|
3.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 294/226 |
L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008
Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI ***I
P6_TA(2008)0349
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI (COM(2006)0007 — C6-0029/2006 — 2006/0008(COD))
2009/C 294 E/50
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2006)0007),
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2007)0376),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0029/2006),
wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0229/2008),
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni COM(2006)0007 kif emendata; |
|
2. |
Iqis li l-proċedura 2007/0129(COD) skadiet bħala riżultat tal-inklużjoni tal-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0376 fil-proċedura 2006/0008(COD); |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008
P6_TC1-COD(2006)0008
Pozizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-hsieb tal-adozzjoni Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà socjali, u li jiddetermina l-kontenut ta' annessi tieghu
(Test b'rilevanza ghaz-ZEE u ghall-Izvizzera)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tieghu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regjuni (2),
Waqt li jagixxu f'konformità mal-procedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà socjali (4) jipprevedi li l-kontenut tal-Annessi II, X u XI ta' dan ir-Regolament jigi determinat qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Annessi I, III, IV, VI, VII, VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ghandhom jigu adattati biex jitqiesu kemm il-htigijiet tal-Istati Membri li nghaqdu mal-Unjoni Ewropea wara li gie adottat ir-Regolament u kif ukoll l-izviluppi godda fi Stati Membri ohra . |
|
(3) |
L-Artikoli 56(1) u 83 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ▐ jipprovdu ghal dispozizzjonijiet specjali li jikkoncernaw l-applikazzjoni tal-legizlazzjoni tal-Istati Membri li jridu jigu stipulati fl-Anness XI ghal dak ir-Regolament. L-Anness XI huwa mahsub biex jiehu f'konsiderazzjoni l-partikolaritajiet tad-diversi sistemi tas-sigurtà socjali tal-Istati Membri sabiex jiffacilita l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni. |
|
(4) |
Ghadd ta' Stati Membri talbu l-inkluzjoni ta' entrati li jikkoncernaw l-applikazzjoni tal-legizlazzjoni tas-sigurtà socjali fl-Anness XI u pprovdew lill-Kummissjoni bi spjegazzjonijiet legali u prattici tal-legizlazzjoni u s-sistemi taghhom. |
|
(5) |
F'konformità mal-htiega ghar-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-Regolament il-gdid, hija mehtiega strategija komuni biex jigi zgurat li l-entrati ghal Stati Membri differenti li huma ta' natura simili jew li jsegwu l-istess ghan ikunu fil-principju ttrattati bl-istess mod. |
|
(6) |
L-ghan tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa li jikkoordina legizlazzjoni tas-sigurtà socjali li ghaliha l-Istati Membri huma esklussivament responsabbli, entrati li m'humiex kompatibbli mal-fini jew l-ghanijiet tieghu ║, u entrati li jfittxu biss li jiccaraw l-interpretazzjoni tal-legizlazzjoni nazzjonali, m'ghandhomx ikunu inkluzi f'dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Xi talbiet mill-Istati Membri qajmu kwistjonijiet li huma komuni ghal diversi Stati Membri: H uwa ║ xieraq li dawk il-kwistjonijiet jigu ttrattati fuq livell aktar generali, jew permezz ta' kjarifika fil-korp tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jew f'xi iehor mill-Annessi tieghu, li ║ ghandu jigi emendat kif hemm bzonn, jew permezz ta' dispozizzjonijiet fir-r egolament i mplimentattiv msemmi fl-Artikolu 89 ta' dak ir-Regolament, milli permezz ta' entrati simili fl-Anness XI ghal diversi Stati Membri. |
|
(8) |
Huwa wkoll xieraq li xi kwistjonijiet specifici jigu trattati f'annessi ohra li mhumiex l-Anness XI, skond l-ghan u l-kontenut taghhom ║, sabiex jigi zgurat li l-annessi ghar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ikunu koerenti sew internament u sew bejn xulxin. |
