

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

2.     Fejn operatur huwa nnominat bħala wieħed b'saħħa kummerċjali sinifikanti fuq suq speċifiku bħala riżultat ta' analiżi tas-suq imwettqa b'konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, kif xieraq, jimponu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 9 sa 13 ta' din id-Direttiva b'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 7a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

(c)

Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel subparagrafu jinbidel b'li ġej:

Fl-ewwel inċiż, “Artikoli 5(1), 5(2) u 6” tinbidel bi “tal-Artikoli 5(1) u 6”;

fit-tieni inċiż, “Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-ipproċessar ta' tagħrif personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet (23)għandu jinbidel bi Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (24)

(ii)

Is-sentenza li ġejja tiddaħħal bħala t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu:

“Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni li l- BERT tissottometti skond l-Artikolu 4(3)(m) tar-Regolament Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)].”

(7)

L-Artikolu 9(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.     L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, jimponu obbligi għat-trasparenza b'relazzjoni mal-interkonnessjoni u/jew aċċess, li jeħtieġu li l-operaturi jagħmlu pubbliku informazzjoni speċifika, bħal informazzjoni dwar il-kontabilità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-karatteristiċi tar-network, ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-servizzi u l-applikazzjonijiet, il-politiki dwar l-immaniġġjar tat-traffiku, it-termini u kondizzjonijiet għall-forniment u l-użu, u l-prezzijiet.

(b)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

4.     Minkejja l-paragrafu 3, fejn jinstab li operatur, skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva ta' Qafas), ikollu saħħa sinifikanti fis-suq f'suq rilevanti dwar l-aċċess lokali f'lok fiss, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-offerta ta' referenza li jkun fiha tal-anqas l-elementi stipulati fl-Anness II.

c)

il-paragrafu 5 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta l-emendi meħtieġa għall-Anness II sabiex tadattah għall-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq. Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). F'każijiet ta' urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 14(4). Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tkun megħjuna mill- BERT .”

(8)

L-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b' dan it-test li ġej :

Artikolu 12

Obbligi ta' aċċess għal, u użu ta', faċilitajiet speċifiċi ta' networks

1.     L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, timponi obbligi fuq operaturi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta', elementi speċifiċi ta' networks u faċilitajiet assoċjati, fost ġwejjeġ oħra f'sitwazzjonijiet fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li ċ-ċaħda għall-aċċess jew termini u kondizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jfixklu it-tfaċċar ta' suq kompetittiv sostenibbli fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew li ma jkunux fl-interess tal-utent finali.

L-operaturi għandhom jiġu rikjesti li, inter alia :

a)

jagħtu aċċess lill-partijiet terzi għal elementi u/jew faċilitajiet speċifikati tan-network, inkluż l-aċċess diżassoċjat għal-linji lokali;

b)

jinnegozjaw b'rieda tajba mal-intrapriżi li qed jitolbu l-aċċess;

c)

ma jneħħux l-aċċess għall-faċilitajiet diġà mogħtija;

d)

jipprovdu servizzi speċifikati fuq bażi ta' kwantitajiet kbar biex jiġu mibjugħa mill-ġdid minn partijiet terzi;

e)

jagħtu aċċess miftuħ għal ‘interfaces’ tekniċi, protokolli jew teknoloġija ewlenija oħra indispensabbli għall-interoperabilità tas-servizzi jew servizzi tan-network virtwali;

f)

li jipprovdu l-ko-lokazzjoni jew forom oħra ta' użu komuni tal-faċilitajiet, inklużi d-ducts, il-bini jew id-dħul fil-bini, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ , arbli, it-toqob tal-ispezzjonar, u l-kaxxi tal-ispezzjonar u l-elementi l-oħra kollha li mhumiex attivi ;

fa)

jipprovdu lil partijiet terzi offerta ta' riferenza għall-għoti tal-aċċess għat-ducts;

g)

Jipprovdu servizzi speċifikati meħtieġa biex jiżguraw l-interoperabilità tas-servizzi minn tarf għall-ieħor għall-utenti, inklużi l-faċilitajiet għal servizzi ta' network intelliġenti jew roaming fuq networks tal-mobile;

h)

jipprovdu aċċess għal sistemi ta' appoġġ operattiv jew sistemi simili ta' softwer meħtieġa biex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fil-provvista tas-servizzi;

i)

jagħmlu interkonnessjoni bejn in-networks jew il-faċilitajiet tan-networks;

j)

li jipprovdu l-aċċess għas-servizzi assoċjati bħal ma huma l-identità, il-lok u l-kapaċità tal-preżenza.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jorbtu, ma' dawn l-obbligi, kundizzjonijiet li jkopru l-ekwità, ir-raġonevolità u l-puntwalità.

