14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/123


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 — Aġenziji eżekuttivi

P6_TA(2008)0419

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni (12984/2008 — C6-0317/2008 — 2008/2166(BUD))

2010/C 8 E/26

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (minn issa 'l quddiem ir-”Regolament Finanzjarju”), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif adottat finalment fit-13 ta' Diċembru 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u mmaniġġjar finanzjarju sod (3),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit preliminari Nru 6/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, li l-Kummissjoni preżentat fl-1 ta' Lulju 2008 (COM(2008)0429),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit li jemena Nru 6/2008, li l-Kunsill stabbilixxa fil-15 ta' Settembru 2008 (12984/2008 — C6-0317/2008),

wara li kkunsidra r-Regola 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0353/2008),

A.

billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6 għall-baġit ġenerali 2008 ikopri l-punti li ġejjin:

l-adattamenti baġitarji meħtieġa (pjan ta' stabbiliment) ġejjin mill-estensjoni tal-mandat ta' tliet aġenziji eżekuttivi: l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv, u l-Kultura (EACEA), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA), u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Netwerk ta' Trasport Transewropew (TEN-TEA),

il-ħolqien tal-istruttura baġitarja meħtieġa biex takkomoda l-Impriża Konġunta ta' Ċelloli ta' Fjuwil u Idroġenu (FCH JU), u l-allokament tal-ħtiġijiet baġitarji li jikkorrispondu,

żieda ta' EUR 2 200 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn, biex tkopri parti mill-ispejjeż ta' bini ġdid għall-EUROJUST,

żieda ta' EUR 3 900 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Programm ta' Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) — Imprenditorjat u Innovazzjoni,

B.

billi l-iskop tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2008 huwa li jdaħħal dawn l-aġġustamenti tal-baġit fil-baġit tal-2008,

1.

Ifakkar li l-approprjazzjonijiet għal Impriżi Konġunti huma mħallsa mill-baġit operattiv tal-programm ikkonċernat;

2.

Jinnota li, skond l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew, bħala parti mill-awtorità baġitarja, kellu jkun infurmat mill-kera ta' bini ġdid għall-EUROJUST, li għandha implikazzjonijiet sinifikattivi għall-baġit;

3.

Jistenna li jkun provdut b'tagħrif bħal dan mill-Kummissjoni fil-ġejjieni, fil-każ li jqumu aktar ħtiġijiet għal bini, biex jippermetti lill-awtorità baġitarja biex toħroġ opinjoni skond l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju;

4.

Jadotta l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2008 mingħajr emendi;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 71, 14.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.