|
(9) |
Biex thaffef l-uzu tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 mic-cittadini meta jitolbu taghrif jew meta jaghmlu t-talbiet lill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, riferenzi ghal-legizlazzjoni tal-Istati Membri kkoncernati ghandhom isiru wkoll fil-lingwa originali kull fejn huwa mehtieg sabiex jigi evitat kull nuqqas ta' ftehim possibbli. |
|
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 ghandu ghalhekk jigi emendat skond dan. |
|
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jghid li huwa ghandu japplika mid-data tad-dhul fis-sehh tar-r egolament i mplimentattiv. Dan ir-Regolament ghandu ghalhekk japplika mill-istess data, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif gej:
|
1. |
Il-premessa li gejja ghandha tiddahhal wara l-Premessa 5:
|
|
2. |
Il-premessa li gejja ghandha tiddahhal wara l-Premessa 8:
|
|
3. |
Il-premessa li gejja ghandha tidhol wara Premessa 17:
|
|
4. |
Il-premessa li gejja ghandha tiddahhal wara l-Premessa 18:
|
|
5. |
Fl-Artikolu 1, ghandu jiddahhal il-punt li gej wara punt (v) :
|
|
6. |
L-Artikolu 3(5) ghandu jinbidel b'dan li gej: “ 5. Dan ir-Regolament m'ghandux japplika:
|
|
7. |
L-Artikolu 14, paragrafu 4 jinbidel b'dan li gej: “4. Fejn il-legizlazzjoni ta' Stat Membru taghmel id-dhul f'assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwa mhux obbligatorja suggett ghar-residenza f'dak l-Istat Membru jew abbazi ta' attività precedenti bhala persuna impjegata jew li tahdem ghal rasha, l-Artikolu 5(b) ghandu japplika biss ghall-persuni li kienu suggetti, f'xi stadju aktar bikri, ghal-legizlazzjoni ta' dak l-Istat Membru fuq il-bazi ta' attività bhala persuna impjegata jew li tahdem ghal rasha. 5. Fejn il-legizlazzjoni ta' Stat Membru taghmel id-dhul f'assigurazzjoni volontarja jew skema ta' assigurazzjoni kontinwa mhux obbligatorja suggett ghal li l-persuna jkollha perjodi kompluti ta' assigurazzjoni, tali dhul ghandu jkun koncess biss lill-persuni li jkunu kkompletaw qabel perjodi ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru taht l-istess skema.” |
|
8. |
L-Artikolu 18(2) ghandu jinbidel b'dan li gej: “ 2. Il-membri tal-familja ta' haddiem li jahdem bejn il-fruntieri ghandhom ikunu intitolati ghal beneficcji moghtija in natura matul iz-zjara taghhom fl-Istat Membru kompetenti. Madankollu, sakemm l-Anness III ghadu fis-sehh, meta l-Istat Membru kompetenti jkun imnizzel f'Anness III, il-membri tal-familja ta' haddiem li jahdem bejn il-fruntieri li joqoghdu fl-istess Stat Membru tal-haddiem tal-fruntiera ghandhom ikunu intitolati ghal beneficcji moghtija in natura fl-Istat Membru kompetenti biss taht il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1). ” |
|
9. |
L-Artikolu 28(1) ghandu jinbidel b'dan li gej: “ 1. Haddiem li kien jahdem bejn il-fruntieri u li rtira minhabba l-età jew invalidità huwa intitolat, fil-kaz ta' mard, li jibqa' jircievi beneficcji moghtija in natura fl-Istat Membru fejn l-ahhar li wettaq l-attività tieghu bhala persuna impjegata jew bhala persuna li tahdem ghal rasha, sakemm dan jikkostitwixxi t-tkomplija ta' trattament mibdi f'dak l-Istat Membru. Il-kliem ‘tkomplija ta' trattament’ tfisser it-tkomplija tal-investigazzjoni, tad-dijanjosi u tat-trattament ta' mardaghat-tul kollu taghha. L-ewwel subparagrafu ghandu japplika mutatis mutandis ghall-membri tal-familja tal-haddiem tal-fruntiera rtirat. ” |
|
10. |
L -Artikolu 51(3), ghandu jinbidel b'dan li gej: “ 3. Fejn il-legizlazzjoni jew skema specifika ta' Stat Membru taghmel il-kisba, iz-zamma jew l-irkupru tad-dritt ghal beneficcji kondizzjonali fuq jekk il-person koncernata kinetx assigurata meta immaterjalizza ruhu r-riskju, din il-kondizzjoni ghandha titqies bhallikieku kienet sodisfatta jekk din il-persuna kienet assigurata qabel skond il-legizlazzjoni jew l-iskema specifika ta' dan l-Istat Membru u, fiz-zmien meta jsehh ir-riskju, hija assigurata skond il-legizlazzjoni ta' Stat Membru iehor ghall-istess riskju jew, fin-nuqqas ta' dan, intitolata ghal beneficcju skond il-legizlazzjoni ta' Stat Membru iehor ghall-istess riskju. Il-kondizzjoni tal-ahhar ghandha, madankollu, titqies li tkun giet issodisfata, fil-kazijiet imsemmija fl-Artikolu 57. ” |