2.     Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu qed iqisu jekk jimponux l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1, u b'mod partikulari meta jkunu qed jevalwaw jekk obbligi ta' dan it-tip ikunux proporzjonati mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), huma għandhom iqisu b'mod partikulari l-fatturi li ġejjin:

a)

il-vijabilità teknika u ekonomika tal-użu jew l-istallazzjoni ta' faċilitajiet kompetituri, fid-dawl tar-rata tal-iżvilupp tas-suq u tal-benefiċċji għall-konsumaturi, waqt li jiġu kkunsidrati n-natura u t-tip ta' interkonnessjoni u aċċess involuti, inkluża l-vijabilità ta' prodotti oħra ta' aċċess upstream, bħall-aċċess għad-ducts;

b)

il-fattibilità tal-provvista tal-aċċess proposta, f'rabta mal-kapaċità disponibbli;

c)

l-investiment inizjali mill-proprjetarju tal-faċilità, waqt li wieħed iżomm f'moħħu kwalunkwe investiment pubbliku magħmul u r-riskji involuti meta jsir dak l-investiment, inkluż qsim xieraq tiegħu bejn l-intrapriżi li jibbenefikaw mill-aċċess għal dawn il-faċilitajiet il-ġodda;

d)

il-ħtieġa li tiġi salvagwardata l-kompetizzjoni fuq medda ta' żmien fit-tul, b'mod partikulari l-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura;

e)

fejn xieraq, kwalunkwe drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali rilevanti;

f)

il-provvista ta' servizzi pan-Ewropej.

3.   Meta jimponu l-obbligi fuq l-operatur biex jipprovdi l-aċċess skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tekniċi jew operattivi li jridu jkunu ssodisfatti minn dak li jipprovdi l-aċċess u/jew mill-benefiċjarji ta' dan l-aċċess meta jkun meħtieġ biex ikun żgurat it-tħaddim normali tan-network. Meta jkun hemm l-obbligi li jkunu segwiti standards tekniċi speċifiċi dawn għandhom ikunu konformi mal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet preskritti skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).”

(9)

L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.     L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8, timponi obbligi li jirrelataw ma l-irkupru tal-ispejjeż u l-kontrolli tal-prezzijiet, inklużi obbligi għall-orjentazzjoni tal-prezzijiet għall-ispejjeż u obbligi li jikkonċernaw sistemi ta' kontabilità tal-ispejjeż, għall-forniment ta' tipi speċifiċi ta' interkonnessjoni u/jew aċċess, f'sitwazzjonijiet fejn analiżi tas-suq tindika li n-nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva jfisser li l-operatur konċernat jista' jsofri prezzijiet f'livell eċċessivament għoli, jew jikkumpressa l-prezzijiet, għad-detriment tal-utenti finali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont tal-investiment magħmul mill-operatur biex jippermettulu rata raġonevoli ta' qligħ fuq il-kapital adegwat użat, u, bla ħsara għall-Artikolu 19(3)(d) tad-Direttiva 2002/21/KE, iqisu r-riskji involuti u l-qsim tar-riskji xieraq bejn l-investituri u dawk l-intrapriżi li għandhom aċċess għall-faċilitajiet il-ġodda, inklużi l-arranġamenti divrenzjati għall-qsim tar-riskju fuq medda ta' żmien qasira u fuq medda ta' żmien twila .”

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

5.     L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-aċċess għall-kuntratti ta' qsim ta' riskji għaż-żmien twil tkun bi qbil mal-ispiża inkrementali għaż-żmien twil ta' operatur effiċjenti, b'kunsiderazzjoni tar-rata kkalkulata tal-penetrazzjoni tal-operatur fi swieq ġodda, u l-premium tar-riskju inkluż fil-prezzijiet ta' aċċess għal kuntratti għaż-żmien qasir. Il-primjum tar-riskju għandhu jitneħħa b'mod gradwali maż-żjieda fil-penetrazzjoni tas-swieq. Testijiet dwar imġiba skorretta fl-ipprezzar (margin squeeze tests) m'għandhomx jiġu applikati għal kuntratti ta' medda qasira ta' żmien meta jintalab ħlas għall-primjum tar-riskju.

(10)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 13a u 13b li ġejjin:

Artikolu 13a

Separazzjoni funzjonali

1.   Awtorità regolatorja nazzjonali tista', skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8, u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3), u bħala miżura eċċezzjonali, timponi obbligu fuq impriżi integrati vertikalment li jqiegħdu l-attivitajiet relatati mal-provvista fi kwantità kbira ta' prodotti għall-aċċess fiss għall-bejgħ mill-ġdid (wholesale), għand unità ta' negozju li topera b'mod indipendenti.

Dik l-unità ta' negozju għandha tforni l-prodotti u s-servizzi għall-aċċess lill-impriżi kollha, inklużi unitajiet ta' negozju oħra fi ħdan il-kumpanija li jkollha l-kontoll tagħhom (parent company), fl-istess perijodi ta' żmien li jrid isir dan, bl-istess termini u kundizzjonijijiet, inklużi dawk relatati mal-prezz u l-livelli ta' servizz, u permezz tal-istess sistemi u proċessi.

