4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/98


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
L-istabbiliment tal-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 ***I

P6_TA(2008)0369

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 (COM(2008)0056 — C6-0057/2008 — 2008/0023(COD))

2009/C 295 E/25

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0056),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 149(4) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0057/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0274/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0023

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1349/2008/KE.)