|
14.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 8/213 |
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
Il-kontroll tal-Istat tal-port (tfassil mill-ġdid) ***II
P6_TA(2008)0446
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (tfassil mill-ġdid) (5722/3/2008 — C6-0224/2008 — 2005/0238(COD))
2010/C 8 E/42
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5722/3/2008 — C6-0224/2008) (1),
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu waqt l-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0588),
wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0208),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0335/2008),
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 11.
(2) ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 584.
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
P6_TC2-COD(2005)0238
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-kontroll portwali tal-Istat tat-trasport marittimu (4), kienet sostanzjalment emendata bosta drabi. Ladarba ser isiru aktar emendi, din għandha tkun imfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza. |
|
(2) |
Il-Komunità hija serjament imħassba dwar l-inċidenti relatati mat-trasport marittimu u tinġis tal-ibħra u l-kosti tal-Istati Membri. |
|
(3) |
Il-Komunità hija bl-istess mod mħassba dwar il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord ║. |
|
(4) |
Is-sikurezza, il-prevenzjoni ta' tinġis u l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord jistgħu jittejbu bi tnaqqis drastiku ta' vapuri substandard minn ibħra tal-Komunità, billi tapplika b'mod strett Konvenzjonijiet u kodiċijiet internazzjonali, u riżoluzzjonijiet. |
|
(5) |
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistinkaw sabiex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, li fir-regolament 5.2.1. tagħha tinkludi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-obbligi tal-Istat tal-port. |
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jadattaw il-liġi nazzjonali tagħhom għad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjoni tar-responsabilità tat-test rekapitulattiv tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Imternazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responabbiltà għal Talbiet Marittimi, kif emendata bil-protocol tal-1996 (il-Konvenzjoni tal-1996). Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-Kawża C-188/07 (5), jidher li l-kumpens għall-partijiet terzi fir-rigward ta' ħsara kkawżata mill-iskart jaqa' taħt il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (6) u fid-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta'April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (7), u dan jiftaħ it-triq għad-dritt li wieħed ikun ikkumpensat għat-totalità tal-ħsara kkawżata, anke fejn m'hemmx kopertura sħiħa u lil hinn mid-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-inkorporazzjoni ta' konvenzjonijiet. |
|
(7) |
Il-monitoraġġ tal-konformità tal-vapuri mal-istandards internazzjonali għas-sikurezza, għall-prevenzjoni tat-tinġis u għall-kondizzjoniiet ta' għajxien u tax-xogħol abbord huma l-aktar ir-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera. B'serħan, kif adatt, fuq organizzazzjonijiet rikonoxxuti, l-Istat tal-bandiera jiggarantixxi bis-sħiħ il-kompletezza u l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet u l-istħarriġ imwettqin biex jinħarġu ċ-ċertifikati rilevanti. Iż-żamma tal-kondizzjoni tal-vapur u t-tagħmir tiegħu wara stħarriġ biex ikun hemm konformità mal-ħtiġiet tal-Konvenzjonijiet applikabbli għall-vapur hija responsabbiltà tal-kumpanija tal-vapur. Madankollu, kien hemm nuqqas serju min-naħa ta' numru ta' Stati tal-bandiera biex jimplimentaw u jinforzaw standards internazzjonali. Minn issa 'l quddiem, bħala t-tieni linja ta' difiża kontra tbaħħir substandard, il-monitoraġġ ta' konformita mal-istandards internazzjonali għas-sikurezza, għall-prevenzjoni ta' tinġis u għall-kondizzjonijiet tal-għixien u tax-xogħol abbord għandu wkoll jiġi żgurat mill-Istat tal-port, waqt li jkun rikonoxxut li l-ispezzjoni ta' kontroll mill-Istat tal-port mhijiex stħarriġ u l-formoli rilevanti tal-ispezzjoni mhumiex ċertifikati ta' adegwatezza għall-baħar. |
|
(8) |
Approċċ armonizzat għal infurzar effettiv ta' dawn l-istandards internazzjonali mill-Istati Membri dwar vapuri li jbaħħru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u jużaw il-portijiet tagħhom għandhom jevitaw tgħawwiġ tal-kompetittività. |
|
(9) |
L-industrija tat-trasport marittimu hija vulnerabbli għal atti ta' terroriżmu. Għandhom ikunu effettivament implimentati miżuri ta' sigurtà fit-trasport u l-Istati Membri għandhom jivverifikaw vigorożament il-konformità ma'regoli tas-sigurtà billi jwettqu verifiki għas-sigurtà. |
|
(10) |
Għandu jittieħed vantaġġ mill-esperjenza gwadanjata waqt l-operazzjoni tal-Memorandum ta' Pariġi ta' Ftehim fuq Kontroll tal-Istat tal-port (MOU ta' Pariġi), iffirmat f'Pariġi fis-26 Jannar 1982. |
|
(11) |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (AESM) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-27 ta' Ġunju 2002 (8), għandha tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex tkun żgurata implimentazzjoni konverġenti u effettiva tas-sistema ta' kontroll tal-Istat tal-port. L-AESM għandha partikolarment tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet stabbilita skont din id-Direttiva u għal skema Komunitarja armonizzata għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-ispetturi tal-kontroll tal-Istat tal-port mill-Istati Membri. |
|
(12) |
Reġim effiċjenti ta' kontroll mill-Istat tal-port għandu jfittex li jiżgura li l-vapuri kollha li jżuru port fl-Unjoni Ewropea jkunu spezzjonati regolarment. L-ispezzjoni għandha tikkonċentra fuq vapuri substandard, waqt li l-vapuri ta' kwalità, jiġifieri dawk li għandhom reġistrazzjonijiet ta' spezzjoni sodisfaċenti jew li jtajru l-bandiera ta' Stat li jikkonforma mal-Iskema Volontarja ta' Awditjar ta' Stat Membru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), għandhom ikunu ppremjati billi jsirulhom spezzjonijiet inqas frekwenti. Dawn l-arranġamenti l-ġodda rigward l-ispezzjonijiet għandhom ikunu inkorporati fir-reġim ta' kontroll Komunitarju tal-Istat tal-port ladarba d-diversi aspetti tiegħu jkunu definiti u abbażi ta' skema ta' kondiviżjoni tal-ispezzjonijiet fejn kull Stat Membru jikkontribwixxi ġustament għall-kisba tal-objettiv Komunitarju ta' skema ta' spezzjoni komprensiva. Barra minn hekk, l-Istati membri għandhom jirreklutaw u jżommu n-numru meħtieġ ta' persunal, inklużi spetturi kwalifikati, b'kont meħud tal-volum u l-karatteristiċi tat-traffiku tal-bastimenti f'kull port. |
|
(13) |
Ir-reġim tal-ispezzjonijiet stabbilit permezz ta' din id-Direttiva jieħu kont tal-ħidma mwettqa mill-MOU ta' Pariġi. Ladarba kwalunkwe żvilupp li jirriżulta mill-MOU ta' Pariġi għandu jinqabel f'livell Komunitarju qabel ma jsir applikabbli fl-UE, għandha tkun stabbilita u miżmuma koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità u l-MOU ta' Pariġi sabiex tiffaċilita kemm jista' jkun il-konverġenza. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi u taġġorna l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-MOU ta' Pariġi. Il-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet għandha tinkorpora data għall-ispezzjonijiet ta' Istati membri u l-Istati Partijiet kollha għall-MOU ta' Pariġi. Sa meta s-sistema ta' informazzjoni marittima Komunitarja, is-SafeSeaNet, issir operattiva għal kollox u tippermetti reġistrazzjoni awtomatika tad-data rigward iż-żjarat tal-vapuri fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tiżgura monitoraġġ adatt tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari rigward il-movimenti tal-vapuri. Abbażi tad-data għall-ispezzjonijiet pprovduta mill-Istati membri, il-Kummissjoni għandha tirtira data mill-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet dwar il-profil ta' riskju tal-vapuri, dwar vapuri li waslu għal spezzjoni u, dwar il-moviment tal-vapuri u għandha tikkalkula l-impenji għall-ispezzjonijiet għal kull Stat Membru. Il-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet għandha ukoll jkollha l-kapaċità li tkun interattiva ma' sistemi Komunitarji oħra li jirrigwardaw is-sigurta' marittima. |
|
(15) |
L-Istati Membri għandhom jidħlu għal impenn li jirrevedu l-metodu għall-istabbiliment tal-lista bajda, griża, u sewda tal-Istati tal-bandiera tal-MOU ta' Pariġi sabiex jiżguraw li din tkun ġusta partikolarment fit-trattament tal-Istati tal-bandiera bi flotot żgħar. |
|
(16) |
Ir-regoli u proċeduri għal spezzjonijiet tal-kontroll tal-Istat tal-port, inklużi kriterji għad-detenzjoni tal-vapuri, għandhom ikunu armonizzati biex jassiguraw effiċjenza konsistenti fil-portijiet kollha, li tnaqqas radikalment ukoll l-użu selettiv ta' ċertu portijiet ta' destinazzjoni biex tevita x-xibka ta' kontroll xieraq. |
|
(17) |
L-ispezzjonijiet perijodiċi u addizzjonali għandhom jinkludu eżami ta' setturi preidentifikati għal kull vapur li se jvarjaw skont it-tip ta' vapur, it-tip ta' spezzjoni u s-sejbiet tal-ispezzjonijiet tal-kontroll tal-Istat tal-port preċedenti. Il-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet għandha tindika l-elementi biex ikunu identifikati s-setturi ta' riskju li għandhom jiġu kkontrollati f'kull spezzjoni. |
|
(18) |
Ċerti kategoriji ta' vapuri jippreżentaw perikolu maġġuri ta' aċċident jew tinġis meta jilħqu ċertu età u għandhom għalhekk ikunu soġġetti għal spezzjoni estiża. Id-dettalji ta' tali spezzjonijiet estiżi għandhom ikunu speċifikati. |
|
(19) |
Skont ir-reġim ta' spezzjoni l-ġdid stabbilit minn din id-Direttiva, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi fuq il-vapuri jiddependu mill-profil ta' riskju tagħhom li huwa determinat minn ċerti parametri ġeneriċi u storiċi. Għal vapuri b'riskju għoli dan l-intervall m'għandux jisboq is-sitt xhur. ▐ |
|
(20) |
Ċerti vapuri jippreżentaw riskju ċar għas-sikurezza marittima u l-ambjent marittimu minħabba l-kondizzjoni fqira, il-bandiera u l-istorja tagħhom. Għalhekk għandu jiċċaħħad l-aċċess ta' dawn il-vapuri għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji, sakemm ma jkunx jista' jintwera li dawn jistgħu joperaw b'sikurezza fl-ibħra Komunitarji. Għandhom jiġu stabbiliti linji gwida li jistipulaw il-proċeduri applikabbli f'każ li tidħol fis-seħħ, jew titneħħa, projbizzjoni fuq l-aċċess ta' dan it-tip. Fl-interessi tat-trasparenza, il-lista tal-vapuri li jinċaħdilhom l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji għandha ssir pubblika. |
|
(21) |
Bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż fuq ċerti amministrazzjonijiet u kumpaniji bi spezzjonijiet ripetuti, stħarriġ taħt id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri (9), imwettaq fuq laneċ ro-ro jew għall-biċċiet tal-baħar ta' veloċità qawwija għall-passiġġieri minn Stat ospitanti li mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment, u li jinkludi tal-inqas l-elementi kollha ta' spezzjoni mwessgħa għandu jkun ikkunsidrat meta jkunu kalkolati l-profil tar-riskju ta' vapur, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet u t-twettiq tal-impenn tal-ispezzjoni ta' kull Stat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk huwiex adatt li d-Direttiva 1999/35/KE tiġi emendata fil-futur bil-ħsieb li jitjieb il-livell tas-sikurezza meħtieġ għall-operat tal-laneċ ro-ro jew għall-biċċiet tal-baħar ta' veloċità qawwija għall-passiġġieri lejn u minn portijiet tal-Istati Membri. |
|
(22) |
In-non-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet rilevanti għandha tiġi retifikata. Il-vapuri li jeħtieġu li jkunu soġġetti għal azzjoni korrettiva għandhom, fejn in-nuqqasijiet osservati huma b'mod ċar ta' periklu għas-sikurezza, is-saħħa jew l-ambjent, jinżammu sa meta jkunu irranġati n-nuqqasijiet. |
|
(23) |
Għandu jkun disponibbli dritt ta' appell kontra deċiżjonijiet għal detenzjoni meħuda minn awtoritajiet kompetenti, biex ma jħallux li jittieħdu deċiżjonijiet mhux raġjonevoli li jistgħu jikkawżaw detenzjoni u dewmien mhux dovuti. |
|
(24) |
L-awtoritajiet u l-ispetturi involuti fl-attivitajiet ta' kontroll tal-Istat tal-port m'għandu jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess mal-port tal-ispezzjoni jew mal-vapuri spezzjonati jew interessi relatati. L-ispetturi għandhom ikunu kwalifikati adegwatament u għandhom jirċievu t-taħriġ adegwat biex iżommu u jtejbu l-kompetenza tagħhom waqt l-ispezzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp u fil-promozzjoni ta' skema Komunitarja armonizzata għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-ispetturi. |
|
(25) |
Il-piloti u l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port għandhom jipprovdu informazzjoni utli dwar l-anomaliji li jinstabu abbord vapuri. |
|
(26) |
Ilmenti minn persuni b'interess leġittimu rigward il-kondizzjonijiet ta' għajxien u xogħol abbord għandhom ikunu investigati. Kwalunkwe persuna li tressaq ilment għandha tkun infurmata bl-azzjoni ta' segwitu mogħtija lil dak l-ilment. |
|
(27) |
Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u awtoritajiet oħra jew organizzazzjonijiet hija neċessarja biex jiġi żgurat segwitu effettiv dwar vapuri b'nuqqasijiet, li ġew permessi jipproċedu, u għat-tpartit ta' informazzjoni dwar vapuri fil-port. |
|
(28) |
Billi l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet hija parti essenzjali mill-kontroll mill-Istat tal-port, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hija tkun aġġornata fid-dawl tal-ħtiġiet Komunitarji. |
|
(29) |
Il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar vapuri u l-operaturi jew il-kumpaniji tagħhom li ma josservawx standards internazzjonali dwar is-sikurezza, is-saħħa u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar tista' tkun deterrent effettiv li taqta' qalb il-baħħara milli jużaw dawn il-vapuri u inċentiv għas-sidien biex jieħdu azzjoni korrettiva. Rigward l-informazzjoni li għandha ssir disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kollaborazzjoni mill-qrib mal-MOU ta' Pariġi u tikkunsidra kwalunkwe informazzjoni ppubblikata sabiex tkun evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti darba biss. |
|
(30) |
L-ispejjeż kollha tal-ispezzjoni ta' vapuri li ħaqqhom ikunu detenuti, u dawk li jsiru biex titneħħa ċaħda ta' aċċess, għandhom jitħallsu mis-sid jew mill-operatur. |
|
(31) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-setgħat implimentattivi konferiti fuq il-Kummissjoni (10). |
|
(32) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex jiġu applikati emendi ulterjuri għal konvenzjonijet internazzjonali, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijet relatati magħha u li tistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għad-dispożizzjonijet tal-Artikoli 7 u 9. Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu addottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(33) |
Billi l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis ta' tbaħħir substandard fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri permezz ta' titjib tas-sistema ta' spezzjoni tal-Komunità għal vapuri li jbaħħru u l-iżvilupp tal-mezzi biex tittieħed azzjoni preventiva fil-qasam tat-tinġis tal-ibħra, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista', għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tieħu miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma teċċedix minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
|
(34) |
L-obbligu li din id-Direttiva tkun trasposta fil-liġi nazzjonali għandu għalhekk ikun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabblin mad-Direttiva 95/21/KE. L-obbligu ta' traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jirriżulta minn dik id-Direttiva. |
|
(35) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżlin fl-Anness XV, Parti B. |
|
(36) |
Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (11), l-Istati Membri huma inkoraġġuti biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, l-iskedi tagħhom stess, li juru, safejn huwa possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi. |
|
(37) |