2.   Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li timponi l-obbligu tas-separazzjoni funzjonali, hija għandha tissottometti t-talba proposta lill-Kummissjoni li tkun tinkludi:

a)

evidenza li l-impożizzjoni u l-infurzar fuq perijodu raġonevoli ta' obbligi xierqa fost dawk identifikati fl-Artikoli 9-13 b' kont xieraq meħud tal-aħjar prattika regolatorja, biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva wara analiżi koordinata tas-swieq rilevanti skond il-proċedura tal-analiżi tas-suq stipulata fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas) tkun naqset, u għandha mnejn tkompli tonqos fuq bażi persistenti, milli tikseb kompetizzjoni effettiva, kif ukoll evidenza li hemm problemi kbar fil-kompetizzjoni u fallimenti tas-suq identifikati f'ħafna mis-swieq analizzati ta' prodotti mibjugħa bl-ingrossa. ta' prodotti;

b)

evidenza li hemm ftit jew xejn prospetti ta' kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura fi skeda ta' żmien raġonevoli;

c)

analiżi tal-impatt mistenni fuq l-awtorità regolatorja, fuq l-impriża, b'mod partikulari fuq il-ħaddiema tagħha, u fuq l-inċentivi tagħha biex tinvesti fin-network, u fuq partijiet involuti oħrajn, inkluż b'mod partikolari l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni għall-infrastruttura, u kull effett potenzjali fuq il-konsumaturi;

d)

analiżi tar-raġunijiet li jiġġustifikaw li dan l-obbligu jkun l-aktar mod effiċjenti biex jiġu infurzati r-rimedji bil-għan li jiġu indirizzati l-problemi tal-kompetizzjoni/fallimenti tas-suq identifikati .

3.   L- awtorità għandha tinkludi fil-proposta tagħha abbozz tal-miżura proposta, li għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

a)

in-natura preċiża u l-livell ta' separazzjoni ▐;

b)

l-identifikazzjoni tal-assi tal-entità ta' negozju separata, u tal-prodotti jew tas-servizzi li tipprovdi din l-entità;

c)

l-arranġamenti għal sistema ta' awtorità biex tkun żgurata l-indipendenza tal-impjegati tal-entità ta' negozju separata, u l-istruttura ta' inċentivi li tikkorrispondi għaliha;

d)

ir-regoli biex jiżguraw l-osservanza tal-obbligi;

e)

ir-regoli biex jiżguraw it-trasparenza tal-proċeduri operattivi, b'mod partikulari lejn partijiet oħra involuti;

f)

il-programm ta' monitoraġġ biex tkun żgurata l-osservanza, inkluża l-pubblikazzjoni ta' rapport annwali.

4.   Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq l-abbozz ta' miżura, meħuda skond l-Artikolu 8(3), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi koordinata tas-swieq differenti marbutin man-network tal-aċċess skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas). Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skond l-Artikoli 6 and 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

5.   L-impriża li kienet imposta fuqha s-separazzjoni funzjonali tista' tkun soġġetta għal kull obbligu identifikat fl-Artikoli 9-13 f'kull suq speċifikat meta hija tkun ġiet innominata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), jew kull obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 tal-Artikolu 8.

Artikolu 13b

Is-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment

1.   Impriżi li kienu nnominati bħala li kellhom saħħa sinifikanti f'wieħed jew diversi swieq rilevanti skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas) għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali minn qabel jekk ikunu biħsiebhom jittrasferixxu l-assi tagħhom fin-network għall-aċċess lokali jew parti sostanzjali tagħhom lil entità ġuridika separata li tkun proprjeta ta' ħaddieħor, jew li jistabbilixxu entità ta' negozju separata biex huma jfornu lill-impriżi li jbigħu lill-utenti finali, inklużi d-diviżjonijiet tagħhom stess li jbigħu lill-utenti finali, bil-prodotti għall-aċċess li jkunu ekwivalenti għalkollox.

2.   L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba fuq l-obbligi regolatorji eżistenti skond id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

Għal dak il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tmexxi analiżi koordinata tad-diversi swieq relatati man-network għall-aċċess skond il-proċedura stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skond l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

3.   L-entità ta' negozju li tkun separata b'mod legali u/jew operattiv tista' tkun soġġetta għal kull obbligu identifikat fl-Artikoli 9-13 f'kull suq speċifikat meta hija tkun innominata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), jew għal kull obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 tal-Artikolu 8.”

(11)

L-Artikolu 14(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

(12)

L-Anness II għandu jiġi emendat skont l-Anness għal din-id-Direttiva.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2002/20/KE (Id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni)

Id-Direttiva 2002/20/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2(2) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“2.   Id-definizzjoni li ġejja għandha tapplika wkoll:

‘awtorizzazzjoni ġenerali’ tfisser il-qafas legali stabbilit mill-Istat Membru li jiżgura d-drittijiet biex ikunu pprovduti n-networks jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u jippreskrivi l-obbligi speċifiċi tas-settur li jistgħu japplikaw għat-tipi kollha, jew għal tipi speċifiċi, ta' networks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, skond din id-Direttiva.”

(2)

L-Artikolu 3(2) għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

“l-Artikoli 5, 6 u 7”għandu jiġi ssostitwit bi “l-Artikoli 5, 6, 6a u 7.”;

b)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

L-intrapriżi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika transkonfinali għal intrapriżi li jinsabu f'bosta Stati Membri għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha u għandhom ikunu suġġetti għal mhux aktar minn notifika waħda simplifikata għal kull Stat Membru kkonċernat.

(3)

L-Artikolu 5 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 5

Id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri

1.   L-Istati Membri jiffaċilitaw l- użu tal-frekwenzi tar-radju permezz ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet individwali ta' użu sabiex:

a)

ikun evitat l-possibilità ta' interferenza li tagħmel il-ħsara;

b)

tkun żgurata l-kwalità teknika tas-servizz;

c)

ikun żgurat l-użu effiċjenti tal-ispettru;

d)

jintlaħqu għanijiet oħra ta' interess ġenerali definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skond il-liġi Komunitarja; jew

e)

ikun hemm konformità ma' miżura adottata skond l-Artikolu 6a.

