4.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 295/165 |
L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
L-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu ***I
P6_TA(2008)0395
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (COM(2007)0593 — C6-0342/2007 — 2007/0214(COD))
2009/C 295 E/43
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0593),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0342/2007),
wara li kkonsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0201/2008),
1. |
Japprova l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni kif emendat; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; |
L-Erbgħa, 3 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2007)0214
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 79/2009.)