|
11. |
L-Artikolu 52, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li gej: “4. fejn il-kalkolu skond il-paragrafu (1)(a) fi Stat Membru jirrizulta dejjem f'li l-beneficcju indipendenti jigi daqs jew oghla mill-beneficcju pro rata kalkulat skond il-paragrafu (1)(b), l-istituzzjoni kompetenti tista' tirrinunzja ghall-kalkolu pro rata bil-kundizzjoni li:
|
|
12. |
Fl-Artikolu 52, ghandu jizdied il-paragrafu li gej: “ 4a. Minkejja d-dispozizzjonijiet tas- subparagrafi 1, 2 u 3, il-kalkolu pro rata ma japplikax ghal skemi li jipprovdu beneficcji f'kaz li l-perjodi taz-zmien m'ghandhom l-ebda relevanza ghall-kalkolu, skond jekk dawn l-iskemi humiex imnizzla fil-parti 2 tal-Anness VIII. F'dawn il-kazijiet, il-persuna kkoncernata ghandha tkun intitolata ghall-beneficcju kkalkulat skond il-legizlazzjoni tal-Istat Membru koncernat. ” |
|
13. |
Fl-Artikolu 56(1)(c), qabel il-kliem “skond il-proceduri stipulati fl-Anness XI”, ghandu jiddahhal il-kliem “fejn mehtieg”. |
|
14. |
Fl-Artikolu 56, ghandu jiddahhal il-paragrafu li gej: “ 1a. Fil-kaz li l-paragrafu 1(c) ma japplikax minhabba li l-legizlazzjoni ta' Stat Membru tipprovdi li l-beneficcju jrid jigi kkalkulat fuq il-bazi ta' elementi ohra barra l-perjodi tal-assigurazzjoni jew residenza li mhumiex marbuta maz-zmien, l-istituzzjoni kompetenti ghandha tikkunsidra, ghal kull perjodu ta' assigurazzjoni jew residenza kompletati skond il-legizlazzjoni ta' xi Stat Membru iehor, l-ammont tal-kapital akkumulat, il-kapital li huwa kkunsidrat li gie akkumulat u kull element iehor ghall-kalkolu skond il-legizlazzjoni li tamministra diviz bl-unitajiet li jikkorrispondu ta' perjodi fl-iskema tal-pensjoni koncernata. ” |
|
15. |
Fl-Artikolu 57, ghandu jiddahhal il-paragrafu li gej: “ 3a. Dan l-Artikolu m'ghandux japplika ghal skemi mnizzla fil-parti 2 tal-Anness VIII. ” |
|
16. |
L-Artikolu 62(3) ghandu jinbidel b'dan li gej: “ 3. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, sa fejn huma koncernati persuni minghajr impjieg koperti mill-Artikolu 65(5)(a), l-istituzzjoni tal-post ta' residenza ghandha tikkunsidra l-paga jew id-dhul professjonali li l-persuna koncernata rceviet fl-Istat Membru li kienet suggetta ghal-legislazzjoni tieghu matul l-ahhar attività taghha bhala persuna impjegata jew bhala persuna impjegata ghal rasha, skond ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. ” |
|
17. |
L-Artikolu li gej ghandu jidhol wara l-Artikolu 68: “Artikolu 68a Provvista ta' beneficcji Fil-kaz li l-beneficcji tal-familja ma jintuzawx mill-persuna li lilha ghandhom ikunu provduti ghall-manteniment tal-membri tal-familja, l-istituzzjoni kompetenti twettaq l-obbligi legali taghha billi tipprovdi l-beneficcji msemmija lill-persuna naturali jew legali li fil-fatt tkun qed tmantni l-membri tal-familja, fuq it-talba ta', u permezz tal-agenzija ta', l-istituzzjoni tal-Istat Membru fejn joqoghdu jew tal-istituzzjoni mqabbda jew korp appuntat ghal dan il-ghan mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn joqoghdu. ” |
|
18. |
Fl-Artikolu 87, ghandu jizdied il-paragrafu li gej wara l-paragrafu 10: “ 10a. L-Anness III ghandu jigi revokat 5 snin wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament. ” |
|
19. |
L-Annessi huma emendati f'konformità mal-Anness ghal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tieghu fil-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa ghandu japplika mid-data tad-dhul fis-sehh tar-Regolament Implimentattiv imsemmi fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
Dan ir-Regolament ghandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Maghmul fi ║,
Ghall-Parlament Ewropew
Il-President
Ghall-Kunsill
Il-President
(1) GU C 161, 13.7.2007, p. 61 .