Sabiex ma jkunx impost piż amminstrattiv disproporzjonat fuq Stati Membri mdawrin bl-art, regola de minimis għandha tippermetti lil tali Stati Membri jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jfisser li tali Stati Membri, sakemm jilħqu ċertukriterji, mhumiex obbligati li jittrasponu din id-Direttiva. |
|
(38) |
Sabiex jittieħed kont tal-fatt illi d-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi jappartjenu għal żona ġeografika differenti, huma fil-biċċa l-kbira Partijiet għal memoranda oħra reġjonali tal-kontroll tal-Istat tal-port li mhumiex il-MOU ta' Pariġi u għandhom ċirkolazzjoni tat-traffiku limitati ħafna mal-Ewropa kontinetali, l-Istati Membri konċernati għandhom ikunu permessi li jeskludu dawk il-portijiet mis-sistema tal-kontroll tal-Istat tal-port applikata fil-Komunità, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Skop
L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tgħin biex jitnaqqas drastikament tbaħħir substandard fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, billi:
|
a) |
tiżdied il-konformità mal-leġislazzjoni internazzjonali u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità dwar is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord vapuri tal-bnadar kollha; |
|
b) |
jiġu stabbiliti kriterji komuni għal kontroll ta' vapuri mill-Istat tal-port u proċeduri ta' armonizzazzjoni dwar spezzjoni u detenzjoni, u, bi zvilupp fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza fil-MOU ta' Pariġi; |
|
c) |
tiġi implimentata fil-Komunità ║sistema ta' kontroll tal-Istat tal-port ibbażata fuq l-ispezzjonijiet imwettqin fil-Komunità u r-reġjun MOU ta' Pariġi, bl-għan li jkunu spezzjonati l-vapuri kollha bi frekwenza li tiddependi mill-profil tar-riskju tagħhom, fejn vapuri li jippreżentaw riskju ogħla għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni b'akbar reqqa u mwettqa f'intervalli aktar frekwenti. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijet li ġejjin:
|
1) |
“Konvenzjonijiet” tfisser il-Konvenzjonijiet li ġejjin, bil-Protokolli u l-emendi tagħhom u kodiċijiet relatati ta' status mandatorju, fil-verżjoni aġġornata tagħhom:
|
|
2) |
“Il-MOU ta' Pariġi” tfisser il-Memorandum dwar il-Ftehim fuq il-Kontroll tal-Istat tal-Port, iffirmat f'Pariġi fis-26 ta' Jannar 1982, fil-verżjoni aġġornata tiegħu. |
|
3) |
“Il-qafas u l-proċeduri tal-Iskema ta' Verifika Volontarja tal-Istat Membru tal-IMO” tfisser ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea tal-IMO A.974(24). |
|
4) |
“Reġjun tal-MOU ta' Pariġi” tfisser iż-żona ġeografika li fihom l-Istati Partijiet għall-MOU ta' Pariġi jwettqu spezzjonijiet fil-kuntest tal-MOU ta' Pariġi. |
|
5) |
“Port” tfisser zona ta' art u ilma b'infrastruttura u makkinarju li jippermettu, prinċipalment, id-dħul tal-vapuri, it-tagħbien u l-ħatt tagħhom, il-ħażna tal-merkanzija, il-wasla u l-kunsinna tagħha, kif ukoll l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri. |
|
6) |
“Vapur” tfisser kull bastiment li jbaħħar li għalih tapplika waħda jew iktar mill-Konvenzjonijiet, li jtajjar bandiera barra minn dik tal-Istat tal-port. |
|
7) |
“Ir-relazzjoni vapur/port” tfisser l-interazzjonijiet li jseħħu meta vapur ikun direttament u minnufih affettwat minn azzjonijiet li jinvolvu l-moviment ta' persuni jew oġġetti jew id-dispożizzjoni ta' servizzi portwali lejn jew mill-vapur. |
|
8) |
“Vapur ankrat” tfisser vapur f'port jew żona oħra fil-ġurisdizzjoni ta' xi port iżda mhux irmiġġat, li qed iwettaq relazzjoni vapur/port. |
|
9) |
“Spettur” tfisser ħaddiem tas-settur pubbliku jew persuna oħra, debitament awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biex jagħmlu spezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port, u responsabbli lejn dik l-awtorità kompetenti. |
|
10) |
“Awtorità kompetenti” tfisser awtorità marittima responsabbli għall-kontroll tal-Istat tal-port skont din id-Direttiva. |
|
11) |
“Awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima”' tfisser awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima kif definita fil-punt 7 tal-Artikolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-vapuri u fil-portijiet (12). ▐ |
|
12) |
“Spezzjoni inizjali” tfisser żjara abbord vapur minn spettur, sabiex tkun ikkontrollata l-konformità mal-Konvenzjonijiet u r-regolamenti rilevanti u tinkludi tal-inqas il-kontrolli meħtieġa mill-Artikolu 13(1). |
|
13) |
“Spezzjoni aktar dettaljata” tfisser spezzjoni fejn il-vapur, it-tagħmir u l-ekwipaġġ tiegħu fis-sħuħija tagħhom jew, kif xieraq, partijiet minmhom ikunu soġġetti, fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 13(3) għal eżami dettaljat li jkopri l-kostruzzjoni tal-vapur, tagħmir, persunal, kondizzjonijiet ta' għajxien u ta' xogħol u l-konformità ma' proċeduri operazzjonali ta' abbord. |
|
14) |
“Spezzjoni estiża” tfisser spezzjoni li tkopri bħala minimu l-oġġetti elenkati fl-Anness VII. Spezzjoni estiża tista' tinkludi spezzjoni aktar dettaljata fejn hemm raġunijiet ċari skont l-Artikolu 13(3). |
|
15) |
“Ilment” tfisser kwalunkwe informazzjoni jew rapport ippreżentati minn kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika b'interess leġittimu fis-sikurezza tal-vapur, inkluż interess f'perikli ta' sikurezza jew ta' saħħa għall-ekwipaġġ tiegħu, għall-kondizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol abbord u għall-prevenzjoni tat-tinġis. |
|
16) |
“Detenzjoni” tfisser il-projbizzjoni formali ta' vapur milli jipproċedi lejn il-baħar minħabba nuqqasijiet stabbiliti, li, individwalment jew flimkien, jagħmlu lill-vapur mhux tajjeb għat-tbaħħir. |
|
17) |
“Ordni ta' rifjut għal aċċess” tfisser deċiżjoni maħruġa lill-kaptan ta' vapur, lill-kumpanija responsabbli għall-vapur u lill-Istat tal-bandiera li tinnotifikahom li l-vapur ser jinċaħadlu aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji kollha . |
|
18) |
“Twaqqif ta' operazzjoni” tfisser projbizzjoni formali għal vapur milli jkompli b'operazzjoni minħabba nuqqasijiet stabbiliti li, individwalment jew flimkien, jagħmlu l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni perikoluża. |
|
19) |
“Kumpanija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-maniġer, jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun aċċetta li jieħu f'idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi ta' Ġestjoni Internazzjonali tas-Sikurezza (ISM). |
|
20) |
“Organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser kumpanija għall-klassifikazzjoni jew korp privat ieħor, li jwettaq kompiti statutorji f'isem amministrazzjoni ta' Stat tal-bandiera. |
|
21) |
“Ċertifikat statutorju” tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f'isem Stat tal-bandiera skont il-Konvenzjonijiet. |
|
22) |
“Ċertifikat ta' klassifikazzjoni” tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jikkonferma l-konformità mas-SOLAS 74, Kapitolu II-1, Parti A-1, Regolament 3-1. |
|
23) |
“Ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet” tfisser is-sistema ta' informazzjoni li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port fil-Komunità u li tinkludi d-data relatata mal-ispezzjonijiet imwettqa fir-reġjun ta' MOU ta' Pariġi. |
|
24) |
“Il-Konvenzjoni tal-1996”għandha tfisser it-test rikapitulattiv tal-Konvenzjoni tal-1976 dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabilità għal Talbiet Marittimi, adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, kif emendata mill-protokoll tal-1996. |
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull vapur u l-ekwipaġġ tiegħu li jieqaf f'port jew f'ankraġġ ta' Stat Membru biex jiġi impenjat f'relazzjoni vapur/port.
▐
Franza tista' tiddeċiedi li l-portijiet koperti minn dan il-paragrafu ma jinkludux portijiet li jinsabu fid-dipartiment extra-Ewropej imsemmijin fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.
Meta Stat Membru jwettaq spezzjoni fuq vapur fl- ilmijiet territorjali tiegħu, iżda barra minn ▐ port, din il-proċedura għandha titqies bħala spezzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
Xejn f'dan l-Artikolu ma jaffettwa d-drittijiet ta' intervent disponibbli lil Stati Membri taħt il-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti.
L-Istati Membri li m'għandhomx portijiet marittimi jista' jkollhom id-dritt għal deroga mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni, b'konformita mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3), għandha tadotta l-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu ta' deroga.
▐
2. Meta t-tunnellaġġ gross ta' vapur huwa ta' inqas minn 500, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-ħtiġiet ta' Konvenzjoni rilevanti li huma applikabli u safejn ma tapplikax Konvenzjoni, jieħdu dawk l-azzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiżguraw li l-vapuri konċernati mhumiex kjarament perikolużi għas-sikurezza, is-saħħa u l-ambjent. Fl-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom ikunu gwidati minn Anness 1 għall-MOU ta' Pariġi.
3. Meta jispezzjonaw vapur li qiegħed ittajjar bandiera ta' Stat li ma jkunx parti għal xi waħda mill-Konvenzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-trattament ta' dan il-vapur u l-ekwipaġġ tiegħu ma jkunx aktar favorevoli minn dak ta' vapur li jtajjar bandiera ta' Stat parti f'dik il-Konvenzjoni.
4. Bastimenti tas-sajd, vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali, vapuri b'binja primittiva użati għal skopijiet mhux kummerċjali u jottijiet tad-divertiment li mhumiex użati għan-negozju jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Artikolu 4
Setgħat tal-ispezzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikunu legalment f'pożizzjoni li jwettqu l-ispezzjonijet imsemmija f'din id-Direttiva abbord vapuri barranin f'konformità mal-liġi internazzjonali.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm awtoritajiet kompetenti, li lilhom għandu jiġi assenjat in- numru meħtieġ ta' persunal, anke permezz ta' reklutaġġ, b'mod partikolari ta' spetturi kkwalifikati, għall-ispezzjoni tal-vapuri u għandhom jieħdu dawk il-miżuri adegwati sabiex jiżguraw li l-ispetturi jwettqu d-dmirijiet tagħhom kif stabbilit f'din id-Direttiva u partikolarment li huma disponibbli biex iwettqu l-ispezzjonijiet meħtieġa skont din id-Direttiva.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jadattaw il-liġi nazzjonali tagħhom għad-dispożizzjonijiet relattivi għal-limitazzjoni tar-responsabilità tal-Konvenzjoni tal-1996.
Il-prinċipju ta' kumpens għall-partijiet terzi fir-rigward ta' ħsara kkawżata mill-iskart li jaqa' taħt il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” imfisser fid-Direttiva 75/442/KEE u fid-Direttiva 2004/35/KE jiftaħ it-triq għad-dritt li wieħed ikun ikkumpensat għat-totalità tal-ħsara kkawżata, anke fejn m'hemmx kopertura sħiħa u lil hinn mid-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-inkorporazzjoni ta' konvenzjonijiet.
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet iktar stretti minn dawk previsti f'dan l-Artikolu.
Artikolu 6
Reġim ta' spezzjoni u impenn annwali ta' spezzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet skont l-iskema għas-selezzjoni deskritta fl-Artikolu 12 u d-dispożizzjonijiet fl-Anness I.
2. Sabiex ikun konformi mal-impenn annwali ta' spezzjoni, kull Stat Membru għandu
|
a) |
jispezzjona l-vapuri ta' Prijorità I, kif imsemmi fl-Artikolu 12(a), li jidħlu fil-portijiet jew l-ankraġġi tiegħu, u |
|
b) |
iwettaq annwalment għadd totali tal-ispezzjonijiet abbażi tal-vapuri ta' Prijorità I u ta' ta' Prijorità II, imsemmija fl-Artikolu 11(a) u (b), li jikkorrispondi tal-inqas ma' sehmu min-numru totali ta' spezzjonijiet li għandhom jitwettqu annwalment fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta' Pariġi. Is-sehem ta' spezzjonijiet ta' kull Stat Membru għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta' vapuri individwali li jżuru l-portijiet jew l-ankraġġi tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tas-somma tan-numru ta' vapuri individwali li jidħlu fil-portijiet jew fl-ankraġġi ta' kull Stat fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta' Pariġi. |
3. Bil-ħsieb li jkun kalkulat is-sehem min-numru totali ta' spezzjonijiet li għandhom jitwettqu annwalment fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta' Pariġi msemmi fil-punt (b) ta' paragrafu 2, il-vapur ankrati m'għandhomx jingħaddu jekk mhuwiex speċifikat mod ieħor mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 7
Konformità mar-reġim ta' spezzjoni
B'konformità mal-Artikolu 5, kull Stat Membru għandu:
|
a) |
jispezzjona l-vapuri ta' Prijorità I kollha , kif imsemmi fl-Artikolu 12(a), li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu, u |
|
b) |
kull sena jwettaq numru totali ta' spezzjonijiet ta' vapuri ta' Prijorità I u II, kif imsemmi fl-Artikolu 12(a) u (b), li jkun jikkorrispondi talanqas għall-obbligi tiegħu ta' spezzjonijiet annwali. |
▐
Artikolu 8
Ċirkustanzi li fihom ċerti vapuri ma jkunux spezzjonati
1. Fiċ-ċirkustanzi li ġejjin, Stat Membru jista' jiddeċiedi li jipposponi l-ispezzjoni ta' vapur ta' Prijorità I ▐:
|
i) |
jekk l-ispezzjoni tista' titwettaq fiż-żjara li jmiss tal-vapur fl-istess Stat Membru, kemm-il darba l-vapur ma jżurx kwalunkwe port jew ankraġġ ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi bejn iż-żewġ żjarat u l-posponiment ma jkunx jaqbeż il- 15-il jum, jew |
|
ii) |
jekk l-ispezzjoni tista' titwettaq f'port ta' żjara ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi fi żmien 15-il jum, kemm-il darbal-Istat li fih jinsab dak il-port ta' żjara ma jkunx qabel ▐ li jwettaq l-ispezzjoni. |
Jekk spezzjoni tkun posposta iżda ma titwettaqx skont il-punti (i) u (ii) u ma tkunx irreġistrata fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, hija għandha tingħadd bħala spezzjoni maqbuża kontra l-Istat Membru li ppospona l-ispezzjoni.
2. Fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li ġejjin, spezzjoni li ma titwettaqx fuq vapuri ta' Prijorità I għal raġunijiet operattivi, ▐ m'għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża ║ sakemm r-raġuni għaliex inqabżet l-ispezzjoni tkun reġistrata fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, u▐ fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti t-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar.
▐
3. Jekk spezzjoni ma titwettaqx fuq vapur ankrat, hija m'għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża , sakemm, jekk ikun japplika il-punt (ii), ir-raġuni li għaliha ma tkunx saret l-ispezzjoni tiġi rreġistrata fil-ġabra ta' data tal-ispezzjonijiet, u jekk:
|
i) |
il-vapur ikun spezzjonat f'port ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi skont l-Anness II fi żmien 15-il jum, jew ▐ |
|
ii) |
fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti t-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar ▐. |
4. Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, relatati mar-regoli ta' implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 31(3).
Artikolu 9
Notifika ta' wasla ta' vapuri
1. L-operatur, aġent jew kaptan ta' vapur, li skont l-Artikolu 14 huwa eliġibbli għal spezzjoni estiża u li sejjer f'port jew ankraġġ ta' Stat Membru għandu jinnotifika l-wasla tiegħu fl-ewwel port jew ankraġġ li jżur fil-Komunità skont id-dispożizzjonijiet tal -Anness III.
2. Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (13), l-awtorità tal-port ikkonċernata għandha tittrażmetti tali informazzjoni lill-awtorità kompetenti , kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-portijiet jew l-ankraġġi li bastiment iżur wieħed wara l-ieħor fil-Komunità .
3. Għandhom jintużaw il-mezzi elettroniċi għall-finijiet ta' kwalunkwe komunikazzjoni prevista f'dan l-Artikolu. Mezzi oħra ta' komunikazzjoni għandhom jintużaw biss meta l-mezzi elettroniċi ma jkunux disponibbli.
4. Il-proċeduri u l-formati żviluppati minn Stati Membri għall-implimentazzjoni tal-Anness III għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/59/KE ▐.
Artikolu 10
Profil ta' riskju tal-vapuri
1. Fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, il-vapuri kollha li jżuru port jew ankraġġ ta' Stat Membru, għandhom jingħataw profil ta' riskju tal-vapuri li jiddetermina l-prijorità rispettiva tagħhom għal spezzjoni, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjonijiet.