2. ▐   L-Istati Membri għandhom jagħtu drittijiet individwali tal-użu, meta jintalbu, lil kwalunkwe impriża ▐, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 6a, 7 u 11(1)(c) ta' din id-Direttiva u għal kull regola li tiżgura l-użu effiċjenti ta' dawk ir-riżorsi skond id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

Mingħajr ħsara għal kriterji speċifiċi u proċeduri adottati mill-Istati Membri għall-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju lil provvedituri ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni bil-għan li jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali skond il-liġi Komunitarja, tali drittijiet ta' użu għandhom jingħataw permezz ta' proċeduri miftuħa , oġġettivi, trasparenti, proporzjonali u mhux diskriminatorji, u, fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas). Il-proċeduri jistgħu, b'mod eċċezzjonali, ma jkunux miftuħa, għajr għal każijiet fejn l-għoti tad-drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju lil provveduturi ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni jista' jintwera li huwa essenzjali biex jissodisfa obbligu partikolari li l-Istat Membru jkun iddefinixxa u ġġustifika minn qabel bħala meħtieġ biex jinkiseb interess ġenerali skond il-liġi Komunitarja.

Meta jagħtu d-drittijiet għall-użu, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kundizzjonijiet. Fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu skond l-Artikolu 9 u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

Fejn Stati Membri jagħtu drittijiet ta' użu għal perjodu ta' żmien limitat, it-tul tal-validità tagħhom għandu jkun xieraq għas-servizz ikkonċernat fid-dawl tal-għan filwaqt li jittieħed kont tal-bżonn li jitħalla perjodu xieraq għall-amortizzament tal-investiment .

Fejn id-drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju li jingħata għal għaxar snin jew iktar, u li ma jistax ikun ittrasferit jew mikri bejn l-impriżi skond l-Artikolu 9b tad-Direttiva ta' Qafas, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li l- kriterji għall-għoti tad-drittijiet individwali għall-użu japplikaw u jkunu rispettati għal kemm iddum il-liċenzja . Jekk dawk il-kriterji ▐ ma jkunux japplikaw iżjed, id-dritt individwali għall-użu għandu jinbidel f'awtorizzazzjoni ġenerali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, soġġett għall-avviż minn qabel u li dan iseħħ wara li jkun għadda perijodu ta' żmien raġonevoli, jew għandu jkun jista' jiġi ttrasferit liberament jew mikri bejn l-impriżi.

3.   Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tad- drittijiet għall-użu għandhom jittieħdu, jkunu kkomunikati u ppubblikati malajr kemm jista' jkun wara li tkun waslet l-applikazzjoni kompluta tal-awtorità regolatorja nazzjonali, fi żmien tliet gimgħat fil-każ tan-numri li kienu allokati għal skopijiet speċifiċi ġewwa l-pjan nazzjonali għall-għoti tan-numri u fi żmien sitt ġimgħat fil-każ tal-frekwenzi tar-radju li kienu allokati għas-servizzi tal- komunikazzjoni elettronika ġewwa l-pjan nazzjonali għall-frekwenzi. Il-limitu ta' żmien tal-aħħar għandu jkun bla ħsara għal kull ftehim internazzjonali li jkun japplika u li jkun relatat mal-użu tal-frekwenzi tar-radju jew ta' pożizzjonijiet orbitali.

4.   Fejn ikun ġie deċiż, wara li kienu kkonsultati l-partijiet konċernati skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), li d-drittijiet għall-użu tan-numri ta' valur ekonomiku eċċezzjonali jridu jingħataw permezz ta' proċeduri ta' għażla li jkunu kompetittivi u komparattivi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu massimu ta' tliet ġimgħat b'mhux iktar minn tliet ġimgħat oħra. ▐

Rigward proċeduri ta' selezzjoni kompetittiva jew komparattiva għall-frekwenzi tar-radju, għandu japplika l-Artikolu 7.

5.   L-Istati Membri ma għandhom jillimitaw l-għadd ta' drittijiet ta' użu li jingħataw, għajr fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju skond l-Artikolu 7.

6.    L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-frekwenzi tar-radju jintużaw b'mod effiċjenti u effettiv skond l-Artikoli 8(2) u 9(2) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas). Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-kompetizzjoni ma tisfax imgħawġa mill-ebda trasferiment jew akkumulazzjoni ta' drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju. ▐”

(4)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-awtorizzazzjoni ġenerali biex ikunu pprovduti n-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, u d-drittijiet għall-użu tan-numri, tista' tkun soġġetta biss għall-kundizzjonijiet elenkati fl-Anness I. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, trasparenti u mhux diskriminatorji, u fil-każ ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju, għandhom ikunu skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).”

(b)

Fil-paragrafu 2, “l-Artikoli 16, 17, 18 u 19 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali)' hija ssostitwita bi 'l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali)”.

(c)

Fil-paragrafu 3, il-kelma “Anness” hija ssostitwita bi “Anness I”.