(2) GU C …
(3) Pozizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008.
(4) GU L 166, 30.4.2004, p. 1. Verzjoni kkorregguta fil-GU L 200, 7.6.2004, p. 1.
(5) Kawzi kongunti C-502/01 u C-31/02, Gaumain-Cerri u Barth, ECR [2004] I-6483. ”
L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huma emendati kif ġej.
|
1. |
L-Anness I, Parti I għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Anness I, Parti II għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
3. |
L-Anness II għandu jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET TA' KONVENZJONIJIET LI JIBQGĦU FIS-SEĦĦ U LI, FEJN JAPPLIKA, HUMA RISTRETTI GĦALL-PERSUNI KOPERTI MINNHOM [Artikolu 8(1)] Kummenti ġenerali Ta' min jinnota li d-dispożizzjonijiet ta' konvenzjonijiet bilaterali, li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament jew li jibqgħu fis-seħħ bejn l-Istati Membri, mhumiex elenkati f'dan l-Anness. Dan jinkludi l-obbligi bejn l-Istati Membri li ġejjin minn konvenzjonijiet li jipprovdu, pereżempju, għal dispożizzjonijiet fir-rigward ta' aggregar ta' perjodi ta' assigurazzjoni sodisfatti f'pajjiż terz. Dispożizzjonijiet ta' konvenzjonijiet dwar sigurtà soċjali li jibqgħu applikabbli (a) IL-BELĠJU — IL-ĠERMANJA L-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll Finali tas-7 ta' Diċembru 1957 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-istess data, bħal fil-Protokoll Kumplimentari tal-10 ta' Novembru 1960 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti f'ċerti reġjuni tal-fruntiera qabel, matul u wara t-Tieni Gwerra Dinjija). (b) IL-BELĠJU — IL-LUSSEMBURGU Il-Konvenzjoni dwar is-sigurta? soċjali għall-ħaddiema tal-fruntiera tal-24 ta' Marzu 1994 (dwar ir-rimbors komplementari b'rata fissa). (c) IL-BULGARIJA — IL-ĠERMANJA L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-17 ta' Diċembru 1997 (jinżammu l-konvenzjonijiet konkluzi bejn il-Bulgarija u l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża għall-persuni li diġà ħadu pensjoni qabel l-1996). (d) IL-BULGARIJA — L-AWSTRIJA L-Artikolu 38(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-14 ta' April 2005 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni. (e) IL-BULGARIJA — IS-SLOVENJA L-Artikolu 32(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta' Diċembru 1957 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti sal-31 ta' Diċembru 1957). (f) IR-REPUBBLIKA ĊEKA — IL-ĠERMANJA L-Artikolu 39(1)(b) u (c) tal-Ftehima dwar is-Sigurtà Soċjali tas-27 ta' Lulju 2001 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Federali Ċekoslovakka u l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża għall-persuni li ħadu pensjoni qabel l-1996; ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti f'wieħed mill-istati fil-kuntratt għall-persuni li diġà ħadu pensjoni għal dawn il-perjodi fl-1 ta' Settembru 2002 mill-istat kontraenti l-ieħor, meta kienu joqogħdu fit-territorju ta' dak l-istat kontraenti ieħor). (g) IR-REPUBBLIKA ĊEKA — ĊIPRU L-Artikolu 32(4) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tad-19 ta' Jannar 1999 (li jiddetermina l-kompetenza għall-kalkolu tal-perjodi tal-impjieg kompluti skond il-Konvenzjoni relevanti tal-1976); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn dik il-Konvenzjoni. (h) IR-REPUBBLIKA ĊEKA — Il-LUSSEMBURGU L-Artikolu 52(8) tal-Konvenzjoni tas-17 ta' Novembru 2000 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni fuq pensjoni ta' rifuġjati politiċi). (i) IR-REPUBBLIKA ĊEKA — L-AWSTRIJA L-Artikolu 32(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-20 ta' Lulju 1999 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni. (j) IR-REPUBBLIKA ĊEKA — IS-SLOVAKKJA L-Artikoli 12, 20 u 33 