2. Il-profil tar-riskju ta' vapur għandu jiġi determinat b'kombinazzjoni ta' parametri tar-riskju ġeneriċi u storiċi kif ġej:
|
(a) |
Parametri ġeneriċi Il-parametri ġeneriċi għandhom ikunu bbażati fuq it-tip, l-età, il-bandiera, l-organizzazjonijiet rikonoxxuti involuti u l-prestazzjoni tal-kumpanija skont l-Anness I il-parti I.1 u l-Anness II. |
|
(b) |
Parametri storiċi Il-parametri storiċi għandhom ikunu bbażati fuq in-numru ta' nuqqasijiet u detenzjonijiet matul perijodu partikolari skont l-Anness I, parti I.2 u l-Anness II. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, f'konformità mal-proċedura regolatarija bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 31(3), ir-regoli ta' implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, waqt li tispeċifika b'mod partikolari:
|
— |
il-valuri attribwiti għal kull parametru ta' riskju, |
|
— |
it-taħlita ta' parametri ta' riskju li jikkorrispondu għal kull livell tal-profil tar-riskju ta' vapur, |
|
— |
il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-kriterji tal-Istat tal-bandiera msemmija fl-Anness I parti I.1 punt (c) (iii) dwar id-dimostrazzjoni ta' konformità mal-istrumenti relevanti. |
▐
Artikolu 11
Frekwenza ta' spezzjonijiet
║ Il-vapuri li jżuru portijiet jew ankraġġi Komunitarji għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perijodiċi jew spezzjonijiet addizzjonali kif ġej:
|
(a) |
Il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perjodiċi f'intervalli predeterminati skont il-profil tar-riskju tagħhom skont l-Anness I il-parti I. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perjodiċi ta' vapuri b'riskju għoli m'għandux jaqbeż is-sitt xhur . |
|
(b) |
Il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet addizzjonali kif ġej irrispettivament mill-perijodu li jkun għadda mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom ║:
|
Artikolu 12
Għażla ta' vapuri għal spezzjoni
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapuri jkunu magħżulin għal spezzjoni abbażi tal-profil tar-riskju tagħhom kif deskritt fl-Anness I il-parti I u fejn ifiġġu fatturi prominenti jew mhux mistennijin skont l-Anness I il-parti II 2A u 2B.
Bil-ħsieb tal-ispezzjoni ta' vapuri, l-awtorità kompetenti:
|
a) |
għandha tagħżel vapuri li waslu għal spezzjoni mandatorja, imsemmijin bħala vapuri ta' “Prijorità I”, skont l-iskema ta' għażla deskritta fl-Anness I il-parti II 3A. |
|
b) |
tista' tagħżel liema vapuri huma eliġibbli għal spezzjoni, imsemmijin bħala vapuri ta' “Prijorità II”, skont l-Anness I il-parti II 3B. |
Artikolu 13
Spezzjonijiet inizjali u aktar dettaljati
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vapuri magħżulin għal spezzjoni skont l-Artikolu 12 huma soġġetti għal spezzjoni inizjali jew spezzjoni aktar dettaljata kif ġej:
|
1. |
Ma' kull spezzjoni inizjali ta' vapur, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ispettur, bħala minimu:
|
|
2. |
Meta, wara spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, in-nuqqasijiet li jridu jiġu rettifikati fl-ewwel port li jidħol fih kienu reġistrati fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, l-awtorità kompetenti ta' dan l-ewwel port li jidħol fih tista' tiddeċiedi li ma twettaqx il-verifiki msemmijin fil-paragrafu 1(a) u (ċ). |
|
3. |
Għandha titwettaq spezzjoni aktar dettaljata, inkluż aktar kontroll ta' konformità mal-ħtiġiet operattivi ta' abbord, kull meta hemm raġunijiet biex taħseb, wara l-ispezzjoni riferuta fil-paragrafu 1, li l-kondizzjoni tal-vapur jew ta' tagħmir tiegħu jew ekwipaġġ ma jissodisfax sostanzjalment il-ħtiġiet rilevanti ta' waħda mill-Konvenzjonijiet. |
“Raġunijiet ċari” għandhom jeżistu meta l-ispettur isib evidenza li fil-ġudizzju professjonali tiegħu teħtieġ spezzjoni aktar dettaljata tal-vapur, it-tagħmir jew l-ekwipaġġ tiegħu.
Eżempji ta' “raġunijiet ċari” huma stabbiliti fl-AnnessV.
Artikolu 14
Spezzjonijiet estiżi
1. Il-kategoriji li ġejjin ta' vapuri huma eliġibbli għal spezzjoni estiża skont l-Anness I il-parti II 3A u 3B:
|
— |
Vapuri bi profil għoli ta' riskju, |
|
— |
Vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-gass jew kimiċi jew trasportaturi ta' merkanzija mhux imballata, li għandhom aktar minn 12-il sena, |
|
— |
Vapuri bi profil ta' riskju għoli jew vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-gass jew tal-kimiki jew trasportaturi ta' merkanzija mhux imballata, li għandhom aktar minn 12-il sena, li jippreżentaw fatturi spikkanti jew mhux mistennijin, |
|
— |
Vapuri soġġetti għal rispezzjoni wara ċaħda ta' ordni ta' aċċess maħruġa skont l-Artikolu 16. |
2. L-operatur jew il-kaptan tal-vapur għandu jiżgura li hemm biżżejjed ħin disponibbli fl-iskeda tal-operat biex l-ispezzjoni estiża tkun tista' titwettaq .
Bla ħsara għall-miżuri ta' kontroll meħtieġa għal finijiet ta' sigurtà, il-vapur għandu jibqa' fil-port sakemm titlesta l-ispezzjoni.
3. Meta tirċievi prenotifika fornuta minn vapur eliġibbli għal spezzjoni estiża perjodika, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-vapur jekk ma tkun se titwettaq l-ebda spezzjoni estiża.
4. Il-fini ta' spezzjoni estiża, inklużi l-oqsma ta' riskju li għandhom ikunu koperti, huwa mniżżel fl-Anness VII. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċeduri imsemmija fl-Artikolu 31(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-Anness VII.
Artikolu 15
Linji gwida u proċeduri għas-sikurezza u s-sigurtà
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tagħhom isegwu l-proċeduri u l-linji gwida speċifikati fl-Anness VI.
2. Rigward il-kontrolli tas-sigurta', l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri rilevanti stabbiliti fl-Anness VI ta' din id-Direttiva għall-vapuri kollha msemmijin fl-Artikoli 3(1), 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 li jżuru l-portijiet tagħhom, ħlief jekk dawn itajru l-bandiera tal-Istat tal-port tal-ispezzjoni.
3. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva rigward spezzjonijiet estiżi għandhom japplikaw għal laneċ ro-ro u biċċiet tal-baħar ta' veloċità qawwija għall-passiġġieri imsemmija fl-Artikolu 2 a) u b) tad-Direttiva 1999/35/KE.
Meta vapur ikun ġie sorveljat skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 1999/35/KE minn Stat ospitanti li mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-vapur, dak l-istħarriġ speċifiku għandu jiġi reġistrat bħala spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, kif rilevanti, fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet u meħud kont tiegħu għall-finijiet tal-Artikoli 10, 11 u 12 ta' din id-Direttiva u għall-kalkolu tat-twettiq tal-impenn ta' spezzjoni ta' kull Stat Membru sakemm ikunu koperti l-punti kolha msemmijin fl-Anness VIII.
Mingħajr preġudizzju għal prevenzjoni ta' operat ta' lanċa ro-ro jew ta' biċċa tal-baħar ta' veloċità qawwija għall-passiġġieri deċiża skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/35/KE, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva rigward rettifikazzjoni ta' nuqqasijiet, detenzjoni, u ċaħda ta' aċċess, segwitu ta' spezzjonijiet, detenzjonijiet u ċaħda ta' aċċess, skont kif jixraq, għandhom japplikaw.
4. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), tadotta r-regoli meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 16
Miżuri ta' ċaħda ta' aċċess għal ċerti vapuri
1. Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(6), Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe ║vapur li jissodisfa l-kriterji speċifikati f'dan il-paragrafu ma jitħalliex jidħol fil-portijiet u fl-ankraġġi tiegħu jekk il-vapur:
|
— |
ibaħħar taħt bandiera ta' Stat li jinsab fuq il-lista s-sewda jew il-lista griża, kif adottati mill- MOU ta' Pariġi abbażi ta' informazzjoni rreġistrata fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikata annwalment mill-Kummissjoni, u ▐ |
|
— |
ikun inżamm jew ikun inħariġlu ordni ta' prevenzjoni ta' ordni ta' operat skont id-Direttiva 1999/35/KE għal aktar minn darbtejn fis-36 xahar preċedenti f'port ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-MOU ta' Pariġi, |
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-listi ddefiniti mill-MOU ta' Pariġi jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju ta' kull sena.
L-ordni ta' ċaħda ta' aċċess għandu jitneħħa biss wara perjodu ta' tliet xhur mid-data tal-ħruġ tal-ordni u meta jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 sa 10 tal-Anness VIII.
Jekk il-vapur ikun suġġett għat-tieni ċaħda ta' aċċess, il-perjodu għandu jiżdied għal tnax-il xahar. Kwalunkwe żamma sussegwenti minn port Komunitarju għandha tirriżulta f'ċaħda permamenti ta' aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ għall-vapur fil-Komunità.
▐
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness VIII.
Artikolu 17
Ir-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan
Malli titlesta spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata jew spezzjoni aktar fil-fond, l-ispettur għandu jħejji rapport skont l-Anness IX. Il-Kaptan tal-vapur għandu jingħata kopja tar-rapport tal-ispezzjoni.
Artikolu 18
Ilmenti
L-ilmenti kollha għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni inizjali ta' malajr mill-awtorità kompetenti. Din l-evalwazzjoni tippermetti li jkun iddeterminat jekk ilment huwiex iġġustifikat, speċifiku u b'bażi evidenti .
Jekk dak ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa dwar l-ilment. B'mod partikulari, għandha tiżgura li l-kaptan, is-sid tal-vapur u kwalunkwe persuna oħra kkonċernata direttament mill-ilment, inkluż min iressaq l-ilment, ikollhom il-possibilità li jressqu l-fehmiet tagħhom.
Fejn l-awtorità kompetenti tqis li l-ilment huwa manifestament bla bażi, hija għandha tinforma lill-ilmentatur bid-deċiżjoni tagħha u bir-raġunijiet għaliha.
L-identità tal-persunali tilmenta m'għandhiex tkun mikxufa lill-kaptan jew lil sid il-vapur tal-vapur ikkonċernat. L-ispettur għandu jiżgura l-kunfidenzjalità waqt kwalunkwe kollokji magħmulin lill-membri tal-ekwipaġġ.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera b'kopja lill-Organizzazzjoni Internazzjoni tax-Xogħol (ILO) jekk adatt, ta' ilmenti li ma jkunux manifestament bla bażi u b'azzjonijiet ta' segwitu meħudin.
Artikolu 19
Rettifikazzjoni u detenzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li kull nuqqas ikkonfermat jew mikxuf mill-ispezzjoni msemmija, ġie jew sa jiġi, rretifikat skont il-Konvenzjonijiet.
2. F'każ ta' nuqqasijiet illi diġà huma perikolużi għas-sikurezza, is-saħħa jew l-ambjent, l-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port fejn qiegħed jiġi spezzjonat il-vapur għandha tiżgura li l-vapur miżmum jew li l-operazzjoni li matulha ġew irrappurtati n-nuqqasijiet twaqqfet. L-ordni ta' detenzjoni jew twaqqif ta' operazzjoni ma tiqafx sakemm jitneħħa l-perikolu jew sakemm din l-awtorità tista' tistabbilixxi illi l-vapur jista' jkun soġġett għal kondizzjonijiet meħtieġa, jipproċedi lejn il-baħar jew titkompla l-operazzjoni mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lil vapuri oħra, jew mingħajr ma hemm theddida mhux raġjonevoli lill-ambjent tal-baħar.
3. Waqt l-eżerċizzju tal-ġudizzju professjonali tiegħu dwar jekk vapur għandux jinżamm jew le, l-ispettur għandu japplika l-kriterji stabbiliti fl-Anness X.
4. Jekk l-ispezzjoni turi li l-vapur mhuwiex mgħammar b'reġistratur, tat-tagħrif dwar il-vjaġġ li jkun jiffunzjona meta l-użu ta' tali reġistratur huwa obbligatorju skont id-Direttiva 2002/59/KE, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapur jinżamm.
Jekk tali nuqqas ma jkunx jista' jiġi rettifikat malajr fil-port tad-detenzjoni, l-awtorità kompetenti tista' jew tippermetti li l-vapur jipproċedi għall-baċir adatt għat-tiswija li jkun l-eqreb għall-port tad-detenzjoni fejn dan jista' jiġi rettifikat mill-aktar fis jew tesiġi li n-nuqqas jiġi rettifikat matul perijodu massimu ta' 30 jum, kif previst fil-linji gwida żviluppati fil-MOU ta' Pariġi. Għal dawn il-finijiet għandhom jgħoddu l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 21.
5. F'ċirkostanżi eċċezzjonali, fejn il-kondizzjoni tal-vapur inġenerali hija ovvjament sottostandard, l-awtorità kompetenti tista' tissospendi l-ispezzjoni ta' dak il-vapur sakemm il-partijiet responsabbli jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li tkun konformi ma' rekwiżiti rilevanti tal-Konvenzjonijiet.
6. Fl-eventwalità ta' detenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tavża, bil-miktub u tinkludi r-rapport tal-ispezzjoni, lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera jew, meta dan ma jkunx possibbli, il-Konslu jew, fin-nuqqas tiegħu, l-eqreb rappreżentant diplomatiku ta' dak l-Istat, dwar iċ-ċirkostanzi kollha li minħabba fihom tkun qieset li l-intervent kien meħtieġ. B'żieda ma' dan, periti maħtura jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-klassifikazzjoni jew ċertifikati statutorji skont il-Konvenzjonijiet għandhom ukoll jiġu nnotifikati fejn dan huwa rilevanti.
7. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti addizzjonali tal-Konvenzjonijiet li jikkonċernaw proċeduri ta' notifikazzjoni u rappurtaġġ dwar kontroll tal-Istat tal-port.
8. Meta l-kontroll tal-Istat tal-port jkun qed jiġi eżerċitat taħt din id-Diretttiva, għandhom isiru l-isforzi kollha possibbli biex ikun evitat li vapur jinżamm jew jiddewwem ta' xejn. Jekk vapur jinżamm jew jiddewwem ta' xejn, is-sid jew l-operatur ikun intitolat għal kumpens għal kull ħsara jew telf li jiġġarrab. F'xi każ ta' allegazzjoni ta' detenzjoni mhux meħtieġa jew dewmien, l-oneru tal-prova jkun tas-sid jew operatur tal-vapur.
9. Sabiex titħaffef il-konġestjoni f'port, awtorità kompetenti tista' tippermetti li vapur miżmum jiċċaqlaq għal parti oħra tal-port jekk dan huwa sigur. Madankollu, ir-riskju ta' konġestjoni f'port m'għandhiex tkun kunsiderazzjoni meta ssir deċiżjoni dwar detenzjoni jew rilaxx minn detenzjoni.
Meta jinħareġ ordni ta' detenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma b'dan lill-awtoritajiet jew l-entitajiet tal-port mill-aktar fis possibbli.
L-awtoritajiet jew korpi tal-port għandhom jikkooperaw mal-awtorità kompetenti bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-akkomodazzjoni ta' vapuri miżmumin.
Artikolu 20
Dritt ta' appell
1. Is-sid jew l-operatur ta' vapur jew ir-rappreżentant tiegħu fl-Istat Membru għandu jkollu dritt għall-appell kontra deċiżjoni ta' detenzjoni jew ċaħda ta' aċċess meħuda mill-awtorità kompetenti. Appell m'għandux iġib is-sospensjoni tad-detenzjoni jew taċ-ċaħda tal-aċċess.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jwaqqfu proċeduri adatta għal dan l-iskop skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u għandhom jikkoperaw ma' xulxin b'mod partikulari sabiex jiżguraw li l-appelli jiġu ttrattati fi żmien raġonevoli .
3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma b'mod xieraq lill-kaptan tal-vapur imsemmi fil-paragrafu 1 dwar id-dritt ta' appell u l-arranġamenti prattiċi marbuta miegħu .
4. Meta, bħala riżultat ta' appell jew ta' talba magħmula mis-sid jew mill-operatur ta' vapur jew mir-rappreżentant tiegħu, detenzjoni jew ċaħda ta' ordni ta' aċċess ikunu revokati jew emendati:
|
(a) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet tkun emendata skond il-każ mingħajr dewmien; |
|
b) |
l-Istat Membru fejn id-detenzjoni jew iċ-ċaħda ta' ordni ta' aċċess inħarġu għandu, fi żmien 24 siegħa minn tali deċiżjoni, jiżgura li l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 26 hija rettifikata. |
Artikolu 21
Segwitu ta' spezzjonijiet u detenzjonijiet
1. Fejn nuqqasijiet kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) ma jistgħux jiġu rettifikati fil-port tal-ispezzjoni, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tħalli lill-vapur konċernat biex jipproċedi direttament lejn it-tarzna adatta li tkun l-eqreb għall-port tad-detenzjoni fejn tista' tittieħed azzjoni ta' segwitu, kif magħżula mill-kaptan u l-awtoritajiet konċernati, sakemm jitħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera u aċċettati minn dak l-Istat Membru. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiżguraw li l-vapur jista' jipproċedi mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lill-vapuri oħra, jew mingħajr ma jkun hemm theddida mhux raġjonevoli ta' ħsara għall-ambjent tal-baħar.