(5)

Għandu jiddaħħal l-Artikoli 6a ▐ li ġej:

Artikolu 6a

Proċeduri ta' armonizzazzjoni

1.   ▐ Mingħajr ħsara għall- Artikolu 5(1) u (2) ta' din id-Direttiva, u l-Artikoli 8b u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex:

a)

tidentifika bands tal-frekwenzi tar-radju li l-użu tagħhom se jkun soġġett għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali ▐;

b)

tidentifika s-serje għall-għoti tan-numri li jridu jkunu armonizzati fil-livell tal-Komunità;

c)

tarmonizza proċeduri għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali jew ta' drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri lil impriżi li jipprovdu networks panewropej jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettronikċi ;

d)

tarmonizza l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness II relatati mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew mad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri lil impriżi li jipprovdu networks panewropej jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi .

Dawk il -miżuri ▐ maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billu jjissumplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14a (3) ▐.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, fejn xieraq, jippermettu lill-Istati Membri li jagħmlu talba rraġunata għal eżenzjoni parzjali u/jew deroga temporanja minn dawk il-miżuri.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-raġuni għal din it-talba, wara li tikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru, u tista' tagħti eżenzjoni parzjali jew deroga temporanja, jew it-tnejn, sakemm dan ma jitfax lura b'mod eċċessiv l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, jew joħloq differenzi mhux mixtieqa fil-kompetizzjoni jew fir-regolamentazzjoni fost l-Istati Membri.

▐”

(6)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej:

“1.   Fejn Stat Membru jkun qed jikkunsidra jillimitax in-numru tad-drittijiet għall-użu li jridu jingħataw għall-frekwenzi tar-radju, jew jekk iġeddidx il-validità ta' drittijiet eżistenti jekk mhux skond it-termini speċifikati f'dawk id-drittijiet, ║ għandu inter alia:”

(ii)

Il-punt (c) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“c)

jippubblika kull deċiżjoni biex jillimita l-għoti tad-drittijiet għall-użu jew it-tiġdid tad-drittijiet għall-użu, waqt li jagħti r-raġunijiet għal dan;”

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“3.   Fejn l-għoti ta' drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jeħtieġ li ma jkunx limitat, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawn id-drittijiet fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla li jridu jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. Kull wieħed minn dawn il-kriterji tal-għażla jrid jagħti l-importanza li tistħoqq lill-kisba tal-għanijiet li jidhru fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas) u tar-rekwiżiti li jidhru fl-Artikolu ta' dik id-Direttiva.”

(c)

Fil-paragrafu 5, “Artikolu 9” għandu jinbidel bi “Artikolu 9b”.

(7)

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandu jiġi ssostitwiti bit-test li ġej:

“1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijet għall-użu u tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), skond l-Artikolu 11.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jgawdu d-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun ivverifikata l-osservanza tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), skond l-Artikolu 11.

2.   Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jirriżultalha li impriża ma tkunx qed tosserva waħda jew iżjed mill-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), hija għandha tinnotifika lill-impriża b'dak ir-riżultat u tagħti lill-impriża l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, f'limitu ta' żmien raġonevoli.

3.   L-awtorità rilevanti għandha jkollha s-setgħa li titlob il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 2 jew minnfih jew f'limitu ta' żmien raġonevoli u għandha tieħu l-miżuri xierqa u proporzjonati bl-iskop li tiżgura l-osservanza.

F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet rilevanti li jimponu pieni finanzjarji meta jkun xieraq:

a)

pieni finanzjarji dissważivi fejn xieraq, li jistgħu jinkludu penali perjodiċi b'effett retroattiv ; kif ukoll

b)

ordnijiet ta' twaqqif ta' servizz jew grupp ta' servizzi li, jekk jitkomplew, jirriżultaw fi ħsara sinifikanti għall-kompetizzjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi ta' aċċess imposti wara l-analiżi tas-suq imwettqa skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

(b)

Il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità rilevanti s-setgħa li timponi sanzjonijiet finanzjarji, fejn xieraq, fuq impriżi li jkunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni skond l-obbligi imposti fl-Artikolu 11(1)(a) jew (b) ta' din id-Direttiva, jew skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva ta' Aċċess), f'perjodu ta' żmien raġonevoli, stipulat mill-awtorità regolatorja nazzjonali.”

(c)

Il-paragrafu 5 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“5.   Fil-każi ta' ksur serju jew irripetut tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), meta jkunu fallew il-miżuri immirati biex jiżguraw l-osservanza kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu ma jħallux lill-impriża tkompli tipprovdi n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jew jissospendu jew jirtiraw id-drittijet għall-użu. Is-sanzjonijiet u l-pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jkunu applikati biex ikopru l-perijodu ta' kull ksur, ukoll jekk sussegwentement il-ksur ikun ġie rrettiffikat.”

(d)

Il-paragrafu 6 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“6.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 5, meta l-awtorità rilevanti jkollha l-evidenza ta' ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2) li jkun jirrappreżenta theddida immedjata u serja għall-protezzjoni pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika jew li jkun se joħloq problemi ekonomiċi u operattivi serji għal oħrajn li jipprovdu jew jużaw in-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, jew utenti oħra tal-ispettru tar-radju, hija tista' tieħu miżuri temporanji urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għad-deċiżjoni finali. L-impriża konċernata għandha wara dan tingħata opportunita raġonevoli biex tiddikjara l-fehmiet tagħha u tipproponi r-rimedji. Fejn xieraq, l-awtorità rilevanti għandha tikkonferma l-miżuri temporanji, li għandhom ikunu validi għall-massimu ta' tliet xhur.”