tal-Konvenzjoni tas-sigurtà soċjali tad-29 ta' Ottubru 1992 (l-Artikolu 12 jiddetermina l-kompetenza għall-għoti ta' benefiċċji għas-superstiti; L-Artikolu 20 jiddetermina l-kompetenza għall-kalkolu tal-perjodi ta' assigurazzjoni kompluti sad-data tad-diżintegrazzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka; L-Artikolu 33 jiddetermina l-kompetenza għall-ħlas ta' pensjonijiet mogħtija qabel sad-data tad-diżintegrazzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka). (k) ID-DANIMARKA — IL-FINLANDJA L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta' Awissu 2003 (dwar il-ħlas ta' spejjeż żejda għall-ivvjaġġar f'każ ta' mard waqt soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jikkawża l-ħtieġa ta' vjaġġ iktar għoli għar-ritorn lejn il-pajjiż tar-residenza) . (l) ID-DANIMARKA — L-ISVEZJA L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta' Awissu 2003 (dwar il-ħlas ta' spejjeż żejda għall-ivvjaġġar f'każ ta' mard waqt is-soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jikkawża l-ħtieġa ta' vjaġġ iktar għoli għar-ritorn lejn il-pajjiż tar-residenza) . (m) IL-ĠERMANJA — SPANJA L-Artikolu 45(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-4 ta' Diċembru 1973 (rappreżentazzjoni permezz tal-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari). (n) IL-ĠERMANJA — FRANZA
(o) IL-ĠERMANJA — IL-LUSSEMBURGU L-Artikoli 4 sa 7 tal-Konvenzjoni tal-11 ta' Lulju 1959 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti bejn Settembru tal-1940 u Ġunju tal-1946). (p) IL-ĠERMANJA — L-UNGERIJA L-Artikolu 40(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-2 ta' Mejju 1998 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża u l-Ungerija għal persuni li ħadu pensjoni qabel l-1996). (q) IL-ĠERMANJA — L-OLANDA L-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehima Komplementari Nru 4 tal-21 ta' Diċembru 1956 għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Marzu 1951 (ħlas tad-drittijiet mirbuħa taħt l-iskema tal-assigurazzjoni soċjali Ġermaniża mill-ħaddiema Olandiżi bejn it-13 ta' Mejju 1940 u l-1 ta' Settembru 1945). (r) IL-ĠERMANJA — L-AWSTRIJA
(s) IL-ĠERMANJA — IL-POLONJA
(t) IL-ĠERMANJA — IR-RUMANIJA L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-8 ta' April 2005 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża u r-Rumanija għall-persuni li diġà ħadu pensjoni qabel l-1996). (u) IL-ĠERMANJA — IS-SLOVENJA L-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tal-24 ta' Settembru 1997 (ħlas tad-drittijiet mirbuħa qabel l-1 ta' Jannar 1956 taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż l-ieħor fil-kuntratt); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni. (v) IL-ĠERMANJA — IS-SLOVAKKJA It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 29(1) tal-Ftehim tat-12 ta' Settembru 2002 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Ċekoslovakka u l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża għall-persuni li ħadu pensjoni qabel l-1996; ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti f'wieħed mill-istati tal-kuntratt għall-persuni li diġà ħadu pensjoni għal dawn il-perjodi fl-1 ta' Diċembru 2003 mill-istat l-ieħor fil-kuntratt, meta kienu joqogħdu fit-territorju tal-Istat kontraenti ieħor). (w) IL-ĠERMANJA — IR-RENJU UNIT
(x) L-IRLANDA — IR-RENJU UNIT L-Artikolu 19(2) tal-Ftehima dwar is-sigurtà soċjali tal-14 ta' Diċembru tal-2004 (it-trasferiment u l-ħlas ta' ċertu kreditu għad-disabbiltà). (y) SPANJA — IL-PORTUGALL L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-11 ta' Ġunju 1969 (esportazzjoni ta' benefiċċji għall-qgħad). Din l-entrata tibqa' valida għal sentejn mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. (z) L-ITALJA — IS-SLOVENJA