2. Fejn id-deċiżjoni li vapur jintbagħat f'baċir għat-tiswija hija dovuta għal nuqqas ta' konformità mar-Riżoluzzjoni IMO A.744(18), dwar Linji Gwida dwar il-Programm Imtejjeb ta' Spezzjonijiet waqt Stħarriġ ta' Trasportaturi ta' Merkanzija mhux imballata u ta' Tankers taż-Żejt, jew minħabba d-dokumentazzjoni tal-vapur jew minħabba diffetti u nuqqasijiet strutturali tal-vapur, l-awtorità kompetenti tista' titlob li l-kejl tal-ħxuna meħtieġ jitwettaq fil-port tad-detenzjoni qabel ma l-vapur jitħalla jsalpa.
3. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fil-port ta' spezzjoni tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn tkun qiegħda t-tarzna, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 19(6) u kull awtorità oħra kif xieraq tal-kondizzjonijiet kollha għall-vjaġġ.
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tirċievi dik in-notifika għandha tinforma lill-awtorità li nnotifikata bl-azzjoni li ttieħdet.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li jiċċaħħad l-aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fil-Komunità huwa miċħud lill-vapuri msemmijin fil-paragrafu 1 li jitilqu biex ibaħħru:
|
a) |
mingħajr ħarsien tal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fil-port ta' spezzjoni; jew |
|
b) |
li jirrifjutaw li josservaw ir-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet billi ma jmorrux fit-tarzna indikata. |
Tali ċaħda għandha tinżamm sakemm is-sid jew l-operatur jipproduċu evidenza għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru fejn instab li l-vapur kien difettuż, li turi li l-vapur jikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet.
5. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 4(a), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-vapur jinstab li hu difettuż għandha tgħarraf immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 4(b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab it-tarzna immedjatament għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.
Qabel ma jkun rifjutat id-dħul, l-Istat Membru jista' jitlob konsultazzjonijiet mal-amministrazzjoni tal-bandiera tal-vapur konċernat.
6. B'deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, jista' jiġi permess aċċess għal port jew ankraġġ speċifiku mill-awtorità rilevanti ta' dak l-Istat tal-port fil-każ ta' forza maġġuri jew konsiderazzjonijiet prevalenti ta' sikurezza aktar importanti, jew biex jitnaqqas jew jiġi mminimizzat ir-riskju ta' tinġis jew jiġu rretifikati n-nuqqasijiet, kemm-il darba miżuri adegwati għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru jkunu ġew implimentati mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-vapur biex jiġi assigurat dħul sigur.
Artikolu 22
Profil professjonali tal-ispetturi
1. L-ispezzjonijiet għandhom isiru biss mill-ispetturi li jaderixxu għall-kriterji ta' kwalifikazzjoni speċifikati fl-Anness XI u li huma awtorizzati biex iwettqu kontroll tal-Istat tal-port mill-awtorità kompetenti.
2. Meta l-ħila professjonali meħtieġa ma tistax tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-port, l-ispettur ta' dik l-awtorità kompetenti jista' jkun assistit minn kull persuna bil-ħila rikjesta.
3. L-awtorità kompetenti, l-ispetturi li jagħmlu kontroll tal-Istat tal-port u l-persuni li jassistuhom m'għandu jkollhom l-ebda interess kummerċjali jew fil-port ta' spezzjoni jew fil-vapuri spezzjonati, u lanqas l-ispetturi ma jitqabbdu minn, jew jagħmlu xogħol f'isem, organizzazzjonijiet mhux governattivi li joħorġu ċertifikati statutorji u ta' klassifikazzjoni jew li jagħmlu l-istħarriġ meħtieġ għall-ħruġ ta' dawk iċ-ċertifikati lill-vapuri.
4. Kull spettur għandu jġorr dokument personali fil-forma ta' karta tal-identità maħruġ mill-awtorità kompetenti skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/40/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 li tistabbilixxi mudell komuni għal karta tal-identità għal spetturi li jagħmlu kontroll tal-Istat fil-portijiet (14).
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenza tal-ispetturi u l-konformità tagħhom mal-kriterji minimi imsemmija fl-Anness XI huma verifikati qabel ma jawtorizzawhom biex iwettqu spezzjonijiet u perijodikament wara dan fid-dawl tal-iskema għat-taħriġ imsemmija fil-paragrafu 7.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jirċievu t-taħriġ adatt f'rabta ma' bidliet fir-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port applikat fil-Komunità kif stabbilit f'din id-Direttiva u f'emendi għall-Konvenzjonijiet.
7. F'kooperazzjoni ma' Stati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tippromwovi skema Komunitarja armonizzata għat-taħriġ u l-valutazzjoni ta' kompetenzi tal-ispetturi tal-kontroll tal-Istat tal-port minnStati Membri.
Artikolu 23
Rapporti minn piloti u awtoritajiet tal-port
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-piloti tagħhom imqabbdin biex jankraw jew iħollu vapuri jew imqabbdin biex jaħdmu fuq vapuri li sejrin lejn port jew fi transitu fi Stat Membru immedjatament jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port jew Stat kostali, kif adatt, meta jsiru jafu li waqt il-qadi normali ta' dmirijiethom hemm anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tal-vapur, jew li jistgħu jkunu ta' theddida għall-ambjent tal-baħar.
2. Jekk awtoritajiet jew korpi tal-port, waqt il-qadi tad-dmirijiet normali tagħhom, isiru jafu li vapur fil-port tagħhom għandu anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw is-sikurezza tal-vapur jew huma ta' theddida irraġonevoli ta' ħsara għall-ambjent tal-baħar, tali awtorità jew korp għandhom jinformaw immedjatament lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port konċernat.
3. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-piloti u l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port li jirrappurtaw tal-inqas l-informazzjoni li ġejja, f'format elettroniku kull fejn huwa possibbli:
|
— |
informazzjoni dwar il-vapur (isem, numru IMO, Sinjal ta' Sejħa u bandiera), |
|
— |
informazzjoni dwar tbaħħir (l-aħħar port li saritlu żjara, port ta' destinazzjoni), |
|
— |
deskrizzjoni ta' anomaliji apparenti misjubin abbord. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni ta' segwitu adatta dwar anomaliji apparenti notifikati minn piloti u awtoritajiet jew korpi tal-port u għandhom jirreġsitraw id-dettalji tal-azzjoni meħuda.
5. Il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 30(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi format elettroniku armonizzat u proċeduri għar-rapportar ta' anomaliji apparenti minn piloti u awtoritajiet jew korpi tal-port u ta' azzjoni ta' segwitu meħuda mill-Istati Membri.
Artikolu 24
Ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet
1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm u taġġorna l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet, b'bini fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza tal-MOU ta' Pariġi.
Il-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema għall-ispezzjonijiet stabbiliti minn din id-Direttiva u għandha tinkludi l-funzjonalitajiet imniżżlin fl-Anness XII.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-ħin reali tal-wasla u l-ħin reali tat-tluq ta' kwalunkwe vapur li jżur il-portijiet tagħhom tiġi ttrasferita għal fuq il-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet permezz tas-sistemi nazzjonali għall-immaniġġjar tal-informazzjoni marittima msemmija fl-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2002/59/KE fi żmien siegħa minn meta jasal il-vapur u fi żmien tliet sigħat wara t-tluq tiegħu, rispettivament.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta mal-ispezzjonijiet imwettqin skont din id-Direttiva hija trasferita għall-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet ladarba r-rapport tal-ispezzjoni tlesta jew id-detenzjoni irtirata.
Fi żmien 72 siegħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni trasferita għall-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet tkun validata għal finijiet ta' pubblikazzjoni.
4. Abbażi tad-data tal-ispezzjoni fornuta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tiġbor mill-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet kwalunkwe data rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment dwar il-profil tar-riskju tal-vapur, dwar vapuri li waslu għal spezzjonijiet, dwar data dwar il-moviment ta' vapuri u dwar l-impenji għall-ispezzjonijiet ta' kull Stat Membru.
L-Istati Membri għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha reġistrata fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet li hija rilevanti għall-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-ispezzjonijiet ta' din id-Direttiva.
L-Istati Membri u l-Istati li huma terzi Partijiet għall-MOU ta' Pariġi għandhom jingħataw aċċess għal kwalunkwe data li huma rreġistraw fid-data base għall-ispezzjonijiet u għal data dwar vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom.
Artikolu 25
Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port tiegħu u l-awtoritajiet jew korpi rilevanti oħrajn jfornu lill-awtorità tal-kontroll tal-Istat tal-port bit-tipi ta' informazzjoni li ġejjin li huma fil-pussess tagħhom:
|
— |
informazzjoni notifikata skont l-Artikolu 9 u l-Anness III; |
|
— |
informazzjoni dwar vapuri li naqsu milli jinnotifikaw kwalunkwe informazzjoni skont il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, u tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-vapuri u għall-fdalijiet mill-merkanzija (15) u Direttiva 2002/59/KE, kif ukoll, jekk adatt, mar-Regolament (KE) Nru 725/2004, |
|
— |
informazzjoni dwar vapuri li pproċedew għall-baħar mingħajr ma kkonformaw mal-Artikolu 7 jew 10 tad-Direttiva 2000/59/KE, |
|
— |
informazzjoni dwar vapuri li nċaħadilhom dħul jew tkeċċew minn port minħabba raġunijiet ta' sigurtà, |
|
— |
informazzjoni dwar anomaliji apparenti skont l-Artikolu 23. |
Artikolu 26
Pubblikazzjoni ta' informazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli u żżomm fuq websajt pubblika l-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet, id-detenzjonijiet u ċ-ċaħdiet ta' aċċess skont l-Anness XIII, b'bini fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza tal-MOU ta' Pariġi.
Artikolu 27
Pubblikazzjoni ta' lista ta' kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika regolarment fuq websajt pubblika informazzjoni marbuta mal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom, waqt li kien qed jiġi ddeterminat il-profil tar-riskju ta' vapur imsemmi fl-Anness I il-parti I, kienet ikkunsidrata bħala baxxa jew baxxa ħafna għal perijodu ta' tliet xhur jew iktar.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 31(2), ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, waqt li tiżgura li dawn iqisu d-daqs tal-flotta tal-kumpanniji u li jispeċifikaw partikolarment il-modalitajiet tal-pubblikazzjoni.
Artikolu 28
Rimbors ta' spejjeż
1. Jekk l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 13 u 14 jikkonfermaw jew jikxfu nuqqasijiet fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni li tesiġi d-detenzjoni ta' vapur, l-ispejjeż kollha relatati mal-ispezzjonijiet f'perijodu normali ta' tagħrif normali tkun koperti mis-sid tal-vapur jew l-operatur jew mir-rappreżentant tiegħu fil-port ta' Stat tiegħu.
2. L-ispejjeż kollha dwar l-ispezzjonijiet miżmuma mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 16 u 21(4)jkunu fuq is-sid jew operatur tal-vapur.
3. Fil-każ tad-detenzjoni ta' vapur, l-ispejjeż kollha relatati mad-detenzjoni għandhom jitħallsu mis-sid jew l-operatur tal-vapur.
4. Id-detenzjoni ma titneħħiex sakemm isir il-ħlas totali jew tingħata garanzija suffiċjenti għar-rimborż ta' dawk l-ispejjeż.
Artikolu 29
Id-data għal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif elenkat fl-Anness XIV fl-intervalli kif hemm imsemmi f'dak l-Anness.
Artikolu 30
Monitoraġġ ta' konformità u prestazzjoni tal-Istati Membri
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva u biex ikun sorveljat il-funzjonament ġenerali tar-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port skont l-Artikolu 2(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa u twettaq żjarat fl-Istati Membri.
Artikolu 31
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tinġis minn Vapuri (COSS) maħluq bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru tal-2002 (16).
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit bħala ta' tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 32
Proċedura ta' emenda
Il-Kummissjoni għandha:
|
a) |
tadatta l-Annessi, ħlief għall-Anness II, sabiex ikunu kkunsidrati l-emendi li daħlu fis-seħħ fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sikurezza u s-sigurtà marittimi, u l-Konvenzjonijiet, il-Protokolli, il-Kodiċijiet u r-Riżoluzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u l-iżviluppi fil-MOU ta' Pariġi; |
|
b) |
temenda d-definizzjonijiet li jirreferu għal Konvenzjonijiet, Protokolli, Kodiċijiet u Riżoluzzjonijiet internazzjonali u għal leġislazzjoni Komunitarja li huma rilevanti għall-finijiet ta' din id-Direttiva. |
Dawn il-miżuri mfassla sabiex jemedaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).
L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.
Artikolu 33
Regoli implimentattivi
Meta jkunu stabbiliti r-regoli implimentattivi msemmijin fl-Artikoli 8(4), 10(3), 14(3) u 15(4), 23(5) u 27 skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 30(2) u (3), il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċifika li dawn ir-regoli iqisu l-għerf espert u tal-esperjenza miksuba bis-sistema għall-ispezzjonijiet fil-Komunità u fil-MOU ta' Pariġi.
Artikolu 34
Pieni
L-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema ta' pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-pieni jiġu applikati. Il-pienihekk previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.
Artikolu 35
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'mod partikolari bil-għan li jkun hemm applikazzjoni uniformi tar-reġim ta' spezzjoni Komunitarju, mhux aktar tard minn 18-il xahar minn … (17). Ir-reviżjoni ║teżamina, fost l-oħrajn, it-twettiq tal-impenn ġenerali Komunitarju għall-ispezzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 6, in-numru tal-ispezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port f'kull Stat Membru, in-numru ta' spezzjonijiet imwettqa, u l-konformità mal-impenn annwali għall-ispezzjonijiet minn kull Stat Membru u l-implimentazzjoni tal-Artikoli 7 u 8.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet tar-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tiddetermina abbażi tar-reviżjoni jekk huwiex meħtieġ li tkun proposta Direttiva emendattiva jew aktar leġislazzjoni f'dan il-qasam.
Artikolu 36
Implimentazzjoni u notifikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli […] u l-punti […] tal-Annessi [….] [l-artikoli jew is-suddiviżjonijiet ta' dawn, u l-punti tal-Annessi li nbidlu fis-sustanza tagħhom meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti] sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data stabbilita fl-Artikolu 38. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva imħassra minn din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir u kif id-dikjarazzjoni għandha tkun ifformulata.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummisjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta' liġi nazzjonali adottati fis-settur kopert minn din id-Direttiva.
4. B'żieda ma' dan, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari dwar il-progress tal-implimentazzjoni tad-Direttiva ġewwa l-Istati Membri.
Artikolu 37
Revoka
Id-Direttiva 95/21/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness XV, Parti A, għandha tiġi revokata, b'effett minn … (18), mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżlin fl-Anness XV, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jaqraw skont il-korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XVI.
Artikolu 38
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli […] u l-punti […] tal-Annessi [….] [l-artikoli jew is-suddiviżjonijiet ta' dawn, u l-punti tal-Annessi li ma nbidlux meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti] għandhom japplikaw minn … (19).
Artikolu 39
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.
(2) ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007(ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 584) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 (ĠU C 198 E, 5.8.2008, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.
(4) ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1. ║.
(5) Deċiżjoni tal-24 ta' Ġunju 2008 (Commune de Mesquer) — għadha mhix ippubblikata fl-ECR
(6) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.
(7) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.
(8) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. ║.
(9) ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1. ║.
(10) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.
(11) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(12) ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.
(13) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.
(14) ĠU L 196, 7.8.1996, p. 8.
(15) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81. ║.
(16) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. ║.
(17) Id-data msemmija fl-Artikolu 36(1).