(e)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

6a.     B'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali skond il-paragrafi 5 u 6 ikunu suġġetti għar-reviżjoni legali.

(8)

L-Artikolu 11(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punti (a) u (b) il-kelma “Anness” għandha tiġi ssostitwita b' “Anness I”;

(b)

Fl-ewwel subparagrafu għandu jiżdied il-punt li ġej:

g)

l-inkoraġġiment tal-użu effiċjenti u l-iżgurat li jkun hemm immaniġġjar effettiv tal-frekwenzi tar-radju.

(9)

L-Artikolu 14 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

Artikolu 14

Emendi tad-drittijiet u tal-obbligi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijet għall-użu jew id-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet jistgħu jkunu emendati biss fil-każi li jkunu oġġettivament iġġustifikati u b'mod proporzjonat, wara li tingħata kunsiderazzjoni, meta jkun xieraq, tal-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-drittijiet trasferibbli għall-użu tal-frekwenzi tar-radju. Għandu jingħata avviż bil-mod xieraq tal-intenzjoni li se jsiru dawn l-emendi u l-partijiet konċernati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, għandu jingħatalhom perijodu biżżejjed ta' żmien biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-emendi proposti, li dan m'għandux ikun inqas minn erba' xhur ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

2.   L-Istati Membri m'għandhomx jillimitaw jew jirtiraw id-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet jew id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju qabel ma jagħlaq il-perijodu li għalih huma kienu ingħataw ħlief meta dan ikun iġġustifikat u meta jkun japplika b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar ll-kumpens għall-irtirar tad-drittijiet.”

(10)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:

Artikolu 14a

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni.

2.     Bħala deroga mill-paragrafu 1, għall-adozzjoni ta' miżuri b'konformità mal-Artikolu 6a (1), punti (a), (c) u (d), il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju imwaqqaf taħt l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tkun ingħatat kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▐”

(11)

L-Artikolu 15(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-drittijiet, il-kundizzjonijiet, il-proċeduri, il-ħlasijiet, il-ħlas ta' drittijiet u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet għall-użu u d-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet tkun ippubblikata u miżmuma aġġornata b'mod xieraq sabiex huma jipprovdu aċċess faċli għal dik l-informazzjoni lill-partijiet konċernati kollha.”

(12)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu bit-test li ġej:

“1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), l-awtorizzazzjonijiet li diġà jkunu eżistenti fil-31 ta' Diċembru 2009 għandhom jinġiebu konformi mill-Istati Membri mal-Artikoli 5, 6, 7 u l-Anness I ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-[31 ta' Diċembru 2010].

2.   Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 iwassal għal tnaqqis fid-drittijiet jew estensjoni tal-obbligi skond l-awtorizzazzjonijiet diġà eżistenti, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-validità ta' dawk id-drittijiet u obbligi sa mhux aktar tard mit-[30 ta' Settembru 2011], sakemm id-drittijiet ta' impriżi oħra skond il-liġi tal-Komunità ma jiġux affettwati bihom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn l-estensjonijiet lill-Kummissjoni u jiddikjaraw ir-raġunijiet għalihom. ”

(13)

L-Anness għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

(14)

L-Anness II il-ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness ta' din id-Direttiva, għandu jiġi miżjud.

Artikolu 4

Proċedura ta' reviżjoni

1.     Il-Kummissjoni perjodikament għandha tirrevedi l-iffunzjonar ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) u 2002/20/KE (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1). Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fid-dawl ta' żviluppi fis-suq u fir-rigward kemm tal-kompetizzjoni u kemm tal-ħarsien tal-konsumatur, hemmx ħtieġa kontinwa għad-dispożizzjonijiet dwar regolamentazzjoni ex ante speċifika skond is-settur, kif stipulata fl-Artikoli 8 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizzi Universali) jew jekk għandhomx jiġu emendati jew irrevokati. Għal dan il-għan, il-Kummissoni tista' titlob informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-BERT, li għandha tiġi fornita mingħajr dewmien żejjed.

2.     Jekk il-Kummissjoni ssib li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu emendati jew irrevokati, hija għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 5

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 huwa rrevokat.

Artikolu 6

Traspożizzjoni

(1)   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard minn […] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella korrelattiva bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn […].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

(2)   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-[…] jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)   ĠU C 224, 30.8.2008, p. 50.

(2)  Opinjoni tad-19 ta' Lulju 2008 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.

(4)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(5)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(6)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(7)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(8)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(9)   ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23.

(10)   ĠU C 151, 29.6.2006, p. 15.

(11)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

(12)   Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1).

(13)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Frar 2003 dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għar-regolazzjoni ex-ante skond id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 114, 8.5.2003, p. 45).

(14)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(15)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 4.

(16)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(17)   ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37

(18)  ĠU L …

(19)   Id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(20)   Id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(21)   Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/…/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li temenda d-Direttiva 2002/21/KE…].

(22)  Il-limitu taż-żmien għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE [li temenda d-Direttiva 2002/21/KE].

(23)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 1.

(24)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. ║.

L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS

1.