(aa) IL-LUSSEMBURGU — IL-PORTUGALL Il-Ftehima tal-10 ta' Marzu 1997 (dwar ir-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet minn istituzzjonijiet fil-parti kontraenti dwar l-istat ta' invalidità għal applikanti għall-pensjoni minn istituzzjonijiet fil-parti kontraenti l-oħra). (ab) IL-LUSSEMBURGU — IS-SLOVAKKJA L-Artikolu 50(5) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-23 ta' Mejju 2002 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni għall-pensjoni ta' refuġjati politiċi). (ac) L-UNGERIJA — L-AWSTRIJA L-Artikolu 36(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-31 ta' Marzu 1999 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni. (ad) L-UNGERIJA — IS-SLOVENJA L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-7 ta' Ottubru 1957 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel id-29 ta' Mejju 1956); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni. (ae) L-UNGERIJA — IS-SLOVAKKJA L-Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-30 ta' Jannar 1959 (Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni jipprovdi li l-perjodi tal-assigurazzjoni mogħtija qabel id-data tal-iffirmar tal-Konvenzjoni huma l-perjodi tal-assigurazzjoni tal-Istat kontraenti li fih kienet toqgħod il-persuna intitolata għall-assigurazzjoni); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni. (af) L-AWSTRIJA — IL-POLONJA L-Artikolu 33(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta' Settembru 1998 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni. (ag) L-AWSTRIJA — IR-RUMANIJA L-Artikolu 37(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-28 ta' Ottubru 2005 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni. (ah) L-AWSTRIJA — IS-SLOVENJA L-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-10 ta' Marzu 1997 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel l-1 ta' Jannar 1956); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni. (ai) L-AWSTRIJA — IS-SLOVAKKJA L-Artikolu 34(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-21 ta' Diċembru 2001 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni. (aj) IL-PORTUGALL — IR-RENJU UNIT Artikolu 2(1) tal-Protokoll dwar trattament mediku tal-15 ta' Novembru 1978. (ak) IL-FINLANDA — L-ISVEZJA L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta' Awissu 2003, dwar il-ħlas ta' spejjeż żejda tal-ivvjaġġar f'każ ta' mard waqt soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jikkawża l-ħtieġa ta' vjaġġ iktar għoli għar-ritorn lejn il-pajjiż tar-residenza. ” |
|
4. |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
5. |
L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
6. |
L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
7. |
L-Anness VII għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
8. |
L-Anness VIII għandu jinbidel b'dan li ġej: ‘ANNESS VIII KAŻIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA JIĠI RINUNZJAT JEW MA JAPPLIKAX [Artikolu 52(4) u (5)] Parti 1: Każijiet li fihom il-kalkolu pro rata jiġi rinunzjat skond Artikolu 52(4) A. ID-DANIMARKA L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet li hemm referenza għalihom fil-liġi dwar il-pensjonijiet soċjali, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija f'Anness IX. B. L-IRLANDA L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni tal-istat (transitorja), pensjoni tal-istat (kontributorja), pensjoni (kontributorja) għan-nisa romol u pensjoni (kontributorja) għall-irġiel romol. C. ĊIPRU L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tal-eta?, l-invalidità, in-nisa romol u l-irġiel romol. D. IL-LATVJA