(18) ĠU: data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(19) Data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS I
ELEMENTI TAR-REĠIM TAL-ISPEZZJONI KOMUNITARJA GĦALL-ISTAT TAL-PORT
(imsemmija fl-Artikolu 6)
L-elementi li ġejjin għandhom ikunu inklużi fir-Reġim tal-Ispezzjoni Komunitarja għall-Istat tal-Port:
I. Profil ta' riskju ta' vapur
Il-profil ta' riskju ta' vapur għandu jiġi determinat permezz ta' kombinazzjoni tal-parametri ġeneriċi u storiċi l li ġejjin:
1. Parametri ġeneriċi
|
(a) |
Tip ta' vapur Vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt u tal-kimiki, trasportaturi tal-gass u trasportaturi tal-merkanzija mhux imballata għandhom jiġu kunsidrati li jippreżentaw riskju aktar għoli. |
|
(b) |
Età ta' vapur Vapuri li għandhom aktar minn 12-il sena huma kkunsidrati li jippreżentaw riskju għoli. |
|
(c) |
Prestazzjoni ta' Stat tal-bandiera
|
|
(d) |
Organizzazzjonijiet rikonoxxuti
|
|
(e) |
Prestazzjoni ta' kumpanija
|
2. Parametri storiċi
|
(i) |
Vapuri li nżammu għal aktar minn darba, għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla. |
|
(ii) |
Vapuri li, waqt waqt spezzjoni(ijiet) imwettqin fil-perijodu msemmi fl-Anness II, kellhom inqas min-numru ta' nuqqasijiet msemmijin fl-Anness II, għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx. |
|
(iii) |
vapuri li ma nżammux waqt il-perijodu msemmi fl-Anness II għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx. |
Il-parametri tar-riskju msemmijin fit-Taqsima 1 għandhom ikunu kkombinati bl-użu ta' koeffiċjent korrettorju li jirrifletti l-influwenza relattiva ta' kull parametru fuq ir-riskju ġenerali tal-vapur sabiex ikunu determinati l-profili tar-riskju ta' vapur li ġejjin:
|
— |
riskju għoli, |
|
— |
riskju standard, |
|
— |
riskju baxx. |
Meta jkunu determinati dawn il-profili tar-riskju għandha tingħata enfasi akbar lill-parametri tat-tip ta' vapur, il-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-prestazzjoni tal-kumpanija.
II. Spezzjoni ta' vapuri
1. Spezzjonijiet perijodiċi
L-ispezzjonijiet perijodiċi għandhom jitwettqu f'intervalli predeterminati. Il-frekwenza tagħhom għandha tkun determinata mill-profil tar-riskju tal-vapur. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi ta' vapuri ta' riskju għoli m'għandux jisboq is-sitt xhur. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi tal-vapuri għandu jiżdied kif ir-riskju tagħhom jonqos.
L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni perijodika lil:
|
— |
Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju għoli li ma kienx spezzjonat f'port tal-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi waqt l-aħħar sitt xhur. Il-vapuri ta' rsikju għoli isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-ħames xahar. |
|
— |
Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju standard li ma kienx spezzjonat f'port tal-UE jew tar-reġjun tal-MOU ta' Pariġi waqt l-aħħar 12-il xahar. Il-vapuri ta' riskju standard isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-għaxar xahar. |
|
— |
Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju baxx li ma kienx spezzjonat f'port tal-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi waqt l-aħħar 30 xahar . Il-vapuri b'riskju baxx isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-24 xahar. |
2. Spezzjonijiet addizzjonali
Il-vapuri li għalihom il-fatturi spikkanti jew mhux mistennijin li ġejjin huma soġġetti għal spezzjoni irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom. Madankollu, il-ħtieġa li titwettaq spezzjoni addizzjonali abbażi ta' fatturi mhux mistennijin titħalla f'idejn il-ġudizzju professjonali tal-ispettur.
2.A. Fatturi Dominanti
Il-vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi spikkanti li ġejjin għandhom ikunu spezzjonati irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom:
|
— |
Vapuri li kienu sospiżi jew imneħħijin mill-klassi tagħhom għal raġunijiet ta' sikurezza sa mill-aħħar spezzjoni fl-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi. |
|
— |
Vapuri li kienu s-suġġett ta' rapport jew notifika minn Stat Membru ieħor. |
|
— |
Vapuri li ma jistgħux ikunu identifikati fil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet. |
|
— |
Vapuri li naqsu milli jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' notifikazzjoni rilevanti msemmijin fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva, fid-Direttiva 2000/59/KE, fid-Direttiva 2002/59/KE u, jekk ikun il-każ, fir-Regolament (KE) Nru 725/2004. |
|
— |
Vapuri li ġew irrappurtati bħala li għandhom nuqqasijiet li għadhom ma ssewwewx, ħlief dawk li n-nuqqasijiet tagħhom kellhom jissewwew qabel it-tluq. |
|
— |
Vapuri li:
|
2.B. Fatturi mhux mistennijin
Vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi mhux mistennijin li ġejjin jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjoni irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom. Id-deċiżjoni li titwettaq tali spezzjoni addizzjonali titħalla f'idejn il-ġudizzju professjonali tal-awtorità kompetenti.
|
— |
Vapuri li kienu:
|
|
— |
Vapuri li jġorru ċertifikati maħruġin minn organizzazzjoni li qabel kienet rikonoxxuta li r-rikonoxximent tagħha kien irtirat mill-aħħar spezzjoni fl-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi. |
|
— |
Vapuri li kienu rrapportati minn piloti jew awtoritajiet jew korpi tal-port bħala li għandhom anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tagħhom jew ikunu ta' theddida ta' ħsara lill-ambjent skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva. |
|
— |
Vapuri li naqsu milli jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' notifikazzjoni rilevanti msemmijin fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva, id-Direttiva 2000/59/KE, id-Direttiva 2002/59/KE u jekk adatt ir-Regolament (KE) Nru 725/2004. |
|
— |
Vapuri li kienu s-suġġett ta' rapport jew ta' lment mill-kaptan, membru tal-ekwipaġġ, jew xi persuna jew organizzazzjoni b'interess leġittimu fl-operat b'sikurezza tal-vapur, għajxien u kondizzjonijiet tax-xogħol abbord jew il-prevenzjoni tat-tinġis, sakemm l-Istat Membru kkonċernat iqis li r-rapport jew l-ilment ikun manifestament mingħajr bażi. |
|
— |
Vapuri li nżammu preċedentement aktar minn tliet xhur ilu. |
|
— |
Vapuri li kienu rrappurtati b' nuqqasijiet li jispikkaw, ħlief dawk li n-nuqqasijiet tagħhom kienu rettifikati fi żmien 14-il jum wara tluq, u għal nuqqasijiet li kellhom jiġu rettifikati qabel it-tluq. |
|
— |
Vapuri li kienu rrappurtati bi problemi rigward il-merkanzija tagħhom, partikolarment merkanziji noċivi u perikolużi. |
|
— |
Vapuri li kienu operati b'manjiera li jkunu ta' periklu lil persuni, proprjetà jew ambjent. |
|
— |
Vapuri fejn informazzjoni minn sors li tista' toqgħod fuqu saret magħrufa, li l-parametri tar-riskji tagħhom ivarjaw minn dawk irreġistrati u l-livell tar-riskju huwa għalhekk miżjud. |
3. Skema ta' selezzjoni
|
3.A. |
Vapuri ta' Prijorità I għandhom ikunu spezzjonati kif ġej:
|
|
3.B. |
Jekk l-awtorità kompetenti tagħżel vapur ta' Prijorità II għall-ispezzjoni, għandha tapplika l-iskema ta' għażla li ġejja:
|
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS II
DISINN TA' PROFIL TA' RISKJU TA' VAPUR
(imsemmi fl-Artikolu 10(2))
|
|
Profil |
||||||
|
Vapuri b'livell ta' riskju għoli (HRS) |
Vapuri b'livell ta' riskju normali (SRS) |
Vapuri b'livell ta' riskju baxx (LRS) |
|||||
|
Parametri ġenerali |
Kriterji |
Importanza (f'punti) |
Kriterji |
Kriterji |
|||
|
1 |
Tip ta' vapur |
Vapuri għal-sustanzi kimiċi Gass Żejt Merkanzija mhux ippakkjata Passiġġieri |
2 |
La vapur b'riskju għoli u lanqas vapur b'riskju baxx |
It-tipi kollha |
||
|
2 |
Kemma għandu żmien il-vapur |
It-tipi kollha > 12-il sena |
1 |
Ta' kull żmien |
|||
|
3a |
Bandiera |
Listi suwed, griżi u bojod |
Sewda — Riskju għoli ħafna Riskju għoli, Riskju medju għal għoli |
2 |
Bajda |
||
|
Sewda — Riskju medju |
1 |
||||||
|
3b |
Verifika — IMO |
— |
— |
Iva |
|||
|
4.a |
Entitajiet rikonoxxuti |
Prestazzjoni |
Għolja |
— |
— |
Għolja |
|
|
Medji |
— |
— |
— |
||||
|
Baxxi |
Baxxi |
1 |
— |
||||
|
Baxxi ħafna |
Baxxi ħafna |
— |
|||||
|
4b |
Rikonoxxuti mill-UE |
— |
— |
Iva |
|||
|
5 |
Kumpanija |
Prestazzjoni |
Għolja |
— |
— |
Għolja |
|
|
Medji |
— |
— |
— |
||||
|
Baxxi |
Baxxi |
2 |
— |
||||
|
Baxxi ħafna |
Baxxi ħafna |
— |
|||||
|
Parametri storiċi |
|
|
|||||
|
6 |
Numru ta' anomaliji reġistrati waqt kull spezzjoni waqt l-aħħar 36 xahar |
Nuqqasijiet |
Mhux eliġibbli |
— |
≤ 5 (u mill-inqas ispezzjoni mwettqa waqt l-aħħar 36 xahar) |
||
|
7 |
Numru ta' detenzjonijiet waqt l-aħħar 36 xahar |
Detenzjonijiet |
≥ 2 detenzjonijiet |
1 |
L-ebda detenzjoni |
||
L-HRS huma vapuri li jilħqu l-kriterji b'importanza totali ta' 5 punti jew aktar.
Il-LRS huma vapuri li jilħqu l-kriterji kollha fil-kuntest tal-parametri applikabbli għar-riskju baxx.
L-SRS huma l-vapuri li la huma HRS u lanqas LRS.
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS III
NOTIFIKAZZJONI
(kif imsemmija fl-Artikolu 9(1))
Informazzjoni li għandha tiġi fornuta skont l-Artikolu 9(1):
L-informazzjoni elenkata hawn isfel għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet tal-port jew lill-awtorità jew lill-korp innominati għal dik il-fini tal-inqas tlett ijiem qabel iż-żmien mistenni tal-wasla fil-port jew ankraġġ jew qabel it-tluq tal-port preċedenti jekk il-vjaġġ huwa mistenni li jieħu inqas minn tlett ijiem:
|
a) |
identifikazzjoni tal-vapur (isem, sinjal taż-żjara, numru ta' identifikazzjoni IMO jew numru MSI); |
|
b) |
tul ippjanat taż-żjara u lista ta' portijiet Komunitarji li l-vapur ikun żar wara xulxin waqt l-istess vjaġġ ; |
|
c) |
għal tankers:
|
|
d) |
operazzjonijiet ippjanati fil-port jew ankraġġ tad-destinazzjoni (tagħbien, ħatt, oħrajn); |
|
e) |
portijiet jew ankraġġi fil-Komunità li jintlaħqu wieħed wara l-ieħor waqt l-istess vjaġġ; |
|
f) |
spezzjonijiet ta' stħarriġ statutorju ppjanati u ħidma ta' detenzjoni fl-ordni u ta' tiswija sostanzjali li għandhom jitwettqu waqt li fil-port jew fl-ankraġġ tad-destinazzjoni; |
|
g) |
data tal-aħħar spezzjoni estiża fil-MOU ta' Pariġi. |
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS IV
LISTA TA' ĊERTIFIKATI U DOKUMENTI
(kif imsemmija fl-Artikolu 13(1))
|
1. |
Ċertifikat ta' Tunnellaġġ Internazzjonali (1969), |
|
2. |
|
|
3. |
Ċertifikat Internazzjonali ta' Sigurta' ta' Vapur (ISSC). |
|
4. |
Reġistrazzjoni Sinottika Kontinwa. |
|
5. |
Ċertifikat Internazzjonali ta' Adozzjoni għal Merkanzija ta' Gassijiet Likwidi fil-Massa; Ċertifikat ta' Idonjetà għat-merkanzija ta' Gassijiet Likwefatti fil-massa. |
|
6. |
Ċertifikat Internazzjonali ta' Idonjetà għat-Merkanzija ta' Kimiċi Perikolużi fil-Massa; Ċertifikat ta' Idonjetà għat-merkanzija ta' Kimiċi Perikolużi fil-Massa. |
|
7. |
Ċertifikat Internazzjonali ta' Prevenzjoni mill-Tinġis ta' Żejt. |
|
8. |
Ċertifikat Internazzjonali ta' Prevenzjoni ta' Tinġis għat-Merkanzija ta' Sustanzi LikwidiPerikolużi fil-Massa. |
|
9. |
Ċertifikat Internazzjonali Load Line (1966); Ċertifikat Internazzjonali ta' eżenzjoni Load Line. |
|
10. |
Ktieb ta' reġistrazzjoni taż-Żejt, partijiet I u II. |
|
11. |
Ktieb ta' Reġistrazzjoni ta' Merkanzija. |
|
12. |
Id-Dokument dwar l-Ekwipaġġ Minimu bla Sogru. |
|
13. |
Iċ-ċertifikati jew kwalunkwe dokumenti oħrajn maħruġin skont id-dispożizzjonijiet tal-STCW. |
|
14. |
Ċertifikati mediċi, (Ara ILO Konvenzjoni Nru 73 li tikkonċerna eżami mediku ta' baħrin). |
|
15. |
Skema ta' arranġamenti ta' ħidma ta' abbord il-vapur (Konvenzjoni ILO Nru 180 u STCW 95). |
|
16. |
Reġistrazzjonijiet ta' sigħat ta' ħidma u mistrieħ tal-baħħara (Konvenzjoni IKLO Nru 180). |
|
17. |
Informazzjoni ta' stabbilità. |
|
18. |
Kopja tad-Dokument ta' Konformità u ċ-Ċertifikat ta' Amministrazzjoni ta' Sikurezza maħruġ, bi qbil mal-Kodiċi ta' Amministrazzjoni Internazzjonali għal Ħidma b'Sikurezza ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tinġis (SOLAS 74, il-Kapitolu IX). |
|
19. |
Ċertifikati dwar il-qawwa tal-buq tal-vapur u installazzjonijiet makkinarji maħruġa minn organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata (meħtieġa biss jekk il-vapur iżomm il-klassi tiegħu ma' organizzazzjoni rikonoxxuta). |
|
20. |
Dokument ta' konformità mal-ħtiġiet speċjali għal vapuri li jġorru oġġetti perikolużi. |
|
21. |
Ċertifikat ta' sikurezza ta' bastiment ta' veloċità qawwija u permess biex ikun operat bastiment ta' veloċità qawwija. |
|
22. |
Lista jew manifest speċjali ta' oġġetti perikolużi, jew pjan dettaljat tal-istivi. |
|
23. |
Ir-reġistru tal-vapur (log book) f'dak li jirrigwarda r-reġistrar ta' testijiet u eżerċizzji, inklużi ta' eżerċizzji ta' sigurtà u r-reġistru għar-reġistrar ta' spezzjoni u l-manteniment tal-apparat u l-arranġamenti għall-ħarsien tal-ħajja u l-apparat u l-arranġamenti għall-ġlieda kontra n-nar. |
|
24. |
Ċertifikat ta' sikurezza ta' vapur għal-skopijiet speċjali. |
|
25. |
Ċertifikat ta' sikurezza ta' dettall mobbli għal tħaffir 'il barra mill-kosta. |
|
26. |
Għal tankers taż-żejt, ir-reġistru ta' monitoraġġ u s-sistema ta' kontroll ta' rimi ta' żejt għall-aħħar saborra tal-vjaġġ. |
|
27. |
Il-lista tal-miġemgħa, impjant għall-kontroll tan-nar, u għal vapuri tal-passiġġieri, pjan ta' kontroll ta' ħsara. |
|
28. |
Pjan abbord ta' emerġenza ta' tinġis miż-żjut. |
|
29. |
Fajls ta' rapporti dwar stħarriġ (fil-każ ta' bastimenti li jġorru fil-massa u tankers taż-żejt). |
|
30. |
Rapporti ta' spezzjonijiet preċedenti ta' kontroll tal-Istat tal-port. |
|
31. |
Għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri, informazzjoni dwar il-relatività massima A/A. |
|
32. |
Dokument ta' awtorizzazzjoni għat-trasport ta' qmuħ. |
|
33. |
Manwal dwar is-sigurtà tat-merkanzija. |
|
34. |
Pjan ta' amministrazzjoni tal-iskart u ktieb ta' reġistru tal-iskart. |
|
35. |
Sistema ta' appoġġ ta' deċiżjonijiet għall-kaptani tal-vapuri tal-passiġġieri. |
|
36. |
Pjan ta' kooperazzjoni SAR għal vapuri tal-passiġġiera fuq rotot fissi. |
|
37. |
Lista ta' limitazzjonijiet ta' operazzjoni għal vapuri tal-passiġġieri. |
|
38. |
Fuljett ta' bulk carrier. |
|
39. |
Pjan ta' merkanzija u ta' ħatt għal trasportaturi ta' merkanzija mhux imballata. |
|
40. |
Iċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni jew kwalunkwe garanzija finanzjarja oħra dwar ir-responsabbiltà ċivili għall-ħsara mit-tinġis taż-żejt (Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tinġis taż-Żejt, 1992). |
|
41. |
Ċertifikati maħruġin skont id-Direttiva 2008/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji ta' sidien ta' vapuri. |
|
42. |
Ċertifikati rikjesti skont id-Direttiva 2008/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … [li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u reġim għar-responsabilità ċivili u l-garanziji finanzjarji għas-sidien ta' vapuri]. |
|
43. |
Ċertifikat meħtieġ skont ir-Regolament (KE) Nru XXXX/2008 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar u b'passaġġi tal-ilma interni fil-każ ta' aċċidenti (1). |
|
44. |
Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Arja. |
|
45. |
Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Ilmijiet Residwali. |
(1) Inklużjoni tal-partiti 41 ║, 42 u 43 sakemm tkun adottata l-leġislazzjoni rispettiva li tinsab fit-Tielet Pakkett Marittimu.