L-Anness II għad-Direttiva 2002/21/KE għandu jinbidel b'dan li ġej

“ANNESS II

Kriterji li għandhom jiġu użati mill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali fl-evalwazzjoni ta' dominanza konġunta skond l-Artikolu 14(2), it-tieni subpargrafu

Żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu li qegħdin f'pożizzjoni dominanti konġunta skond it-tifsira tal-Artikolu 14 jekk, anke fin-nuqqas ta' rabtiet strutturali jew oħrajn bejniethom, joperaw f'suq li huwa karatterizzat minn nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva u li ebda impriża unika m'għandha setgħa sinifikanti fis-suq. Bla ħsara għall-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej dwar id-dominanza konġunta, hemm ċans tajjeb li dan ikun il-każ fejn is-suq huwa konċentrat u jesibixxi numru ta' karatteristiċi li minnhom, dawn li ġejjin, jistgħu jkunu l-aktar rilevanti fil-kuntest tal-komunikazzjonijiet:

flessibilità baxxa tat-talba,

ishma tas-suq simili,

ostakoli legali jew ekonomiċi kbar għad-dħul fis-suq,

integrazzjoni vertikali b'rifjut kollettiv għal forniment,

nuqqas ta' setgħa tax-xerrej li tibbilanċja,

nuqqas ta' kompetizzjoni potenzjali,

Il-lista t'hawn fuq mhijiex komprensiva, u l-kriterji mhumiex kumulattivi. Minflok, din il-lista hija aktar maħsuba sabiex turi biss it-tipi ta' evidenza li jistgħu jintużaw sabiex jiġu appoġġjati affermazzjonijiet dwar l-eżistenza ta' dominanza konġunta.

2.

Fl_Anness II għad-Direttiva 2002/19/KE, it-titolu, id-definizzjonijiet, il-parti A u l-parti B, punt 1 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Anness II

Lista minima ta' partiti li għandhom jiġu inklużi f'offerta ta' referenza għal aċċess għall-infrastruttura tan-network disponibbli fi kwantità kbira għall-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-aċċess maqsum jew totalment diżassoċjat f'post fiss li għandu jiġi ppubblikat mill-[…] operaturi b'saħħa kummerċjali sinifikanti (SMP)

Għall-finijiet ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“sub-linja lokali” tfisser linja lokali parzjali li tikkonettja il-punt terminali ta' network […] ma' punt ta' konċentrazzjoni jew punt intermedju speċifikat ta' aċċess fin-network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tat-telefon pubbliku fiss;

b)

“aċċess unbundled għal-linja lokali” tfisser aċċess sħiħ diżassoċjat għal-linja lokali u aċċess maqsum għal-linja lokali; ma tinvolvix bidla fis-sjieda tal-linja lokali;

c)

“aċċess unbundled sħiħ għal-linja lokali” tfisser il-forniment lil benefiċjarju ta' aċċess għal-linja lokali jew sub-linja lokali tal-operatur SMP notifikat li tippermetti l-użu tal-kapaċità sħiħa tal-infrastruttura tan-network;

d)

“aċċess maqsum għal-linja lokali” tfisser il-forniment lil benefiċjarju ta' aċċess għal-linja lokali jew sub-linja lokali tal-operatur SMP, li tippermetti l-użu ta' parti speċifikata tal-kapaċità tal-infrastruttura tan-network, bħal parti mill-frekwenza jew l-ekwivalenti;

A.     Kondizzjonijiet għall-aċċess disassoċjat

1.

L-elementi tan-network li għalihom l-aċċess huwa offrut li jkopru b'mod partikolari l-elementi li ġejjin, flimkien ma' faċilitajiet assoċjati xierqa:

a)

aċċess diżassoċjat għal-linji lokali u għas-sub-linji lokali;

b)

aċċess maqsum f'punti xierqa fin-network li jippermetti funzjonalità ekwivalenti għall-aċċess diżassoċjat f'ċirkustanzi fejn aċċess ta' dan it-tip ma jkunx fattibbli teknikament jew ekonomikament;

c)

aċċess għad-ducts li jagħmel l-installazzjoni ta' networks ta' aċċess u tal-backhaul networks possibbli .

2.

Tagħrif li jikkonċerna s-siti tal-aċċess fiżiku inklużi kabinetts tat-toroq u oqfsa ta' distribuzzjoni, id-disponibilità tal-linji lokali u tas-sub-linji lokali, tad-ducts u tal-faċilitajiet ta'l-backhaul f'partijiet speċifiċi tan-network tal-aċċess u d-disponibilità fid-ducts;

3.

Kondizzjonijiet tekniċi relatati mal-aċċess u l-użu ta' linji lokali u sub-linji lokali u ducts, inklużi l-karatteristiċi tekniċi tal-par milwi, ta' fibra optika jew l-ekwivalenti, u tad-distributuri tal-kejbil, ducts u faċilitajiet assoċjati;

4.

Proċeduri ta' ordnijiet u forniment, restrizzjonijiet tal-użu.

B.     Servizzi ta' ko-lokazzjoni

1.

Informazzjoni dwar is-siti rilevanti eżistenti tal-operatur tal-SMP jew il-lokazzjoni ta' tagħmir u l-aġġornmenti ppjanati tiegħu.

3.

L-Anness tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni) għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titlu “Anness”għandu jiġi ssostitwit bit-titlu “Anness I”.