E. IL-LITWANJA L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet mill-assigurazzjoni soċjali tal-Istat għas-superstiti ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammont bażiku tal-pensjoni tas-superstiti (Il-Liġi dwar il-Pensjonijiet mill-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat). F. L-OLANDA L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tal-età skond il-liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali għall-età. G. L-AWSTRIJA
H. IL-POLONJA L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet għal diżabbiltà, pensjonijiet għall-età taħt l-iskema għall-benefiċċji u l-pensjonijiet għas-superstiti definiti. I. IL-PORTUGALL L-applikazzjonijiet kollha għall-ħlas ta' pensjoni għall-invalidità, l-età u s-superstiti, barra fejn it-total tal-perjodi tal-assigurazzjoni kompluti skond il-leġiżlazzjoni ta' iktar minn Stat Membru wieħed huma ugwali jew itwal minn 21 jum kalendarji, il-perjodi nazzjonali tal-assigurazzjoni huma ugwali jew inqas minn 20 sena, u l-kalkolu jsir skond l-Artikolu 11 tad-Digriet-Liġi Nru No. 35/2002, tad-19 ta' Frar 2002 . J. IS-SLOVAKKJA
K. L-ISVEZJA L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni ta' garanzija f'forma ta' pensjoni għall-età (Att 1998:702) u pensjoni għall-età f'forma ta' pensjoni supplimentari (Att 1998:674). L. IR-RENJU UNIT L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni tal-irtirar, benefiċċji għan-nisa romol u mewt, barra għal dawk li:
L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni addizzjonali skond l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992, it-taqsima 44, u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (L-Irlanda ta' Fuq) 1992, it-taqsima 44. Parti 2: Każijiet fejn japplika l-Artikolu 52(5): A. FRANZA Skemi bażiċi jew supplimentari li fihom il-benefiċċji tal-età huma kkalkulati fuq il-bażi ta' punti tal-irtirar. B. IL-LATVJA Pensjonijiet għall-età (Liġi għall-pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta' Jannar 1996 u l-Liġi dwar il-Pensjonijiet Imħallsa mill-Istat tal-1 ta' Lulju 2001). C. L-UNGERIJA Benefiċċji għall-pensjoni bbażati fuq sħubija ma' fondi ta' pensjoni privati. D. L-AWSTRIJA
E. IL-POLONJA Pensjonijiet għall-età skond l-iskema definita ta' kontribuzzjoni. F. IS-SLOVENJA Pensjoni mill-assigurazzjoni għall-pensjoni supplimentari obbligatorja. G. IS-SLOVAKKJA Tfaddil għall-pensjoni obbligatorja għall-età. H. L-ISVEZJA Pensjoni bbażata fuq id-dħul u pensjoni tal-primjum (Att 1998:674). I. IR-RENJU UNIT L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji gradati tal-irtirar imħallsa skond l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali 1965, it-taqsimiet 36 u 37, u l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali (L-Irlanda ta' Fuq) 1966, it-taqsimiet 35 u 36. J. IL-BULGARIJA Pensjonijiet għall-età mill-Assigurazzjoni għall-Pensjoni Obbligatorja Supplimentari, skond il-Parti II, Titolu II, tal-Kodiċi għall-Assigurazzjoni Soċjali. K. L-ESTONJA Skema ffinanzjata ta' pensjoni obbligatorja għall-età. ” |
|
9. |
L-Anness IX għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
10. |
L-Anness X għandu jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS X BENEFIĊĊJI SPEĊJALI FI FLUS MHUX KONTRIBUTORJI [Artikolu 70(2)(c)] A. IL-BELĠJU
B. IL-BULGARIJA Pensjoni Soċjali għall-età (Artikolu 89 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) C. IR-REPUBBLIKA ĊEKA Allowance soċjali (Att dwar l-Appoġġ Soċjali tal-Istat Nru 117/1995 Sb D. ID-DANIMARKA Spejjeż ta' akkomodazzjoni għall-pensjonanti (Liġi għall-assistenza għall-akkomodazzjoni individwali, ikkonsolidata bil-Liġi Nru 204 tad-29 ta' Marzu 1995) E. IL-ĠERMANJA Dħul għal sussistenza bażika għall-anzjani u persuni b'kapaċità mnaqqsa ta' qligħ skond Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali Benefiċċji biex ikopru l-ispejjeż tas-sussistenza skond il-provvediment bażiku għal min qed ifittex ix-xogħol, sakemm, fir-rigward ta' dawn il-benefiċċji, il-ħtiġijiet għall-eliġibbiltà għal suppliment temporanju wara li wieħed ikun irċieva benefiċċju għall-qgħad (Artikolu 24 (1) tal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali) ma jkunux ġew sodisfati F. L-ESTONJA