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS V
EŻEMPJI TA' “BAŻIJIET ĊARI”
(imsemmija fl-Artikolu 13(3))
A. Eżempji ta' bażijiet ċari għal spezzjoni aktar dettaljata
|
1. |
Vapuri identifikati fl-Anness I parti II 2A u 2B. |
|
2. |
Il-ktieb tar-reġistrazzjoni taż-żejt ma jkunx inżamm sewwa. |
|
3. |
Matul l-eżami taċ-ċertifikati u ta' dokumenti, oħrajn ikunu żvelati nuqqasijiet. |
|
4. |
Indikazzjonijiet li l-membri tal-ekwipaġġ ma jistgħux jikkonformaw mal-ħtiġiet marbutin mal-komunikazzjoni abbord imniżżlin fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 t'April 2001 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (1) |
|
5. |
Ċertifikat inkiseb bi frodi jew id-detentur ta' ċertifikat mhuwiex il-persuna li għaliha kien maħruġ oriġinarjament iċ-ċertifikat. |
|
6. |
Il-vapur għandu kaptan, uffiċjal jew baħri li għandu ċertifikat maħruġ minn pajjiż li ma rratifikax l-STCW. |
|
7. |
Xhieda ta' merkanzija u operazzjonijiet oħrajn li ma twettqux b'mod sigur, jew bi qbil mal-linji ta' gwida tal-IMO, eż. il-kontenut ta' ossiġnu fil-forniment ewlieni ta' gass inert lejn it-tankijiet tat-merkanzija ikun aktar għoli mil-livell massimu preskritt. |
|
8. |
Defiċjenza tal-kaptan fuq tanker taż-żejt biex jipproduċi r-reġistru ta' monitoraġġ u s-sistema ta' kontroll dwar ħruġ ta' żejt għall-aħħar vjaġġ b'saborra. |
|
9. |
Defiċjenza ta' lista aġġornata tal-miġemgħa, jew membri tal-ekwipaġġ li ma jafux id-dmirijiet tagħhom fil-każ ta' nar jew ordni biex jabbandunaw il-vapur. |
|
10. |
L-emissjoni ta' allarmi foloz dwar periklu li ma jkunux segwiti minn proċeduri adatta ta' kanċellazzjoni. |
|
11. |
Id-defiċjenza ta' tagħmir ewlieni jew arranġamenti meħtieġa mill-Konvenzjonijiet. |
|
12. |
Kondizzjonijiet mhux sanitarji b'mod eċċessiv abbord il-vapur. |
|
13. |
Xhieda mill-impressjoni ġenerali tal-ispettur u osservazzjonijiet li jeżistu deterjorazzjoni tal-buq jew strutturali serja jew nuqqasijiet li jistgħu joħolqu riskju għall-integrità strutturali, l-integrità tat-tqalfit jew l-integrità tar-reżistenza għall-maltemp tal-vapur. |
|
14. |
Informazzjoni jew xhieda li l-kaptan jew l-ekwipaġġ ma jkunux familjari mal-operazzjonijiet essenzjali abbord li huma relatati mas-sikurezza tal-vapuri jew dwar il-prevenzjoni tat-tinġis, jew li l-operazzjonijiet bħal dawn ma jkunux saru. |
|
15. |
L-assenza ta' skeda ta' arranġamenti ta' ħidma abbord vapur jew tar-reġistrazzjonijiet ta' sigħat ta' xogħol jew ta' mistrieħ tal-ekwipaġġ. |
B. Eżempji ta' raġunijiet ċari għall-kontroll ta' vapuri dwar aspetti ta' sigurtà
|
1. |
L-ispettur jista' jistabbilixxi raġunijiet ċari għal aktar miżuri ta' kontroll dwar is-sigurtà waqt l-ispezzjoni PSC inizjali kif ġej:
|
|
2. |
Jekk raġunijiet ċari kif deskritti hawn fuq huma stabbiliti, l-ispettur għandu immedjatament jinforma lill-awtorità għas-sigurtà kompetenti (ħlief jekk l-ispettur huwa wkoll Uffiċjal Debitament Awtorizzat għas-Sigurtà). L-awtorità għas-sigurtà kompetenti għandha mbagħad tiddeċiedi dwar liema miżuri tal-kontroll ulterjuri huma meħtiġin b'kont meħud tal-livell tas-sigurtà skont ir-Regolament 9 tas-SOLAS Kapitolu XI. |
|
3. |
Raġunijiet ċari barra minn dawk ta' hawn fuq huma materja għall-Uffiċjal Debitament Awtorizzat għas-Sigurtà. |
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS VI
PROĊEDURI GĦALL-KONTROLL TAL-VAPURI
(imsemmija fl-Artikolu 15(1))
L-Anness 1, “Proċeduri ta' Kontroll tal-Istat tal-port” (PSCO) għall-MOU ta' Pariġi u l-istruzzjonijiet li ġejjin mill-MOU ta' Pariġi, fil-verżjoni aġġornata tagħhom:
|
— |
Instruction 33/2000/02: Operational Control on Ferries and Passenger Ships (Struzzjoni 33/2000/02: Kontroll Operattiv ta' Laneċ u ta' Vapuri tal-Passiġġieri), |
|
— |
Instruction 35/2002/02: Guidelines for PSCOs on Electronic Charts (Struzzjoni 35/2002/02 Linji gwida għall-PSCO rigward Mapep Elettroniċi), |
|
— |
Instruction 36/2003/08: Guidance for Inspection on Working and Living Conditions (Struzzjoni 36/2003/08 Gwida għall-ispezzjoni ta' kondizzjonijiet ta' Xogħol u ta' Għajxien), |
|
— |
Instruction 37/2004/02: Guidelines in Compliance with STCW 78/95 Convention as Amended (Struzzjoni 37/2004/02 Linji gwida għall-PSCO dwar il-konvenzjoni STCW 78/95 kif emendata), |
|
— |
Instruction 37/2004/05: Guidelines on the Inspection of Hours of Work/Rest (Struzzjoni 37/2004/05 Linji gwida għall-ispezzjoni rigward is-sigħat ta' xogħol/serħan), |
|
— |
Instruction 37/2004/10: Guidelines for Port State Control Officers on Security Aspects (Struzzjoni 37/2004/10 Linji gwida għall-Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port rigward Aspetti ta' Sigurtà), |
|
— |
Instruction 38/2005/02: Guidelines for PSCOs Checking a Voyage Data Recorder (VDR) (Struzzjoni 38/2005/02 Linji gwida għalll-kontroll mill-PSCO tar-reġistratur tad-Data tal-Vjaġġ (VDR)), |
|
— |
Instruction 38/2005/05: Guidelines on MARPOL 73/78 Annex I (Struzzjoni 38/2005/05 Linji gwida dwar il-MARPOL Anness I), |
|
— |
Instruction 38/2005/07: Guidelines on Control of the Condition Assessment Scheme (CAS) of Single Hull Oil Tankers (Struzzjoni 38/2005/07 Linji gwida dwar il-kontroll tal-iskema ta' valutazzjoni tal-Kondizzjoni tat-tankers taż-żejt b'buq wieħed), |
|
— |
Instruction 39/2006/01: Guidelines for the Port State Control Officer on the ISM-Code (Struzzjoni 39/2006/01 Linji gwida għal Uffiċjali tal-kontroll tal-Istat tal-Port dwar il-Kodiċi ISM), |
|
— |
Instruction 39/2006/02: Guidelines for Port State Control Officers on Control of GMDSS (Struzzjoni 39/2006/02 Linji gwida għal Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port dwar kontroll ta' GMDSS), |
|
— |
Instruction 39/2006/03: Optimisation of Banning and Notification Checklist (Struzzjoni 39/2006/03 Ottimizzazzjoni tal-lista tal-kontroll għall-Projbizzjoni u n-Notifikazzjoni), |
|
— |
Instruction 39/2006/10: Guidelines for PSCOs for the Examination of Ballast Tanks and Main Power Failure Simulation (black-out test) (Struzzjoni 39/2006/10 Gwida għall-PSCOs għall-eżami ta' tankijiet tas-saborra u simulazzjoni ta' ħsara fil-ġenerazzjoni ewlenija tal-qawwa (test ta' ħsara ġenerali fl-elettriċità)), |
|
— |
Instruction 39/2006/11: Guidance for Checking the Structure of Bulk Carriers (Struzzjoni 39/2006/11 Gwida għall-kontroll tal-istruttura ta' Trasportaturi ta' Merkanzija mhux Imballata), |
|
— |
Instruction 39/2006/12: Code of Good Practice for Port State Control Officers (Struzzjoni 39/2006/12 Kodiċi ta' Prattika Korretta għal Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port), |
|
— |
Instruction 40/2007/04: Criteria for Responsibility Assessment of Recognised Organisations (R/O) (Struzzjoni 40/2007/04: Kriterji għall-Valutazzjoni ta' Responsabbiltà ta' Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti (R/O)), |
|
— |
Instruction 40/2007/09: Guidelines for Port State Control Inspections for Compliance with Annex VI of MARPOL 73/78 (Struzzjoni 40/2007/09: Linji Gwida għall-Ispezzjonijiet tal-Istat tal-Port għall-Konformità mal-Anness VI tal-MARPOL 73/78). |
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS VII
SPEZZJONI ESTIŻA TA' VAPURI
(imsemmija fl-Artikolu 14)
Spezzjoni estiża tirrigwarda partikolarment il-kondizzjoni ġenerali tal-oqsma tar-riskju li ġejjin:
|
— |
Dokumentazzjoni. |
|
— |
Kondizzjoni strutturali. |
|
— |
Kondizzjoni rigward reżistenza għat-temp. |
|
— |
Sistemi ta' emerġenza. |
|
— |
Komunikazzjoni bir-radju. |
|
— |
Operati tal-merkanzija. |
|
— |
Sikurezza kontra n-nar. |
|
— |
Allarmi. |
|
— |
Kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien. |
|
— |
Tagħmir għan-navigazzjoni. |
|
— |
Apparat għas-salvazzjoni tal-ħajja. |
|
— |
Merkanzija perikoluża. |
|
— |
Makkinarju ta' propulsjoni u awżiljarju. |
|
— |
Prevenzjoni tat-tniġġis. |
Barra minn hekk, soġġett għal kemm dawn ikunu fattibbli fil-prattika jew għal xi limitazzjonijiet relatati mas-sikurezza tal-persuni, tal-vapur jew tal-port, spezzjoni estiża għandha tinkludi l-verifika ta' oġġetti speċifiċi ta' oqsma ta' riskju li jiddependu fuq it-tip ta' biċċa tal-baħar spezzjonata, kif stabbilit skont l-Artikolu 14(3).
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS VIII
PROĊEDURI RIGWARD IĊ-ĊAĦDA TA' AĊĊESS GĦAL PORTIJIET U ANKRAĠĠI FIL-KOMUNITÀ
(imsemmija fl-Artikolu 16)
|
1. |
Jekk il-kondizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 16(1) jintlaħqu, l-awtorità kompetenti tal-port fejn il-vapur inżamm għat-tielet darba,, għandha tinforma lill-kaptan tal-vapur bil-miktub li ser tinħareġ ċaħda ta' ordni ta' aċċess li ser issir applikabbli immedjatament wara li l-vapur iħalli l-port. Iċ-ċaħda ta' ordni ta' aċċess għandha ssir applikabbli minnufih wara li l-vapur ħalla l-port wara li d-defiċjenzi li wasslu għad-detenzjoni kienu rimedjati. |
|
2. |
L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kopja tal-ordni taċ-ċaħda lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, lill-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata, lill-Istati Membri l-oħrajn, u lill-firmatarji l-oħrajn tal-MOU, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-MOU ta' Pariġi. L-awtorità kompetenti għandha wkoll taġġorna l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet b'informazzjoni dwar iċ-ċaħda ta' aċċess mingħajr dewmien. |
|
3. |
Sabiex titneħħa ordni taċ-ċaħda ta' aċċess, is-sid jew l-operatur għandhom jindirizzaw talba formali lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet ordni taċ-ċaħda ta' aċċess. Din it-talba għandha tkun akkumpanjata minn dokument mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera maħruġ wara żjara abbord minn servejer debitament awtorizzat mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, li juri li l-vapur jikkonforma għal kollox mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Konvenzjonijiet. L-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord. |
|
4. |
It-talba għat-tneħħija ta' ordni rigward ċaħda ta' aċċess għandha wkoll tkun akkumpanjata, fejn adatt, minn dokument mis-soċjetà għal klassifikazzjoni li għandha l-vapur fi klassi wara żjara abbord minn servejer mis-soċjetà għal klassifikazzjoni, li juri li l-vapur jikkonforma mal-istandards tal-klassi stipulati minn dik is-soċjetà. Is-soċjetà għal klassifikazzjoni għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord. |
|
5. |
L-ordni rigward ċaħda ta' aċċess tista' titneħħa biss, wara l-perijodu msemmi fl-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva jkun skada u wara reispezzjoni tal-vapur f'port maqbul. Jekk il-port maqbul jinsab fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti dak l-tista', wara talba tal-awtorità kompetenti li ħarġet ordni dwar ċaħda ta' aċċess, tawtorizza li l-vapur jidħol fil-port maqbul sabiex issir ir-reispezzjoni… F'dawn il-każijiet, m'għandhom isiru l-ebda operazzjonijiet ta' merkanzija fil-port sakemm titneħħa l-ordni dwar ċaħda ta' aċċess. |
|
6. |
Jekk id-detenzjoni li wasslet għall-ħruġ ta' ordni dwar ċaħda ta' aċċess kienet tinkludi nuqqasijiet fl-istruttura tal-vapur, l-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni dwar ċaħda ta' aċċess tista' titlob li ċerti spazji, inklużi spazji għall-merkanzija u t-tankijiet, jintagħmlu disponibbli għal eżami waqt ir-reispezzjoni. |
|
7. |
Ir-reispezzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet ordni dwar ċaħda ta' aċċess jew mill-awtorità kompetenti tal-port tad-destinazzjoni bil-qbil mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet l-ordni dwar ċaħda ta' aċċess. L-awtorità kompetenti tista' titlob sa 14-il jum avviż għar-reispezzjoni. Għandha tkun fornuta evidenza għas-sodisfazzjon ta' dan l-Istat Membru li l-vapur jikkonforma għal kollox mal-ħtiġiet applikabbli tal-Konvenzjonijiet. |
|
8. |
Ir-reispezzjoni għandha tikkonsisti minn spezzjoni estiża li għandha tkopri tal-inqas il-partiti rilevanti tal-Anness VII. |
|
9. |
L-ispejjeż kollha ta' din l-ispezzjoni estiża għandhom jidħlu għalihom is-sid jew l-operatur. |
|
10. |
Jekk ir-riżultati tal-ispezzjoni estiża jissodisfaw lill-Istat Membru skont l-Anness VII, l-ordni dwar ċaħda ta' aċċess għandha titneħħa u l-kumpanija tal-vapur tkun infurmata b'dan bil-miktub. |
|
11. |
L-awtorità kompetenti għandhatinnotifika wkoll id-deċiżjoni tagħha bil-miktub lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, lis-soċjetà għal klassifikazzjoni kkonċernata, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-firmatarji l-oħrajn tal-MOU ta' Pariġi, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-MOU ta' Pariġi. L-awtorità kompetenti għandha wkoll taġġorna l-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet bl-informazzjoni dwar it-tneħħija tal-aċċess mingħajr dewmien. |
|
12. |
L-informazzjoni marbuta mal-vapuri li kienu miċħudin aċċess għal portijiet fil-Komunità għandha ssir disponibblifil-ġabra ta' data għall-ispezzjonijiet u ppubblikata f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 u tal-Anness XIII. |
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS IX
RAPPORT TA' SPEZZJONI
(imsemmi fl-Artikolu 17)
Ir-rapport ta' spezzjoni għandu jinkludi tal-inqas il-partiti li ġejjin.