(2)

L-ewwel paragrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“Il-kundizzjonijiet elenkati f'dan l-Anness jipprovdu l-lista massima ta' kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali (il-Parti A), id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju (il-Parti B) u d-drittijiet għall-użu tan-numri (il-Parti C) kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 11(1)(a), fil-limiti permessi skond l-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).”

(3)

Il-Parti A għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“4.

L-aċċessibilità għan-numri mill- pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri għall-għoti tan-numri lill-utenti aħħarija, in-numri mill-ETNS u l-UIFN, u l-kundizzjonijiet b'konformità mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar i-Servizz Universali).”

(b)

Il-punt 7 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“7.

Id-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika konformi mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (1).”

(c)

Il-punt 8 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“8.

Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, inklużi l-kundizzjonijiet konformi mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali), u l-kundizzjonijiet dwar l-aċċessibilità għall-utenti b'diżabilità skond l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva.”

(d)

Fil-punti 11 u 16, “Direttiva 97/66/KE” għandha tiġi ssostitwita bi “Direttiva 2002/58/KE”.

(e)

Il-punt 11a li ġej għandu jiddaħħal:

“11.a

Il-termini għall-użu tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi biex iwissu lill-pubbliku ġenerali b'theddid imminenti u biex itaffu l-konsegwenzi ta' katastrofi serju.”

(f)

Fil-punt 12, il-kliem “u jxandar lill-pubbliku ġenerali”għandu jitħassar.

(g)

Il-punt li ġej għandu jiżdied:

19.

L-obbligi ta' trasparenza fuq il-fornituri ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjoni sabiex ikun żgurat li l-konnettività minn tarf għall-ieħor, kif ukoll l-aċċess bla restrinzjonijiet għall-kontenut, is-servizzi u l-applikazzjonijiet, skond l-objettivi u l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE, żvelar rigward restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal servizzi u applikazzjonijiet u rigward politiki tal-immaniġġjar tat-traffiku u, fejn meħtieġ u proporzjonat, aċċess għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għal informazzjoni bħal din meħtieġa biex tkun ivverifikata l-preċiżjoni ta' żvelar bħal dan.

(4)

Il-Parti B għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.

L-obbligu li jkun ipprovdut servizz jew li tintuża tip ta' teknoloġija li jkun ingħata għalihom id-dritt għall-użu tal-frekwenza, inklużi, meta jkun xieraq, ir-rekwiżiti tal-kopertura.”

(b)

Il-punt 2 għandu jiġi mħassar.

(c)

Il-punt 7 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“7.

L-impenji volontarji li l-impriża li tikseb id-dritt għall-użu tkun daħlet għalihom matul il-proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva. Jekk impenn bħal dan jaqbel de facto ma' wieħed jew aktar mill-obbligi elenkati fl-Artikoli 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), dak l-impenn għandu jitqies li jiskadi mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2010.

(d)

Għandu jiżdied il-punt 9 li ġej:

“9.

L-obbligi speċifiċi għall-użu sperimentali tal-frekwenzi tar-radju.”

(5)

Il-parti C għandha tinbidel b'dan li ġej :

a)

il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.

L-identifikazzjoni tas-servizz li fir-rigward tieħu se jintuża n-numru, inklużi kwalunkwe rekwiżiti marbuta mal-provvista ta' dak is-servizz u, sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, prinċipji ta' tariffi u prezzijiet massimi li jistgħu japplikaw għal serje speċifiċi ta' numri bl-iskop li jiġi żgurat il-ħarsien tal-konsumatur skond l-Artikolu 8(4)(b) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).

b)

║il-punt 8 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“8.

L-impenji volontarji li l-impriża li tikseb id-dritt għall-użu tkun daħlet għalihom matul il-proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva.”

4.

L-Anness II li ġej għandu jiżdied mad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni):

“ANNESS II

Il-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu armonizzati skond il-punt (d) tal-Artiklu 6a, il-paragrafu 1

(1)

Il-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju:

a)

it-tul ta' żmien tal-validità tad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju;

b)

l-ambitu territorjali tad-drittijiet;

c)

il-possibbiltà li d-dritt ikun ittrasferit lil utenti oħra tal-frekwenzi tar-radju, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-proċeduri relatati ma' dan;

d)

il-metodu biex jiġu ddeterminati t-tariffi li għandhom jitħallsu għad-dritt għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, bla ħsara għas-sistemi definiti mill-Istati Membri fejn l-obbligu li jitħallsu t-tariffi għall-użu hu sostitwit b'obbligu biex jitwettqu għanijiet speċifiċi ta' interess ġenerali ;

e)

in-numru ta' drittijiet għall-użu li jridu jingħataw lil kull impriża;

f)

il-kundizzjonijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I.

(2)

Il-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet għall-użu tan-numri:

g)

it-tul ta' żmien tal-validità tad-drittijiet għall-użu tan-numru jew numri konċernati;

h)

it-territorju li fih huma validi;

i)

kull servizz jew użu speċifiku li għalih iridu jkunu rriżervati n-numri;

j)

it-trasferiment u l-portabbiltà tad-dritt għall-użu;

k)

il-metodu biex ikunu ddeterminati l-ħlasijiet li jridu jsiru (jekk ikun hemm) għad-dritt għall-użu tan-numri;

l)

il-kundizzjonijiet elenkati fil-Parti C tal-Anness I.”


(1)   ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.