G. L-IRLANDA
H. IL-GREĊJA Benefiċċji speċjali għall-anzjani (Liġi Nru 1296/82) I. SPANJA
J. FRANZA
K. L-ITALJA
L. ĊIPRU
M. IL-LATVJA
N. IL-LITWANJA
O. IL-LUSSEMBURGU Dħul għad-diżabbli serjament (Artikolu 1(2) tal-Liġi tat-12 ta'Settembru 2003), barra persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema diżabbli u impjegati fis-suq tax-xogħol ta' din ix-xorta jew f'ambjent protett P. L-UNGERIJA
Q. MALTA
R. L-OLANDA
S. L-AWSTRIJA Suppliment kumpensatorju (Att Federali tad-9 ta' Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali, Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar l-Assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu fin-negozju u l-kummerċ tal 11 ta' Ottubru 1978 u l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni soċjali għall-bdiewa T. IL-POLONJA Pensjoni soċjali (Att tas-27 ta' Ġunju 2003 dwar il-pensjonijiet soċjali) U. IL-PORTUGALL
V. IS-SLOVENJA
W. IS-SLOVAKKJA
X. IL-FINLANDJA
Y. L-ISVEZJA
Z. IR-RENJU UNIT
|
|
11. |
L-Anness XI jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS XI DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI [L-Artikoli 51(3), 56(1) u 83] A. Il-BELĠJU Xejn. B. IL-BULGARIJA L-Artikolu 33(1), tal-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa tal-Bulgarija japplika għall-persuni kollha li l-Bulgarija hija l-Istat Membru kompetenti tagħhom skond il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament. C. IR-REPUBBLIKA ĊEKA Xejn. D. ID-DANIMARKA ▐
E. IL-ĠERMANJA ▐
F. L-ESTONJA Għall-fini tal-kalkolu tal-benefiċċju tal-ġenituri, perjodi ta' impjieg fi Stati Membri l-oħra minbarra l-Estonja għandhom jitqiesu li huma msejsa fuq l-istess ammont medju ta' Taxxa Soċjali li tħallset matul il-perjodi ta' impjieg fl-Estonja li magħhom jingħaddu. Jekk matul is-sena ta' riferenza l-persuna kienet impjegata biss fi Stati Membri oħra, il-kalkolu tal-benefiċċju għandu jitqies li jkun ibbażat fuq il-medja ta' Taxxa Soċjali mħallsa fl-Estonja bejn is-sena ta' riferenza u l-lif tal-maternità. G. IL-GREĊJA
H. SPANJA ▐
I. FRANZA
J. L-IRLANDA
K. L-ITALJA Xejn. L. ĊIPRU Għall-fini tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 51 u 61, għal kull perjodu li jibda fis-6 ta' Ottubru 1980 jew wara, ġimgħa ta' assigurazzjoni skond il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika ta' Ċipru hija determinata billi ssir id-diviżjoni tad-dħul totali assigurabbli għall-perjodu rilevanti bl-ammont tad-dħul bażiku fil-ġimgħa assigurabbli applikabbli fis-sena ta' kontribuzzjoni rilevanti, sakemm in-numru ta' ġimgħat hekk determinat ma jaqbiżx in-numru ta' ġimgħat kalendarji fil-perjodu rilevanti. M. IL-LATVJA Xejn N. IL-LITWANJA Xejn O. IL-LUSSEMBURGU Xejn P. L-UNGERIJA Xejn Q. MALTA Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjegati ċivili:
R. L-OLANDA 1. Assigurazzjoni fuq il-kura tas-saħħa
▐ 2. L-Applikazzjoni tal-Algemene Ouderdomswet (WAOW) (Il-Leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni ġenerali tal-età)
3. L-applikazzjoni tal-Algemene nabestaandenwet (ANW) (Il-Liġi ġenerali Olandiża dwar qraba superstiti) ▐
4. L-Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-inkapaċità għax-xogħol ▐
▐ S. L-AWSTRIJA
T. Il-POLONJA Xejn U. Il-PORTUGALL Xejn V. IR-RUMANIJA Xejn W. Is-SLOVENJA Xejn X. Is-SLOVAKKJA Xejn Y. Il-FINLANDJA ▐
Z. L-IŻVEZJA
ZA. Ir-RENJU UNIT
|