I. Ġenerali
|
1. |
Awtorità kompetenti li kitbet ir-rapport |
|
2. |
Data u post tal-ispezzjoni |
|
3. |
Isem il-vapur spezzjonat |
|
4. |
Bandiera |
|
5. |
Tip ta' vapur (kif indikat fiċ-Ċertifikat ta' Amministrazzjoni tas-Sikurezza) |
|
6. |
Numru IMO |
|
7. |
Sinjal tas-sejħa |
|
8. |
Tunnellaġġ (gt) |
|
9. |
Tunnellaġġ deadweight (fejn rilevanti) |
|
10. |
Sena tal-kostruzzjoni kif determinata abbażi tad-data indikata fiċ-ċertifikati ta' sikurezza tal-vapur |
|
11. |
Is-soċjetà għal klassifikazzjoni jew soċjetajiet għal klassifikazzjoni kif ukoll kwalunkwe organizzazzjoni oħra is-, fejn rilevanti, li ħarġet/ħarġu ċertifikati ta' klassifikazzjoni lil dan il-vapur, jekk hemm |
|
12. |
L-organizzazzjoni rikonoxxuta jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti u/jew kwalunkwe parti oħra li ħarġet/ħarġu ċertifikati lil dan il-vapur skont il-Konvenzjonijiet applikabbli f'isem l-Istat tal-bandiera |
|
13. |
Isem u indirizz tal-kumpanija jew l-operatur tal-vapur |
|
14. |
Isem u indirizz taċ-charterer responsabbli għall-għażla tal-vapur u t-tip ta' charter fil-każ ta' vapuri li qed iġorru merkanzija mhux imballata likwida jew solida |
|
15. |
Data finali tal-kitba tar-rapport ta' spezzjoni |
|
16. |
Indikazzjoni li l-informazzjoni dettaljata dwar spezzjoni jew id-detenzjoni jistgħu jkunu soġġetti għal pubblikazzjoni. |
II. Informazzjoni rigward spezzjoni
|
1. |
Ċertifikati maħruġin b'applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet, awtorità jew organizzazzjoni rilevanti li ħarġet iċ-ċertifikat(i) in kwistjoni, inkluża d-data ta' ħruġ u ta' skadenza |
|
2. |
Partijiet jew elementi tal-vapur li kienu spezzjonati (fil-każ ta' spezzjoni aktar dettaljata jew estiża) |
|
3. |
Port u data tal-aħħar stħarriġ intermedju jew annwali jew imġedded u l-isem tal-organizzazzjoni li wettqet l-istħarriġ |
|
4. |
Tip ta' spezzjoni (spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata, spezzjoni estiża) |
|
5. |
Natura tan-nuqqasijiet |
|
6. |
Miżuri meħudin. |
III. Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta' detenzjoni
|
1. |
Data tal-ordni tad-detenzjoni |
|
2. |
Data tat-tneħħija tal-ordni tad-detenzjoni |
|
3. |
Natura tan-nuqqasijiet li jiġġustifikaw ordni ta' detenzjoni (referenzi tal-Konvenzjonijiet, jekk rilevanti) |
|
4. |
Indikazzjoni, fejn rilevanti, dwar jekk l-organizzazzjoni rikonoxxuta jew kwalunkwe korp privat li wettaq l-istħarriġ għandux ir-responsabbiltà f'rabta man-nuqqasijiet li, weħidhom jew meta kombinati, wasslu għad-detenzjoni |
|
5. |
Miżuri meħudin. |
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS X
KRITERJI GĦAD-DETENZJONI TA' VAPUR
(imsemmija fl-Artikolu 19(3))
INTRODUZZJONI
Qabel tistabbilixxi jekk xi nuqqasijiet misjuba waqt spezzjoni jeżiġux detenzjoni tal-vapur involut, l-ispettur irid japplika l-kriterji msemmija aktar 'l isfel fil-punti 1 u 2.
Il-punt 3 jinkludi eżempji ta' nuqqasijiet li jistgħu minnhom infushom jesiġu detenzjoni tal-vapur involut (Ara l-Artikolu 19(4)).
Fejn il-bazi għal detenzjoni hija r-riżultat ta' ħsara aċċidentali soffruta waqt il-vjaġġ tal-vapur lejn il-port, l-ebda ordni ta' detenzjoni m'għandha tkun maħruġa, basta li:
|
a) |
akkont xieraq ingħata lill-bżonnijiet kontenuti fir-Regolament I/11(ċ) tas-SOLAS 74 rigward notifika għal amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, is-surveyor innominat jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta responsabbli biex toħroġ iċ-ċertifikat rilevanti; |
|
b) |
qabel ma jidħol f'port, il-kaptan jew il-propjetarju tal-vapur ikun ippreżenta lill-awtorità ta' kontroll tal-Istat tal-port dettalji dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċident u l-ħsara soffruta u informazzjoni rigward in-notifika meħtieġa dwar l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera; |
|
(c) |
Azzjoni remedjali adatta, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità, tkun qiegħda tittieħed mill-vapur; u |
|
(d) |
L-awtorità tkun assigurat, u ġiet innotifikata bit-twettiq tal-azzjoni remedjali, li n-nuqqasijiet li kienu biċ-ċar ta' periklu għas-sikurezza, għas-saħħa jew għall-ambjent kienu ġew irrettifikati. |
1. KRITERJI PRINĊIPALI
Meta jeżerċita ġudizzju professjonali ║dwar jekk vapur għandux jinżamm jew le, l-ispettur irid japplika dawn il-kriterji:
Ħin:
Vapuri li mhumiex siguri biex ibaħħru jridu jinżammu wara l-ewwel spezzjoni irrispettivament miż-żmien li l-vapur ikus se jdum fil-port.
Kriterju:
|
|
Il-vapur jinżamm jekk in-nuqqasijiet tiegħu ikunu daqshekk serji li jimmeritaw ritorn ta' spettur biex ikun ċert li dawn ġew ikkorreġuti qabel ma l-vapur isalpa. |
|
|
Il-ħtieġa li l-ispettur jerġa lura fuq il-vapur hija kejl tal-gravità tan-nuqqasijiet. Madankollu, ma timponix tali obbligu f'kull każ. Timplika li l-awtorità trid tivverifika mod jew ieħor, preferibbilment bi żjara oħra, li n-nuqqasijiet ġew ikkoreġuti qabel it-tluq. |
2. APPLIKAZZJONI TAL-KRITERJI PRINĊIPALI
Meta jiddeċiedi jekk in-nuqqasijiet misjuba fil-vapur humiex daqshekk serji li jeħtieġu detenzjoni l-ispettur irid jiċċertifika jekk:
|
1. |
il-vapur għandux dokumentazzjoni rilevanti u valida; |
|
2. |
il-vapur għandux l-ekwipaġġ meħtieġ fid-Dokument dwar ekwipaġġ minimu ta' sikurezza. |
Waqt l-ispezzjoni l-ispettur irid jara jekk il-vapur u/jew l-ekwipaġġ hux kapaċi:
|
3. |
ibaħħar b'mod sigur fil-vjaġġ li ġej; |
|
4. |
jimmaniġġa b'mod sigur, iwassal u jiċċekkja l-kondizzjoni tat-merkanzija waqt il-vjaġġ li ġej; |
|
5. |
iħaddem il-kamra tal-magni b'mod sigur waqt il-vjaġġ li jmiss; |
|
6. |
iżomm propulsjoni tajba u steering waqt il-vjaġġ li jmiss; |
|
7. |
jiġġieled nirien b'mod effettiv f'kull parti tal-vapur jekk meħtieġ waqt il-vjaġġ li jmiss; |
|
8. |
jabbandunaw il-vapur malajr u b'sikurezza u jagħmlu salvataġġ waqt il-vjaġġ li jmiss; |
|
9. |
jipprevienu tinġis tal-ambjent waqt il-vjaġġ li jmiss; |
|
10. |
iżommu stabbilità adegwata waqt il-vjaġġ li jmiss; |
|
11. |
iżommu integrità watertight adegwata waqt il-vjaġġ li jmiss; |
|
12. |
jikkomunikaw f'sitwazzjoni ta' inkwiet jekk meħtieġ waqt il-vjaġġ li jmiss; |
|
13. |
jipprovdu kondizzjonijiet siguri u sani abbord waqt il-vjaġġ li jmiss; |
|
14. |
jipprovdu l-massimu tat-tagħrif fil-każ ta' aċċident. |
Jekk ir-risposta għal xi waħda minn dawn il-valutazzjonijiet hija negattiva, wara li jkunu kkunsidrati n-nuqqasijiet kollha misjuba, id-detenzjoni tal-vapur għandha tiġi kkunsidrata serjament. Kombinazzzjoni ta' nuqqasijiet ta' natura inqas serja tista' wkoll tesiġi d-detenzjoni tal-vapur.
3. Biex tassisti l-ispettur fl-użu ta' dawn il-gwidi, hemm lista ta' nuqqasijiet, raggruppati flimkien taħt Konvenzjonijiet rilevanti u/jew kodiċi, li huma kkunsidrati ta' natura hekk serja li jistgħu jesiġu d-detenzjoni tal-vapur involut. Din il-lista mhix maħsuba biex tkun esklussiva.
3.1. Ġenerali
In-nuqqas ta' ċertifikati u dokumenti validi kif meħtieġa mill-instrumenti rilevanti. Madankollu, vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stati li ma jaderixxux mal-konvenzjoni rilevanti jew li ma implimentawx dokument ieħor rilevanti, mhumiex intitolati għal ċertifikati previsti mill-Konvenzjoni jew strument ieħor rilevanti. Għalhekk, assenza ta' ċertifikati meħtieġa m'għandhiex minnha nnifisha tikkonstitwixxi raġuni biex iżżomm dawn il-vapuri; iżda, meta tapplika l-klawżola ta' „mhemmx iktar trattament favorevoli“, konformità sostanzjali mad-dispożizzjonijiet hija meħtieġa qabel isalpa l-vapur.
3.2. Żoni taħt il-Konvenzjoni SOLAS 74
|
1. |
Nuqqas tal-operazzjoni serja ta' propulsjoni u makkinarju essenzjali ieħor, kif ukoll installazzjonijiet elettriċi. |
|
2. |
Nuqqas ta' ndafa fil-kamra tal-magni, ammont eċċessiv ta' taħlit ta' ilma biż-żejt fil-qiegħ tal-bastiment, insulazzjoni tal-katusi fil-kamra tal-magni kontaminatibiż-żejt, operazzjoni ħażina ta' arranġamenti ta' ppumpjar mill-qiegħ tal-bastiment. |
|
3. |
Nuqqas ta' tħaddim tajjeb tal-ġeneratur tal-emerġenza, dwal, batteriji u swiċis. |
|
4. |
Nuqqas ta' tħaddim tajjeb tal-isteering gear prinċipali u awżiljarju. |
|
5. |
Assenza, kapaċità insuffiċjenti jew deterjorazzjoni serja ta' tagħmir ta' salvataġġ, biċċiet tal-baħar għas-sopravivenza u dispożittivi għat-tpoġġija fl-ilma. |
|
6. |
Assenza, nuqqas ta' osservanza jew deterjorazzjoni sostanzjali ta' sistemi ta' kxif tan-nar, fire-alarms, tagħmir ta' kontra t-tifi tan-nar, installazzjoni mwaħħla ta' kontra tifi tan-nar, valvoli tal-ventilazzjoni, fire dampers, tagħmir li jingħalaq malajr sal-limitu li ma jistgħux iħarsu l-użu maħsub tagħhom. |
|
7. |
Assenza, deterjorazzjoni sostanzjali jew nuqqas ta' operazzjoni tajba taż-żoni fejn hemm it-merkanzija mill-protezzjoni tan-nar fuq tankers. |
|
8. |
Assenza, non-konformità jew deterjorazzjoni serja ta' dwal, forom jew sinjali tal-ħoss. |
|
9. |
Assenza jew nuqqas ta' tħaddim kif jixraq tat-tagħmir tar-radju għal komunikazzjonijiet għall-ajjut u ta' sikurezza. |
|
10. |
Assenza jew nuqqas tal-operazzjoni serja ta' tagħmir ta' navigazzjoni, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' SOLAS 74, Regolament V/16.2. |
|
11. |
Assenza ta' mapep ta' navigazzjoni kkorreġuti, u/jew pubblikazzjonijiet nawtiċi oħra rilevanti meħtieġa għal vjaġġ maħsub, b'kont meħud li sistema ta' viżwalizzazzjoni ta' mapep elettroniċi u ta' informazzjoni (ECDIS) bħala sostitut għaċ-charts. |
|
12. |
Assenza ta' ventilazzjoni ta' exhaust non-sparking għal kmamar tal-pompi ta' merkanzija. |
|
13. |
Nuqqasijiet serji fil-ħtiġiet operazzjonali, kif deskritti fis-Sezzjoni 5.5 tal-Anness I għal MOU ta' Pariġi. |
|
14. |
Numru, kompożizzjoni jew ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ li ma jikkorrispondix mad-dokument dwar ekwipaġġ minimu ta' sikurezza. |
|
15. |
In-nuqqas ta' twettiq tal-programm imtejjeb ta' stħarriġ skont is-SOLAS 74, il-Kapitolu XI, ir-Regolament 2. |
3.3. Żoni taħt il-kodiċi IBC
|
1. |
Trasport ta' sustanza li mhix imsemmija fiċ-Ċertifikat ta' Idonjetà jew informazzjoninieqsa dwar merkanzija. |
|
2. |
Tagħmir ta' sikurezza ta' pressa għolja nieqes jew bil-ħsara. |
|
3. |
Installazzjonijiet elettriċi li mhumiex intrinsikament siguri jew li ma jikkorisponduxgħar-rekwiżiti tal-kodiċi. |
|
4. |
Sorsi ta' taqbid f'postijiet perikolużi. |
|
5. |
Kontravenzjonijiet ta' rekwiżiti speċjali. |
|
6. |
Qbiż ta' ta' kwantità ta' merkanzija massima permessa kull tank. |
|
7. |
Protezzjoni insuffiċjenti mis-sħana għal prodotti sensittivi. |
3.4. Żoni taħt il-kodiċi IGC
|
1. |
Trasport ta' sustanza li mhix imsemmija fiċ-Ċertifikat ta' Idonjetà jew informazzjoninieqsa dwar merkanzija. |
|
2. |
Apparati ta' għeluq għal akkomodazzjoni jew spazji ta' servizz nieqsa. |
|
3. |
Bulkhead mhux gastight. |
|
4. |
Air locks difettużi. |
|
5. |
Valvoli li jingħalqu malajr mitlufin jew difettużi. |
|
6. |
Valvoli tas-sikurezza nieqsa jew difettużi. |
|
7. |
Installazzjonijiet elettriċi li mhux intrinsikament siguri jew li ma jikkorispondux mar-rekwiżiti tal-kodiċi. |
|
8. |
Ventilaturi fiż-żona ta' merkanzija ma jaħdmux. |
|
9. |
Pressure alarms għal tankijiet ta' merkanzija ma jitħadmux. |
|
10. |
Impjant ta' sejba tal-gass u/jew impjant ta' sejba ta' gass tossiku difettużi. |
|
11. |
Trasport ta' sustanzi inibituri, mingħajr ċertiifkat validu. |
3.5. Żoni taħt il-Konvenzjoni Load Lines
|
1. |
Żoni sinifikanti ta' ħsara jew tmermir, jew pitting tal-plating u ebusija assoċjata fil-gverti u qafas li jaffettwaw in-navigabbiltà jew saħħa biex tieħu merkanzija lokali, sakemm ma sarux tiswijiet temporanji proprji għal vjaġġ ġewwa port għal tiswijiet permanenti. |
|
2. |
Każ rikonoxxut ta' stabbilità insuffiċjenti. |
|
3. |
L-assenza ta' informazzjoni suffiċjenti u affidabbli, f'forma approvata, li b'mezzi rapidi u sempliċi, tippermetti lill-kaptan jirranġa għat-tgħabija u s-saborra tal-vapur tiegħu b'tali manjiera li jinżamm marġini sigur ta' stabbilità fl-istadji kollha u fil-kondizzjonijiet varji tal-vjaġġ, u li jiġi evitat il-ħolqien ta' kwalunkwe stress mhux aċċettabbli fl-istruttura tal-vapur. |
|
4. |
Assenza, deterjorazzjoni sostanzjali jew mekkaniżmi għall-għeluq difettużi, hatch closing arrangements u bibien watertight. |
|
5. |
Merkanzija żejda. |
|
6. |
Assenza ta' draft mark jew draft mark li impossibbli biex taqraha. |
3.6. Żoni taħt il-Konvenzjoni ta' MARPOL, l-Anness I
|
1. |
Assenza, deterjorazzjoni serja jew nuqqas ta' operazzjoni proprja ta' oily-water filtering equipment, il-monitoring tat-tnixxija taż-żejt u sistema ta' kontroll jew l-arranġamenti tal-alarm 15 ppm. |
|
2. |
Kapaċità li fadal ta' slop u/jew sludge tank insuffiċjenti għall-vjaġġ maħsub. |
|
3. |
Ktieb tar-Rekords taż-Żejt mhux disponibbli. |
|
4. |
Twaħħil illeċitu ta' divjet ta' ħatt mhux awtorizzat. |
|
5. |
Il-fajl tar-rapport tal-istħarriġ ikun nieqes jew ma' jkunx konformi mar-Regolament13G(3)(b) tal-Konvenzjoni ta' MARPOL. |
3.7. Żoni taħt il-Konvenzjoni ta' MARPOL, l-Anness II
|
1. |
Assenza tal-manwali P & A. |
|
2. |
Merkanzija mhux kategorizzata. |
|
3. |
M′hemm ebda ktieb dwar merkanzija disponibbli. |
|
4. |
Trasport ta' sostanzi li qishom żejt mingħajr ma tissodisfa r-rekwiżiti jew mingħajrċertifikat adegwatament emendat. |
|
5. |
Twaħħil illeċitu ta' divjet ta' ħatt mhux awtorizzat. |
3.8 Żoni taħt il-Konvenzjoni ta' MARPOL, Anness V
|
1. |
Assenza tal-pjan ta' ġestjoni tal-iskart. |
|
2. |
L-ebda ktieb tar-reġistrazzjoni tal-iskart mhuwa disponibbli. |
|
3. |
Il-persunal tal-vapur mhuwiex familjari mal-ħtiġiet ta' rimi/twarrib fil-pjan ta' ġestjoni tal-iskart. |
3.9 Żoni taħt l-STCW ║u d-Direttiva 2001/25/KE.
|
1. |
Defiċjenza tal-baħrin li jkollhom ċertifikat, li jakkwistaw ċertifikat xieraq, li jkollhom dispensa valida jew biex jipprovdu prova dokumentata li applikazzjoni għal konferma kienet ġiet ippreżentata lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. |
|
2. |
Evidenza li ċertifikat ġie akkwistat bi frodi jew li d-detentur ta' ċertifikat mhuwiex il-persuna li lilha kien oriġinarjament inħareġ iċ-ċertifikat. |
|
3. |
Nuqqas ta' konformità mal-ħtiġiet applikabbli ta' ekwipaġġ ta' sikurezza tal-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. |
|
4. |
Defiċjenza ta' arranġamenti tas-sahra tan-navigazzjoni jew tal-inġinerija biex ikunu konformi mal-ħtiġiet speċifikati għall-vapur mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. |
|
5. |
Assenza fis-sahra ta' persuna kkwalifikata biex topera apparat essenzjali għal navigazzjoni b'sikurezza, kommunikazzjoni bir-radju ta' sikurezza jew il-prevenzjoni ta' tinġis marittimu. |
|
6. |
Defiċjenza li jforni prova ta' profiċjenza prefessjonali għad-dmirijiet assenjati lill-baħħara għas-sikurezza tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tinġis. |
|
7. |
Inabilità li jipprovdu għall-ewwel sahra fil-bidu tal-vjaġġ u għal sahrat ta' serħan sussegwenti persuni li jkunu straħu biżżejjed u li b'xi mod ieħor huma tajbin għal ħidma. |
3.10. Żoni taħt il-Konvenzjonijiet ILO
|
1. |
Ikel mhux suffiċjenti għall-vjaġġ lejn il-port li jmiss. |
|
2. |
Ilma mhux suffiċjenti għall-vjaġġ lejn il-port li jmiss. |
|
3. |
Kondizzjonijiet eċċessivament mhux sanitarji abbord. |
|
4. |
Ma jkunx hemm tisħin fl-akkomodazzjoni ta' vapur li jopera f'żoni fejn it-temperaturi jistgħu jkunu baxxi b'mod eċċessiv. |
|
5. |
Ventilazzjoni mhux biżżejjed fl-akkomodazzjoni tal-vapur. |
|
6. |
Skart eċċessiv, sadd mit-tagħmir jew merkanzija jew altrimenti kondizzjonijiet perikolużi fil-passaġġi/akkomodazzjonijiet. |
|
7. |
Evidenza ċara li l-persunal għall-ewwel gwardja u l-gwardji suċċessivi, il-persunal fuq gwardja jew persunal ieħor tas-servizz mhuwiex f'pożizzjoni li jaqdi dmiru minħabba l-għeja. |
3.11. Żoni li ma jirrikjedux detenzjoni, iżda fejn eż. operazzjonijiet ta' merkanzija jridu jiġu sospiżi.
Nuqqas ta' tħaddim serju (jew manutenzjoni) tas-sistema ta' gass ta' ġewwa, tagħmir relatat mal-merkanzija jew makkinarju huma kunsidrati raġuni suffiċjenti biex twaqqaf operazzjoni ta' merkanzija.
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS XI
KRITERJI MINIMI GĦALL-ISPETTURI
(imsemmija fl-Artikoli 22(1) u (5)
|
1. |
L-ispetturi għandu jkollhom it-tagħrif teoriku u l-esperjenza prattika meħtiġin ta' vapuri u l-operat tagħhom. Huma għandhom ikunu kompetenti fl-infurzar tal-ħtiġiet tal-Konvenzjonijiet u tal-proċeduri rilevanti ta' kontroll tal-Istat tal-port. Dawn it-tagħrif u l-kompetenza fl-infurzar tal-ħtiġiet internazzjonali u Komunitarji għandhom jinkisbu permezz ta' programmi ta' taħriġ dokumentati. |
|
2. |
L-ispetturi għandhom, bħala minimu, ikollhom jew:
|
|
3. |
L-ispettur għandu jkun:
|
|
4. |
L-ispetturi msemmijin taħt 2(a) għandhom ikunu akkwistaw esperjenza marittima almenu ta' ħames snin inklużi perijodi moqdijin fuq il-baħar bħala uffiċjali fid-dipartiment ta' abbord jew tal-magni rispettivament, jew bħala spettur ta' stat tal-bandiera jew bħala assistent spettur tal-kontrol tal-Istat tal-port. |
|
5. |
L-ispetturi għandu jkollhom l-abbiltà li jikkomunikaw oralment u bil-miktub mal-baħħara bil-lingwa l-aktar mitkellma fuq il-baħar. |
|
6. |
L-ispetturi li ma josservawx il-kriterji fuq imsemmija jiġu aċċettati wkoll jekk imqabbda minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru għal kontroll tal-Istat tal-port fid-data ta' adozzjoni ta' din id-Direttiva. |
|
7. |
Fejn fi Stat Membru l-ispezzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 15(1) u (2) jitwettqu minn spetturi ta' kontroll tal-Istat tal-port; dawk l-ispetturi għandu jkollhom kwalifiki adatti, li għandhom jinkludu esperjenza teorika u prattika suffiċjenti fis-sigurtà marittima. Dan normalment għandu jinkludi:
|
L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
ANNESS XII
FUNZJONALITAJIET TAL-ĠABRA TA’ DATA GĦALL-ISPEZZJONIJIET
(imsemmija fl-Artikolu 24(1))
|
1. |
Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandha tinkludi tal-inqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:
|
|
2. |
Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandu jkollha l-kapaċità li tadatta għal żviluppi futuri u li tinteraġixxi ma’ ġabriet ta’ data għas-sikurezza marittima Komunitarji oħrajn, inkluża s-SafeSeaNet, li għandhom ifornu data dwar iż-żjarat li l-vapuri tabilħaqq jagħmlu f’portijiet tal-Istati Membri u, fejn xieraq, għal sistemi ta’ informazzjoni nazzjonali rilevanti. |
|
3. |
Għandha tkun fornuta deep hyperlink għall-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għas-sistema ta’ informazzjoni Equasis. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu li l-ġabriet ta’ data pubbliċi u privati relatati ma’ spezzjoni ta’ vapuri aċċessibbli permezz tal-Equasis ikunu kkonsultati mill-ispetturi. |
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS XIII
PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI RELATATA MA' SPEZZJONIJET, MA' DETENZJONIJIET U ĊAĦDIET TA' AĊĊESS FIL-PORTIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
(imsemmija fl-Artikolu 26)
|
1. |
L-informazzjonippubblikata skont l-Artikolu 26 għandha tinkludi dan li ġej:
|
|
2. |
Għal vapuri li kienu detenuti, informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 26 għandha tinkludi wkoll:
|
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS XIV
DATA FORNUTA FIL-KUNTEST TA' MONITORAĠĠ TAL-IMPLIMENTAZZJONI
(kif imsemmija fl-Artikolu 29)
|
1. |
Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data li ġejja dwar is-sena ta' qabel mhux aktar tard mill-1 ta' April.
|
|
2. |
L-Istati Membri għandhom:
|
(1) Fejn l-ispezzjonijiet imwettqin fil-kuntest ta' kontroll tal-Istat tal-port jirrappreżentaw biss parti mill-ħidma tal-ispetturi, in-numru totali ta' spetturi għandu jkun konvertit għal numru ekwivalenti ta' spetturi full-time. Fejn l-istess spettur jaħdem f'aktar minn port wieħed jew żona ġeografika waħda l-ekwivalenti part-time applikabbli għandu jingħadd f'kull port.
(2) Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f'livell nazzjonali u għal kull port tal-Istat Membru li jkun. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, port għandu jfisser port individwali u ż-żona ġeografika koperta minn spettur jew grupp ta' spetturi, li tkun tikkonsisti f'bosta portijiet individwali fejn ikun il-każ.
L-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008
ANNESS XV
PARTI A
DIRETTIVA MĦASSRA B’ELEMENTI SUĊĊESSIVI TAGĦHA
(imsemmija fl-Artikolu 37)
|
Direttiva 95/21/KE tal-Kunsill |
|
|
Direttiva 98/25/KE tal-Kunsill |
|
|
Direttiva 98/42/KE tal-Kummissjoni |
|
|
Direttiva 1999/97/KE tal-Kummissjoni |
|
|
Direttiva 2001/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
|
Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropea u l-tal-Kunsill |
Artikolu 4 biss |
PARTI B
LISTA TA’ SKADENZI ĠĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI
(imsemmija fl-Artikolu 37)
|
Direttiva |
Skadenza għat-traspożizzjoni |
|
Direttiva 95/21/KE |
30 ta’ Ġunju 1996 |
|
Direttiva 98/25/KE |
30 ta’ Ġunju 1998 |
|
Direttiva 98/42/KE |
30 ta’ Settembru 1998 |
|
Direttiva 1999/97/KE |
13 ta’ Diċembru 2000 |
|
Direttiva 2001/106/KE |
22 ta’ Lulju 2003 |
|
Direttiva 2002/84/KE |
23 ta’ Novembru 2003 |
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008
ANNESS XVI
SKEDA TA' KORRELAZZJONI
(imsemmija fl-Artikolu 37)
|
Direttiva 95/21/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1, kliem introduttorju |
Artikolu 1, kliem introduttorju |
|
Artikolu 1, l-ewwel inċiż |
Artikolu 1(a) |
|
Artikolu 1, it-tieni inċiż |
Artikolu 1(b) |
|
- |
Artikolu 1(c) |
|
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
|
Artikolu 2(1), kliem introduttorju |
Artikolu 2(1), kliem introduttorju |
|
Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(1)(a) |
|
Artikolu 2(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 2(1)(b) |
|
Artikolu 2(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 2(1)(c) |
|
Artikolu 2(1), ir-raba' inċiż |
Artikolu 2(1)(d) |
|
Artikolu 2(1), il-ħames inċiż |
Artikolu 2(1)(e) |
|
Artikolu 2(1), is-sitt inċiż |
Artikolu 2(1)(f) |
|
Artikolu 2(1), is-seba' inċiż |
Artikolu 2(1)(g) |
|
- |
Artikolu 2(1)(h) |
|
Artikolu 2(1), l-aħħar sentenza |
- |
|
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
|
- |
Artikolu 2(3) |
|
- |
Artikolu 2(4) |
|
- |
Artikolu 2(5) |
|
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(6) |
|
Artikolu 2(4) |
- |
|
- |
Artikolu 2(7) |
|
- |
Artikolu 2(8) |
|
Artikolu 2(5) |
Artikolu 2(9) |
|
- |
Artikolu 2(10) |
|
- |
Artikolu 2(11) |
|
Artikolu 2(6) |
Artikolu 2(12) |
|
Artikolu 2(7) |
Artikolu 2(13) |
|
Artikolu 2(8) |
Artikolu 2(14) |
|
- |
Artikolu 2(15) |
|
Artikolu 2(9) |
Artikolu 2(16) |
|
- |
Artikolu 2(17) |
|
Artikolu 2(10) |
Artikolu 2(18) |
|
- |
Artikolu 2(19) |
|
- |
Artikolu 2(20) |
|
- |
Artikolu 2(21) |
|
- |
Artikolu 2(22) |
|
- |
Artikolu 2(23) |
|
- |
Artikolu 2(24) |
|
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |
|
- |
Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(1), ir-raba' subparagrafu |
|
- |
Artikolu 3(1), il-ħames subparagrafu ║ |
|
Artikolu 3(2) to (4) |
Artikolu 3(2) to (4) |
|
- |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4(2), |
|
Artikolu 5 |
- |
|
- |
Artikolu 6 |
|
- ║ |
Artikolu 7 |
|
- |
Artikolu 8 |
|
- |
Artikolu 9 |
|
- |
Artikolu 10 |
|
- |
Artikolu 11 |
|
- |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 6(1) kliem introduttorju |
- |
|
- |
Artikolu 13(1) kliem introduttorju |
|
Artikolu 6(1)(a) |
Artikolu 13(1)(a) |
|
- |
Artikolu 13(1)(b) |
|
Artikolu 6(1)(b) |
Artikolu 13(1)(c) |
|
Artikolu 6(2) |
- |
|
- |
Artikolu 13(2) |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 13(3) |
|
Artikolu 6(4) |
- |
|
Artikolu 7 |
- |
|
Artikolu 7a |
- |
|
Artikolu 7b |
- |
|
- |
Artikolu 14 |
|
- |
Artikolu 15 |
|
- |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 17 |
|
- |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 9(1) u (2) |
Artikolu 19(1) u (2) |
|
Artikolu 9(3), l-ewwel sentenza |
Artikolu 19(3) |
|
Artikolu 9(3), sentenza 2 sa 4 |
Artikolu 19(4) |
|
Artikolu 9(4) sa (7) |
Artikolu 19(5) sa (8) |
|
- |
Artikolu 19(9) |
|
Artikolu 9a |
- |
|
Artikolu 10(1) sa (3) |
Artikolu 20(1) sa (3) |
|
- |
Artikolu 20(4) |
|
Artikolu 11(1) |
Artikolu 21(1) |
|
- |
Artikolu 21(2) |
|
Artikolu 11(2) |
Artikolu 21(3), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu |
- |
|
Artikolu 11(3) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 21(3) it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 11(4) sa (6) |
Artikolu 22(4) sa (6) |
|
Artikolu 12 (1) sa (3) |
Artikolu 22(1) sa (3) |
|
Artikolu 12(4) |
Artikolu 22(4) |
|
- |
Artikolu 22(5) sa (7) |
|
Artikolu 13(1) sa (2) |
Artikolu 23(1) sa (2) |
|
- |
Artikolu 23(3) sa (5) |
|
Artikolu 14 |
- |
|
Artikolu 15 |
- |
|
- |
Artikolu 24 |
|
- |
Artikolu 25 |
|
- |
Artikolu 26 |
|
- |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 16(1) u (2) |
Artikolu 28(1) u (2) |
|
Artikolu 16(2a) |
Artikolu 28(3) |
|
Artikolu 16(3) |
Artikolu 28(4) |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 29 |
|
- |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 32 |
|
- |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 19a |
Artikolu 34 |
|
- |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 36 |
|
- |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 38 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 39 |
|
Anness I |
- |
|
- |
Anness I |
|
- |
Anness II |
|
- |
Anness III |
|
Anness II |
Anness IV |
|
Anness III |
Anness V |
|
Anness IV |
Anness VI |
|
Anness V |
Anness VII |
|
Anness VI |
Anness X |
|
Anness VII |
Anness XI |
|
- |
Anness XII |
|
Anness VIII |
Anness XIII |
|
Anness IX |
Anness IX |
|
Anness X |
Anness XIV |
|
Anness XI |
Anness VIII |
|
Anness XII |
- |
|
- |
Anness XV |
|
- |
Anness XVI |